Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2116(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0069/2010

Testi mressqa :

A7-0069/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.23
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0113

Testi adottati
PDF 323kWORD 63k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Kwittanza 2008: L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
P7_TA(2010)0113A7-0069/2010
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0187/2009 – 2009/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta“ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0069/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 49.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0187/2009 – 2009/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta“ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0069/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 49.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0187/2009 – 2009/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta“ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0069/2010),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri indikat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari,

B.   billi fit-23 ta“ April 2009 l-Parlament ta l-kwittanza lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007(5) u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza, il-Parlament ġibed l-attenzjoni, inter alia, għall-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ħarġet dikjarazzjoni ta“ assigurazzjoni pożittiva u li m'għamlet l-ebda kumment;

1.   jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008 kien skont il-liġi u regolari;

Prestazzjoni

2.  Jifraħ lill-Aġenzija talli tejbet b'mod konsiderevoli l-ġestjoni finanzjarja tagħha matul dawn l-aħħar tliet snin; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tkompli tipprova tilħaq l-ogħla standards fl-ippjanar, fl-implimentazzjoni u fil-kontroll baġitarji;

3.  Jifraħ, b'mod partikulari, lill-Aġenzija għat-tlestija tal-Fażijiet I u II tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intrapriżi dwar ir-Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER), għall-ħolqien ta“ netwerk ta” organizzazzjonijiet Ewropej li jistgħu jipprovdu inċentivi ekonomiċi fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, u għall-ħolqien ta“ bażi tad-data tar-riżorsi għall-evalwazzjoni tar-riskji għall-kampanja Postijiet tax-Xogħol li jppromwovu s-Saħħa tal-2008/2009;

4.  Jitlob lill-Aġenzija biex, fit-tabella tagħha li għandha tinhemeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tippreżenta paragun bejn l-operazzjonijiet li wettqet matul is-sena ta“ kwittanza eżaminata u dawk li wettqet waqt is-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità ta” kwittanza tkun tista“ tevalwa aħjar il-prestazzjoni tal-Aġenzija minn sena għall-oħra;

Governanza tal-Aġenzija

5.  Jikkunsidra bħala mhux insinifikanti l-ispejjeż fissi ta“ governanza tal-Aġenzija, minħabba li għandha Bord ta” Amministrazzjoni ta“ 84 membru u timpjega 84 membru tal-persunal (ċifri għas-sena finanzjarja 2008);

Spejjeż operattivi trasferiti għas-sena ta“ wara

6.  Jieħu nota li l-Aġenzija ttrasferiet EUR 3 400 000 għas-sena ta“ wara (iġifieri 44% tal-infiq operattiv) li minnhom EUR 1 000 000 jikkonċernaw impenji li kellhom x'jaqsmu kompletament mas-sena finanzjarja 2009; jenfasizza, barra minn hekk, li din is-sitwazzjoni mhijiex konformi mal-prinċipju tal-annwalità; jitlob, għaldaqstant, li l-approprjazzjonijiet isiru skont il-ġestjoni baġitarja ekonomika li tikkorrispondi mal-ħtiġijiet reali; jinnota, madankollu, li t-tweġiba tal-Aġenzija li affermat li l-komplessità tal-proġetti kellha l-konsegwenza li biex jitlestew ittieħed ħafna iktar ħin minn dak li ġie previst fil-bidu; jifraħ lill-Aġenzija madankollu talli tejbet il-kontroll u l-ippjanar tal-infiq operattiv tagħha sabiex tevita li jiġu impenjati fondi sinifikattivi fi tmiem is-sena;

Proċeduri għall-għoti ta“ kuntratti

7.  Jinnota l-irregolarità li identifikat il-Qorti tal-Awdituri għal proċedura għall-għoti ta“ kuntratti (l-użu ta” kuntratt qafas oltre l-valur massimu tiegħu); b'mod partikulari, jenfasizza li l-Aġenzija kellha tniedi proċedura ġdida għall-għoti ta“ kuntratti bil-għan li jiġi stabbilit kuntratt qafas ġdid; jinnota madankollu l-ġustifikazzjoni tal-Aġenzija, li tenfasizza l-bżonn li jitkompla jintuża dan il-kuntratt qafas bl-għan li tiġi sostitwita s-sistema ta” sussidji mingħajr ma jkun hemm impatti negattivi fuq l-attivitajiet tal-Aġenzija;

8.  Jistenna li l-Aġenzija ssolvi l-problema tal-użu ta“ kuntratt ta” qafas għall-akkwist pubbliku lil hinn mill-valur massimu tiegħu, sabiex jingħata effett lil-liġi tal-baġit Ewropea;

Ir-riżorsi umani

9.  Jinnota li, skont ir-Rapport dwar l-Attivitajiet għall-2008, fi tmiem is-sena l-Aġenzija kienet tħaddem magħha 64 impjegat.

Verifika interna

10.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija implimentat 19 mit-33 rakkomandazzjoni li għamel is-Servizz tal-Verifika Interna mill-2006; jinnota li, mill-14 li għadhom ma ġewx implimentati, 6 huma meqjusa bħala importanti ħafna u jikkonċernaw il-ġestjoni ta“ dak li jistennew il-persuni interessati u l-implimentazzjoni ta” ċerti standards ta“ kontroll intern (i.e. l-ittrattar ta” problemi bil-fajls individwali, ir-rapport anwali dwar il-kontroll intern u l-promozzjoni tal-proċeduri ta“ kontroll intern);

11.  Jinnota li twettaq eżerċizzju għall-valutazzjoni tar-riskji fl-aħħar tliet xhur tal-2008 biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tal-verifika u l-pjan ta“ verifika tas-Servizz tal-Verifika Interna għat-tliet snin li jmiss;

o
o   o

12.  Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta“ natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu ta” kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta“ Mejju 2010(6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 49.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 195.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0139.

Avviż legali - Politika tal-privatezza