Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
WORD 96k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell Verżjoni finali
Evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta“ Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010
P7_TA(2010)0130A7-0053/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta” Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010 (2009/2202(INI))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta“ Jannar 2006 dwar Pjan ta” Azzjoni Komunitarju dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2006-2010 (COM(2006)0013),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta“ Ottubru 2006 dwar Pjan ta” Azzjoni Komunitarju dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2006-2010(1) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta“ Mejju 2008 dwar Strateġija ġdida għas-Saħħa tal-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013)(2) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta“ Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla(3) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jgħid li, fil-formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-agrikoltura u s-sajd, it-trasport, is-suq intern, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tal-ispazju, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa tal-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali bħala esseri sensibbli, waqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet leġislattivi jew amministrattivi u d-drawwiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu partikolarment mar-riti reliġjużi, tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta“ Ottubru 2009 dwar għażliet għat-tikkettjar tal-benessri tal-annimali u l-istabbiliment ta” Netwerk Ewropew ta“ Ċentri ta” Referenza għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali (COM(2009)0584),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta“ Ottubru 2009, ”Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar“ (COM(2009)0591),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0053/2010),

A.   billi l-istandards tal-benessri tal-annimali huma ta“ importanza vitali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-annimali ħajjin fl-Ewropa, peress li qed ikollhom impatt li kulma jmur qed jikber fuq il-livell tal-kompetittività tal-farms,

B.   billi kwalunkwe armonizzazzjoni tal-protezzjoni tal-annimali ħajjin fl-Unjoni għandha ssir flimkien ma“ regoli dwar l-importazzjonijiet li jkollhom l-istess għan, biex jiġi evitat li l-produtturi Ewropej jitqiegħdu fi żvantaġġ fis-suq Ewropew,

C.   billi kull attività biex jiġi protett u żgurat il-benessri tal-annimali trid tkun ibbażata fuq il-prinċipju li l-annimali huma esseri sensibbli li l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom iridu jitqiesu, u billi l-benessri tal-annimali fis-seklu 21 huwa espressjoni tal-umanità tagħna u sfida għaċ-ċivilizzazzjoni u l-kultura Ewropej,

D.   billi l-għan ta“ strateġija tal-benessri tal-annimali għandu jkun li jiġi żgurat li jitqiesu l-kostijiet li kulma jmur qed jiżdiedu ġġenerati mill-benessri tal-annimali, u billi politika tal-benessri tal-annimali ambizzjuża tista” tirnexxi biss b'mod parzjali jekk ma jkunx hemm djalogu Ewropew u mad-dinja kollha u jekk ma jkunx hemm politika aggressiva għat-tqajjim tal-kuxjenza u għall-għoti ta“ informazzjoni fl-Ewropa u barra minnha dwar il-vantaġġi ta” standards għoljin tal-benessri tal-annimali, jiġifieri jekk tkun żviluppata unilateralment mill-Unjoni Ewropea,

E.   billi, sabiex ikun hemm żvilupp ulterjuri tal-protezzjoni tal-annimali fil-Komunità, huwa meħtieġ li jiżdiedu l-isforzi tar-riċerka u li tiġi integrata l-protezzjoni tal-annimali fil-valutazzjonijiet relevanti kollha tal-impatt, kif ukoll li jkunu involuti l-gruppi kollha ta“ interess fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; billi t-trasparenza, l-aċċettazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet eżistenti u l-monitoraġġ tal-konformità magħhom fil-livelli kollha huma prerekwiżit għal strateġija tal-protezzjoni tal-annimali li tirnexxi fl-Ewropa,

F.   billi fis-snin reċenti l-Ewropa adottat firxa wiesgħa ta“ liġijiet rigward il-benessri tal-annimali u laħqet waħda mill-ogħla livelli ta” benessri tal-annimali fid-dinja,

G.   billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2006, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar l-iżvilupp tal-politika tal-benessri tal-annimali qabel ma tippreżenta l-Pjan ta“ Azzjoni li jmiss biex jiġi inkluż il-protezzjoni tal-annimali fl-oqsma kollha tal-aġenda ta” negozjar internazzjonali tagħha,

