Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0242(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0392/2012

Testi mressqa :

A7-0392/2012

Dibattiti :

PV 21/05/2013 - 11

Votazzjonijiet :

PV 22/05/2013 - 7.6
CRE 22/05/2013 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/09/2013 - 13.5
CRE 12/09/2013 - 13.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0213
P7_TA(2013)0372

Testi adottati
PDF 297kWORD 40k
Il-Ħamis, 12 ta' Settembru 2013 - Strasburgu
Il-kompiti speċifiċi għall-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu *
P7_TA(2013)0372A7-0392/2012
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (COM(2012)0511 – C7-0314/2012 – 2012/0242(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0511),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0314/2012),

–  wara li kkunsidra Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, skont il-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, mill-Parlament Svediż, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġislattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0392/2012),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata(1);

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni konġunta mill-President tal-Parlament Ewropew u mill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni,

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-22 ta' Mejju, 2013 (Testi adottati P7_TA (2013)0213).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-12 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru ... / 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
P7_TC1-CNS(2012)0242

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1024/2013.)


Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva

Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew u tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-okkażjoni tal-votazzjoni tal-PE għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

B'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 tal-Kunsill, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu, aħna, il-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'dan jiddikjaraw l-appoġġ sħiħ tagħna għall-abbozz ta' test tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-kooperazzjoni rigward proċeduri relatati mal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) li ntlaħaq ftehim dwaru bejn it-timijiet ta' negozjar rispettivi tagħna. Għaldaqstant, nistiednu liż-żewġ istituzzjonijiet tagħna jadottaw formalment il-Ftehim Interistituzzjonali mill-aktar fis possibbli.

Huwa jipprevedi livell għoli ta' responsabbiltà tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) vis-à-vis l-Parlament Ewropew kif ukoll salvagwardji adegwati għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. L-abbozz ta' Ftehim Interistituzzjonali jipprevedi, b'mod partikolari, sorveljanza parlamentari b'saħħitha tal-kompiti superviżorji tal-BĊE permezz ta' skambji ta' fehmiet regolari mal-kumitat responsabbli tal-Parlament, diskussjonijiet orali kunfidenzjali mal-Bureau ta' dak il-kumitat, u aċċess addizzjonali għall-informazzjoni fosthom għal reġistru tal-proċedimenti tal-Bord Superviżorju. Il-kooperazzjoni tal-BĊE mal-Parlament Ewropew fil-qafas tal-investigazzjonijiet tiegħu hija żgurata wkoll.

Barra minn hekk, l-abbozz tal-FII jispeċifika l-involviment parlamentari fil-proċedura ta' għażla tal-President tal-Bord Superviżorju. Fid-dawl tal-objettiv komuni tagħna li navvanzaw malajr kemm jista' jkun bl-istabbiliment tal-MSU bħala pass importanti lejn unjoni bankarja sħiħa, iż-żewġ istituzzjonijiet tagħna biħsiebhom imexxu malajr bl-ewwel proċedura ta' għażla għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju.

Strasburgu/Frankfurt nhar it-12 ta' Settembru 2013

 

 

Martin Schulz                                  Mario Draghi

Avviż legali - Politika tal-privatezza