Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2198(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0026/2010

Testi mressqa :

A7-0026/2010

Dibattiti :

PV 10/03/2010 - 6
CRE 10/03/2010 - 6

Votazzjonijiet :

PV 10/03/2010 - 7.10
CRE 10/03/2010 - 7.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0061

Testi adottati
PDF 495kWORD 167k
L-Erbgħa, 10 ta' Marzu 2010 - Strasburgu
L-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta“ Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP
P7_TA(2010)0061A7-0026/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta” Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP (2009/2198(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Protokolli 10 u 11,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija ta“ Sigurtà Ewropea (ESS) intitotala ”Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar“, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta” Diċembru 2003,

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta“ Sigurtà bl-isem ”'Niżguraw is-sigurtà f'dinja dejjem tinbidel'“, adottat mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta” Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapporti mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-Politika Ewropea ta“ Sigurtà u Difiża (PESD) tad-9 ta” Diċembru 2008 u s-16 ta“ Ġunju 2009,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-PESD u d-dikjarazzjoni intitolata “Għaxar Snin ta” PESD – Sfidi u Opportunitajiet “, adottata mill-Kunsill fis-17 ta” Novembru 2009,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar dan is-suġġett, b'mod partikolari dik tal-14 ta“ April 2005 dwar l-istrateġija Ewropea ta” sigurtà(1), dik tas-16 ta“ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea ta” sigurtà fil-kuntest tal-PESD(2), dik tal-5 ta“ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea ta” sigurtà u l-PESD(3), u dik tad-19 ta“ Frar 2009 dwar l-istrateġija Ewropea ta” sigurtà u l-PESD(4),

–   wara li kkunsidra ir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta“ Frar 2009 dwar ir-rwol tan-NATO fl-istruttura ta” sigurtà tal-UE(5);

–   wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta“ Novembru 2009 dwar soluzzjoni politika rigward il-problema tal-piraterija ”l barra mill-kosta tas-Somalja(6),

   wara li kkunsidra l-iskambju ta“ ittri bejn l-UE u l-Gvernijiet tal-Kenja u tar-Repubblika tas-Seychelles, rigward it-trasferiment lejn dawn il-pajjiżi tal-persuni suspettati b'piraterija u serq armat arrestati mill-EUNAVFOR fiż-żona tal-operazzjoni,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta“ Ottubru 2009 dwar l-aspetti istituzzjonali tal-ħolqien tas-servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0026/2010),

Strateġija tas-Sigurtà Ewropea: approċċ komprensiv

1.  Ifakkar li l-Istrateġija Ewropea ta“ Sigurtà (ESS) u r-rapport ta” implimentazzjoni tagħha jenfasizzaw it-theddid u l-isfidi ewlenin li trid tiffaċċja l-Unjoni Ewropea:

   it-tixrid tal-armi ta“ qerda tal-massa,
   it-terroriżmu u kriminalità organizzata,
   il-kunflitti reġjonali,
   il-falliment statli,
   il-piraterija marittima,
   l-armi żgħar u l-armamenti ħfief, il-mini u l-munizzjon tat-tip cluster,
   is-sigurtà tal-enerġija,
   l-impatt tal-bidla fil-klima u d-diżastri naturali,
   is-sigurtà ċibernetika,
   il-faqar;

2.  Jenfasizza li, permezz tal-Politika Barranija u ta“ Sigurtà Komuni (CFSP) u l-Politika ta” Sigurtà u ta“ Difiża Komuni (CSDP), l-Unjoni Ewropea qed tieħu passi biex tindirizza l-isfidi u t-theddid identifikati fl-ESS, biex b'hekk tgħin biex tittejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej;

3.  Jenfasizza li l-Unjoni għandha ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha permezz ta“ politika barranija, ta” sigurtà u ta“ difiża b'saħħitha u effettiva, sabiex tippreserva l-paċi, tipprevjeni l-kunflitti, issaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, tħares is-sigurtà taċ-ċittadini tagħha u ċ-ċittadini kkonċernati mill-missjonijiet CSDP, tiddefendi l-interessi tagħha fid-dinja u żżomm il-valuri bażiċi tagħha, filwaqt li tikkontribwixxi għal multilateraliżmu effettiv b'appoġġ tal-liġi internazzjonali u żżid ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi madwar id-dinja, bi qbil mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 21(2)(e) tat-TUE , mal-iskopijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mal-prinċipji tal-Att Finali ta” Helsinki u mal-għanijiet tal-Karta ta“ Pariġi, inklużi dawk relatati mal-fruntieri esterni;

4.  Jisħaq fuq il-fatt li r-responsabilità primarja għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà fid-dinja taqa“ fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u jtenni l-ħtieġa li ssir riforma tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bil-għan li ssir aktar kapaċi teżerċita l-funzjonijiet tagħha u tipprovdi soluzzjonijiet effettivi għall-isfidi u t-theddidiet globali;

5.  Jirrikonoxxi l-bżonn li l-Unjoni taħdem favur dawn l-għanijiet billi ssaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali tagħha stess biex tirrispondi għal dawn l-isfidi u permezz ta“ kooperazzjoni multilaterali fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali u flimkien magħhom, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, u dawk reġjonali b'mod partikulari l-OSCE u l-Unjoni Afrikana u li dan iseħħ b'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

6.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza t-theddid u l-isfidi billi tiżviluppa approċċ komprensiv u proattiv li jkun magħmul minn sinerġija tad-diversi mezzi ta“ azzjoni, kemm ċivili kif ukoll militari, li jinsabu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet, l-assistenza finanzjarja u l-koperazzjoni għall-iżvilupp, il-politiki soċjali u ambjentali, l-istrumenti diplomatiċi u tal-politika kummerċjali u t-tkabbir; jenfasizza li din il-kordinazzjoni tal-mezzi ċivili u militari tagħti valur miżjud reali lill-politika tal-Unjoni rigward kif tiffaċċja s-sitwazzjonijiet ta” kriżi;

7.  Jitlob f'dan il-kuntest lill-Istati Membri biex jikkoordinaw b'mod iktar effikaċi l-istrateġiji nazzjonali u l-mezzi ta“ azzjoni tagħhom ma” dawk tal-Unjoni sabiex jiżguraw koerenza, effettività kif ukoll impatt u viżibilità ikbar;

8.  Jappoġġja, b'konnessjoni mal-azzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, li jiġi segwit l-approċċ ibbażat fuq l- istrateġija kontra t-terroriżmu tal-UE u l-istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-Internet għall-finijiet tat-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni; jipproponi li jiġi stimulat dibattitu dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'attenzjoni speċjali għall-vittmi;

9.  Jagħraf li s-sigurtà tal-enerġija hija kruċjali għall-funzjonament tal-Istati Membri tal-UE u għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkoperaw mill-qrib fuq dan l-element tal-politika tas-sigurtà;

10.  Jilqa“ l-isforzi li qed jagħmlu l-Istati Membri biex jikkumbattu t-theddid ċibernetiku; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex joffru analiżi tal-isfidi ta” natura ċibernetika u miżuri għal reazzjoni effiċjenti u koordinata għal theddid bħal dan ibbażati fuq l-aħjar prattiki li, fil-ġejjieni, jwasslu għal Strateġija Ewropea ta“ Sigurtà Ċibernetika;

11.  Itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li ssir reviżjoni regolari tal-ESS, kull ħames snin, b'mod li taħbat mal-bidu ta“ mandat parlamentari ġdid u wara konsultazzjoni xierqa mal-Parlament Ewropew;

12.  Jenfasizza li White Paper li tippermetti l-ħolqien ta“ dibattitu pubbliku b'firxa wiesgħa tkun tista” ssaħħaħ il-viżibilità tas-CSDP u żżid il-koperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża permezz ta“ definizzjoni aktar ċara tal-għanijiet u l-interessi ta” sigurtà u ta“ difiża tal-Unjoni, u għalhekk ittejjeb l-effikaċja u l-konkretezza tal-implimentazzjoni tal-ESS kif ukoll l-ippjanar u t-tmexxija tal-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-Unjoni;

Trattat ta“ Lisbona u Strutturi tal-Politika ta” Sigurtà u Difiża Komuni

13.  Jistieden lill-Kunsill biex fl-2010 iniedi dibattitu sostanzjali mal-Parlament Ewropew u mal-parlamenti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta“ Lisbona fir-rigward tas-CSDP, inklużi:

   a. il-klawsola ta“ assistenza reċiproka f'każ ta” attakk armat f'territorju ta“ Stat Membru,
   b. il-klawsola ta“ solidarjetà f'każ ta” attakk terroristiku jew ta“ diżastru, naturali jew ikkaġunat mill-bniedem;
   c. ir-rwol ta“ viċi-president tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta” Sigurtà, appoġġjat mit-twaqqif ta“ servizz Ewropew għall-azzjoni esterna (EEAS) li jinkludi, b'mod komprensiv, strutturi għall-prevenzjoni tal-kunflitti, għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-bini tal-paċi,
   d. iż-żieda fl-ammont ta“ missjonijiet fdati lis-CSDP,
   e. il-kooperazzjoni strutturata permanenti għall-Istati Membri li jissodisfaw kriterji ogħla ta“ kapaċità militari u li jkunu ħadu impenji ikbar f'dan il-qasam bħala tħejjija għall-iktar missjonijiet esiġenti, kif ukoll il-kooperazzjoni msaħħa,
   f. it-twaqqif ta“ fond ta” tnedija għall-attivitajiet preparatorji tal-operazzjonijiet;

14.  Jitlob, wara l-introduzzjoni ta“ klawżola dwar l-assistenza reċiproka, kif ifformulat fl-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex dawk l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jappartjenu għall-Unjoni Ewropea tal-Punent (WEU) jitterminaw it-Trattat ta” Brussel Emendat tal-1954, inkluża l-Assemblea Parlamentari tal-WEU;

15.  Jistieden lill-Kunsill biex, fid-dawl tal-introduzzjoni ta“ klawsola ta” solidarjetà fit-Trattat il-ġdid, jerġa“ jiftaħ id-dibattitu dwar it-twaqqif ta” forza Ewropea ta“ protezzjoni ċivili, ibbażata b'mod partikolari fuq ir-rapport Barnier ta” Mejju 2006, li l-mezzi tal-Istati Membri tagħmilhom disponibbli reċiprokament sabiex tippermetti reazzjoni kollettiva effikaċi f'każ ta“ diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem, iqis li s-CSDP militari għandha wkoll tippermetti li jiġu ffaċċjati dawn ir-riskji ċivili;

16.  Jenfasizza, fid-dawl tal-progress li jippermetti t-Trattat il-ġdid fil-qasam tas-CSDP, il-leġittimità u l-utilità li jitwaqqaf Kunsill tad-Difiża fi ħdan il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, li jkun magħmul mill-ministri tad-difiża, taħt il-presidenza tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, u li jkollu rwol partikolari fiż-żieda tal-kooperazzjoni u fl-armonizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet militari;

17.  Iqis li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli għandha twettaq sforz immedjat favur it-tisħiħ tal-koerenza tal-bosta politiki barranin tal-Unjoni, u li din il-koerenza għandha tiġi riflessa fl-azzjoni permezz ta“ rappreżentanti speċjali/kapijiet tad-delegazzjonijiet li jinsabu taħt l-awtorità tagħha u li jkollhom l-awtorità meħtieġa quddiem il-partijiet ikkonċernati u l-komunità internazzjonali;

18.  Jappoġġja t-twaqqif ta“ direttorat għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-ippjanar ċivili u militari (Crisis Management and Planning Directorate - CMPD) sabiex, fil-livell strateġiku, jippjana l-operazzjonijiet ċivili u militari tal-Unjoni u biex jip parteċipa fl-iżvilupp tas-CSDP, partikolarment fir-rigward tal-kapaċità ċivili u militari; jiddispjaċih madankollu li hemm dewmien konsiderevoli fit-twaqqif ta” din l-istruttura l-ġdida; jitlob għal koordinazzjoni mill-qrib fi ħdan l-EEAS bejn, fuq naħa waħda, l-istrutturi tas-CMPD u tas-CSDP u, min-naħa l-oħra, il-pjattaforma tal-kriżijiet u s-servizzi rilevanti l-oħra tal-Kummissjoni, li għandhom jiġu inklużi fl-EEAS, sabiex tinbena kapaċità ta“ ppjanar strateġiku koordinat bil-għan li jiġi żviluppat approċċ Ewropew komprensiv;

19.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli/lill-Viċi Prseident tal-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jegħlbu l-iżbilanċ bejn il-kapaċitajiet ta“ ppjanar ċivili u militari u biex jiżguraw li jkun jista” jiġi provdut għarfien espert xieraq u suffiċjenti fl-oqsma bħall-ġustizzja, l-ammistrazzjoni ċivili, id-dwana u l-medjazzjoni għall-missjonijiet tal-CSDP;

20.  Jitlob mill-ġdid li jinħoloq ċentru ta“ operazzjoni permanenti tal-Unjoni, li għandu jitqiegħed taħt l-awtorità tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, u li l-missjoni tiegħu tkun tikkonsisti fl-ippjanar operattiv u fit-tmexxija tal-operazzjonijiet militari; jitlob li dan iċ-Ċentru tal-operazzjonijiet jingħaqad mal-EEAS; jenfasizza li s-sistema attwali, b'seba” kwartieri ġenerali, iġġib magħha telf fl-effikaċja u fir-reattività, kif ukoll spejjeż konsiderevoli, u li interlokutur permanenti fil-qasam militari huwa neċessarju sabiex ikun hemm kordinazzjoni ċivili u militari fl-azzjonijiet imwettqa; iqis li ċ-ċentru operattiv permanenti jista“ għalhekk jitqies bħala forma ta” kapaċità ta“ ppjanar militari u ta” tmexxija, u jista“ jitqiegħed fl-istess post tas-CPCC sabiex ikunu possibbli s-sinerġiji indispensabbli għal kordinazzjoni ċivili u militari effikaċi; itenni li l-ċentru ta” operazzjonijiet tal-UE għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni man-NATO, mingħajr ma tkun kompromessa l-awtonomija deċiżjonali taż-żewġ organizzazzjonijiet;

21.  Jinsisti dwar il-bżonn li titwaqqaf mill-aktar fis koperazzjoni strutturata permanenti, fuq il-bażi ta“ kriterji kemm jista” jkun inklussivi, peress li dan għandu jippermetti li jittieħed impenn ikbar min-naħa tal-Istati Membri fil-kuntest tas-CSDP;

22.  Jenfasizza li l-progress u l-iżvilupp tas-CSDP għandhom jirrispettaw bis-sħiħ u ma jheddux in-newtralità u n-non-allinjament ta“ wħud mill-Istati Membri tal-UE;

23.  Jinsisti dwar l-importanza ta“ dawn id-diversi riformi biex jintlaħaq il-livell ta” ambizzjoni ffissat għas-CSDP, li ġie mġedded f'Diċembru 2008 u approvat mill-Kunsill Ewropew, u biex tiżdied l-effikaċja u jiżdied il-valur tas-CSDP f'kuntest fejn dan huwa dejjem iktar imfittex;

Operazzjonijiet militari u missjonijiet ċivili

24.  Jilqa“ b'sodisfazzjon il-kisbiet kollha tal-ESDP/CSDP fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju tagħha u jfakkar li l-Unjoni tniedi operazzjonijiet ċivili u militari fil-qafas tas-CSDP bħala reazzjoni għat-theddidiet fir-rigward tas-sigurtà internazzjonali u tas-sigurtà Ewropea; jinnota li l-maġġoranza ta” dawn il-missjonijiet kienu fil-qasam tal-immaniġġjar ta“ kriżijiet ċivili; jagħti ġieħ lil madwar 70 000 membru tal-persunal li pparteċipaw u qed jipparteċipaw fit-23 missjoni u operazzjoni tal-ESDP (li għadhom qed jitwettqu jew li ntemmu); jagħti ġieħ lis-Sur Javier Solana, li f'dak iż-żmien kien is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta” Sigurtà Komuni, għall-isforzi li wettaq favur l-iżvilupp tal-ESDP; jistieden għal darb'oħra lill-Istati Membri biex jiddefinixxu l-kriterji għall-iskjerament tal-missjonijiet tal-ESDP u biex jikkunsidraw is-suġġett ta“ ”twissijiet“ nazzjonali;

