Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0813(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0050/2014

Testi mressqa :

A7-0050/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/02/2014 - 6.13
CRE 04/02/2014 - 6.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0059

Testi adottati
PDF 197kWORD 35k
It-Tlieta, 4 ta' Frar 2014 - Strasburgu
Il-ħatra proposta ta' Klaus Heiner Lehne bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri
P7_TA(2014)0059A7-0050/2014

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-ħatra proposta ta' Klaus Heiner Lehne bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0423/2013 – 2013/0813(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0423/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7‑0050/2014),

A.  billi l-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit ipproċeda għall-valutazzjoni tal-kredenzjali tal-persuna nominata, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Jannar 2014 il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nominata mill-Kunsill għas-sħubija fil-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Klaus Heiner Lehne bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza