Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2069(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0095/2010

Testi mressqa :

A7-0095/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.46
CRE 05/05/2010 - 13.46
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0136

Testi adottati
PDF 807kWORD 360k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Kwittanza 2008: Parlament Ewropew
P7_TA(2010)0136A7-0095/2010
Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima I – Il-Parlament (C7-0173/2009 – 2009/2069(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 - C7-0173/2009)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja - sena finanzjarja 2008, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew(3),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għall-2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(4),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta“ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuhom huma bbażati, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE, l-Artikoli 314(10) u 318 tat-Trattat dwar il-Fnzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 179(a) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6) (ir-Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju, skont liema artikolu kull istituzzjoni tal-UE għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq il-kummenti li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta“ kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta“ Marzu 2007 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2008 - Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII u IX - u dwar l-abbozz tal-estimi preliminari tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura baġitarja 2008(8),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 77 u 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0095/2010),

A.   billi “ċ-ċittadini għandhom dritt ikun jafu kif qed jintefqu t-taxxi tagħhom u kif qed tintuża s-setgħa fdata lill-korpi politiċi”(9),

B.   billi l-prinċipju ta“ ”kontrolli u bilanċi“ hu importanti ħafna f'istituzzjonijiet ikkaratterizzati minn ġestjoni finanzjarja diċentralizzata u billi l-prinċipju jrid jiġi żgurat permezz ta” responsabilità ċentrali żviluppata biżżejjed għall-adegwatezza sistemika tal-qafas ta“ kontroll intern u tal-istruttura ta” governanza,

C.   billi waħda mill-kundizzjonijiet għal responsabilizzazzjoni effiċjenti u ġenwina - l-obbligu li wieħed jispjega kif intużaw il-fondi pubbliċi - hi li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom aċċess għal informazzjoni relevanti u oġġettiva,

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 71, 14.3.2008.
(2) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.
(3) ĠU C 127, 5.6.2009, p. 1.
(4) ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
(5) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) PE 349.540/Bur/ann/def.
(8) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 225.
(9) L-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza: http://ec.europa.eu/commission_barroso/kallas/work/eu_transparency/index_en.htm


2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (C7-0173/2009 – 2009/2069(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 - C7-0173/2009)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja - sena finanzjarja 2008, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew(3),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għall-2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(4),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta“ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuhom huma bbażati, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE, l-Artikoli 314(10) u 318 tat-Trattat dwar il-Fnzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 179(a) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6) (ir-Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju, skont liema artikolu kull istituzzjoni tal-UE għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq il-kummenti li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta“ kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta“ Marzu 2007 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2008 - Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII u IX - u dwar l-abbozz tal-estimi preliminari tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura baġitarja 2008(8),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 77 u 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0095/2010),

A.   billi “ċ-ċittadini għandhom dritt ikun jafu kif qed jintefqu t-taxxi tagħhom u kif qed tintuża s-setgħa fdata lill-korpi politiċi”(9),

B.   billi l-prinċipju ta“ ”kontrolli u bilanċi“ hu importanti ħafna f'istituzzjonijiet ikkaratterizzati minn ġestjoni finanzjarja diċentralizzata u billi l-prinċipju jrid jiġi żgurat permezz ta” responsabilità ċentrali żviluppata biżżejjed għall-adegwatezza sistemika tal-qafas ta“ kontroll intern u tal-istruttura ta” governanza,

C.   billi waħda mill-kundizzjonijiet għal responsabilizzazzjoni effiċjenti u ġenwina - l-obbligu li wieħed jispjega kif intużaw il-fondi pubbliċi - hi li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom aċċess għal informazzjoni relevanti u oġġettiva,

D.   billi, f'konformità mal-proċedura tas-soltu, intbagħat kwestjonarju lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet waslu u ġew diskussi mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-Baġit u s-Segretarju Ġenerali,

Il-Ġestjoni tar-riskji u l-governanza korporattiva fil-Parlament

1.  Jinnota bl-ikbar sodisfazzjon li r-rapporti ta“ kwittanza dwar kif il-Parlament implimenta l-baġit tiegħu tul dawn l-aħħar għaxar snin kellhom rwol importanti u ġabu magħhom żviluppi pożittivi ħafna fil-ġestjoni finanzjarja tal-Parlament bħalma huma l-istatut tal-Membri, l-istatut tal-assistenti kif ukoll il-proċess EMAS; huwa determinat li jkompli b'dan l-iżvilupp inkuraġġanti fil-ġestjoni finanzjarja pubblika;

2.  Jinnota l-kunċett ġenerali ta“ ”governanza korporattiva“ bħala sett ta” proċessi, drawwiet, politiki u regoli li jaffettwaw il-mod ta“ kif kumpanija jew istituzzjoni tiġi diretta, amministratta u kontrollata, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiżdied l-output;

3.  Ifakkar li nħareġ abbozz ta“ rapport dwar il-kontroll Parlamentari tal-implimentazzjoni tal-baġit mid-dipartiment ta” politika għall-affarijiet baġitarji fit-12 ta“ Marzu 2009 u jirrakkomanda li jiġi adottat sett tal-aqwa prattiki mill-Parlament;

4.  Jenfasizza li l-elementi ewlenin tal-governanza korporattiva tajba jinkludu t-trasparenza u l-aċċessibilità, ir-responsabilità u l-obbligu ta“ rendikont tal-persuni fdati bil-governanza korporattiva f'organizzazzjoni;

5.  Jiddefinixxi l-obbligu ta“ rendikont bħala r-rikonixximent u t-teħid tar-responsabilità għall-azzjonijiet, id-deċiżjonijiet u l-politiki kif ukoll l-obbligu li wieħed jirrapporta, jispjega u jkun jista” jirrispondi għall-konsegwenzi li jirriżultaw;

6.  Jinnota li l-Parlament hu organizzazzjoni kumplessa fejn il-linja bejn deċiżjonijiet politiċi u amministrattivi mhux dejjem tkun ċara minħabba li l-istruttura ta“ governanza tiegħu fiha ħafna livelli;

7.  Huwa tal-fehma li fi ħdan sistema ta“ governanza korporattiva effiċjenti u effettivi, għandha tingħata attenzjoni adegwata lir-rwol tal-amministrazzjoni; huwa tal-fehma li d-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi u l-Kapijiet tal-Unitajiet għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-mertu, b” kont meħud ta“ kwistjonijiet ta” opportunatijiet ugwali u ta“ bilanċ ġeografiku. tal-esperjenza tagħhom u tal-kapaċitajiet maniġerjali tagħhom;

8.  Jemmen li sistemi aktar sofistikati ta“ kontroll intern u ta” ġestjoni tar-riskji se jtejbu l-obbligu ta“ rendikont u jipproteġu t-tmexxija politika u l-maniġers amminstrattivi minn riskji finanzjarji u mhux finanzjarji;

9.  Jistieden lis-servizzi kompetenti, għaldaqstant, biex jirrevedu u, jekk ikun meħtieġ, jinfurzaw l-istandards minimi ta“ kontroll intern biex jinkorporaw il-lezzjonijiet li tgħallmu u biex jibqgħu konformi mal-iżviluppi fil-ġestjoni tar-riskji u l-governanza korporattiva; ifakkar li d-dipartimenti li jawtorizzaw għandhom obbligu li jirrispettaw l-istandards meta jiżviluppaw is-sistemi tagħhom ta” kontroll intern u l-miżuri ta“ implimentazzjoni; jistieden lis-servizzi kompetenti biex jitolbu l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit qabel ma l-istandards minimi ta” kontroll intern riveduti jintbagħtu lill-Bureau biex dan jirrevedihom u japprovahom;

10.  Jinnota l-objettivi tas-Segretarju Ġenerali għall-2008-2009 kif ġej:

   preparazzjoni għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona,
   preparazzjoni għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2009 biex it-tendenza ta“ parteċipazzjoni baxxa titreġġa” lura,
   żieda fis-servizzi għall-Membri, u
   riforma u konsolidazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament;

11.  Ifakkar li r-riżorsi finanzjarji tal-Parlament joriġinaw mit-taxxi taċ-ċittadini u li kwalunkwe istituzzjoni li tuża l-fondi pubbliċi għandha l-obbligu li tispjega kif ġew użati dawk il-fondi u li tagħti informazzjoni komprensiva, oġġettiva u relevanti dwar sa liema punt il-fondi intużaw għall-iskopijiet maħsuba u skont il-prinċipji ta“ tmexxija finanzjarja tajba (ekonomija, effiċjenza, effikaċja) u ta” trasparenza;

12.  Ifakkar li l-għoti kollu huwa soġġett għall-prinċipju ta“ trasparenza u ta” trattament ugwali, b'mod partikolari, l-Artikolu 109(1) u l-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 169 tar-Regolament tal-Kummissjoni(10) (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (ir-Regoli Implimentattivi); jenfasizza li dan japplika għall-benefiċjarji kollha tal-fondi tal-Unjoni, inkluż il-persunal tal-Parlament u l-qraba tagħhom li qed jirċievu sussidji għall-ħarġiet privati (bħall-iskijjar u ħarġiet oħra); jitlob lill-amministrazzjoni biex issegwi l-eżami ta“ tali ħlasijiet;

Riskji għar-reputazzjoni

13.  Jenfasizza li xi riskji għar-reputazzjoni huma ħafna aktar perikolużi minn riskji finanzjarji u jistieden lis-Segretarju Ġenerali, flimkien mal-uffiċjali li jawtorizzaw biex jevalwaw bis-sħiħ il-profil tar-riskju tal-Parlament;