Is-Somalja - il-Qarn tal-Afrika

25.  Jilqa“ l-kontribut b'suċċess tal-operazzjoni navali tal-Unjoni Ewropea fis-Somalja (EUNAVFOR Somalja - Operazzjoni Atalanta) fil-ġlieda kontra l-piraterija fil-Golf ta” Aden u mal-kosta tas-Somalja, bil-għan li jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja tilħaq lin-nies kollha fil-bżonn f'dan il-pajjiż; jenfasizza li l-Operazzjoni Atalanta stabbiliet lilha nnifisha bħala parteċipant ewlieni fil-ġlieda kontra l-piraterija, fosthom permezz taċ-Ċentru tas-Sigurtà Marittima (Qarn tal-Afrika); jilqa“ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jestendi l-missjoni għal sena oħra sa Diċembru 2010 u jieħu nota tat-twessigħ tal-mandat ta” din l-operazzjoni maħsuba biex tindirizza kwistjoni tas-sigurtà li taffettwa l-UE direttament (is-sigurtà taċ-ċittadini u l-provvisti, il-protezzjoni tal-bastimenti vulnerabbli) u biex tirreaġixxi għal emerġenza umanitarja u operattiva (billi teskorta l-bastimenti mikrija mill-Programm Dinji tal-Ikel biex iwasslu l-ikel lill-popolazzjoni Somala u vapuri li qed iwasslu appoġġ loġistiku għall-missjoni ta“ osservazzjoni militari tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM)); ifaħħar, fl-istess ħin, il-kontribut tagħha għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni navali fl-Ewropa u l-iżvilupp ulterjuri tad-dimensjoni marittima tas-CSDP; jilqa” wkoll l-involviment ta“ pajjiżi barra mill-UE (in-Norveġja, il-Kroazja u l-Montenegro) u l-kooperazzjoni kostruttiva tal-operazzjoni mal-forzi navali l-oħra preżenti fir-reġjun, partikolarment fil-kuntest tal-proċessi SHADE (Kuxjenza u Riżoluzzjoni tal-Kunflitti Konġunti); jiddispjaċih, madankollu, dwar il-problemi kontinwi rigward il-prosekuzzjoni tal-pirati u l-ħallelin armati suspettati maqbuda fiż-żona tal-operazzjoni, li jheddu l-kredibilità tal-isforzi internazzjonali kontra l-piraterija;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi tal-piraterija, li ġejjin mill-instabilità prevalenti u l-faqar fis-Somalja, u għalhekk huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tappoġġja l-Gvern Federali Transitorju (TFG) permezz ta“ miżuri mmirati lejn ir-restawr tas-sigurtà, l-istabilità politika u l-istat tad-dritt u l-promozzjoni ta” żvilupp sostenibbli, flimkien mal-Unjoni Afrikana u n-Nazzjonijiet Uniti, u li tiżviluppa strateġija konġunta bil-għan li jingħata bidu għal proċess ta“ paċi reġjonali;

27.  Jitlob li l-approċċ tal-UE għas-Somalja jqis li huwa biss eżerċizzju tal-bini tal-istat fuq skala kbira u fuq medda ta“ żmien twil - li jmur aktar ”il fuq u lil hinn mill-bini tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali Transitorju - li se jikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà f'dan il-pajjiż b'mod sostenibbli; għalhekk jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproponu strateġija ambizzjuża, konġunta u komprensiva tal-UE għas-Somalja;

28.  Jenfasizza b'mod partikolari l-urġenza li jkun hemm azzjoni li tippermetti lill- Gvern Federali Transitorju li jibqa“ f'postu u li jifrex il-kontroll tiegħu fit-territorju tas-Somalja; għal dan il-għan, jilqa” l-fatt li l-Kunsill qabel fil-25 ta“ Jannar 2010 biex titwaqqaf missjoni militari CSDP (Missjoni tal-UE għat-Taħriġ, EUTM Somalja) sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja fl-Uganda, f'koordinazzjoni mill-qrib ma” sħab tal-UE, inklużi l-Gvern Federali Transitorju, l-Uganda, l-Unjoni Afrikana, n-Nazzjonijiet Uniti u l-Istati Uniti; jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex tinforma u tikkonsulta lill-Parlament Ewropew kif xieraq;

29.  Jenfasizza wkoll l-importanza li jissaħħu l-kapaċitajiet ta“ sorveljanza marittima fir-reġjun, partikolarment permezz tat-taħriġ u tal-ħolqien ta” netwerk tal-gwardji kostali tal-pajjiżi tar-reġjun, u jqis li l-Unjoni għandha tipparteċipa fl-isforzi billi tappoġġja l-Kodiċi ta“ Mġieba ta” Ġibuti u l-pjan ta“ implimentazzjoni tiegħu żviluppat mill-Organizzazzjoni marittima internazzjonali, kif miftehma mill-Istati tar-reġjun (ċentru ta” skambju ta“ informazzjoni fil-Jemen u ċentru ta” taħriġ tal-persunal marittimu f'Ġibuti);

30.  Rigward is-sitwazzjoni fil-Jemen, ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 Frar 2010 u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, flimkien ma“ msieħba internazzjonali, inkluż il-ġirien tal-Jemen, biex jgħinu lill-gvern permezz ta” approċċ komprensiv li jiġbor fih ir-riforma tas-settur tas-sigurtà, il-kontro-terroriżmu, kif ukoll id-djalogu politiku, l-għajnuna umanitarja u ekonomika u l-edukazzjoni;

L-Afganistan u l-Pakistan

31.  Ifakkar dwar l-importanza ta“ stabilizzazzjoni tas-sitwazzjoni tas-sigurtà u tal-politika fl-Afganistan u fil-Pakistan sabiex jiġi ffaċċjat it-theddid dinji li għandu impatt dirett fuq is-sigurtà tal-Ewropej (terroriżmu, traffikar tad-drogi, tixrid tal-armi ta” qerda tal-massa) u, f'dan ir-rigward, jilqa“ l-pjan ta” azzjoni tal-Unjoni għall-Afganistan u għall-Pakistan adottat fis-27 ta“ Ottubru 2009 mill-Kunsill; itenni l-ħtieġa għal approċċ komprensiv rigward dawn il-kwistjonijiet, li jgħaqqad is-sigurtà aktar mill-qrib mal-iżvilupp, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll aspetti relatati mal-ġeneru; jitlob, għalhekk, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi aktar tanġibbli f'din id-direzzjoni, ukoll billi jżidu l-kontribuzzjoni tal-UE u jiżguraw li l-attivitajiet tagħha jiġu integrati aħjar ma” dawk tal-Istati Membri u l-komunità internazzjonali;

32.  Iqis li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi fl-Istat Afgan, u partikolarment is-sistema legali u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi apprti l-pulizija, għandu jikkostitwixxi prijorità fl-implimentazzjoni ta“ strateġija Ewropea ġdida;

33.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżidu b'mod sinifikanti r-riżorsi għall-impenn ċivili fl-Afganistan sabiex il-prijorità ċivili tal-UE tkun kredibbli u aktar viżibbli f'għajnejn l-Afgani u l-imsieħba internazzjonali; jenfasizza l-importanza li tinħoloq forza tal-pulizija ċivili effettiva u ta“ min jorbot fuqha biex jiġi stabbilit l-istat tad-dritt fl-Afganistan, u jilqa” l-ħidma tal-missjoni EUPOL tal-Afganistan; jistieden lill-Kunsill biex jirrimedja l-problema kontinwa ta“ nuqqas ta” persunal fi ħdan il-missjoni EUPOL bħala kwistjoni ta“ urġenza, u biex jiffaċilita l-iskjerament tiegħu fil-provinċji billi jipprovdi akkomodazzjonijiet addizzjonali u appoġġ loġistiku adegwat għall-missjoni; jistieden lin-NATO biex tikkoopera aktar mill-qrib mal-missjoni u biex tikkoordina l-ħidma tagħha tal-pulizija mal-EUPOL taħt il-patroċinju tal-Bord Internazzjonali ta” Koordinazzjoni tal-Pulizija (IPCB);

34.  Jappoġġja l-proposta tal-Kunsill li jeżamina l-possibilità ta“ missjoni ta” assistenza fil-Pakistan għar-riforma tas-setturi tas-sigurtà u tal-kostruzzjoni ta“ kapaċità għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, sabiex dan il-pajjiż jiġi megħjun jiddefinixxi strateġija kontra t-terroriżmu, filwaqt li jiġi inkluż djalogu dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

Il-Balkani

35.  Jilqa“ l-iskjerament b'suċċess tal-missjoni EULEX Kosovo fit-totalità tat-territorju tal-Kosovo u jinsisti dwar l-importanza għall-komponenti kollha tal-missjoni (pulizija, ġustizzja u dwana) sabiex din tkun tista” tibqa“ topera mingħajr ostakli fit-territorju kollu tal-Kosovo, inkluż fit-Tramuntana;

36.  Jilqa“ f'dan ir-rigward l-iffirmar tal-protokoll ta” kooperazzjoni tal-pulizija bejn l-EULEX Kosovo u s-Serbja, u jinnota n-natura strettament teknika ta“ dan il-protokoll, maħsub biex jiffaċilita l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

37.  Jikkundanna l-azzjonijiet ostili kollha fir-rigward tal-EULEX Kosovo, li l-missjoni tagħha hija li taħdem flimkien mal-awtoritajiet tal-Kosovo favur it-twaqqif u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt, u dan għall-ġid tal-komunitajiet kollha tal-Kosovo;

38.  Jitlob lill-Kunsill biex iqis il-possibilità tal-iskjerament ta“ operazzjoni militari taħt is-CSDP biex tieħu post il-KFOR;

39.  Ifakkar li, f'dak li jikkonċerna l-Bosnja-Ħerzegovina, minkejja diffikultajiet politiċi persistenti, is-sitwazzjoni tas-sigurtà għadha relattivament kalma u stabbli, u jenfasizza l-kontribut tal-operazzjoni militari tal-Unjoni (EUFOR ALTHEA) f'dan il-qasam; jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kunsill li tiffoka mill-ġdid l-attivitajiet tal-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fuq il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u jenfasizza l-bżonn għal approċċ komprensiv għas-settur tal-istat tad-dritt (pulizija – ġustizzja – ħabsijiet); iħeġġeġ lill-Kunsill biex fil-futur qrib jieħu deċiżjoni sabiex it-taħriġ tal-forzi armati Bosnjakki jkun l-enfasi l-ġdid tal-EUFOR ALTHEA; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta“ deċiżjoni politika konċertata dwar il-ġejjieni tal-forza internazzjonali fil-Bosnja u l-Ħerzegovina, li qed iwassal għal irtirar unilaterali ta” ċerti parteċipanti Ewropej mill-forza u bir-riskju li tiġi pperikolata l-kredibilità u l-koerenza tal-azzjoni tal-UE fil-Bosnja u l-Ħerzegovina; ifakkar lill-Kunsill biex jippreserva l-prospett ta“ adeżjoni mal-UE kif ġie miftiehem f'Tessaloniki fl-2003;

Il-Kawkasu

40.  Ifakkar dwar ir-rwol determinanti tal-Unjoni biex jiġi evitat deterjorament fil-kunflitt bejn il-Ġeorġja u r-Russja, partikolarment permezz tal-iskjerament immedjat ta“ missjoni ta” osservazzjoni bl-għan li tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tat-12 ta“ Awwissu u tat-8 ta” Settembru 2008; jiddispjaċih li l-Federazzjoni Russa s'issa ma wettqitx l-impenji tagħha fir-rigward ta“ dawn il-Ftehimiet; jenfasizza li r-rwol tal-missjoni ta” osservazzjoni tal-UE fil-Ġeorġja sar partikolarment kruċjali wara t-tluq tal-missjonijiet tal-OSCE u tan-Nazzjonijiet Uniti;

41.  Jappoġġja t-tiġdid tal-missjoni għal sena oħra u jitlob li tissaħħaħ il-kapaċità ta“ osservazzjoni tagħha, inkluża l-organizzazzjoni teknika tagħha; jiddispjaċih li l-forzi Russi u dawk lokali ma ħallewx lill-membri tal-persunal tal-missjoni jżuru r-reġjuni separatisti tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-Abkażja;

Il-Lvant Nofsani

42.  Iqis li l-Unjoni għandha ttejjeb il-kwalità tal-azzjonijiet tagħha fit-territorji Palestinjani; jilqa“ l-ħidma mwettqa mill-missjoni tal-pulizija EUPOL COPPS u jistieden lill-Kunsill biex iqis it-tisħiħ ta” din il-missjoni u jipproponi format ġdid biex il-missjoni ta“ assistenza fil-punt konfinali ta” Rafah (EUBAM Rafah) tinżamm u ssir aktar effettiva u biex tittaffa“ l-kriżi umanitarja drammatika fil-Medda ta” Gaża;

43.  Jappoġġja, fir-rigward tal-missjoni EUJUST LEX fl-Iraq, il-bidu progressiv ta“ attivitajiet fit-territorju tal-Iraq, skont is-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post;

L-Afrika “l isfel mis-Saħara

44.  Jirrikonoxxi l-bżonn ta“ impenn min-naħa tal-Unjoni fil-qasam tar-riforma tas-setturi tas-sigurtà ta” ċerti pajjiżi Afrikani, bħar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-Ginea-Bissaw, u jistieden lill-Kunsill biex jibbaża l-azzjonijiet tiegħu fuq approċċ komprensiv għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u biex iwettaq valutazzjonijiet regolari tal-effikaċja u tal-impatt ta“ dawn il-missjonijiet;

Ħaiti

45.  Jisħaq, fir-rigward tal-qagħda f'Ħaiti, fuq l-importanza ta“ koordinament tal-miżuri ta” appoġġ Ewropej; jilqa“ b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, il-kontribuzzjoni kollettiva tal-UE ta” mill-inqas 300 membru tal-persunal tal-pulizija, biex jipprovdu tisħiħ temporanju tal-kapaċità tal-pulizija tal-Missjoni ta“ Stabbilizzazzjoni tan-NU f'Ħaiti (MINUSTAH) kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kunsill li jwaqqaf ċelloli fi Brussell (EUCO Ħaiti) biex jikkoordinaw il-kontributi mill-Istati Membri ta” assi militari u ta“ sigurtà sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet identifikati min-NU, u b'hekk jikkumplimentaw iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ u tal-Informazzjoni (MIC); jiddispjaċih, madankollu, in-nuqqas ta” koordinazzjoni fuq il-post f'Ħaiti fost l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea; jistieden lir-Rappreżentant Għoli / Viċi President biex tmexxi l-isforzi Ewropej f'dan il-qasam;

Tagħlim miksub

46.  Jenfasizza l-importanza tal-proċessi ta“ feedback tal-operazzjonijiet u jistieden lill-Kunsill biex jirrefletti dwar mekkaniżmu li jippermetti l-assoċjazzjoni tiegħu ma” dawn il-proċessi; jixtieq ukoll ikun infurmat dwar l-ewwel rapport annwali rigward l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-feedback għall-missjonijiet ċivili; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President twettaq verifika bir-reqqa u trasparenti u tippreżenta missjonijiet tal-PSDK sabiex ikunu identifikati l-punti dgħajfin u b'saħħithom tagħhom;

47.  Jilqa“ t-tranżizzjoni b'suċċess tal-operazzjoni tal-Unjoni fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (operazzjoni EUFOR Tchad/RCA) lejn il-missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u ċ-Ċad (MINURCAT) u jixtieq li issa jinżamm infurmat dwar il-proċess attwali ta” tagħlim miksub, b'mod partikulari fir-rigward ta“ kif in-nuqqasijiet u l-problemi eżistenti li għandhom x'jaqsmu mal-kooperazzjoni prattika man-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Afrikana jistgħu jiġu evitati f'missjonijiet futuri;

Politika ta“ eżerċizzju

48.  Jenfasizza li l-ippjanar u t-twettiq ta“ eżerċizzji tal-UE fil-qasam tas-CSDP bħala parti minn politika ta” eżerċizzju aktar ambizzjuża tal-UE, inkluża l-possibbiltà għall-UE biex twettaq eżerċizzji fil-ħajja reali (LIVEX), tagħti kontribut kbir għal koordinazzjoni aktar effettiva tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fit-trawwim ta“ interoperabilità akbar u l-iskambju tal-esperjenza;

L-inklużjoni tal-perspettiva tas-sess u tad-drittjiet tal-bniedem
49.Ifakkar fl-importanza li jiġu indirizzati b'mod sistematiku l-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sessi fil-fażijiet kollha tal-operazzjonijiet tas-CSDP, matul il-fażijiet tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni; jitlob li titqies ir-Riżoluzzjoni 1325 (2000) u 1889 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà fit-taħriġ tal-persunal u waqt l-operazzjonijiet u li proporzjon akbar tal-impjegati mibgħuta fuq l-operazzjonijiet ikunu nisa; jirrakkomanda li jissaħħaħ it-taħriġ tal-persunal rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-għarfien tas-soċjetà ċivili;
Nonproliferazzjoni u diżarm

