Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0094(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0292/2010

Testi mressqa :

A7-0292/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/11/2010 - 6.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0416

Testi adottati
PDF 201kWORD 32k
It-Tlieta, 23 ta' Novembru 2010 - Strasburgu
UE - Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon ***
P7_TA(2010)0416A7-0292/2010

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon (09335/2010 – C7-0338/2010 – 2010/0094(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (09335/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon,

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u 218(6), it-tieni paragrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0338/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0292/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tittrażmetti lill-Parlament il-konklużjonijiet tal-laqgħat u tax-xogħlijiet tal-Kumitat Konġunt kif jiddisponi l-Artikolu 9 tal-Ftehim, kif ukoll il-programm settorjali multiannwali li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 7(2) tal-Protokoll u r-riżultati tal-valutazzjonijiet annwali rispettivi; jistieden biex rappreżentanti tal-Kumitat għas-Sajd u tal-Kumitat għall-Iżvilupp tiegħu jieħdu sehem bħala osservaturi fil-laqgħat u fil-ħidma tal-Kumitat Konġunt kif jiddisponi l-Artikolu 9 tal-Ftehim; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill, matul l-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll u qabel il-ftuħ tan-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gżejjer Solomon.

Avviż legali - Politika tal-privatezza