14.  Jilqa“ b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-kariga ta” maniġer tar-riskji fl-24 ta“ Frar 2010 u jitlob lill-maniġer tar-riskji li għadu kif ġie inkarigat biex jinforma l-kumitati kompetenti mill-aktar fis possibbli dwar il-kunċett għall-approċċ u l-istrateġija tar-riskji li se jiġu adottati fil-futur;

15.  Jinnota li r-rwol u l-funzjoni ta“ maniġer speċifiku tar-riskju għandhom ikunu li jassisti lill-Uffiċjali li Jawtorizzaw fil-ġestjoni tar-riskji permezz ta” pariri u koordinazzjoni;

16.  Jenfasizza li l-indipendenza, ir-rwol u l-funzjoni tal-maniġer tar-riskju huma importanti; jinnota u jaqbel li l-maniġer tar-riskju se jkun marbut direttament mal-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali;

17.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali, bħala parti integrata tal-proċedura ta“ kwittanza, biex jibgħat rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-maniġer tar-riskji lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

18.  Jenfasizza li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona żied is-setgħat tal-Parlament u l-ammont ta” xogħol tal-Membri tiegħu u l-persunal awżiljarju tagħhom; huwa tal-opinjoni li kundizzjonijiet tax-xogħol fil-postijiet kollha tax-xogħol għandhom jirriflettu b'mod adegwat iż-żieda fil-ħtieġa għax-xogħol u l-materjal;

19.  F'dak ir-rigward, ifakkar is-sejbiet tiegħu dwar ix-xogħlijiet tar-rijabilitazzjoni mill-asbestos, u jitlob lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jirraporta dwar ir-riżultati operattivi u finanzjarji u l-possibilità ta“ ħtiġijiet futuri għal miżuri konsegwenzjali ta” rimedju;

20.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħlasijiet tar-rinnovazzjonijiet ta“ Strasburgu wara l-inċident tas-7 ta” Awwissu 2008 ma“ għandhomx isiru mit-taxxi taċ-ċittadini;

21.  Jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit jirċievi kwestjonarju dwar il-bini u t-tweġibiet għal dan fl-istess ħin bħall-Kumitat tiegħu għall-Baġits;

22.  Jenfasizza li hemm ftit wisq valur miżjud ta“ Parl-TV minħabba n-numru żgħir ta” spettaturi tiegħu; huwa tal-opinjoni li l-iffinanzjar ta“ Parl-TV u l-proġett kollu għandhom jiġu riveduti;

Il-proċess ta“ kwittanza

23.  Jenfasizza li l-valur miżjud tal-proċedura parlamentari u pubblika li twassal għall-kwittanza li l-Parlament jagħti lilu nnifsu hi l-possibilità addizzjonali li jsir, fil-pubbliku, skrutinju kritiku tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u għaldaqstant ikun faċilitat il-mod ta“ kif iċ-ċittadini tal-Unjoni jifhmu l-istruttura partikolari, l-istruttura ta” governanza u l-metodi ta“ ħidma tal-Parlament;

24.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta“ aktar tnaqqis tar-riskju fil-ġestjoni finanzjarja tal-Parlament fejn anke n-nuqqasijiet mhux materjali jistgħu jirriżultaw fi ħsara konsiderevoli għar-reputazzjoni tal-Parlament billi tonqos l-importanza tal-kisbiet tal-politiki tal-Parlament u jfakkar lill-Membri u lill-persunal tal-Parlament dwar ir-responsabilità personali tagħhom fil-ġestjoni finanzjarja xierqa tal-Parlament;

25.  Jenfasizza li l-iskrutinju kritiku hu meħtieġ biex jiżgura li l-parteċipanti finanzjarji tal-Parlament ikollhom obbligu sħiħ li jagħtu rendikont, għax it-trasparenza totali u kompluta biss toffri liċ-ċittadini tal-Unjoni ħarsa fuq il-ġestjoni finanzjarja tal-Parlament u l-mod ta“ kif dan juża l-flus taċ-ċittadini;

L-attivitajiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu

26.  Jenfasizza li l-Parlament, bħala istituzzjoni, għandu interess fundamentali fit-trasparenza totali rigward il-ġestjoni finanzjarja tiegħu; għaldaqstant jistenna li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu jikkonforma b'mod sħiħ mar-rwol speċifiku u importanti parlamentari tiegħu billi jenfasizza b'mod ċar fejn jista“ jsir titjib, bħalma jagħmel ma” istituzzjonijiet oħra;

27.  Jifhem sew li analiżi oġġettiva, professjonali u komprensiva ta“ strutturi u proċeduri kumplessi ta” teħid tad-deċiżjonijiet u ta“ ġestjoni hi sfida u tieħu aktar ħin u jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu jkun mgħammar aħjar biex iwettaq il-kompiti tiegħu li huma dejjem akbar billi tissaħħaħ b'mod sostanzjali l-organigramma tas-segretarjat ta” dan il-Kumitat;

28.  Jenfasizza li t-test tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (introdott permezz tat-Trattat ta“ Lisbona) jippreżenta kompiti diffiċli għall-attivitajiet ta” kontroll tal-Parlament;

29.  Jenfasizza li t-tisħiħ tas-segretarjati tal-kumitati ma jistax isir fuq il-bażi ta“ parametri purament kwantitattivi u jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jinkludi parametri kwalitattivi u li huma definiti sew ukoll;

30.  Jenfasizza barra minn hekk li l-attivitajiet parlamentari tradizzjonali bħall-iskrutinju kritiku tal-użu tal-fondi pubbliċi jridu jkunu parti integrali mix-xogħol ewlieni tal-Parlament fil-livelli kollha;

Titjib tal-proċessi amministrattivi

31.  Jinnota t-tradizzjoni li skontha l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jitlob lill-amministrazzjoni tipprovi informazzjoni dwar diversi temi fir-rapporti tiegħu ta“ kwittanza; jirrakkomanda li dawn ir-rapporti jintbagħtu direttament lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u li jiġu ppubblikati - għall-informazzjoni tal-membri tal-Kumitat kif ukoll taċ-ċittadini tal-Unjoni - fuq il-paġna elettronika ewlenija ta” dak il-Kumitat malli l-President tiegħu jirċevihom;

32.  Japprezza jekk is-Segretarju Ġenerali jkun disponibbli għal skambju ta“ fehmiet mal-kumitat kompetenti dwar it-tweġibiet mogħtija mill-amministrazzjoni għal talbiet imniżżla fir-riżoluzzjonijiet tal-kwittanza fil-laqgħa ordinarja ta” dak il-kumitat f'Settembru ta“ kull sena;

Preżentazzjoni tal-kontijiet tal-Parlament Ewropew

33.  Jinnota ċ-ċifri li fuq il-bażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2008, jiġifieri:

(a) Approprjazzjonijiet disponibbli

approprjazzjonijiet għall-2008:

1 452 517 167

trasferimenti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2007:

43 800 036

trasferimenti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2007:

225 239 332

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat għall-2008:

47 551 735

trasferimenti li jikkorrispondu għad-dħul assenjat mill-2007:

38 325 182

Total:

1 807 433 452

(b) Użu ta“ approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2008

impenji:

1 723 369 531

ħlasijiet li saru:

1 488 856 868

ħlasijiet pendenti u approprjazzjonijiet mhux impenjati li ġejjin minn dħul assenjat:

232 944 667

approprjazzjonijiet trasferiti b'mod awtomatiku inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

232 944 667

approprjazzjonijiet trasferiti mhux b'mod awtomatiku

8 315 729

approprjazzjonijiet kanċellati:

70 722 045

(c) Dħul Baġitarju

li wasal fl-2008:

151 054 374

(d) Il-karta tal-bilanċ totali fil-31 ta“ Diċembru 2008

1 782 229 891

34.  Jinnota li l-ħlasijiet totali rigward il-krediti tal-2008, inklużi t-trasferimenti awtomatiċi u mhux awtomatiċi ta“ dawk il-krediti għall-2009, jikkorrispondu għal 94% tal-approprjazzjonijiet totali għall-2008;

35.  Jinnota li l-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2008 kien ta“ EUR 129 150 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji, li minnhom il-baġit tal-Parlament kien ta” EUR 1 453 miljun; barra minn hekk jinnota li din il-figura tirrappreżenta ftit aktar minn 1% tal-baġit tal-Unjoni u tammonta għal 19,48% tal-EUR 7 284 miljun allokati għall-ispejjeż amministrattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE kollha kemm huma;

Kreditu bi skadenza qasira

36.  Jinnota li l-gvern Belġjan ta lura EUR 85 896 389 lill-Parlament fil-bidu tal-2010; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex meta jkun il-waqt jinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar kif se jintużaw dawn il-flus;

L-Akkwist pubbliku

37.  Jinnota li s-Servizz ta“ Verifika Interna wettaq verifika komprensiva tal-ġestjoni u tal-kontroll tal-proċess tal-akkwist pubbliku fil-Parlament fl-2004 u fl-2005 u li r-rapport finali adottat fil-31 ta” Marzu 2006 jinkludi 144 miżura speċifika għall-implimentazzjoni għall-perjodu sal-31 ta“ Marzu 2008;

38.  Jilqa“ l-fatt li s-Servizz ta” Verifika Interna fl-2008 beda sensiela ġdida ta“ verifiki biex jerġa” jivvaluta l-livell ta“ kisba tal-144 miżura speċifika u jinnota li dawn il-verifiki ġodda kien għadhom għaddejjin fl-aħħar tal-2009;

