Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0093(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0026/2012

Testi mressqa :

A7-0026/2012

Dibattiti :

PV 16/02/2012 - 6
CRE 16/02/2012 - 6

Votazzjonijiet :

PV 16/02/2012 - 8.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0061

Testi adottati
PDF 66kWORD 31k
Il-Ħamis, 16 ta' Frar 2012 - Strasburgu Verżjoni finali
Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji ***
P7_TA(2012)0061A7-0026/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (11343/2010 – C7-0207/2011 – 2010/0093(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11343/2010)

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (09429/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0207/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7–0026/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-partijiet tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji u lill-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Lulju 2013Avviż legali