Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0091(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0096/2014

Testi mressqa :

A7-0096/2014

Dibattiti :

PV 24/02/2014 - 20
CRE 24/02/2014 - 20

Votazzjonijiet :

PV 25/02/2014 - 5.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0121

Testi adottati
PDF 1102kWORD 633k
It-Tlieta, 25 ta' Frar 2014 - Strasburgu
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) ***I
P7_TA(2014)0121A7-0096/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI (COM(2013)0173 – C7-0094/2013 – 2013/0091(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0173),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 88 u l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0094/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ​​mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra Belġjana tar-Rappreżentanti, il-Bundesrat Ġermaniż u l-Parlament Spanjol, sostna li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0096/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jisħaq fuq il-fatt li l-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 s-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) għandu japplika għall-estensjoni tal-mandat tal-Europol; jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur tali estensjoni għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, ladarba jintlaħaq qbil dwar ir-Regolament bejn il-Parlament Ewroew u l-Kunsill, tqis il-ftehim fl-intier tiegħu sabiex tissodisfa r-rekwiżiti baġitarji u tal-persunal tal-Europol u l-kompiti ġodda tiegħu, b'mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità, skont il-paragrafu 42 tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta’ Frar 2014 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija l-istabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI [Em. 1]
P7_TC1-COD(2013)0091

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88 u l-Artikolu 87(2)(b) tiegħu, [Em. 2]

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  L-Europol ġie stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI(2) bħala entità tal-Unjoni ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni biex jappoġġja u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI ssostitwiet il-Konvenzjoni bbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol).(3)

(2)  L-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Europol ikun irregolat b'regolament li għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan jirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta' proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali skont l-Artikolu 12(c) tat-TUE u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, sabiex jittejbu l-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tal-Europol u ċ-ċittadini Ewropej. Għaldaqstant, huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI tinbidel b'regolament li jistipula r-regoli dwar l-iskrutinju parlamentari. [Em. 3]

(3)  Il-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew ('CEPOL') ġie stabbilit skont id-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI(4) sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija nazzjonali billi jorganizza u jikkoordina attivitajiet ta' taħriġ b'dimensjoni ta' ħidma tal-pulizija Ewropea. [Em. 4]

(4)  Il-"Programm ta’ Stokkolma - Ewropa miftuħa u sikura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini"(5) jitlob li l-Europol jevolvi u jsir ċentru "għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, fornitur ta' servizzi u pjattaforma għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi". Abbażi ta' valutazzjoni tal-funzjonament tal-Europol, huwa meħtieġ tisħiħ ulterjuri tal-effikaċja operazzjonali tiegħu sabiex jintlaħaq dan l-għan. Il-Programm ta’ Stokkolma jistipula wkoll il-mira li tinħoloq kultura Ewropea ġenwina tal-infurzar tal-liġi billi jiġu stabbiliti skemi ta’ taħriġ u programmi ta’ skambju Ewropej għall-professjonisti tal-infurzar tal-liġi rilevanti kollha fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. [Em. 5]

(5)  Netwerks kriminali u terroristiċi fuq skala kbira huma ta' theddida sinifikanti għas-sigurtà interna tal-Unjoni u għas-sigurtà u l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Il-valutazzjonijiet disponibbli tat-theddidiet juru li l-gruppi kriminali qed isiru dejjem aktar polikriminali u transfruntieri fl-attivitajiet tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi għalhekk għandhom bżonn jikkooperaw dejjem iżjed mill-qrib mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li l-Europol jiġi mgħammar biex jappoġġja aktar lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjonijiet tal-kriminalità madwar l-Unjoni kollha. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-evalwazzjonijiet tad-Deċiżjonijiet l-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI. [Em. 6]

(6)  Fid-dawl tar-rabtiet bejn il-kompiti tal-Europol u s-CEPOL, l-integrazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-funzjonijiet taż-żewġ aġenziji jsaħħu l-effettività tal-attività operazzjonali, ir-rilevanza tat-taħriġ u l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni. [Em. 7]

(7)  Id-Deċiżjonijiet Id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha għalhekk titħassar u 2005/681/ĠAI għandhom għalhekk jitħassru u jiġu ssostitwiti tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament, li jislet fuq it-tagħlimiet miksuba mill-implimentazzjoni taż-żewġ Deċiżjonijiet. L-Europol kif stabbilit ta' dik id-Deċiżjoni. l-Aġenzija Europol kif stabbilita b'dan ir-regolament għandu jissostitwixxi u jassumi għandha tissosstitwixxi u tassumi l-funzjonijiet tal-Europol u s-CEPOL kif stabbiliti miż-żewġ Deċiżjonijiet imħassra maħluqa permezz tad-Deċiżjoni mħassra. [Em. 8]

(8)  Peress li l-kriminalità ħafna drabi sseħħ bejn il-fruntieri interni, L-Europol għandu jgħin u jsaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Peress li t-terroriżmu huwa wieħed mit-theddidiet l-aktar importanti jippreżenta theddida għas-sigurtà tal-Unjoni, l-Europol għandu jgħin lill-Istati Membri jaffrontaw l-isfidi komuni f’dan ir-rigward. Bħala l-aġenzija tal-UE għall-infurzar tal-liġi, l-Europol għandu jappoġġja u saħħaħ ukoll l-azzjonijiet u l-kooperazzjoni fl-indirizzar tal-forom ta’ kriminalità li jaffettwaw l-interessi tal-UE. Għandu wkoll joffri appoġġ fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali relatati li jitwettqu sabiex jinkisbu l-mezzi, jiġu ffaċilitati, jitwettqu jew tiġi żgurata l-impunità ta’ atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol. [Em. 9]

(9)  L-Europol għandu jiżgura taħriġ ta' kwalità aħjar, koerenti u konsistenti għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fil-gradi kollha fi ħdan qafas ċar skont bżonnijiet identifikati ta’ taħriġ. [Em. 10]

(10)  L-Europol għandu jkun jista' jitlob lill-Istati Membri jiftħu, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjonijiet kriminali f’każijiet speċifiċi meta l-kooperazzjoni transfruntiera tkun ta’ valur miżjud. L-Europol għandu jinforma lill-Eurojust b'dawn it-talbiet. L-Europol għandu jiġġustifika t-talba. [Em. 11]

(10a)  L-Europol għandu jżomm ir-rekords tal-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' timijiet konġunti ta' investigazzjoni, li jieħdu ħsieb il-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt il-kompetentza tiegħu. [Em. 12]

(10b)  Kull meta tkun ġiet stabilita kooperazzjoni bejn l-Europol u l-Istati Membri dwar investigazzjoni speċifika, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet ċari bejn l-Europol u dawk l-Istati Membri involuti, b'dettalji tal-kompiti speċifiċi li għandhom jitwettqu, il-livell ta' parteċipazzjoni fil-proċeduri investigattivi jew ġudizzjarji tal-Istati Membri, u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet u l-liġi applikabbli għall-finijiet tas-sorveljanza ġudizzjarja. [Em. 13]

(11)  Biex tiżdied l-effettività tal-Europol bħala ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni fl-Unjoni, għandhom jiġu stipulati obbligi ċari għall-Istati Membri biex jipprovdu lill-Europol bid-dejta neċessarja biex ikun jista' jissodisfa l-għanijiet tiegħu. Meta jimplimentaw dawn l-obbligi, l-Istati Membri għandhom jridu jagħtu attenzjoni partikolari li jipprovdu dejta biss id-dejta rilevanti għall-ġlieda kontra kriminalità meqjusa bħala strateġika u ta' prijorità operazzjonali fl-istrumenti ta' politika rileventi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu lill-Europol b'kopja tal-iskambji bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni ma' Stati Membri oħra dwar kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol u fl-istess ħin jindikaw ukoll mil-liema sorsi toriġina d-dejta. Fl-istess ħin, l-Europol għandu jżid il-livell tal-appoġġ tiegħu lill-Istati Membri, sabiex jitjiebu l-kooperazzjoni reċiproka u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni. L-Europol għandu irid jissottometti rapport annwali lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni u lill-parlamenti nazzjonali dwar sa liema punt l-Istati Membri individwali jipprovdulu informazzjoni. [Em. 14]

(12)  Sabiex tkun żgurata kooperazzjoni effikaċi bejn l-Europol u l-Istati Membri, għandha titwaqqaf unità nazzjonali f'kull Stat Membru. F'dan ir-Regolament għandu jiġi ppreservat ir-rwol tal-unità nazzjonali tal-Europol bħala gwardjan u difensur tal-interessi nazzjonali fl-Aġenzija. Unità nazzjonali għandha tinżamm bħala punt ta' kuntatt bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti, li tiggarantixxi b'dan il-mod rwol ċentralizzat u fl-istess waqt tkun il-kollegament prinċipal bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-istituti tat-taħriġ u l-Europol koordinatur tal-kooperazzjoni kollha tal-Istati Membri mal-Europol u permezz tal-Europol, b'hekk tiżgura risposta unitarja mill-Istat Membru għall-appelli tal-Europol. Sabiex ikun żgurat skambju ta' informazzjoni effettiv u kontinwu bejn l-Europol u l-unitajiet nazzjonali u tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni bejniethom, kull unità nazzjonali għandha tissekonda mill-inqas uffiċjal ta' kollegament wieħed għall-Europol. [Em. 15]

(13)  Filwaqt li titqies l-istruttura deċentralizzata ta’ xi Stati Membri u l-ħtieġa li f’ċerti każijiet jiġu żgurati skambji rapidi ta’ informazzjoni, l-Europol għandu jitħalla jikkoopera direttament mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri f'investigazzjonijiet individwali, filwaqt li jżomm lill-unitajiet nazzjonali tal-Europol infurmati.

(14)  Biex jiġi żgurat li t-taħriġ tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-Unjoni jkun ta’ kwalità għolja, koerenti u konsistenti, l-Europol għandu jaġixxi f’konformità mal-politika għat-taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni. It-taħriġ fil-livell tal-Unjoni għandu jkun disponibbli għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi ta’ kull grad. L-Europol għandu jiżgura li t-taħriġ jiġi evalwat u li l-konklużjonijiet mill-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tat-taħriġ ikunu parti mill-ippjanar ħalli titnaqqas d-duplikazzjoni. L-Europol għandu jippromwovi r-rikonoxximent fl-Istati Membri tat-taħriġ ipprovdut fil-livell tal-Unjoni. [Em. 16]

(15)  Hemm ukoll bżonn li tittejjeb il-governanza tal-Europol, billi wieħed ifittex li jikseb żieda fl-effiċjenza u jiġu rrazzjonalizzati l-proċeduri.

(16)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord tal-Maniġment tal-Europol sabiex jagħmlu superviżjoni ta' ħidmietu b'mod effikaċi. Sabiex jirriflettu l-mandat doppju tal-aġenzija ġdida, l-appoġġ operazzjonali u t-taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi, il-membri sħaħ tal-Bord tal-Maniġment għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, filwaqt li l-membri supplenti għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom tat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Il-membri supplenti għandhom jaġixxu bħala membri sħaħ fin-nuqqas tal-membru sħiħ u fi kwalunkwe każ meta jkun qed jiġi diskuss jew deċiżi taħriġ. Il-Bord tal-Maniġment għandu jingħata pariri dwar kwistjonijiet ta' taħriġ tekniku minn kumitat xjentifiku. [Em. 17]