H.   billi, fl-2006, il-Parlament enfasizza l-ħtieġa li titjieb l-informazzjoni li tingħata liċ-ċittadini dwar il-benessri tal-annimali u dwar l-isforzi li saru mill-produtturi tagħna biex jikkonformaw mar-regoli,

I.   billi l-benessri tal-annimali m'għandux jiġi ttraskurat, peress li jista“ jkun ta” vantaġġ komparattiv għall-Unjoni Ewropea, bil-kundizzjoni madankollu li l-Unjoni tiżgura, f'suq miftuħ, li l-annimali kollha u l-laħam kollu importat minn pajjiżi terzi jissodisfaw l-istess rekwiżiti ta“ benessri tal-annimali li japplikaw fl-Unjoni,

J.   billi waqt il-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-Pjan ta“ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2006-2010, l-Unjoni Ewropea trid tikkommetti ruħha li tiżgura r-rikonoxximent tal-istandards tal-benessri tal-annimali fit-taqsima agrikola tal-ftehim li jmiss tad-WTO, qabel il-konklużjoni finali ta” ftehim ġenerali,

K.   billi hemm rabta bejn il-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-prodotti, u billi livell għoli ta“ benessri tal-annimali, li jibda mit-trobbija u jispiċċa mal-qtil, jista” jtejjeb is-sikurezza u l-kwalità tal-prodott,

L.   billi ċerta kategorija ta“ konsumaturi jaċċettaw prezzijiet ogħla għal prodotti li jilħqu standards ogħla ta” benessri tal-annimali, filwaqt li l-maġġoranza l-kbira tal-konsumaturi xorta jagħżlu l-prodotti li jiswew anqas,

M.   billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2006 msemmija hawn fuq il-Parlament Ewropew insista li r-regoli, l-istandards u l-indikaturi adottati għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar teknoloġija u xjenza u enfasizza li l-aspetti ekonomiċi għandhom jitqiesu wkoll, peress li standard għoli ta“ benessri tal-annimali b'mod partikolari jfisser ukoll spejjeż operattivi, finanzjarji u amministrattivi għall-bdiewa tal-UE; billi l-falliment biex jiġi rispettat il-prinċipju tar-reċiproċità joħloq riskju għall-kompetizzjoni ġusta fir-rigward tal-produtturi mhux tal-Komunità,

N.   billi fiż-żmien ta“ din ir-reviżjoni tal-Pjan ta” Azzjoni Komunitarju dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2006-2010 u lejliet l-ewwel riflessjonijiet dwar il-PAK għall-perjodu 2013, l-Unjoni Ewropa għandha tadotta pożizzjoni bbilanċjata dwar il-benessri, filwaqt li tqis il-konsegwenzi ekonomiċi fis-sens ta“ spejjeż addizzjonali għall-produtturi tal-annimali ħajjin, marbuta ma” appoġġ adegwat għad-dħul li jingħata lilhom permezz ta“ politika dwar il-prezzijiet u s-swieq u/jew appoġġ dirett,

O.   billi huwa essenzjali li l-politika Ewropea tal-protezzjoni tal-annimali tkun akkumpanjata b'politika kummerċjali koerenti, li għandha tkun ibbażata fuq il-fatt li, minkejja l-isforzi tal-UE, il-preokkupazzjonijiet rigward il-benessri tal-annimali mhumiex indirizzati la mill-Ftehim ta“ Qafas ta” Lulju 2004 u lanqas minn xi dokumenti ewlenin oħrajn tar-Rawnd ta“ Doha; billi, għalhekk, sakemm ikun hemm bidla fundamentali fl-attitudni tas-sħab kummerċjali ewlenin fid-WTO, mhuwiex vijabbli li jiddaħħlu aktar standards tal-benessri tal-annimali li jkollhom effetti negattivi fuq il-kompetittività internazzjonali tal-produtturi,

P.   billi l-benessri tal-annimali huwa mifhum l-aktar bħala r-riżultat tal-applikazzjoni ta“ standards u normi relatati mal-benessri u s-saħħa tal-annimali, li huma mfassla biex jissodisfaw il-bżonnijiet inerenti speċifiċi għall-ispeċi tagħhom u l-bżonnijiet tal-benessri fuq tul ta” żmien twil tagħhom; billi l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) tirrikonoxxi dan li ġej bħala parti mir-rekwiżiti essenzjali għall-benessri tal-annimali: ikel u ilma, l-opportunità li juru l-imġiba naturali, u l-kura tas-saħħa,

Q.   billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta“ Ottubru 2009 intitolata ”Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar“ tindika li ”l-iżbilanċi sinifikanti fis-setgħa tan-negozjar bejn il-partijiet kontraenti huma relattivament komuni“ u li huma ”għandhom impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-katina tal-provvista alimentari billi atturi iżgħar iżda effiċjenti jistgħu jkunu obbligati joperaw taħt qligħ imnaqqas, waqt li jillimitaw il-ħila u l-inċentivi tagħhom biex jinvestu fi kwalità aħjar tal-prodott u fl-innovazzjoni tal-proċessi ta“ produzzjoni”,

R.   billi ż-żidiet fl-ispejjeż imsemmija qabel jistgħu jwasslu biex il-produzzjoni titmexxa lejn reġjuni b'livelli iktar baxxi ta“ protezzjoni tal-annimali,

Pjan ta“ azzjoni għall-perjodu 2006-2010

1.  Jilqa“ b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffoka, fi pjan ta” azzjoni pluriennali għall-benessri tal-annimali, fuq ftit oqsma essenzjali ta“ azzjoni u mbagħad tieħu azzjoni f'dawn l-oqsma;

2.  Jilqa“ l-Pjan ta” Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2006-2010 li għall-ewwel darba qaleb il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benessri tal-annimali mehmuż mat-Trattat ta“ Amsterdam f'approċċ integrat għall-iżvilupp tal-protezzjoni tal-annimali fl-Ewropa;

3.  Jinnota li l-maġġoranza l-kbira tal-miżuri li jinsabu fil-pjan ta“ azzjoni attwali ġew implimentati b'mod sodisfaċenti;

4.  Jinnota li kien hemm żvilupp pożittiv fil-benessri tal-annimali konsegwenza tal-pjan ta“ azzjoni 2006-2010, iżda jirrimarka li l-bdiewa tal-UE ma bbenefikawx mill-isforzi tagħhom fis-swieq u fil-kummerċ internazzjonali u jisħaq li dan għandu jkun enfasizzat fil-pjan ta” azzjoni li jmiss;

5.  Japprezza l-ħidma li twettqet biex jiġu żviluppati alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali, imma jiddeplora l-fatt li għadu ma sarx biżżejjed biex jiġi żgurat li dawn l-alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali jintużaw jekk ikunu disponibbli, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE;

6.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tinkludi t-tħassib mhux kummerċjali, inkluż il-benessri tal-annimali, fi ftehimiet ta“ kummerċ bilaterali, imma jenfasizza li tħassib mhux kummerċjali bħal dan irid jitħeġġeġ b'mod effiċjenti permezz tad-WTO;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega xi progress sar fin-negozjati tad-WTO fir-rigward tal-iżgurar tar-rikonoxximent tat-tħassib mhux relatat mal-kummerċ, li jinkludi l-benessri tal-annimali, kif ukoll kemm qed jitqiesu l-kwistjonijiet u l-istandards tal-benessri tal-annimali fir-rawnd ta“ Doha tan-negozjati tad-WTO;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon kbir il-progress li sar fil-Proġett ta“ Kwalità tal-Benessri tal-Annimali fir-rigward ta” xjenza u għerf ġodda relatati ma“ indikaturi tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali; madankollu jinnota li dan il-proġett ma qiesx għal kollox il-promozzjoni, fil-prattika, tal-użu ta” dawn l-indikaturi;

9.  Jirrikonoxxi li hemm il-ħtieġa li jingħata segwitu għar-regoli eżistenti dwar it-trasport tal-annimali fl-Istati Membri tal-UE u li tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tagħhom, b'referenza partikolari għall-kwistjoni tal-iżvilupp ta“ sistema bis-satelliti biex jiġi mmoniterjat dan it-trasport, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, fiż-żmien li għad baqa” qabel jiskadi l-pjan ta“ azzjoni, biex twettaq ir-responsabilitajiet tagħha f'dan il-qasam u biex tippreżenta l-istudju mitlub mill-Parlament u msemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005; jitlob li qabel kwalunkwe regoli ġodda tiġi implimentata analiżi tal-impatt ekonomiku dwar it-trobbija tal-annimali ħajjin, li għandha tkun ibbażata fuq indikaturi xjentifikament ippruvati u oġġettivi;

10.  Huwa tal-opinjoni li jagħmel sens li jinħolqu inċentivi għat-trobbija, il-kummerċjalizzazzjoni u l-qtil ta“ annimali fl-istess reġjun sabiex jiġi eliminat il-bżonn ta” trobbija u qtil ta“ annimali li jridu jiġu trasportati fuq distanzi twal;

11.  Jemmen li ż-żu għandu rwol importanti biex jinforma lill-pubbliku dwar il-konservazzjoni u l-benessri ta“ annimali slavaġ; jinsab imħasseb li hemm nuqqas ta” sorveljanza riġida biex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 1999/22/KE tal-Kunsill(4) dwar iż-żamma ta“ annimali slavaġ fiż-żu, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniedi studju tal-effikaċa u l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea;

12.  Jilqa“ l-progress li sar fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tat-trobbija għall-ħnieżer, anke jekk għad hemm każijiet ta” nuqqas ta“ konformità; huwa mħasseb, madankollu, li minkejja r-rakkomandazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) f'dan ir-rigward, għad hemm nuqqas ta” pjanijiet prattiċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet individwali tad-Direttiva 2008/120/KE tat-18 ta“ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-setturi involuti biex jidentifikaw każijiet ta” nuqqas ta“ konformità u r-raġunijiet għal din l-imġiba u biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jiżguraw konformità ikbar ma” din id-Direttiva;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni bl-istess mod biex tiżgura li jkun hemm konformità sħiħa mal-projbizzjoni ta“ sistemi li ma jkollhomx gaġeġ bil-bejtiet għat-tieġieġ li jbid il-bajd, li se tidħol fis-seħħ fl-2012, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintroduċu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-settur ikun jista” jikkonforma ma“ dan l-obbligu u biex jimmoniterjaw il-proċess tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri; isostni li l-importazzjonijiet tal-bajd fl-UE iridu bl-istess mod jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta” produzzjoni imposti fuq il-produtturi Ewropej;

14.  Jitlob li jkun hemm projbizzjoni mal-UE kollha tal-kummerċ fil-bajd li ma jikkonformax mal-liġi;

15.  Jikkonkludi li l-implimentazzjoni tal-pjan ta“ azzjoni attwali mhijiex adegwata minn ħafna lati u jisħaq fuq il-bżonn li jiġu infurzati regoli eżistenti qabel jitfasslu dawk ġodda; f'dak ir-rigward jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza ta” penali effikaċi għal nuqqas ta“ konformità fl-Istati Membri kollha;

16.  Jiħsaq fuq il-bżonn li l-eżerċizzju tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni stess, li se jsir fl-2010, ikun jinkludi analiżi fid-dettall tas-suċċessi u tal-lezzjonijiet li jridu jittieħdu min-nuqqasijiet potenzjali;

17.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma żviluppatx, matul dan il-perjodu, strateġija ta“ komunikazzjoni ċara dwar il-valur tal-prodotti li jikkonformaw mal-istandards tal-benessri tal-annimali, u minflok ikkuntentat ruħha bir-rapport ippreżentat f'Ottubru 2009;

18.  Jirrikonoxxi li l-Komunità tqis l-annimali kollha bħala esseri sensibbli (Artikolu 13 tat-Trattat); jirrikonoxxi li l-azzjoni s'issa kienet iffukata l-aktar fuq l-annimali li jipproduċu l-ikel u li hemm bżonn li kategoriji oħrajn ta“ annimali jiddaħħlu fil-Pjan ta” Azzjoni 2011-2015;

Pjan ta“ azzjoni għall-perjodu 2011-2015

19.  Ifakkar li r-riżoluzzjoni tiegħu tal-2006 msemmija hawn fuq diġà kienet talbet li l-pjan ta“ azzjoni eżistenti jkun segwit b'ieħor ġdid, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni għaldaqstant biex, fuq il-bażi tal-evidenza u l-esperjenzi xjentifiċi l-ġodda, tressaq rapport li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-pjan attwali u s-sitwazzjoni rigward il-politika tal-benessri tal-annimali fl-UE li fuq il-bażi tiegħu għandu jitfassal pjan ta” azzjoni għall-benessri tal-annimali għall-perjodu 2011-2015 għandu jkun appoġġjat bil-finanzjament meħtieġ;

20.  Jitlob li jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi infurzata mingħajr dewmien u biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni tal-istandards u l-kundizzjonijiet ugwali fis-suq intern; jirrakkomanda li kwalunkwe proposta għal leġiżlazzjoni ġdida tkun valutata billi titqabbel mal-alternattiva li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti ħalli tiġi evitata d-dupplikazzjoni bla bżonn;

21.  Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni li, fir-rapport ta“ evalwazzjoni tagħha, tanalizza fost l-oħrajn kemm il-pjan ta” azzjoni attwali jkun issodisfa l-eżiġenzi tas-soċjetà Ewropea fil-qasam tal-benessri tal-annimali, is-sostenibilità tas-sistema għall-produtturi Ewropej, u kif ġie affettwat il-funzjonament tas-suq intern wara l-implimentazzjoni ta“ dan il-pjan;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni biex turi l-impatt tal-istandards tal-benessri tal-annimali u biex tqis bis-sħiħ kif jinteraġixxu fatturi differenti bħal ma huma l-benessri tal-annimali, is-sostenibilità, is-saħħa tal-annimali, l-ambjent, il-kwalità tal-prodotti u l-vijabilità ekonomika;

Liġi ġenerali Ewropea dwar il-benessri tal-annimali

23.  Josserva li l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ħoloq sitwazzjoni legali ġdida li fiha, fil-formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-agrikoltura, tas-sajd, tat-trasport, tas-suq intern, tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, billi l-annimali huma esseri sensibbli, jagħtu konsiderazzjoni sħiħa lill-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali, filwaqt li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet u d-drawwiet leġiżlattivi u amministrattivi tal-Istati Membri li jittrattaw b'mod partikolari r-riti reliġjużi, it-tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali; iqis li dan l-artikolu japplika għall-annimali ħajjin kollha u l-annimali maqbuda, bħall-annimali li jipproduċu l-ikel, l-annimali domestiċi, l-annimali taċ-ċirku u l-annimali fiż-żus u dawk li jiġru fit-toroq, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li karatteristiċi u kundizzjonijiet tal-għajxien differenti jeħtieġu trattament divrenzjat;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tressaq, mhux aktar tard mill-2014 u fuq il-bażi ta“ studju tal-impatt u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, proposta mmotivata għal leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-benessri tal-annimali għall-UE li, fuq il-bażi tax-xjenza disponibbli u l-esperjenza ppruvata, għandha tikkontribwixxi għal fehim komuni tal-kunċett tal-benessri tal-annimali, l-ispejjeż assoċjati u l-kundizzjonijiet fundamentali applikabbli;

25.  Iqis li din il-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-benessri tal-annimali għandha tinkludi, f'konformità mal-liġi dwar is-saħħa tal-annimali, linji gwida adattati dwar iż-żamma responsabbli tal-annimali, sistema uniformi għall-monitoraġġ u biex tinġabar data kumparabbli, kif ukoll rekwiżiti relatati mat-taħriġ ta“ min jimmaniġġja l-annimali u dispożizzjonijiet li jistabbilixxu r-responsabilitajiet partikolari tas-sidien tal-annimali, tal-bdiewa u ta” dawk li jżommu l-annimali; iqis li dawn il-ħtiġijiet kollha għandhom jimxu id f'id mal-għoti ta“ riżorsi lill-produtturi sabiex jiġi żgurat li jkunu implimentati kif suppost;

26.  Iqis li l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-benessri tal-annimali għandha tistabbilixxi livell bażiku komuni ta“ benessri tal-annimali fl-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li hija l-prekundizzjoni għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta fis-suq intern kemm għall-prodotti domestiċi kif ukoll għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; iqis, madankollu, li l-Istati Membri u r-reġjuni għandu jkollhom il-possibilità li jippermettu lil produtturi individwali jew gruppi ta” produtturi li jintroduċu sistemi volontarji li jmorru lil hinn minn dan, filwaqt li jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività tal-UE fis-swieq internazzjonali;

27.  Iqis li l-prodotti importati jridu jikkonformaw mal-istess ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali bħal dawk imposti fuq l-operaturi Ewropej;

28.  Jitlob li l-bdiewa Ewropej jingħataw kumpens minħabba spejjeż ogħla tal-produzzjoni assoċjati ma“ standards ogħla fil-benessri tal-annimali; jissuġġerixxi li mill-2013 l-iffinanzjar għall-miżuri tal-benessri tal-annimali jkun inkorporat fl-iskemi l-ġodda ta” appoġġ tal-politika agrikola komuni;

29.  Iqis ukoll li l-informazzjoni għaċ-ċittadini dwar il-livell għoli tal-benessri tal-annimali fl-UE u dwar l-isforzi magħmula mis-setturi varji involuti għandha tkun element ewlieni f'din il-politika;

30.  Iqis li l-inklużjoni tal-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali fi ftehimiet internazzjonali hija essenzjali biex il-produtturi tagħna jkunu jistgħu jikkompetu f'suq globalizzat u biex tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-produzzjoni f'reġjuni li jkollhom livelli ħafna iktar baxxi tal-benessri tal-annimali u b'hekk jikkompetu b'mod mhux ġust mal-mudell tagħna;

31.  Jilqa“ b'sodisfazzjon id-dibattitu rigward diversi skemi possibbli ta” tikkettar tal-benessri tal-annimali fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija aktar “il fuq tat-28 ta” Ottubru 2009; madankollu jfakkar fil-bżonn li jitqiesu f'kuntest usa“, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-iskemi eżistenti varji tal-ambjent, tan-nutrizzjoni u tal-klima; jisħaq li l-informazzjoni dwar is-suġġett għall-konsumaturi Ewropej irid assolutament ikollha bażi xjentifika b'saħħitha u kunsenswali u li tkun ċara għall-konsumaturi;

32.  Jirrakkomanda li l-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta tkun preċiża u diretta u tagħmel referenza għall-konformità mal-istandards għoljin tal-benessri tal-annimali mitluba mill-UE; jisħaq li għandu jkun id-dmir tal-Kummissjoni li tipprovdi liċ-ċittadini bl-informazzjoni meħtieġa dwar is-sistema Ewropea tal-benessri tal-annimali, biex jiġi żgurat li jirċievu informazzjoni oġġettiva;

33.  Jirrakkomanda li titwettaq reviżjoni tal-konsistenza tal-politika dwar il-benessri tal-annimali mal-politiki l-oħra tal-Unjoni;

34.  Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni dettaljata tal-problemi possibbli li standards Ewropej dwar il-benessri tal-annimali jistgħu joħolqu għall-kompetittività tal-produtturi tagħna u biex tirrevedi s-sistemi ta“ appoġġ għall-produtturi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta” dawn l-istandards;

35.  Iqis li, qabel ma titfassal leġiżlazzjoni ġdida, għandhom ikunu infurzati kif xieraq ir-regoli eżistenti, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi; jindika, biex jagħti eżempji, il-projbizzjoni tal-gaġeġ għat-tiġieġ, ir-regoli dwar il-ħnieżer u r-regoli dwar it-trasport tal-annimali u t-trobbija tal-wiżż u tal-papri; jenfasizza li miżuri oħrajn tal-benessri tal-annimali għandhom jinġiebu f'konformità ma“ objettivi Komunitarji oħrajn bħall-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-annimali ħajjin, il-ħarsien tal-ambjent u tal-bijodiversità, strateġija biex jittejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti, u strateġija koerenti biex jitħaffef il-progress lejn riċerka li ma tużax annimali;

Netwerk Ewropew ta“ ċentri ta” referenza għall-benessri tal-annimali

36.  Jikkunsidra li għandu jitwaqqaf netwerk ikkoordinat Ewropew għall-benessri tal-annimali taħt l-istituzzjonijiet eżistenti tal-Komunità jew tal-Istati Membri, u li ħidmietu għandha tkun ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-benessri tal-annimali proposta aktar “il fuq; iqis li netwerk bħal dan għandu jaħtar istituzzjoni waħda bħala l-korp ta” koordinazzjoni, li għandha twettaq il-kompiti assenjati lill-“istitut ċentrali ta” koordinazzjoni“ msemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija aktar ”il fuq tat-28 ta“ Ottubru 2009; iqis, barra minn hekk, li dan il-korp ta” koordinazzjoni m'għandu bl-ebda mod ikollu l-istess kompiti tal-Kummissjoni jew ta“ aġenziji oħrajn, iżda għandu jsir għodda ta” appoġġ li jipprovdi assistenza lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-parteċipanti tal-katina tal-ikel u liċ-ċittadini fir-rigward tat-taħriġ u l-edukazzjoni, l-aħjar prattiki, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni mal-konsumaturi u jevalwa u jiddikjara l-opinjoni tiegħu dwar proposti leġiżlattivi u ta“ politika futuri u l-impatt tagħhom fuq il-benessri tal-annimali, jevalwa l-istandards tal-benessri tal-annimali fuq il-bażi tal-aktar għerf riċenti disponibbli u li jikkoordina sistema tal-UE għall-ittestjar ta” tekniki ġodda;

37.  Huwa tal-fehma li, abbażi ta“ riżultati xjentifiċi, il-pubbliku għandu jingħata tagħrif dwar il-ħtiġijiet tal-annimali u l-modi korretti ta” kif jiġu ġestiti, u li dan għandu jsir b'mod xieraq u serju; iqis li netwerk Ewropew taċ-ċentri ta“ referenza għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta” miżuri ta“ edukazzjoni u ta” informazzjoni, minħabba li, biex jiġu evitati opinjonijiet estremi fost in-nies, huwa essenzjali li t-tagħrif jingħata abbażi ta“ kriterji ta” kwalità standardizzati;

Infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti

38.  Jistieden lill-Kummissjoni biex malajr kemm jista“ jkun tevalwa l-prezz tal-miżuri għall-benessri tal-annimali għall-produtturi Ewropej, u tipproponi, l-aktar tard fl-2012, rakkomandazzjonijiet, linji gwida u miżuri oħra neċessarji biex tindirizza t-telf ta” kompetittività tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem fl-Ewropa;

39.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-idea tal-ħarsien u l-benessri tal-annimali tiġi promossa b'mezzi edukattivi;

40.  Jikkunsidra li l-għan għandu jkun sistema ta“ monitoraġġ bi skop u bbażata fuq analiżi tar-riskju fejn fatturi oġġettivi jkunu ċentrali u li fiha l-Istati Membri li r-rati tagħhom ta” ksur tar-regoli jkunu ogħla mill-medja għandhom jiġu suġġetti għal kontrolli aktar rigorużi;

41.  Jenfasizza li l-iżbilanċji fil-katina tal-ikel, kif deskritti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar”, spiss ipoġġu lill-produtturi primarji fi żvantaġġ; ifakkar li, minħabba l-ispejjeż żejda li s-sitwazzjoni tinvolvi, il-possibilità ta“ investiment mill-produtturi primarji hija limitata;

42.  Jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jinkludi biżżejjed approprjazzjonijiet biex il-Kummissjoni tkun tista“ twettaq il-kompiti ta” moniteraġġ tagħha, tappoġġja lill-produtturi fejn ikun meħtieġ u tpatti għat-telf ta“ kompetittività li jħabbtu wiċċhom miegħu l-produtturi minħabba l-adozzjoni ta” standards ġodda u li jinbidlu tal-benessri tal-annimali, filwaqt li jitqies li l-prezz ta“ dawn l-istandards ma jgħaddix fil-prezz finali li jirċievu l-bdiewa meta jbiegħu l-prodotti tagħhom;

43.  Jenfasizza li l-kompetittività tas-settur tat-trobbija għandha tibqa“ tittejjeb u tissaħħaħ permezz tal-promozzjoni u r-rispett tar-regoli fis-seħħ fir-rigward tal-benessri tal-annimali, kif ukoll b'konformità mal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-ambjent;

44.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-każijiet kolla ta“ ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali jirriżultaw f'penali effikaċi u proporzjonati, u li f'kull każ individwali dawn il-penali jkunu akkumpanjati minn gwida u pariri komprensivi mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll minn miżuri korrettivi xierqa;

45.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri xierqa biex fil-ġejjieni jevitaw li jkun hemm ksur tar-regolamenti dwar il-benessri tal-annimali;

46.  Jilqa“ t-tnaqqis konsiderevoli fl-użu ta” antibijotiċi għall-annimali fl-Istati Membri minn meta l-użu tagħhom bħala promotur tat-tkabbir ġie pprojbit fl-UE, filwaqt li għadu permess fl-Istati Uniti u f'xi pajjiżi oħrajn; jistenna, madankollu, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw b'mod responsabbli l-problema li qed tikber tar-reżistenza għall-antibijotiċi fl-annimali; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor u tanalizza d-data dwar l-użu ta“ prodotti għas-saħħa tal-annimali, fosthom l-antibijotiċi, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-użu effikaċi tagħhom;

Indikaturi u tekniki ġodda

47.  Jitlob li jiġi vvalutat u li jkompli jiġi żviluppat il-Proġett tal-Kwalità tal-Benessri tal-Annimali, b'mod partikolari fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-istrument u l-applikazzjoni fil-prattika;

48.  Iqis li se jirriżulta li hija biċċa xogħol kumplessa biex jitkejlu dawn l-indikaturi tal-benessri tal-annimali fil-każ ta“ prodotti importati; jenfasizza li, mingħajr ma jintefa” dubju fuq l-utilità jew il-validità tagħhom, dawn l-għodod m'għandhomx jgħawġu l-kompetizzjoni għad-detriment tal-produtturi Ewropej;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fuq il-bażi tar-rapport finali tal-Proġett tal-Kwalità tal-Benessri tal-Annimali, tipproponi perjodu ta“ prova għall-valutazzjoni tal-benessri tal-annimali fl-Unjoni Ewropea bl-użu tal-metodi żviluppati fil-Proġett tal-Kwalità tal-Benessri tal-Annimali;

50.  Jistieden lill-Istati Membri f'dan il-kuntest biex jagħmlu użu aħjar mill-opportunitajiet ta“ appoġġ għar-riċerka applikata u għall-investiment fl-innovazzjoni u l-modernizzazzjoni li huma ta” benefiċċju għall-benessri tal-annimali li huma disponibbli mill-fondi għall-iżvilupp rurali tal-UE u s-Seba“ Programm ta” Qafas (2007-2013) tad-DĠ Riċerka; jistieden ukoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jintensifikaw l-investiment finanzjarju fir-riċerka u l-iżvilupp ta“ teknoloġiji u tekniki ġodda fil-qasam tal-benessri tal-annimali;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li l-linji gwida tal-OIE dwar il-benessri tal-annimali jinkuraġġixxu standards tajbin ta“ benessri li jirriflettu kif suppost l-evidenza xjentifika f'dan il-qasam;

o
o   o

52.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 170.
(2) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 89.
(3) ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.
(4) ĠU L 94, 9.4.1999, p. 24.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Frar 2011Avviż legali