Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0007(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0040/2011

Testi mressqa :

A7-0040/2011

Dibattiti :

PV 16/02/2011 - 5
CRE 16/02/2011 - 5

Votazzjonijiet :

PV 17/02/2011 - 6.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0070

Testi adottati
PDF 197kWORD 32k
Il-Ħamis, 17 ta' Frar 2011 - Strasburgu
Il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi *
P7_TA(2011)0070A7-0040/2011

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-Politika tal-Impjiegi tal-Istati Membri (COM(2011)0006 – C7-0033/2011 – 2011/0007(CNS))

(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0006),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0033/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0040/2011),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jibdel it-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa“ jikkonsulta lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali

4.  Itenni t-talba għamel żmien ilu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li l-Parlament jingħata ż-żmien meħtieġ, u fi kwalunkwe każ mhux anqas minn ħames xhur, biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-Linji Gwida Integrati (Linji Gwida Ġenerali dwar Politika Ekonomika u Linji Gwida dwar l-Impjiegi) fil-qafas tas-Semestru Ewropew u biex jaqdi r-rwol konsultattiv tiegħu kif definit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat rigward ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-Istati Membri dwar l-impjiegi, li għandu jseħħ fl-2014;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza