Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0377(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0339/2011

Testi mressqa :

A7-0339/2011

Dibattiti :

PV 13/06/2012 - 17
CRE 13/06/2012 - 17

Votazzjonijiet :

PV 14/06/2012 - 11.2
CRE 14/06/2012 - 11.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0254

Testi adottati
PDF 374kWORD 49k
Il-Ħamis, 14 ta' Ġunju 2012 - Strasburgu
Perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi ***I
P7_TA(2012)0254A7-0339/2011
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi (COM(2010)0781 – C7-0011/2011 – 2010/0377(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0781),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0011/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2011(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-25 ta' April 2012 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0339/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 248, 25.8.2011, p. 138.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Ġunju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE
P7_TC1-COD(2010)0377

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/18/UE).


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Dikjarazzjoni dwar l-esklużjoni tal-kategorija tossika akuta 3 dermali

(Seveso Anness I, Parti 1

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kompromess milħuq fuq il-proposta tagħha jimplika titjib tal-livell tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u tal-ħarsien tal-abjent, meta mqabbel ma' dak provdut mid-Direttiva attwali Seveso II Nru 96/82/KE.

Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel analiżi ulterjuri tal-probabbiltà, ir-riskji u l-konsegwenzi potenzjali ta' aċċidenti maġġuri li jinvolvu sustanzi perikolużi klassifikati fil-kategorija tossika akuta 3 dermali. Skont ma jkun l-eżitu ta' din l-analiżi, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tinkludi din il-kategorija wkoll fl-ambitu ta' din id-Direttiva.“

Avviż legali - Politika tal-privatezza