39.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li bħala l-punt ta“ interazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat, l-akkwist pubbliku hu qasam ta” riskju kbir li jeħtieġ li jingħata attenzjoni kontinwa mill-qrib;

40.  Ifakkar li f'kull stadju tal-proċess tal-akkwist - il-valutazzjoni inizjali tal-ħtiġijiet, it-tħejjija ta“ sejħa għall-offerti, it-tfassil ta” sejħiet għall-offerti u l-ispeċifikazzjonijiet, il-kuntatti ma“ appaltaturi, il-ftuħ tal-offerti, l-evalwazzjoni tas-sejħiet għall-offerti, it-teħid tad-deċiżjoni ta” aġġudikazzjoni, il-konklużjoni tal-kuntratti - jeżistu riskji sinifikanti għall-kisba tal-għanijiet imsemmija hawn fuq bħala riżultat ta“ ambjent legali kumpless u ħtiġijiet fattwali;

41.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jiżgura li jitkomplew il-korsijiet speċjali ta“ taħriġ fl-akkwist u li l-persunal kollu li jittratta l-akkwist jattendi għalihom, li l-akkwist jiġi rikonoxxut bħala funzjoni speċjalizzata fir-reġistru tal-Parlament għall-ħiliet professjonali esklussivament għall-persunal intern u li l-akkwist jitqies bħala ”xogħol sensittiv“ soġġett għal miżuri ta” rotazzjoni u/jew ta'kontroll addizzjonali xierqa;

Riforma tar-Regolament Finanzjarju

42.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jieħu sehem attiv fir-reviżjoni li jmiss fuq tliet snin tar-Regolament Finanzjarju billi jingħata parir amministrattiv dwar l-oqsma li jeħtieġu riforma;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

43.  Jinnota li s-servizzi ċentrali, fuq il-bażi ta“ tagħrif provdut mid-dipartimenti li jawtorizzaw, jistabbilixxu r-rapport annwali(11) lill-awtorità baġitarja fuq kuntratti mogħtija fl-2008 u t-tqassim kif ġej tal-kuntratti kollha mogħtija fl-2008 u fl-2007:

Tip ta“ kuntratt

2008

2007

Għadd

Persentaġġ

Għadd

Persentaġġ

Servizzi

Provvisti

Xogħlijiet

Bini

240

59

44

15

67%

17%

12%

4%

161

48

28

12

65%

19%

11%

5%

Total

358

100%

249

100%

Tip ta“ kuntratt

2008

2007

Valur (f'EUR)

Persentaġġ

Valur (f'EUR)

Persentaġġ

Servizzi

Provvisti

Xogħlijiet

Bini

454 672 969

22 868 680

81 247 056

123 429 315

67%

3%

12%

18%

218 201 103

42 443 126

16 449 758

54 387 707

66%

13%

5%

16%

Total

682 218 020

100%

331 481 694

100%

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2008, paġna 4)

44.  Jinnota t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2008 u fl-2007 skont it-tip ta“ proċedura użata kif ġej:

Tip ta” proċedura

2008

2007

Għadd

Persentaġġ

Għadd

Persentaġġ

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

126

14

218

35%

4%

61%

85

10

154

34%

4%

62%

Total

358

100%

249

100%

Tip ta“ proċedura

2008

2007

Valur (f'EUR)

Persentaġġ

Valur (f'EUR)

Persentaġġ

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

345 415 316

139 782 362

197 020 342

51%

20%

29%

162 124 519

59 593 905

109 763 270

49%

18%

33%

Total

682 218 020

100%

331 481 694

100%

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2008, paġna 6)

45.  Jinnota li minn total ta“ 358 kuntratt li ngħataw fl-2008, 140 kuntratt, b'valur ta” EUR 485,2 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew restritti, filwaqt li 218, b'valur ta“ EUR 197 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri nnegozjati;

Proċeduri negozjati eċċezzjonali

46.  Jinnota b'mod partikulari ż-żieda kbira fl-2008 tal-għadd ta“ proċeduri nnegozjati eċċezzjonali kif muri fl-analiżi dettaljata li ġejja:

2008

2007

Għadd

% tal-kuntratti

Għadd

% tal-kuntratti

totali

totali

tad-DĠ

tad-DĠ

DĠ PRES (ħlief DIT)

8

44,44%

6

37,50%

DĠ IPOL

0

0,00%

0

0,00%

DĠ EXPO

3

75,00%

1

20,00%

DĠ COMM (ħlief id-Dir. Librerija)

16

16,00%

9

13,64%

DĠ PERS

0

0,00%

1

9,09%

DĠ INLO (ħlief id-Dir. Interpretazzjoni)

35

34,31%

19

21,84%

DĠ INTE (qabel kien id-Dir. Interpretazzjoni) InterpretazzjoninĠ Dir.)

9

56,25%

3

33,33%

DĠ TRAD (ħlief id-Dir. Pubblikazzjonijiet) Dir.)

0

0,00%

1

25,00%

DĠ ITEC (qabel kienu d-Dir. Pubblikazzjon-

9

56,25%

2

33,33%

ijiet u d-Dir. IT)

DĠ FINS

0

0,00%

0

0,00%

Servizz Legali

0

0,00%

0

0,00%

Parlament, total

80

22,35%

42

16,87%

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2008, p. 9)

47.  Jinnota li l-proporzjon tal-proċeduri nnegozjati eċċezzjonali żdied fl-għadd kif ukoll fil-proporzjon fil-każ ta“ sitt uffiċjali bid-delegazzjoni li jawtorizzaw;

Artikolu 54 tar-Regoli ta“ Implimentazzjoni(12)

48.  Ifakkar li l-Artikolu 54 tar-Regoli ta“ Implimentazzjoni jgħid: 'Jekk il-proporzjon ta” proċeduri nnegozjati meta jitkejjel mal-għadd ta“ kuntratti mogħtija mill-istess [test mhux uffiċjali] uffiċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza jiżdied sew milli kien fi snin oħra, jew jekk dak il-proporzjon ikun ogħla mill-medja għal dik l-istituzzjoni, l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għandu jirrapporta lill-istituzzjoni u jistabbilixxi miżuri biex ireġġa” dik it-tendenza lura“;

49.  Hu tal-fehma li ż-żieda reġistrata bejn l-2007 u l-2008 b'mod ċar tobbliga lill-uffiċjali li jawtorizzaw li jieħdu miżuri biex “ireġġgħu din it-tendenza lura”; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jirraporta lill-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-miżuri li ttieħdu qabel l-1 ta“ Settembru 2010;

50.  Jistieden lill-uffiċjali li jawtorizzaw biex jippreżentaw lill-awtorità ta“ kwittanza - għas-sena finanzjarja 2009 u aktar ”il quddiem - aktar informazzjoni li tippermetti superviżjoni aktar bir-reqqa tal-użu mill-Parlament ta“ proċeduri nnegozjati eċċezzjonali (Artikoli 126 u 127 tar-Regoli ta” Implimentazzjoni) billi jinkludu, fir-Rapport ta“ Attività Annwali tagħhom, anness li jipprovdi informazzjoni ċara dwar:

   għalfejn kien jeħtieġ, l-ewwel nett, li jiġi konkluż kuntratt skont l-Artikoli 126 jew 127 tar- Regoli ta“ Implimentazzjoni,
   għalfejn l-uffiċjal li jawtorizza sab li kuntratt speċifiku jaqa“ taħt waħda mill-kategoriji stabbiliti (”l-offerti li saru ma kinux tajbin“, ”raġunijiet tekniċi jew artistiċi“, ”urġenza“, eċċ) fl-Artikolu 126(1) u fl-Artikolu 127(1),
   l-għadd ta“ kandidati li saru negozjati magħhom, u
   il-kriterji għalfejn l-offerta kienet aċċettabbli;

51.  Barra minn hekk, jistieden lill-Unità Finanzjarja Ċentrali biex tikkonsolida l-informazzjoni li għandha tingħata fl-anness il-ġdid tar-“Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew”;

Rappreżentazzjonijiet tal-maniġment fil-Parlament

52.  Ifakkar li l-Artikolu 8(9) sa (11) tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-Baġit tal-Parlament Ewropew jipprovdi li s-Segretarju Ġenerali għandu, bħala l-Uffiċjal Prinċipali bid-Delegazzjoni li Jawtorizza, jagħmel dikjarazzjoni dwar jekk il-baġit tal-Parlament ikunx ġie implimentat skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda u dwar jekk il-qafas ta“ kontroll eżistenti jipprovdix il-garanziji meħtieġa ta” legalità u ta“ regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti;

53.  Ifakkar ukoll li d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Uffiċjal Prinċipali bid-Delegazzjoni li Jawtorizza hi bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet maħruġa mid-Diretturi Ġenerali fil-kapaċità tagħhom ta“ Uffiċjali bid-Delegazzjoni li Jawtorizzaw;

54.  Jinnota li s-Segretarju Ġenerali preċedenti, fid-dikjarazzjoni tiegħu tal-4 ta“ Marzu 2009(13)

   innota li l-ebda uffiċjal li jawtorizza ma semma kwalifiki formali fid-dikjarazzjoni tiegħu, u
   iċċertifika li għandu assigurazzjoni raġjonevoli li l-baġit tal-Parlament ġie implimentat b'konformità mal-prinċipji ta“ ġestjoni finanzjarja soda u li l-qafas ta” kontroll applikat jagħti l-garanziji meħtieġa tal-legalità u tar-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti;

