Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0064(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0294/2011

Testi mressqa :

A7-0294/2011

Dibattiti :

PV 26/10/2011 - 15
CRE 26/10/2011 - 15

Votazzjonijiet :

PV 27/10/2011 - 8.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0468

Testi adottati
PDF 96kWORD 66k
Il-Ħamis, 27 t'Ottubru 2011 - Strasburgu Verżjoni finali
L-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija ***I
P7_TA(2011)0468A7-0294/2011
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI (COM(2010)0094 – C7-0088/2010 – 2010/0064(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0094),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 82(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0088/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku ui Soċjali Ewropew tal-15 ta' Settembru 2010(1) ,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0294/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 48, 15.2.2011, p. 138.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Ottubru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/...UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI
P7_TC1-COD(2010)0064

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/93/UE.)


ANNESS

Stqarrija konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar is-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali

Wara li kkunsidraw il-fatt li s-solleċitazzjoni “fil-ħajja reali” tat-tfal għal skopijiet sesswali (“grooming off-line”) tfisser il-manipolazzjoni intenzjonata ta' tifel/tifla taħt l-età tal-kunsens sesswali permezz ta' diskors, kitba, materjal awdjoviżiv jew preżentazzjonijiet similari, għal laqgħa miegħu jew magħha għall-iskop tal-kommissjoni ta' xi wieħed mir-reati li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 5(6) tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija,

wara li kkunsidra l-fatt li s-solleċitazzjoni “fil-ħajja reali” tat-tfal għal skopijiet sesswali ġa hi koperta bid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri f'forom differenti, kemm bħala tentattiv, reat preparatorju jew forma partikolari tal-abbuż speċjali,

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Istati Membri jivverifikaw b'attenzjoni d-definizzjoni tad-dritt kriminali tagħhom fir-rigward tal-kriminalizzazzjoni tas-solleċitazzjoni fil-ħajja reali tat-tfal għal skopijiet sesswali, u jtejbu u jikkoreġu d-Dritt kriminali tagħhom, jekk ikun meħtieġ, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kull lakuna ġuridika li għad jista' hemm f'dan is-sens.

Aġġornata l-aħħar: 8 t'April 2013Avviż legali