50.  Jilqa“ r-Riżoluzzjoni 1887 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2009) u jappoġġa għalkollox it-talbiet tagħha biex ma jibqgħux jinfirxu l-armi nukleari u għal sforzi aktar intensivi biex jinkiseb id-diżarm taħt kontroll internazzjonali strett u effikaċi; jistieden lill-Istati Membri biex isawru pożizzjoni komuni b'saħħitha għall-Konferenza ta” Reviżjoni tal-2010 tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni Nukleari u jtenni r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-24 ta“ April 2009 lill-Kunsill dwar in-nonproliferazzjoni u l-futur tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT)(8), li fih jiġi enfasizzat il-bżonn li jissaħħu iktar it-tliet pilastri tal-NPT, jiġifieri n-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-koperazzjoni għall-użi ċivili tal-enerġija nukleari; iħeġġeġ, barra minn hekk, li t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari (CTBT) jiġi rratifikat u jidħol fis-seħħ;

51.  Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati sistema internazzjonali għall-forniment sikur u garantit tal-fjuwil nukleari (i.e. sistema ta“ bank tal-fjuwil internazzjonali taħt il-kontroll tal-IAEA) u mekkaniżmi għal infurżar aħjar tal-hekk imsejħa klawsola dwar l-Armi għall-Qerda tal-Massa li hi parti mill-ftehimiet ta” koperazzjoni tal-UE ma“ pajjiżi terzi;

52.  Jilqa“ b'sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet u l-objettivi dikjarati mill-amministrazzjoni Amerikana l-ġdida li tieħu l-impenn li tgħin biex ikun hemm progress fid-diżarm nukleari u jitlob li jkun hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-promozzjoni tan-nonproliferazzjoni nukleari; jistieden liż-żewġ potenzi nukleari Ewropej biex jesprimu l-appoġġ espliċitu tagħhom għal dan l-impenn u biex joħorġu b'miżuri ġodda biex iwettquh; jilqa”, fl-istess waqt, l-impenn tal-Federazzjoni Russa u tal-Istati Uniti tal-Amerika biex ikomplu n-negozjati biex jiġi konkluż ftehim komprensiv ġdid u li jkun legalment vinkolanti bħala sostitut għat-Trattat dwar it-Tnaqqis u l-Limitazzjoni tal-Armi Offensivi Strateġiċi (START I), li skada f'Diċembru 2009; jistenna ħerqan li jkun hemm riżultati tanġibbli f'dan ir-rigward, fl-iktar data kmieni possibbli;

53.  Jilqa“ l-ftehim ta” koalizzjoni Ġermaniż tal-24 ta“ Ottubru 2009 dwar l-irtirar tal-armi nukleari tal-Istati Uniti mill-Ġermanja fil-kuntest tal-appoġġ tagħha għall-politika tal-President Obama għal dinja ħielsa mill-armi nukleari, ix-xewqa li jittieħdu passi intermedji biex jintlaħaq dan il-għan u l-ħtieġa li jiġu introdotti dinamiki ġodda fil-kontroll tal-armi u d-diżarm waqt il-Konferenza ta” Reviżjoni tal-2010 tal-NPT; iħeġġeġ lill-Istati Membri l-oħra li għandhom armi nukleari tal-Istati Uniti fit-territorju tagħhom biex jieħdu impenn ċar simili; jilqa“, f'dan ir-rigward, l-ittra mibgħuta fis-26 ta” Frar 2010 mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, il-Pajjiżi Baxxi, il-Belġju, il-Lussemburgu, u n-Norveġja lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, li titlob għal diskussjoni komprensiva fl-Alleanza dwar kif tista“ toqrob lejn l-għan politiku globali ta” dinja mingħajr armi nukleari;

54.  Jafferma mill-ġdid it-tħassib tiegħu fir-rigward tal-Iran u l-Korea ta“ Fuq, filwaqt li jfakkar dwar l-impenn li ttieħed mill-Unjoni biex jintużaw l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi, twaqqaf u, jekk ikun possibbli, telimina l-programmi ta” proliferazzjoni li qajmu tħassib fil-livell dinji; ifakkar madankollu li d-diżarm mibdi minn ċerti Stati mhuwiex marbut direttament mar-rieda tal-Istati l-oħra li jtemmu jew li jkomplu l-programmi ta“ proliferazzjoni tagħhom, u dan għandu jwassal għal politika iebsa fir-rigward tal-Istati jew l-organizzazzjonijiet li jkunu lesti li jipparteċipaw jew li diġà qed jipparteċipaw fi proċessi ta” proliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa; jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri kollha jaġixxu b'dan il-mod, bi qbil mal-approċċ tal-Unjoni għal din il-kwistjoni;

55.  Jirrimarka li, b'rabta mad-diżarm konvenzjonali, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex isir progress fid-diskussjonijiet dwar trattat internazzjonali li jirregola l-kummerċ tal-armi;

56.  Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għal diżarm aktar estensiv u għal projbizzjoni totali fuq l-armi, bħall-armi kimiċi u bijoloġiċi, il-mini ta“ kontra l-persunal, il-munizzjonijiet tat-tip ”cluster“ u l-munizzjonijiet tal-uranju mdgħajjef, li jikkawżaw tbatija kbira għall-persuni ċivili; iħeġġeġ, għaldaqstant, l-isforzi multilaterali msaħħa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u li jużaw it-Tossini, il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet tat-tip ”Cluster“, il-Konvenzjoni dwar il-Mini għal Kontra l-Persuni u l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema internazzjonali kontra l-proliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa; jilqa”, f'dan ir-rigward, l-impenji li ttieħdu mill-Istati Membri kollha tal-UE meta adottaw il-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi, kif ukoll id-dispożizzjoni tal-Artikolu 28B(1) tat-Trattat ta“ Lisbona, li jafda l-operazzjonijiet ta” diżarm konġunti f'idejn l-UE;

Żvilupp tal-kapaċitajiet

57.  Ifakkar li, sabiex jiġu sodisfatti l-esiġenzi operattivi dejjem ikbar u tiġi professjonalizzata l-ġestjoni tal-kriżijiet, l-Unjoni għandha tiżviluppa l-kapaċitajiet ċivili u militari tagħha; iħeġġeġ f'dan ir-rigward lill-Kunsill biex jiddefinixxi objettiv globali ġdid, li jista“ jkun ċivili u militari u li għandu jiġi organizzat qabel xejn favur it-tisħiħ effikaċi tal-kapaċitajiet;

58.  Jisħaq fuq il-ħtieġa tat-tiftix ta“ sinerġiji bejn il-kapaċitajiet ċivili u militari u l-identifikazzjoni ta” oqsma fejn l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġbru l-isforzi u l-kapaċitajiet tagħhom fil-livell tal-UE fi klima ekonomika diffiċli, li hu importanti biex jingħelbu l-effetti magħquda tal-ispejjeż dejjem jikbru tat-tagħmir ta“ difiża flimkien mal-limiti eżistenti fuq in-nefqa għad-difiża, filwaqt li tittieħed l-opportunità mogħtija mit-twaqqif tal-EEAS, li għandu jkollha unità waħda li tissorvelja l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ċivili u militari;

59.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-objettivi ta“ tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili u militari definiti fil-Kunsill Ewropew ta” Diċembru 2008; jitlob lill-Kunsill biex jimxi “l quddiem bl-implimentazzjoni tal-proġetti proposti f'dan il-kuntest, minkejja l-kriżi ekonomika attwali; jistieden lill-Kunsill biex b'mod regolari jżommu infurmat dwar l-isforzi min-naħa tal-Istati Membri sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi;

60.  Jenfasizza l-bosta ostakli li ġew identifikati għall-impjieg mgħaġġel tal-missjonijiet ċivili; jistieden lill-Istati Membri biex jimmobilizzaw il-Ministeri tal-Ġustizzja u tal-Intern tagħhom sabiex dawn jerfgħu r-responsabilità f'dan il-qasam; jappoġġja f'dan ir-rigward l-isforzi tal-Kunsill għall-faċilitazzjoni tal-issekondar u tal-impjieg tal-persunal ċivili kkwalifikat, imħarreġ b'mod xieraq u bbilanċjat bħala ġeneru (permezz tal-adozzjoni ta“ strateġiji nazzjonali u standards komuni, titjib tal-proċess ta” ġenerazzjoni tal-forzi u tat-taħriġ ta“ qabel l-impjieg, reviżjoni tal-kunċett ta” timijiet ta“ intervent ċivili - CRTs) kif ukoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni immedjat ta” tagħmir għall-missjonijiet ċivili l-ġodda (permezz tat-twaqqif ta“ kuntratti qafas u proġett ta” twaqqif ta“ mħażen għat-tagħmir); jilqa” f'dan ir-rigward id-deċiżjoni li titwaqqaf b'mod provviżorju ħażna ta“ tagħmir fi ħdan il-Missjoni ta” Pulizija tal-Unjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina;

61.  Jenfasizza l-bżonnijiet tal-missjonijiet ċivili li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħmir ta“ komunikazzjoni integrat, sigur u kompatibbli mas-sistemi ta” komunikazzjoni militari;

62.  Jistieden lill-Kunsill biex jagħti lill-EEAS struttura permanenti li tkun tiġbor fiha l-funzjonijiet ta“ appoġġ komuni għall-missjonijiet ċivili u l-operazzjonijiet militari (fosthom il-proċeduri ta” reklutaġġ u l-proċessi tal-akkwist) sabiex dawn ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-missjoni ewlenija tagħhom;

63.  Jinsisti dwar il-bżonn ta“ koordinazzjoni mill-qrib bejn il-missjonijiet ċivili u militari tas-CSDP u strumenti oħra tal-Unjoni, sabiex jiġi razzjonalizzat l-użu tar-riżorsi; jitlob lir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President biex tikkoordina mal-Kummissjoni biex, flimkien mal-EEAS, jiġu ppjanati l-azzjonijiet tagħha f'oqsma simili; jitlob li jkun hemm skambju kontinwu ta” informazzjoni bejn il-missjonijiet ċivili tas-CSDP u l-protagonisti inkarigati mill-koperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura intra-Ewropea, b'mod partikolari l-Europol, u b'mod speċifiku għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

64.  Jinnota li l-Gruppi Tattiċi (Battle Groups), minkejja l-ispejjeż li jirrappreżentaw, għadhom qatt ma ntużaw s'issa, għal raġunijiet politiċi iżda wkoll minħabba l-kundizzjonijiet stretti ferm għat-tħaddim tagħhom; jappoġġa l-użu iktar effikaċi u flessibbli tal-Gruppi Tattiċi sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala forza ta“ riżerva jew bħala sostitut parzjali f'każ ta” proċess diżappuntanti ta“ ġenerazzjoni tal-forzi, sakemm jitqiesu kif suppost ix-xewqat tal-pajjiżi li b'mod konġunt ikunu jifformaw il-gruppi kkonċernati; jitlob li jiġi prorogat il-ftehim provviżorju bl-għan li jiġu koperti l-ispejjeż marbuta mal-użu strateġiku tal-Gruppi Tattiċi, iżda wkoll l-estensjoni tal-ispejjeż komuni għall-użu ta” dawn il-gruppi tattiċi; jistieden lill-Kunsill biex jużahom fil-kuntest ta“ eżerċizzji militari veri u propji; jilqa” l-ħidma mwettqa bl-ispinta tal-presidenza Svediża dwar l-użu flessibbli tal-Gruppi Tattiċi u, fuq din il-bażi, jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet adottati;

65.  Jilqa“ l-progress magħmul fil-qasam tal-kapaċitajiet militari u ċivili u jitlob li jsir progress mgħaġġel fl-oqsma sussegwenti:

   il-proġetti li jippermettu li jiġu mobilizzati b'mod iktar mgħaġġel il-missjonijiet tal-ESDP u l-forzi tal-Unjoni, jiġifieri:
   it-twaqqif ta“ flotta Ewropea ta” trasport bl-ajru u l-pjan ta“ governanza adottat minn 14-il Stat Membru matul il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni”, miftuħ ukoll għall-ministri tad-difiża, tas-17 ta“ Novembru 2009, it-twaqqif ta” kommando Ewropew ta“ trasport bl-ajru f'Eindhoven u l-ħolqien ta” unità multinazzjonali ta“ ajruplani A400M, filwaqt li jiddispjaċih għad-dewmien konsiderevoli fil-kunsinna u jistieden lill-Istati Membri kkonċernati u lill-EADS biex jagħmlu suċċess bil-proġett A400M sabiex l-unità multinazzjonali tkun tista” tinħoloq malajr; jisħaq fuq l-importanza tal-użu tal-kapaċitajiet tat-trasport militari b'appoġġ għall-protezzjoni ċivili u l-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet;
   il-modernizzazzjoni tal-ħelikopters u t-taħriġ tal-ekwipaġġi, kif ukoll il-proġett futur ta“ ħelikopter tat-trasport tqil;
   il-proġetti bl-għan li l-ekwipaġġi militari skjerati mill-Unjoni Ewropea jkunu infurmati aħjar:
   il-ġenerazzjoni ġdida ta“ satelliti ta” osservazzjoni (programm MUSIS),
   il-ftehimiet bejn ċerti Stati Membri u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC) bl-għan li jiġi faċilitat l-aċċess ta“ dan iċ-Ċentru satellitari għall-immaġini governattivi (Hélios II, Cosmo-Skymed u SAR-Lupe),
   il-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) dwar l-espressjoni tal-bżonnijiet militari fil-qasam tas-sorveljanza mill-ispazju;
   il-proġett ta“ Sistema ta” Sorveljanza Dinjija għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), filwaqt li madankollu jiddispjaċih li dan ma jqisx biżżejjed il-bżonnijiet speċifiċi tas-settur tas-sigurtà u d-difiża, partikolarment f'termini ta“ riżoluzzjoni tal-immaġini; jissuġġerixxi li ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea jkun jista” jkollu rwol ta“ kollegament f'dan il-qasam;
   il-proġetti bl-għan li tissaħħaħ id-dimensjoni marittima tal-Unjoni, li jqiegħdu l-mezzi militari tas-CSDP għas-servizz tagħha:
   it-twaqqif ta“ sistema ta” sorveljanza marittima skont il-mudell Baltiku (SUBCAS) sabiex tkabbar is-sigurtà tat-trasport marittimu, tikkontrolla l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u tiġġieled it-tniġġis tal-ibħra;
   il-pjan direzzjonali għall-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima previst għall-2010; iqis li n-nuqqas ta“ koperazzjoni bejn id-diversi protagonisti Ewropej bl-ebda mod m'għandu jkun ostaklu għall-implimentazzjoni ta” dawn il-proġetti;

66.  Jilqa“ r-rwol determinanti tal-EDA fl-iżvilupp ta” dawn il-kapaċitajiet ta“ difiża kritiċi, partikolarment permezz tal-implimentazzjoni ta” programmi konġunti; jistieden lill-Istati Membri biex jisfruttaw iktar il-potenzjal tal-EDA f'konformità mat-trattat il-ġdid, biex jallokawlha baġit konformi ma“ dak li qed jiġi mistenni minnha u biex tingħatalha iktar prevedibilità f'ħidmitha permezz tal-adozzjoni ta” qafas finanzjarju u ta“ programm ta” ħidma triennali; jistieden lill-Istati Membri biex jiffinalizzaw mill-aktar fis l-arranġament amministrattiv bejn l-EDA u l-organizzazzjoni konġunta ta“ koperazzjoni fil-qasam tal-armamenti (OCCAR) kif ukoll il-ftehim ta” sigurtà bejn l-Unjoni u l-OCCAR sabiex jorganizzaw b'mod effikaċi l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-armamenti;

67.  Jappoġġa t-twaqqif ta“ bażi industrijali u teknoloġika ta” difiża Ewropea kompetittiva u ta“ suq Ewropew tat-tagħmir ta” difiża miftuħ u trasparenti; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex ikomplu bl-isforzi tagħhom ta“ riċerka u żvilupp, billi jirrispettaw l-impenn meħud li jallokaw lil dan il-qasam 2% tal-ispejjeż għad-difiża, u biex jittrasponu b'mod armonizzat id-direttivi tal-pakkett għad-difiża;

68.  Jistieden lill-aġenziji nazzjonali Ewropej għall-akkwisti fil-qasam tad-difiża biex jieħdu passi konkreti, bl-appoġġ tal-EDA, biex isiru aktar akkwisti Ewropej, speċifikament billi jiffirmaw Kodiċi ta“ Kondotta volontarju li jkun jintroduċi l-prinċipju ta” “preferenza Ewropea” f'xi oqsma tat-tagħmir ta“ difiża fejn ikun importanti li jinżammu awtonomija strateġika u sovranità operattiva mill-prospettiva Ewropea, u biex tiġi sostnuta l-preminenza industrijali u teknoloġika Ewropea;

69.  Jappoġġa bil-qawwa t-twaqqif ta“ sinerġiji ċivili u militari fil-qasam tal-kapaċitajiet; jittama li s-CMPD u l-EDA jkunu jistgħu jistabbilixxu malajr ir-rwoli komplementari tagħhom: taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President, is-CMPD fi ħdan l-EEAS għandu jkollha rwol strateġiku għall-għoti ta” spinta u għall-koordinazzjoni tal-ħidma, partikolarment fil-qasam tal-identifikazzjoni tal-bżonnijiet komuni, filwaqt li l-EDA għandu jkollha rwol operattiv għall-iżvilupp tat-teknoloġiji dupliċi u l-kapaċitajiet ċivili u militari; iqis li dawn is-sinerġiji jistgħu jinstabu partikolarment fuq il-bażi tal-parti “'sigurtà'” tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku;

70.  Jilqa“ l-progress imwettaq taħt il-presidenza Svediża għall-ħolqien ta” reservoir ta“ esperti ċivili u militari li jistgħu jintużaw fir-riforma tas-setturi ta” sigurtà, filwaqt li jiddeplora d-dewmien fl-implimentazzjoni ta“ din il-miżura proposta fil-ħarifa tal-2008, u jixtieq li jitwaqqaf issa stess dan ir-reservoir;

71.  Jappoġġa, bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-persunal Ewropew li jaħdem id f'id, l-inizjattivi fil-qasam tat-taħriġ, partikolarment:

   l-iżvilupp tal-iskambji ta“ fizzjali żgħażagħ Ewropej, skont il-mudell tal-programm Erasmus;
   it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta“ taħriġ fil-livell tal-Unjoni; b'mod partikolari, jinsisti dwar in-neċessità li jitwaqqaf mill-aktar fis il-Kulleġġ Ewropew ta” sigurtà u difiża fl-għamla l-ġdida tiegħu, kif ġie deċiż mill-Kunsill f'Diċembru 2008;
   l-isforzi biex tiżdied il-kapaċità għal taħriġ fil-livell tal-UE; jenfasizza b'mod partikulari l-bżonn li titwaqqaf l-Akkademja Ewropea għal Azzjoni Esterna b'dehra ġdida li, b'koperazzjoni mill-qrib mal-entitajiet xierqa fl-Istati Membri u waqt li tinkorpora strutturi ta“ taħriġ eżistenti bħall-Kulleġġ għad-Difiża, tkun tipprovdi lill-uffiċjali tal-Unjoni u lill-uffiċjali tal-Istati Membri li għandhom jaħdmu f'funzjonijiet ta” relazzjonijiet esterni, kif ukoll lill-istaff mill-missjonijiet tas-CSDP, b'taħriġ li jkun ibbażat fuq kurrikuli armonizzati b'mod uniformi, b'taħriġ komprensiv u komuni għall-uffiċjali kollha u b'taħriġ xieraq fil-proċeduri konsulari u ta“ legazzjoni, fid-diplomazija, fil-medjazzjoni waqt il-kunflitti u fir-relazzjonijiet internazzjonali, flimkien ma” għarfien dwar l-istorja u l-esperjenza tal-Unjoni Ewropea;

72.  Iqis li, bl-għan li jittejjeb it-taħriġ tal-persunal impjegat u biex jinkiseb l-ogħla benefiċċju mill-mezzi ta“ taħriġ, għandha tiġi stabbilita rabta iktar sistematika bejn il-persunal li jipparteċipa fit-taħriġ u l-persunal imħaddem fil-missjonijiet; jistieden lill-Kunsill biex ifassal statut Ewropew komuni għall-persunal mobilizzat, li jkun jirregola l-istandards tat-taħriġ, ir-regoli dwar l-involviment jew il-mobilizzazzjoni u l-gradi tal-libertà operattiva, drittijiet u dmirijiet, il-kwalità tat-tagħmir u l-kura medika u l-arranġamenti ta” sigurtà soċjali fil-każ ta“ mewt, korriment jew inkapaċità;

73.  Jilqa“ l-iffirmar fis-26 ta” Frar 2009 tat-Trattat ta“ Strasburgu, li jagħti personalità legali lill-Korp tal-Armata Ewropew (l-Eurocorps); jitlob li din il-forza multinazzjonali tintuża mill-Unjoni jekk ikun hemm il-ħtieġa;

Finanzjament tas-CSDP

74.  Ifakkar li t-Trattat ta“ Lisbona ma jimmodifikax b'mod fundamentali l-finanzjament tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet immexxija fil-qafas tas-CSDP, jiġifieri:

   il-missjonijiet ċivili huma ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni,
   l-operazzjonijiet militari huma ffinanzjati mill-mekkaniżmu ATHENA f'dak li jikkonċerna l-ispejjeż komuni;

75.  Ifakkar fid-dispożizzjoni tat-Trattat ta“ Lisbona relatata mal-fond ta” tnedija, li tqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u li għandu jiffinanzja l-attivitajiet preparatorji tal-missjonijiet tas-CSDP li, għal xi raġuni jew oħra, ma jkunux jaqgħu taħt il-baġit tal-Unjoni; jenfasizza l-valur miżjud ta“ dan il-fond, li għandu jippermetti t-tisħiħ tal-kapaċità tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli li tħejji l-azzjonijiet tas-CSDP b'mod effikaċi u bla dewmien; iħeġġeġ f'dan ir-rigward lill-Istati Membri biex jibdew bla dewmien il-ħidma ta” implimentazzjoni;

76.  Jitlob lill-Istati Membri biex itawlu l-lista ta“ spejjeż komuni, iffinanzjati mill-mekkaniżmu ATHENA, biex ikabbru s-solidarjetà ta” bejniethom u biex iħeġġu lil iktar Stati biex jieħdu sehem fl-operazzjonijiet militari tal-Unjoni;

77.  Jissuġġerixxi li, fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli u proċeduri applikabbli għall-ġestjoni tal-kriżijiet isiru iktar flessibbli, billi dan il-qasam għandu jissodisfa esiġenzi speċifiċi, bħar-rapidità tal-iskjerament u l-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà;

78.  Ifakkar fin-natura determinanti tal-istrumenti finanzjarji mmexxija mill-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-kriżijiet, partikolarment l-Istrument ta“ Stabilità u l-Fond Ewropew ta” Żvilupp (inkluża l-Faċilità għall-Paċi għall-Afrika); jenfasizza l-importanza li jkun hemm koordinazzjoni bejn dawn l-istrumenti differenti;

Sħubijiet
UE/NATO

79.  Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi kkonsolidata s-sħubija strateġika u li tiġi żgurata l-koperazzjoni kostruttiva bejn l-UE u n-NATO; jirrakkomanda li ma jkunx hemm imblukkar u jitlob għal reviżjoni tal-arranġamenti preżenti għall-koperazzjoni operattiva bejn l-UE u n-NATO (il-ftehim Berlin Plus) kif ukoll għal żvilupp ta“ qafas funzjonali ġdid li jiffaċilita koperazzjoni aktar wiesgħa meta ż-żewġ organizzazzjonijiet ikunu preżenti fl-istess siti ta” operazzjoni;

80.  Jinsisti li l-Viċi-President/ir-Rappreżentant Għoli għandha tidħol fi djalogu rigoruż mas-Segretarju-Ġenerali tan-NATO fir-rigward tar-reviżjoni attwali tan-NATO tal-kunċett strateġiku tagħha, sabiex jiġi żgurat li n-NATO tqis bis-sħiħ l-iżvilupp tal-Politika ta“ Sigurtà u ta” Difiża Komuni, inkluża l-kooperazzjoni strutturata permanenti potenzjali fid-difiża;

81.  Jiddispjaċih li l-ftehimiet tekniċi bejn l-operazzjonijiet tan-NATO u tal-Unjoni fl-Afganistan u fil-Kosovo għadhom ma ġewx iffirmati; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membi biex jużaw l-influwenza politika tagħhom fl-entitajiet xierqa tal-UE u n-NATO biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni;

82.  Jenfasizza l-koperazzjoni tajba bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet fil-ġlieda kontra l-piraterija (operazzjoni Atalanta u operazzjoni tan-NATO Ocean Shield);

83.  Jifraħ lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO dwar l-intenzjoni li l-Unjoni, inkluż il-Parlament Ewropew, tiġi assoċjata fid-diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tal-kunċett strateġiku ta“ din l-organizzazzjoni; jittama li dan iwassal għal inizjattivi speċifiċi fil-ġejjieni qrib;

84.  Jilqa“ l-koperazzjoni bejn l-Unjoni u n-NATO fil-qasam tal-kapaċitajiet militari, bħal fil-każ tal-ħidma għat-titjib tal-kapaċità operattiva tal-ħelikopters;

UE/Nazzjonijiet Uniti

85.  Ifakkar fl-importanza ta“ koperazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u n-Nazzjonijiet Uniti fil-ġestjoni tal-kriżijiet, u b'mod partikolari fis-siti ta” operazzjoni fejn iż-żewġ organizzazzjonijiet huma rappreżentati u/jew iridu jissostitwixxu “l xulxin; jitlob li tissaħħaħ din il-koperazzjoni relatata mal-kriżijiet, partikolarment f'dak li jikkonċerna l-ippjanar;

UE/Unjoni Afrikana

86.  Jenfasizza l-importanza ta“ koperazzjoni tajba bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana, skont l-impenji meħuda fil-kuntest tas-Sħubija għall-Paċi u s-Sigurtà” marbuta mal-Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Afrika; iqis li l-Unjoni Ewropea għandha, sa fejn ikun possibbli, tappoġġa lill-Unjoni Afrikana, partikolarment fis-siti ta“ operazzjoni, bħas-Somalja, fejn din tkun l-unika organizzazzjoni fit-territorju, u jistieden lill-Unjoni Afrikana biex tagħmel ħilitha biex tiżviluppa l-kapaċità tal-Afrika li tirreaġixxi għall-kriżijiet u biex tiżgura li jsir użu aktar effikaċi tal-assistenza li tasal mis-sħab internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni speċjali għall-problema tal-proliferazzjoni bla kontroll tal-armi ż-żgħar u ħfief, b'mod partikolari fl-Afrika, u f'dan ir-rigward, biex l-enfasi tkun fuq il-konformità mar-regolamenti eżistenti dwar l-armi fiż-żoni ta” kriżi fl-Istati Membri kollha;

UE/L-Istati Uniti

87.  Jistieden lill-Kunsill biex tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni tal-UE mal-Istati Uniti fil-qasam tat-tisħiħ tal-paċi u l-ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż dwar kwistjonijiet militari u diżastri naturali; koperazzjoni bħal din hija importanti b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-missjonijiet ta“ piraterija fis-Somalja, fl-isforzi biex jissaħħu l-kapaċitajiet Afrikani għaż-żamma tal-paċi, u fl-operazzjonijiet fil-Kosovo u fl-Afganistan; jilqa” b'mod partikolari l-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti fil-missjoni EULEX Kosovo, taħt il-kmand Ewropew;

88.  Hu tal-fehma li l-verżjoni l-ġdida tal-protezzjoni kontra l-missili maħsuba mill-amministrazzjoni Amerikana għandha tiġi studjata bir-reqqa u tiġi vverifikata, u jekk sistema bħal din tiġi żviluppata, għandha titqies l-istrateġija Ewropea komuni għall-protezzjoni tal-Ewropa kontra t-theddid ballistiku, fi djalogu fuq skala kontinentali, kif ukoll l-isforzi li qegħdin isiru biex l-industrija tad-difiża Ewropea tiġi involuta fl-iżvilupp tagħha;

Parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi fl-ESDP

89.  Ifakkar li s'issa, 24 pajjiż mill-ħames kontinenti pparteċipaw fis-16-il operazzjoni ċivili u militari tal-Unjoni; jenfasizza li l-parteċipazzjoni ta“ Stati terzi fl-operazzjonijiet tikkostitwixxi valur miżjud importanti, kemm politiku kif ukoll operattiv, għall-operazzjonijiet tal-Unjoni; iqis li l-Unjoni għandha tkompli miexja f'din it-triq u tanalizza l-possibilitajiet biex tassoċja aħjar dawn il-pajjżi terzi, mingħajr ma tipperikola l-awtonomija tat-teħid ta” deċiżjonijiet tagħha;

Prerogattivi Parlamentari

90.  Jilqa“ l-parteċipazzjoni ikbar tal-Kunsill fil-ħidma tal-Parlament Ewropew fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, partikolarment fi ħdan is-sottokumitat speċjalizzat; jilqa” l-inklużjoni ta“ sezzjoni dwar ir-relazzjonijiet mal-Parlament fl-aħħar konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ESDP; iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex, fil-kuntest tat-Trattat ta” Lisbona, tkompli miexja f'din it-triq sabiex is-CSDP tingħata leġittimità demokratika qawwija;

91.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni supranazzjonali li tista“ tippretendi b'mod leġittimu li l-politika ta” sigurtà u difiża tal-Unjoni tiġi implimentata b'mod demokratiku, u dan ir-rwol huwa msaħħaħ permezz tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona; iqis f'dan il-kuntest li l-Assemblea tal-WEU, li inħolqot permezz ta” trattat (it-Trattat ta“ Brussell Emendat) li ma ġiex iffirmat mit-totalità tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, m'għandha la t-tagħmir politiku u lanqas is-setgħa legali li teżerċita sorveljanza parlamentari fuq is-CSDP;

92.  Iħeġġeġ għalhekk lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali biex, billi jitqiesu l-possibilitajiet offerti mit-Trattat ta“ Lisbona, jagħmlu użu sħiħ mill-protokoll tiegħu Nru 1 biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-PESK u s-CSDP permezz tal-iżvilupp ta” relazzjonijiet ta“ ħidma iktar mill-qrib u iktar strutturati, fir-rigward ta” kwistjonijiet ta“ sigurtà u difiża, bejn il-kumitati kompetenti rispettivi tagħhom; jenfasizza li din il-koperazzjoni msaħħa bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali se tissostitwixxi l-prerogattivi li l-Assemblea tal-WEU allokat lilha nnifisha mingħajr dritt; jenfasizza wkoll il-bżonn li l-istrutturi proprji jiġu adattati biex jiġi żgurat li s-CSDP topera aħjar; iħeġġeġ lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President biex isibu modi biex il-Parlament Ewropew u l-kumitat kompetenti tiegħu jkunu involuti sa mill-fażijiet l-aktar bikrija tat-twaqqif tal-Kunċetti u l-Pjanijiet Operattivi għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet Ċivili;

93.  Jitlob lill-Kunsill biex jinfurmah dwar il-progress tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet li qed jitħejjew, kif ukoll dwar l-impjieg tagħhom; jissuġġerixxi lill-Kunsill biex, f'ġieħ it-trasparenza, jinfurmah regolarment dwar l-użu tal-mekkaniżmu ATHENA u tal-fond ta“ tnedija, kif diġà jagħmel fir-rigward tal-użu tal-krediti CFSP għall-missjonijiet ċivili; jikkunsidra li, prinċipalment fl-interessi taċ-ċarezza baġitarja, kull infiq mhux militari għandu jiġi indikat fil-baġit tal-UE, u li, bħala pass addizzjonali, wara l-emenda meħtieġa tat-Trattat, l-infiq militari wkoll għandu jintwera fil-baġit tal-UE;

94.  Jitlob li jiġu riveduti l-ftehimiet interistituzzjonali tal-2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess tal-Parlament Ewropew għall-informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fl-oqsma tal-ESDP u s-CSDP, sabiex il-Membri parlamentari responsabbli, partikolarment il-presidenti tas-sottokumitati dwar is-Sigurtà u d-Difiża u d-Drittijiet tal-Bniedem, ikun jista“ jkollhom l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-prerogattivi tagħhom b'mod infurmat;

o
o   o

95.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tan-NATO.

(1) ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 580
(2) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 334.
(3) ĠU C 285 E, 26.11.2009, p. 23.
(4) Testi adottati, P6_TA(2009)0075.
(5) Testi adottati, P6_TA(2009)0076.
(6) Testi adottati, P7_TA(2009)0099.
(7) Testi adottati, P7_TA(2009)0057.
(8) Testi adottati, P6_TA(2009)0333.

Avviż legali - Politika tal-privatezza