55.  Jinnota wkoll li l-Uffiċjal Ewlieni li Jawtorizza Per Prokura qal ukoll li d-dikjarazzjoni “hi bbażata fuq il-ġudizzju tiegħu, fuq ir-rapport ta” verifika interna li rċevejt, fuq il-monitoraġġ u l-appoġġ ċentrali tal-attivitajiet ta“ ġestjoni finanzjarja mwettqa f'ismi jew fuq talba tiegħi, u fuq kull informazzjoni oħra disponibbli”;

Artikolu 60(4) u 9(7) tar-Regolament Finanzjarju(14)

56.  Jinnota li l-Artikolu 60(4) tar-Regolament Finanzjarju jitlob lil kull Uffiċjal Ewlieni li Jawtorizza Per Prokura biex “iqiegħed (...) l-amministrazzjoni nterna u l-proċeduri ta” kontroll l-aktar adatti għat-twettieq tad-doveri tiegħu/tagħha,(...)“ u li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju jitlob lill-istess persuna responsabbli fil-ġestjoni finanzjarja biex jirrapporta dwar ”l-effiċjenza u l-effettività“ tas-sistemi li jkun stabilixxa;

Mhux ir-rapporti ta“ attività annwali kollha kienu konformi mar-Regolament Finanzjarju

57.  Jinnota wkoll li xi Diretturi Ġenerali biss “indikaw ir-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet tagħhom jew irrapportaw dwar il-mod ta” kif jaħdmu s-sistemi tagħhom ta“ kontroll intern” (risposta għall-Mistoqsija 4.2.1) filwaqt li r-Regolament Finanzjarju fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 60(7) jgħid b'mod ċar li l-Uffiċjali li Jawtorizzaw, fir-rapport ta“ attività annwali tagħhom, għandhom jirrapportaw dwar ”l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta“ kontroll intern”;

Ir-rekwiżiti ta“ rappurtar huma laxki wisq?

58.  Jinnota li n-nuqqas kien “bla dubju dovut għall-fatt li l-istruzzjonijiet għat-tfassil tar-rapporti ta” attività annwali tal-2008 ppermettew ħafna lok ta“ manuvrar għall-Uffiċjali li Jawtorizzaw fil-mod ta” kif kellhom jirrapportaw, partikolarment dwar is-sistemi tagħhom ta“ kontroll intern2 (tweġiba għall-Mistoqsija Nru 4.2.); madankollu jinnota b'sodisfazzjon li l-istruzzjonijiet għar-rapporti tal-2009 f'dan ir-rigward huma aktar stretti u jistenna li d-Diretturi Ġenerali kollha jaġixxu skonthom;

59.  Ifakkar li l-għan ta“ sistema ta” kontroll intern hu li tiżgura n-nefqa korretta f'konformità mar-regolamenti finanzjarji;

60.  Jenfasizza li fi kwalunkwe sistema ta“ ġestjoni finanzjarja jrid ikun hemm l-iċċekkjar u l-bilanċi xierqa meta jiġi awtorizzat xi nfiq;

61.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali, għaldaqstant, sabiex jinforma lill-awtorità ta“ kwittanza malajr kemm jista” jkun u f'kull każ mhux aktar tard mill-31 ta“ Diċembru 2010 dwar il-miżuri preċiżi - u l-iskadenza għall-implimentazzjoni - li ħa jew li se jieħu biex isaħħaħ is-sistema ta” kontrolli interni u b'mod partikolari rigward:

   il-garanzija li r-rapporti ta“ attività li jikkonformaw bis-sħiħ mal-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju mill-Uffiċjali li Jawtorizzaw kollha;
   il-kisba ta“ rapporti ta” attività annwali aktar ċari, iqsar, aktar preċiżi, aktar relevanti u aktar professjonali bl-għan li jipprovdu lill-awtorità ta“ kwittanza b'informazzjoni relevanti dwar l-użu ta” fondi pubbliċi mill-Parlament, l-adozzjoni ta“ kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex is-Segretarju Ġenerali jagħmel dikjarazzjoni ta” assigurazzjoni effikaċi;
   it-twettiq ta“ kontrolli interni għall-kuntratti negozjati u restritti li jmorru lura għall-2008; l-intensifikazzjoni ta” kontrolli interni ta“ dan it-tip,
   il-pubblikazzjoni ta“ lista annwali kompleta tal-kumpaniji kollha li ngħataw kuntratti negozjati u restritti mill-2008;

Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2008
Fattur ta“ multiplikazzjoni applikabbli għas-salarji

62.  Jinnota li l-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Persunal fir-rigward tal-fattur ta“ multiplikazzjoni bħal fis-snin preċedenti filwaqt li jistennew id-deċiżjoni finali tal-Qorti tal-Ġustizzja f'każijiet dwar din il-kwistjoni ippreżentati lilha mill-persunal tagħhom;

Rimborż tal-ispejjeż ta“ akkomodazzjoni magħmula waqt il-missjonijiet

63.  Jinnota li, sa mis-sena finanzjarja 2004, il-Qorti tal-Awdituri stiednet lill-Parlament biex jiżgura li l-ispejjeż ta“ akkomodazzjoni magħmula waqt il-missjonijiet jiġu rimborżati f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal; jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mid-DĠ Persunal biex jissimplifika u jirrazzjonalizza l-ġestjoni tal-missjonijiet;

64.  Jinnota t-tweġiba tal-amministrazzjoni u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li “bażi baġitarja” ma tistax tintuża biex taqleb il-qafas regolatorju; iqis li din il-kwistjoni għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-reviżjoni li ġejja tar-Regolamenti tal-Persunal;

65.  Jistenna li dawk li b'mod ewlieni jieħdu d-deċiżjonijiet f'dan il-qasam – il-Bureau, is-Segretarju Ġenerali u d-Direttur Ġenerali għall-Persunal – jieħdu, malajr kemm jista“ jkun wara li tkun ittieħdet deċiżjoni, il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli interni u l-proċeduri tal-Parlament rigward il-missjonijiet ikunu konformi b'mod sħiħ u konsistenti mal-prinċipju ta” ġestjoni finanzjarja soda u r-Regolamenti dwar il-Persunal;

Allowances għall-assistenza għall-Membri

66.  Jinnota u jifraħ lill-servizzi għall-ammont konsiderevoli ta“ xogħol imwettaq fl-eżerċizzju ta” regolarizzazzjoni għall-ispejjeż tal-assistenza parlamentari mħallsa matul is-snin 2004 sal- 2008;

67.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali, lid-Direttur Ġenerali għall-Persunal u lid-Direttur Ġenerali għall-Innovazzjoni u l-Appoġġ Teknoloġiku biex jaraw sa liema punt ikunu jistgħu jintużaw it-teknoloġiji ġodda tal-konferenzi bil-video bħala mod ta“ kif jitnaqqsu l-ispejjeż tal-missjonijiet; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għall-użu ta” Open Source softwarebħala mod sigur u li ma jiswiex ħafna flus ta“ kif isiru l-konferenzi bil-video;

68.  Jinnota wkoll li s-sistema l-ġdida li bdiet fl-14 ta“ Lulju 2009 hi mistennija tiżgura konformità xierqa mal-regoli u mal-prinċipji relevanti u tipprovdi l-aqwa garanzija ta” trasparenza, legalità u tmexxija finanzjarja tajba tal-allowances għall-assistenza parlamentari;

Il-Membri bħala persuni pubbliċi

69.  Jappoġġja d-dritt ta“ dawk li jħallsu t-taxxi li jagħmlu skrutinju tal-użu li l-Membri, bħala persuni pubbliċi, jagħmlu mill-kontribuzzjoni tagħhom, u jistieden lill-Membri biex jagħtu attenzjoni partikulari lill-interess pubbliku fl-użu tagħhom tal-fondi pubbliċi Ewropej;

70.  Jistieden - wara li kkunsidra r-riskji konsiderevoli għar-reputazzjoni f'dan il-qasam tal-politika pubblika - kemm lill-Awditur Intern kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri biex issegwi mill-qrib il-funzjonament u l-effiċjenza tal-qafas il-ġdid u biex jindikaw kwalunkwe nuqqasijiet u/jew possibbiltajiet għal titjib fl-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-ħlasijiet lill-Membri, inkluża n-nefqa għall-għajnuna;

Skema ta“ pensjonijiet addizzjonali għall-Membri

71.  Ifakkar fir-rimarki tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapporti Annwali tagħha tal-2006 u l-2007 dwar il-bżonn li jiġu stabbiliti regoli ċari li jiddefinixxu l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Parlament u tal-membri tal-fond fil-każ ta“ defiċit; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jibgħat proposta sal-31 ta” Diċembru 2010 biex isolvi dan, filwaqt li jirrispetta d-deċiżjoni meħuda mill-Plenarja li l-ebda flus addizzjonali mit-taxxi ma jintużaw biex ikopri d-defiċit;

72.  Jinnota li fil-31 ta“ Diċembru 2008, il-fond kellu defiċit attwarju ta” EUR 121 844 000 u li, fl-istess data, il-fond evalwa l-benefiċċji li għad iridu jitħallsu lill-membri tal-fond bħala EUR 276 984 000 (Rapport Annwali 2008 tal-Qorti tal-Awdituri, Anness 11.2);

73.  Jinnota li l-passivi tal-Parlament huma riflessi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-31 ta“ Diċembru 2008;

74.  Jinnota r-rapport tal-awditur indipendenti li jgħid li “il-provvediment għall-pensjonijiet u obbligi simili ġie kkalkulat fuq il-bażi ta” qligħ ta“ 6.5% fis-sena fuq l-investiment”, u din iċ-ċifra mhix realistika;

75.  Jenfasizza l-ħtieġa għal trasparenza sħiħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet mill-entitijiet ta“ governanza tiegħu, jiġifieri l-President, il-Bureau, il-Kwesturi u l-Konferenza tal-Presidenti;

76.  Jistieden lill-Bureau jqis il-possibilità li jagħmel l-informazzjoni mogħtija lill-Kumitat għall-Baġits dwar id-deċiżjonijiet li għandhom konsegwenzi baġitarji kbar aktar faċilment aċċessibbli għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sabiex ikun jista“ jissodisfa aħjar il-ħtiġijiet ta” informazzjoni dwar l-awtorità tal-kwittanza u tal-Ewropej li jħallsu t-taxxi;

77.  Huwa tal-fehma li l-Bureau bħala l-korp kompetenti fi ħdan il-Parlament għad-deċiżjonijiet finanzjarji u amministrattivi li jaffettwaw il-Membri u t-tħaddim tal-istituzzjoni, għandu responsabbiltà partikolari li titrawwem ir-responsabbilita“ demokratika;

78.  Hu tal-fehma li l-emendar tal-proposti baġitarji li jkopri biss is-sena baġitarja attwali mhux biżżejjed bħala għodda tal-ġestjoni u jistieden lill-Bureau biex jippreżenta stima ta“ ħames snin tal-konsegwenzi mistennija ta” deċiżjonijiet finanzjarji kbar;

79.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li kwistjonijiet relatati mal-obbligu ta“ rendikont fil-politika pubblika u l-ġestjoni tar-riskji għar-reputazzjoni ta” istituzzjonijiet pubbliċi huma kwistjonijiet li ma jistgħux u ma għandhomx jiġu ridotti għal konsiderazzjonijiet legali;

Ir-Rapporti tal-Awditur Intern tal-Parlament

80.  Jinnota li l-Servizz ta“ Verifika Interna kien, sa mill-ħolqien tiegħu, parti mid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi, li jirrappreżenta madwar 30% tal-baġit tal-Parlament, u jilqa” b'sodisfazzjon il-fatt li l-Servizz ta“ Verifika Interna, mill-1 ta” Settembru 2009, wara deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, ġie marbut direttament mas-Segretarju Ġenerali minħabba li kemm l-effikaċja tal-attività ta“ verifika interna u kemm il-perċezzjoni tar-rwol indipendenti u oġġettiv tiegħu mid-dipartimenti verifikati se titjieb permezz ta” din il-mossa;

81.  Jenfasizza li l-pożizzjoni preċedenti tiegħu fi ħdan l-organizzazzjoni ma żammitx lis-Servizz ta“ Verifika Interna milli jwettaq il-funzjonijiet tiegħu skont il-ħtiġiet professjonali u regolatorji; jilqa” l-pożizzjoni l-ġdida tiegħu u jistenna li din se ttejjeb il-fluss ta“ informazzjoni essenzjali dwar kwistjonijiet ta” riskju mingħand is-Segretarju Ġenerali u b'hekk tiffaċilita r-rwol tal-Awditur Intern li jagħti pariri lill-Parlament dwar kif tittratta r-riskji;

Verifika tal-Qafas ta“ Kontroll Intern

82.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Servizz ta“ Verifika Interna ta prijorità lill-monitoraġġ u l-għoti ta” pariri dwar l-implimentazzjoni tas-sistemi deċentralizzati ġodda ta“ kontroll intern introdotti mir-Regolament Finanzjarju, li daħal fis-seħħ fl-1 ta” Jannar 1 2003;

83.  Jinnota wkoll li r-reviżjoni oriġinali tal-Qafas ta“ Kontroll Intern fl-2003 u l-2004 rriżultat f”14-il rapport tal-verifika li jkopru d-dipartimenti kollha u s-servizzi ċentrali u fihom 452 azzjonijiet miftiehma;

84.  Jinnota li l-ewwel sensiela ta“ verifiki ta” segwitu fl-2005 u l-2006 uriet li l-maniġment kien implimenta 225 mill-452 azzjoni oriġinali u li l-227 azzjoni mhux kompleta kienu jinkludu 20 meqjusa bħala “kritiċi” għax jindirizzaw oqsma esposti ħafna għar-riskju u ħolqu l-ħtieġa ta“ azzjoni korrettiva urġenti mis-servizzi konċernati;

L-azzjonijiet miftuħa li għad fadal

85.  Jinnota wkoll li wara t-tieni sensiela ta“ verifiki ta” segwitu fl-2007 u l-2008, ir-riżultat fl-aħħar tal-2008 wera li mill-452 azzjoni oriġinali, 88 kien għadhom miftuħa, u li dawk l-azzjonijiet kienu mqassma bejn id-Direttorati Ġenerali kif ġej:

DĠ PRES: 5
DĠ TRAD: 1
DĠ ITEC: 22 + erba“ azzjonijiet kritiċi mhux kompluti
DĠ INTE: 5
DĠ INLO 10
DĠ COMM: 6
DĠ PERS 9
DĠ FINS 12
Seg Ġen 18 (Azzjonijiet Ċentrali)

86.  Jilqa“ b'sodisfazzjon it-titjib fit-tmexxija u s-sistemi ta” kontroll intern tad-Direttorati Ġenerali iżda jqajjem mistoqsijiet dwar l-għadd ta“ azzjonijiet mhux kompluti li juru rata ta” tlestija globali ta“ 80.53% biss fuq perjodu ta” żmien relattivament twil li kellu jkun biżżejjed għas-servizzi responsabbli biex jieħdu azzjoni korrettiva;

87.  Huwa konxju sew li xi dipartimenti ġew trasferiti għal Direttorati Ġenerali oħra fil-perjodu li qed jiġi kkonsidrat; ifakkar li “l-istituzzjoni għandha tassigura li azzjoni tittieħed dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar” skont l-Artikolu 86 (3) tar-Regolament Finanzjarju, u jħoss li mhux sodisfaċenti li r-rakkomandazzjonijiet tal-verifika maħruġa fl-2003 u l-2004 għadhom ma ġewx implimentati fl-2008;

88.  Jenfasizza li t-88 azzjoni mhux kompluti jindikaw il-persistenza ta“ riskji residwi f'ċerti oqsma speċifiċi u jirrakkomanda bil-qawwa li jittieħdu malajr il-miżuri xierqa biex ikunu implimentati r-rakkomandazzjonijiet pendenti malajr kemm jista” jkun; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jinforma lill-kumitat kompetenti bil-progress li jkun sar;

89.  Huwa tal-opinjoni li għandha ssir reviżjoni tal-uffiċċju ta“ verifika interna tal-Parlament bl-għan li jissaħħaħ dak is-servizz u b'hekk ikompli jitjieb l-iskrutinju finanzjarju, u għandhom jiġu provduti l-istrumenti kollha li jiżguraw li l-kompiti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jiġu sodisfati;

90.  Jitlob li sat-30 ta“ Settembru 2010, il-Parlament jirċievi spjegazzjoni sħiħa u tweġibiet eżatti għalfejn iċ-Ċentru tal-Viżitaturi l-ġdid għadu mhux miftuħ;

Il-premjijiet tal-Parlament Ewropew

91.  Iqis li l-Premju tal-Ġurnaliżmu tal-Parlament mhuwiex xieraq minħabba li l-Parlament m'għandux jagħti premjijiet lil ġurnalisti li xogħolhom huwa li jeżaminaw b'mod kritiku l-istituzzjonijiet tal-UE u l-ħidma tagħhom;

Gruppi politiċi (punt 4 0 0 0 tal-baġit )

92.  Jinnota li fl-2008 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-punt 4 0 0 0 tal-baġit intużaw kif ġej:

(f'EUR)

Total disponibbli fil-baġit 2008

81.625.415

Membri Non-Affiljati

1.485.287

Ammonti disponibbli għall-gruppi

80.140.128

Grupp

Approprjazzjonijiet allokati mill-baġit tal-Parlament

Allokazzjoni mill-ġdid (*)

Allokazzjoni Supplimentari 2008 (**)

Riżorsi proprji tal-gruppi u approprjazzjonijiet trasferiti

Nefqa fl-2008

Rata ta“ utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli

Limitu massimu tat-trasferimenti(***)

Ammonti trasferiti għas-sena 2009

PPE

19.457.497

-19.262

2.256.382

9.768.471

24.057.411

76,46%

11.985.131

7.405.677

PSE

14.417.268

45.992

1.685.892

7.254.341

16.555.599

70,74%

8.894.526

6.847.894

ALDE

6.685.814

-35.299

768.650

3.008.933

7.409.623

71,05%

4.111.557

3.018.475

VERTS/ALE

2.765.269

45.912

330.540

1.070.615

3.191.911

75,78%

1.713.175

1.020.425

GUE/NGL

2.809.780

-2.357

325.919

971.528

2.627.939

64,02%

1.730.809

1.476.931

UEN

2.764.733

-26.557

315.066

968.265

2.770.796

68,90%

1.697.433

1.250.711

IND/DEM

1.621.041

-51.389

176.408

760.676

1.924.007

76,75%

986.929

582.729

NI

1.226.937

 

141.143

117.207

1.019.401

68,63%

754.612

392.949

Total

51.748.339

-42.960

6.000.000

23.920.036

59.556.687

72,96%

31.874.170

21.995.791

(*) Minħabba modifiki fil-kompożizzjoni tal-Gruppi u tal-Membri Mhux Affiljati

(**) Deċiżjoni tal-Bureau tat-3 ta“ Diċembru 2008

(***) Skont l-Artikolu 2.1.6 tar-Regoli dwar dwar l-użu tal-approprijazzjonijiet mill-punt baġitarju 4 0 0 0 u d-deċiżjoni tal-Bureau tal-15 ta“ Diċembru 2008; allokazzjoni supplimentari li għandha tintuża sat-30 ta” Marzu 2009

Approprjazzjonijiet addizzjonali

93.  Ifakkar li fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta“ Novembru 2008, il-Bureau ddeċieda li jdaħħal approprjazzjonijiet addizzjonali li jammontaw għal EUR 6 miljun fil-punt tal-baġit 4000 biex jiffinanzja kampanja ta” informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej 2009 (D (2009) 28076 tal-15 ta“ Ġunju 2009);

94.  Jinnota li fit-15 ta“ Diċembru 2008 l-Bureau ddeċieda:

   “li l-limitu ta” 50% previst fl-Artikoli 2.1.6 u 2.9.2 tar-Regoli dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet mill-punt baġitarju 4000 ma kienx japplika għall-approprjazzjonijiet addizzjonali ta“ EUR 6 miljun li kien iddeċieda jalloka mill-ġdid fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta” Novembru 2008 u li, bħala konsegwenza, dan l-ammont supplimentari seta“ jiġi trasferit kollu kemm hu għall-2009,
   madankollu, li l-gruppi jridu jużaw dawn l-approprjazzjonijiet supplimentari qabel l-aħħar ta“ Marzu 2009 u li dawk l-ammonti li ma jintużawx kellhom jitħallsu lura lill-baġit tal-Parlament; u li, għaldaqstant,
   l-użu ta“ dawn l-approprjazzjonijiet addizzjonali għandu jiġu kkunsidrat f'konnessjoni mal-għeluq tal-kontijiet għall-ewwel nofs tal-2009, peress li s-snin tal-elezzjoni jinqasmu f'żewġ perjodi ta” sitt xhur“ (D (2009) 28076 tal-15 ta” Ġunju 2009);

95.  Ifakkar li l-President fil-laqgħa tal-Bureau tas-16 ta“ Ġunju 2009 ”innota bi tħassib it-tnaqqis globali fil-parteċipazzjoni f'dawn l-elezzjonijiet għal 43.2%, li (...) kienet kwistjoni li fuqha l-Bureau li jmiss kien se jkollu jirrifletti bir-reqqa“ (PE 426.193/BUR);

Għeluq tal-kontijiet - mingħajr dibattitu?

96.  Jinnota li skont il-punt 2.7.3 tar-Regoli dwar l-użu ta“ approprjazzjonijiet mill-punt tal-baġit 4 0 0 0 1(15), il-President ippreżenta r-rapporti vverifikati ppreżentati mill-gruppi politiċi dwar l-użu ta“ approprjazzjonijiet lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fit-8 ta” Lulju 2009 (ittra 311812);

97.  Jirrimarka li s-Segretarju Ġenerali fin-nota tiegħu lill-membri tal-Bureau tal-15 ta“ Ġunju 2009 (D(2009)28076) stqarr li ” [fir-] rapporti kollha l-awdituri ċċertifikaw mingħajr riżervi li l-kontijiet mogħtija kienu konformi mar-regoli“;

98.  Jinnota li fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta“ Ġunju 2009 (Minuti tal-laqgħa tas-16 ta” Ġunju 2009, PE 426.193/BUR):

   meta kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-gruppi politiċi 2008, il-Bureau nnota u approva d-dokumenti ppreżentati mill-gruppi,
   meta kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Grupp ITS, il-Bureau approva l-konklużjonijiet li jinsabu fin-nota tas-Segretarju Ġenerali dwar il-kwistjoni,
   il-Bureau ta istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jistabbilixxi l-klejm definittiv kontra Membru u biex iwettaq kull regolarizzazzjoni meħtieġa;

99.  Ifakkar li skont l-punt 2.2.3 tar-Regoli dwar l-użu ta“ approprjazzjonijiet mill-punt baġitarju 4 0 0 0, kull grupp jeħtieġ ikollu sistema ta” kontroll intern;

Partiti politiċi Ewropej

100.  Jinnota li fl-2008 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-punt 4 0 2 0 tal-baġit intużaw kif ġej:

 

 

 

 

(EUR)

Eżekuzzjoni tal-baġit tal-2008 skont il-ftehim

Partit

Riżorsi Proprji

Sussidji totali mill-PE

Dħul totali

Sussidji bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85%)

PPE

1.169.574,08

3.354.754,00

4.524.328,08

79%

PSE

859.853,00

3.027.647,00

3.887.500,00

82%

ELDR

420.721,36

1.115.665,00

1.536.386,36

83%

EFGP

272.909,63

641.534,00

914.443,63

70%

GE

176.454,75

536.539,11

712.993,86

76%

PDE

78.746,17

407.693,22

486.439,39

83%

AEN

36.619,20

206.376,01

242.995,21

85%

ADIE

80.187,00

303.051,35

383.238,35

85%

EFA

65.390,25

226.600,00

291.990,25

83%

EUD

50.094,08

153.821,06

203.915,14

85%

Total

3.210.549,52

9.973.680,75

13.184.230,27

80%

101.  Jinnota li l-Bureau, mingħajr dibattitu, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta“ Ġunju 2009, approva r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-attivitajiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rispettivi ta” sebgħa mill-10 partiti politiċi Ewropej (Minuti tal-laqgħa tal-17 ta“ Ġunju 2009, PE 426.231/BUR);

102.  Jinnota wkoll li s-Segretarju Ġenerali fin-nota tiegħu lill-membri tal-Bureau - (D (2009) 30444 tal-15 ta“ Ġunju 2009) - ta t-tagħrif li ġej:"

8.  B'mod ġenerali, ir-rapporti tal-attività tal-partiti jikkorrispondu għall-programmi ta‘ attività ppreżentati mill-partiti meta saret l-applikazzjoni għall-għotja. Il-partiti għamlu bidliet fir-rigward tal-programmi oriġinali, partikolarment rigward is-suġġetti, id-dati u l-postijiet tal-laqgħat jew konferenzi. Madankollu, dawn il-bidliet ma jaffettwawx is-sustanza tal-programmi ta’ attività u għandhom jiġu aċċettati sabiex joffru l-flessibilità meħtieġa lill-partiti biex jirrispondu għal ambjent politiku li jinbidel matul is-sena. Il-partiti wkoll għamlu bidliet fil-baġits proviżorji tagħhom permezz ta‘ trasferimenti

...

10.  Jinnota li fir-rapporti kollha, l-awdituri ċċertifikaw bla riżervi li l-kontijiet ippreżentati kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji ewlenin tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 u li ppreżentaw stampa vera u fidila li tirrifletti s-sitwazzjoni tal-partiti politiċi fi tmiem is-sena finanzjarja 2008

"

103.  Jinnota li l-Bureau fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta“ Settembru 2009, approva r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-attivitjiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rispettivi tat-tliet partiti politiċi Ewropej li r-rapporti tagħhom ma kinux disponibbli fil-laqgħa tal-Bureau tas-17 ta” Ġunju 2009, jiġifieri l-ADIE (l-Alleanza ta“ Demokratiċi Indipendenti fl-Ewropa), l-AEN (Alleanza għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet) u l-EUD (EU Democrats) (Minuti tal-laqgħa tal-14 ta” Settembru 2009, PE 426.393/BUR);

104.  Jinnota wkoll li l-Bureau stabbilixxa li l-uffiċjal li jawtorizza ġie mitlub jirkupra bilanċ ta“ EUR 90,604,58 mingħand it-tliet partiti konċernati (ADIE, AEN u EUD), b'qies tal-ammont finali tal-għotjiet li għandhom jingħataw lil dawk il-partiti;

105.  Jinnota t-tweġiba tas-Segretarju Ġenerali għall-paragrafu 96 fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta“ April 2009(16) dwar is-segwitu għas-sejbiet fir-rapport tal-Awditur Intern dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi fil-livell Ewropew(17) u r-referenza għal tliet azzjonijiet li ġew “abbandunati”;

106.  Ifakkar li, bħalma hu previst fi premessa 11 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003(18), “Huwa meħtieġ li jkunu assigurati trasparenza massima u kontroll finanzjarju tal-partiti politiċi f'livell Ewropew li huma finanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea”;

107.  Jenfasizza li “trasparenza massima” ma tistax tintlaħaq mingħajr (i) implimentazzjoni preċiża, b'mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta“ struttura mudell għad-deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-programm u għar-rapporti ta” attività finali u (ii) għadd biżżejjed ta“ kontrolli ex-post fuq il-post ta” dawk l-għotjiet mill-uffiċjal li jawtorizza;

108.  Ma jistax jifhem kif il-Bureau jista“ jikkonforma mar-responsabilità tiegħu skont ir-Regola 209 (2) ([li] ”jiddeċiedi jekk jissospendix jew inaqqasx l-iffinanzjar, u jekk jirkuprax ammonti li jkunu tħallsu bi żball“) u r-Regola 209 (3) ([li] ”japprova r-rapport aħħari tal-attività tal-partit politiku benefiċjarju u d-dikjarazzjoni finanzjarja aħħarija“) tar-Regoli ta” Proċedura mingħajr ma jintroduċi l-istrutturi ta“ mudell imsemmija hawn fuq li huma kruċjali għall-kisba ta” proċess trasparenti ta“ evalwazzjoni u ta” ħlas;

Fondazzjonijiet politiċi Ewropej

109.  Jinnota li fl-2008 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-punt 4 0 3 0 tal-baġit intużaw kif ġej:

Punt tal-baġit 4030 - eżekuzzjoni fis-sena finanzjarja 2008 (f'EUR)

Fondazzjoni

Taqsira

Riżorsi Proprji

Għotja Finali

Dħul Totali

Sussidji bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85%)

Ċentru għall-Istudji Ewropej

CEE

262.293

1.344.892

1.607.184

84%

Fondazzjoni għal Studji Progressivi Ewropej

FEPS

221.835

1.208.436

1.430.271

85%

Forum Liberali Ewropew

ELF

39.315

172.187

211.502

81%

Istitut Aħdar Ewropew

GEI

48.442

270.836

319.278

85%

Inbiddlu l-Ewropa

TE

23.800

147.090

170.890

85%

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IED

18.079

101.108

119.188

85%

Osservatorju Ewropew tal-Politiki tal-Unjoni

EUROPA

61.901

232.900

294.801

84%

Ċentru Maurits Coppieters

CMC

21.881

106.608

128.489

83%

Fondazzjoni Politika Ewropea għad-Demokrazija

FPED

16.635

120.501

137.136

85%

Fondazzjoni għad-Demokrazija tal-UE*

FEUD

 

 

 

 

Total

 

714.181

3.704.558

4.418.739

84%

*: ir-rapport finali għadu ma ġiex approvat

110.  Jinnota li l-Bureau fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta“ Ġunju 2009 approva r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta” attivitajiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta“ sitta mill-għaxar fondazzjonijiet u stabbilixxa li l-uffiċjal li jawtorizza kellu jirkupra l-bilanċ pożittiv ta” EUR 85 437 44 mingħand l-Istitut tad-Demokratiċi Ewropej u jħallas bilanċ ta“ EUR 482 544 35 lill-ħames fondazzjonijiet l-oħra (Minuti tal-laqgħa tas-17 ta” Ġunju 2009, PE 426.231/BUR);

111.  Jinnota wkoll li s-Segretarju Ġenerali fin-nota tiegħu lill-membri tal-Bureau - (D(2009) 31289 tal-15 ta“ Ġunju 2009) - ta t-tagħrif li ġej:"

9.  F'Marzu 2008, ftit qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-parti l-kbira tal-fondazzjonijiet, fil-laqgħa ta‘ informazzjoni mad-dipartimenti responsabbli fis-Segretarjat, qalu li ma setgħux jissottomettu programm ta’ ħidma dettaljat, pereżempju bil-post, data u suġġett ta‘ konferenza jew is-suġġett eżatt ta’ studju. Konsegwentement, ma kienx possibbli li jiġi vverifikat jekk l-attivitajiet imwettqa jikkorrispondux għall-programmi ta‘ ħidma ppreżentati mal-applikazzjoni għall-għotja. F'każijiet fejn l-applikazzjoni kienet pjuttost dettaljata, ġie nnutat bosta drabi li kienu saru bidliet kbar, pereżempju li diversi avvenimenti ma kinux saru jew li s-suġġetti tal-istudji kienu ġew mibdula.

10.  Peress li din hija l-ewwel sena finanzjarja għall-finanzjament, ftit wara l-ħolqien tal-fondazzjonijiet benefiċjarji, huwa propost li r-rapporti finali jiġu aċċettati. Madankollu, donnu li jkun utli li l-Bureau jitlob lill-President ifakkar lill-fondazzjonijiet, fl-ittra tiegħu dwar l-għeluq tas-sena finanzjarja 2008, li fil-ġejjieni l-ipprogrammar tax-xogħol irid jitjieb u li kwalunkwe tibdil matul is-sena għandu jkun iġġustifikat fir-rapporti finali.

...

12.  Fir-rapporti kollha, l-awdituri ċċertifikaw bla riżervi li l-kontijiet ippreżentati kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 u li ppreżentaw stampa vera u fidila tas-sitwazzjoni tal-fondazzjonijiet politiċi fi tmiem is-sena finanzjarja 2008 (...)

"

112.  Jinnota li l-Bureau fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta“ Settembru 2009 approva r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta” attivitajiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta“ tlieta mill-erba” fondazzjonijiet politiċi Ewropej li ma kinux setgħu jibagħtu r-rapporti tagħhom għal kunsiderazzjoni fil-laqgħa tal-17 ta“ Ġunju 2009 (il-Forum Liberali Ewropew - Inbiddlu l-Ewropa - TE u il-Fundazzjoi Politika Ewropea għad-Demokrazija - FPED) (Minuti tal-laqgħa tal-14 ta” Settembru 2009 u n-nota lill-membri tal-Bureau D(2009) 40444 tad-9 ta“ Settembru 2009);

113.  Jinnota wkoll li l-Bureau jistabbilixxi wkoll li l-uffiċjal li jawtorizza jeħtieġ jirkupra l-bilanċ favorevoli ta“ EUR 15 144,39 mil-ELF u EUR 32 178,58 mill-FPED u jħallas bilanċ ta” EUR 21 965,56 lit-TE u ddiferixxa d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għeluq tas-sena finanzjarja tal-FEUD għal laqgħa oħra, aktar “il quddiem;

114.  Jappoġġa bis-sħiħ il-ħolqien ta“ partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej u l-attivitajiet tagħhom; jemmen li t-trasparenza totali rigward il-ġestjoni finanzjarja tal-partiti u tal-fondazzjonijiet u l-kisba tar-riżultati ppjanati hija importanti ħafna għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

115.  Huwa tal-fehma li l-informazzjoni ppreżentata lill-awtorità tal-kwittanza ma turix b'mod konvinċenti li l-ġestjoni u s-sistemi ta“ kontrolli interni joperaw b'mod effettiv u li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mressqa mill-partijiet u mill-fondazzjonijiet mhumiex biżżejjed sabiex jikkonformaw mal-aspettattivi ġustifikati taċ-ċittadini u ta” dawk li jħallsu t-taxxi dwar it-trasparenza; jistenna li l-uffiċjali li jawtorizzaw jistabbilixxu programm ta“ kontrolli ex-post li huwa prekundizzjoni ewlenija għall-kisba ta” assigurazzjoni;

116.  Jilqa“ l-fatt li s-Servizz ta” Verifika Interna beda segwitu tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu tal-2007 u li dan ir-rapport ġdid se jinkludi wkoll eżami tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;

Implimentazzjoni tal-istatuti għall-Membri u għall-assistenti

117.  Jinnota li l-Bureau permezz ta“ deċiżjoni tal-14 ta” Settembru 2009 stabbilixxa grupp ta“ evalwazzjoni temporanju dwar l-implimentazzjoni tal-istatuti għall-Membri u l-assistenti, ippresedut mis-Sra Dagmar Roth-Behrendt, Viċi President, biex tqis soluzzjonijiet għall-problemi prattiċi li tqajmu;

118.  Jilqa“ din l-inizjattiva u jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jsiru xi aġġustamenti għall-proċeduri amministrattivi u għar-regoli attwali filwaqt li jitqiesu r-riskji possibbli għar-reputazzjoni u għall-finanzi u mingħajr ma jinħolqu spejjeż addizzjonali bla bżonn;

119.  Jistenna li s-Segretarju Ġenerali jkun identifika r-riskji assoċjati mal-iskemi ġodda u l-ispejjeż tal-amministrazzjoni u l-kontroll meħtieġa biex dawn ir-riskji jinżammu limitati;

Postijiet vakanti

120.  Jistenna li s-Segretarju Ġenerali jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jillimita l-postijiet vakanti għal perjodu minimu strett ta“ mhux aktar minn tliet xhur u b'hekk jingħata kontribut sinifikanti biex jitjiebu s-servizzi lill-Membri billi jippermettu lill-persunal iwettaq xogħol tal-kwalità mistennija;

121.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jiżgura li l-avviżi ta“ postijiet vakanti rigward il-karigi ta” Kap tal-Unità u karigi ogħla jkunu miftuħa għal uffiċjali mill-istituzzjonijiet oħra tal-UE;

Politika tal-bini

122.  Itenni t-talba tiegħu biex il-Parlament jadotta strateġija għal medda twila ta“ żmien għall-proprjetà u l-bini; jerġa” jenfasizza t-talbiet tiegħu fil-paragrafu 30 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta“ Ottubru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Is-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data(19); isostni b'mod partikolari li kwalunkwe strateġija bħal din tal-proprjetajiet u tal-bini għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-ispejjeż li qed jogħlew għall-manutenzjoni tal-bini u n-neċessità fil-medda medja ta“ żmien li jiġu rinnovati; jiġbed l-attenzjoni li l-istrateġija tal-proprjetà u tal-bini għandha tiżgura s-sostenibilità tal-baġit tal-Parlament; jenfasizza li għandhom jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti maħluqa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona, u jistenna li jinżamm infurmat dwar ir-riżultati;

123.  Fir-rigward tal-uffiċċji tal-informazzjoni, huwa jappella lill-Parlament u lill-Kummissjoni biex jilħqu ftehim dwar politika tal-bini għall-medda medja u twila ta“ żmien, li tippjana ħafna bil-quddiem u b'mod partikolari tistabbilixxi b'mod ċar il-proċeduri għax-xiri tal-proprjetà, l-irwol tal-istituzzjonijiet rispettivi u l-perjodi ta” ħlas lura; jenfasizza li l-ħtieġa għal tali ftehim hija ħafna akbar minħabba li l-Parlament u l-Kummissjoni attwalment jippreferu forom differenti ta“ ffinanzjar għall-uffiċċji tal-informazzjoni;

Skema ta“ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

124.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni tat ċertifikat ISO – ISO 14001:2004 – lill-Parlament għal sistemi ta“ ġestjoni ambjentali għat-tliet postijiet ta” ħidma ewlenin tiegħu;

125.  Jilqa“ b'sodisfazzjon il-fatt li l-Parlament:

   hu l-ewwel istituzzjoni tal-UE li rċeviet dan iċ-ċertifikat għall-attivitajiet kollha tekniċi u amministrattivi tagħha,
   naqqas il-konsum tiegħu ta“ gass u fjuwil bi kważi 25% tul l-aħħar tliet snin,
   iddeċieda li juża 100% elettriku aħdar fit-tliet postijiet ta“ ħidma ewlenin tiegħu, li għamlitha possibbli li l-emissjonijiet ta” dijossidu tal-karbonju (CO2) jonqsu bi 17%, u
   jirriċikla, joħloq kompost u jerġa“ juża aktar minn 50% tal-iskart kollu tiegħu;

126.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jieħu miżuri bl-għan li jinħoloq - fil-livelli kollha - aktar fehim għall-ħtieġa li tiġi evitata l-ħela bla bżonn b'mod ġenerali u b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta“ dossiers tal-karti prodotti - imma mhux użati - għal diversi laqgħat, speċjalment fid-dawl tal-ammont enormi ta” sforzi fil-qasam tal-ekonomija u tal-finanzi ddedikati għall-iżvilupp tal-infrastruttura diġitali; għalhekk, jissuġġerixxi li l-użu tat-tagħmir diġitali eżistenti tal-Parlament jitjieb;

127.  Jistenna, bħala regola ġenerali, li l-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet jagħtu prijorità għolja lill-ħtiġiet ambjentali fid-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw, inter alia, il-bini (inkluż l-iżolament, il-ġeotermika, il-bijofjuwils u l-panewijiet fotovoltajċi), it-trasport u l-provvisti tal-uffiċċju;

128.  Jirrakkomanda li l-Parlament - bħalma hija l-prattika f'xi Stati Membri - jipparteċipa fir-rimborż tal-ispejjeż tal-persunal għat-trasport pubbliku użat bejn id-dar tagħhom u l-post tax-xogħol għal dawk li jaċċettaw li jitilfu l-aċċess tagħhom għall-garaxxijiet tal-Parlament minħabba li sistema bħal din tnaqqas l-għadd ta“ karozzi li jsuqu lejn Brussell kull filgħodu kif ukoll l-emissjonijiet korrispondenti ta” dijossidu tal-karbonju;

129.  Jappoġġja bis-sħiħ il-prinċipju tal-multilingwiżmu u jinnota d-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta“ Ottubru 2007(20) biex terġa“ ddaħħal it-traduzzjoni kompluta tar-Rapport Verbatim tal-Proċedimenti fil-lingwi uffiċjali u l-ispiża addizzjonali ta” EUR 14 840 000; jitlob li jsiru analiżi ta“ modi ta” identifikazzjoni tal-użu magħmul mill-verżjonijiet lingwistiċi differenti tar-Rapport Verbatim tal-Proċedimenti;

130.  Huwa tal-fehma li t-tim tal-EMAS għandu jiffunzjona b'mod indipendenti u jkollu biżżejjed riżorsi finanzjarji biex iwettaq l-attivitajiet tiegħu; jistieden lit-tim tal-EMAS jibgħat ir-rapport annwali tiegħu lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

131.  Jesprimi t-tħassib tiegħu minħabba l-każijiet kontinwi ta“ reati żgħar fil-binjiet tal-Parlament; jitlob li s-Segretarju Ġenerali jagħti attenzjoni speċjali lil din il-kwistjoni sabiex jonqsu r-reati żgħar;

Trasport

132.  Jinnota li kull karozza mixtrija mill-Parlament fl-2009 kellha emissjonijiet ta“ CO2 ogħla mill-medja tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda li tqegħdu fis-suq tal-Unjoni fl-istess sena; jagħraf l-għadd li kull ma jmur qed jikber ta” karozzi b'magni qawwija, inklużi karozzi ibridi, b'emissjonijiet inqas mill-medja li huma disponibbli fis-suq bħalissa;

133.  Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jġeddu l-flotta tal-karozzi sedan kollha li l-Parlament għandu għal skopijiet ta“ protokoll u ta” rappreżentanza b'karozzi ibridi li jniġġsu inqas sal-31 ta“ Diċembru 2010 u jirriżervaw l-użu ta” dawk il-karozzi għall-President, il-Presidenti tal-gruppi politiċi u l-viżitaturi ta“ livell għoli u biex jiżguraw li l-karozzi li hemm għad-dispożizzjoni tal-Membri fi Brussell u fi Strasburgu jikkonformaw mal-Istandard Ewropew għall-Emissjonijiet Nru 5 sa dik id-data;

134.  Jinsab sorpriż li l-maġġoranza tal-karozzi mixtrija fl-2008 kienu meqjusa bħala l-aktar karozzi b'kuxjenza ambjentali li jservu l-ħtiġijiet tal-utenti; iħeġġeġ lill-Parlament biex jappoġġa lill-Membri biex jużaw it-trasport pubbliku u biex jirrevedi, bil-ħsieb li jestendi, is-servizz tar-roti tiegħu għat-trasport fi Brussels; jitlob, barra minn hekk, li l-Parlament jistabbilixxi servizz ta“ roti tiegħu stess waqt is-sessjonijiet fil-plenarja fi Strasburgu b'ammont suffiċjenti ta” roti disponibbli;

Koordinazzjoni tal-istudji

135.  Jinnota li fl-2008, id-DĠ IPOL impenja EUR 7.1 miljun u d-DĠ EXPO impenja EUR 499 423 għal studji esterni (tweġiba għall-Mistoqsija 24); jistieden lis-servizzi responsabbli biex jiċċekkjaw - qabel ma jiġi kkommissjonat kwalunkwe studju estern ġdid - jekk studju simili hux diġà disponibbli u/jew twettaqx diġà minn xi istituzzjoni oħra tal-UE;

136.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jikkuntattja lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE sabiex tiġi stabbilita bażi tad-data ċentrali għall-istudji mwettqa, li tkun disponibbli wkoll għall-konsultazzjoni tal-pubbliku usa“;

Aċċess għall-bażijiet tad-data

137.  Jinnota li l-ispejjeż totali tal-abbonamenti għal servizzi kummerċjali ta“ informazzjoni elettronika kienu ta” EUR 804 987 fl-2008 u EUR 970 484 fl-2009; jistieden lis-servizzi kompetenti li meta jġeddu l-kuntratti itejbu l-kundizzjonijiet ta“ aċċess u b'hekk jippermettu għadd akbar ta” utenti - inklużi l-Membri - li jibbenefikaw minn dawk is-servizzi ta“ informazzjoni;

Rimborż tal-ispejjeż taż-żjarat minn gruppi sponserjati

138.  Jitlob li l-ispejjeż ta“ żjara sponserjata ta” grupp dejjem għandhom jiġu rimborżati lill-kap tal-grupp permezz ta“ trasferiment bankarju u mhux fi flus kontanti; barra minn hekk jitlob li jsir studju mill-Parlament li jevalwa jekk is-sistema ta” rata fissa ta“ rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-gruppi ta” viżitaturi uffiċjali hix adegwata meta wieħed iqis il-punti tat-tluq u d-destinazzjonijiet differenti tagħhom għaż-żjarat, jew jekk sistema ta“ rimborż tal-ispejjeż reali - suġġetti għal limitu massimu - tkun aktar adattata għal dan it-tip ta” gruppi.

(1) ĠU L 71, 14.3.2008.
(2) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.
(3) ĠU C 127, 5.6.2009, p. 1.
(4) ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
(5) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) PE 349.540/Bur/ann/def.
(8) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 225.
(9) L-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza.
(10) Regolament (KE, Euratom)Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni tat-23 ta“ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p.1).
(11) disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/200911/20091120ATT64961/20091120ATT64961EN.pdf
(12) Ara wkoll: http://ec.europa.eu/budget/library/documents/implement_control/fin_rules/syn_pub_rf_modex_en.pdf
(13) Disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/200911/20091118ATT64756/20091118ATT64756EN.pdf
(14) Ara wkoll: http://ec.europa.eu/budget/library/documents/implement_control/fin_rules/syn_pub_rf_modex_en.pdf
(15) PE 335.475/BUR/Rev2,
(16) ĠU L 255.26.9.2009, p.3.
(17) http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/200911/20091120ATT64976/20091120ATT64976EN.pdf
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta“ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).
(19) Testi adottati, P7_TA(2009)0052.
(20) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta” l-24 ta“ Ottubru 2007 dwar l-emenda għall-Artikolu 173 u ż-żjieda ta” l-Artikolu 173a tar-Regoli ta“ Proċedura tal-Parlament dwar ir-rapporti verbatim u r-rekord awdjoviżiv tal-proċeduri (OJ C 263 E, 16.10.2008, p. 409).

Avviż legali - Politika tal-privatezza