(17)  Il-Bord tal-Maniġment għandu jingħata s-setgħat meħtieġa, sabiex b'mod partikolari jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji u d-dokumenti tal-ippjanar xierqa, jadotta miżuri għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi, kif ukoll jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma għat-teħid tad-deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol u jadotta r-rapport tal-attività annwali. Għandu jeżerċita l-poteri ta' awtorità li taħtar fil-konfront tal-persunal tal-aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv. Sabiex jiġi rrazzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u biex tissaħħaħ is-superviżjoni amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-baġit, il-Bord tal-Maniġment għandu jkun jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv. [Em. 18]

(18)  Sabiex ikun żgurat il-funzjonament effiċjenti ta' kuljum tal-Europol, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant ġuridiku u l-maniġer tiegħu, jaġixxi b'indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tal-kompiti kollha u jiżgura li l-Europol iwettaq il-kompiti previsti f'dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mill-preparazzjoni tal-baġit u d-dokumenti tal-ippjanar sottomessi għad-deċiżjoni tal-Bord tal-Maniġment, l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u multiannwali tal-Europol u dokumenti oħra ta' ppjanar.

(19)  Għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu taħt l-għanijiet tiegħu, huwa meħtieġ li l-Europol ikollu l-informazzjoni l-iktar sħiħa u aġġornata possibbli. Għalhekk, l-Europol għandu jkun jista' jipproċessa dejta pprovduta mill-Istati Membri, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi tal-Unjoni kif ukoll dik li tiġi minn sorsi disponibbli għall-pubbliku, sakemm l-Europol jista' jitqies li huwa riċevitur legali ta' dik id-dejta, biex jiżviluppa fehim tal-fenomeni u x-xejriet kriminali, jiġbor informazzjoni dwar in-netwerks kriminali u jiskopri rabtiet bejn reati differenti. [Em. 19]

(20)  Sabiex tittejjeb l-effettività tal-Europol fil-forniment ta' analiżi preċiża dwar il-kriminalità lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, għandu juża teknoloġiji ġodda biex jipproċessa d-dejta. L-Europol għandu jkun jista' jiskopri malajr konnessjonijiet bejn investigazzjonijiet u modi operandi komuni bejn gruppi kriminali differenti, jikkontrolla kontrokonkordji ta' dejta u jkollu ħarsa ġenerali ċara tax-xejriet, filwaqt li jżomm livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali għall-individwi. Għalhekk, il-bażijiet tad-dejta tal-Europol ma għandhomx ikunu predefiniti, ħalli l-Europol ikun jista' jagħżel l-aktar struttura tal-IT effiċjenti. Sabiex ikunu żgurati standards ta' livell għoli għall-protezzjoni tad-dejta, għandhom jiġu stipulati l-għan tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar u d-drittijiet tal-aċċess kif ukoll salvagwardji speċifiċi addizzjonali. Il-prinċipju tad-delimitazzjoni u l-prinċipju tal-proporzjonalità għandhom jiġu osservati fl-ipproċessar ta' dejta personali. [Em. 20]

(21)  Sabiex jiġu rrispettati s-sjieda tad-dejta u l-protezzjoni tal-informazzjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet f'pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw l-iskop li għalih l-Europol jista' jipproċessa d-dejta li jipprovdu u jirrestrinġu d-drittijiet tal-aċċess. Il-limitazzjoni tal-iskop tikkontribwixxi għat-trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u hija b'mod speċjali ta' importanza kbira fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-pulizija, fejn is-suġġetti tad-dejta normalment ma jkunux jafu meta d-dejta personali tagħhom qed tinġabar u tiġi proċessata u fejn l-użu tad-dejta prsonali jista' jkollu impatt sinifikanti kbir fuq il-ħajja u l-libertajiet tan-nies. [Em. 21]

(22)  Biex ikun żgurat li aċċess għad-dejta isir biss minn dawk li għalihom l-aċċess huwa meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, dan ir-Regolament għandu jistipula regoli dettaljati għal gradi differenti ta' drittijiet ta' aċċess għad-dejta pproċessata mill-Europol. Tali regoli għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal restrizzjonijiet fuq l-aċċess imposti mill-fornituri tad-dejta, peress li għandu jiġu rrispettat il-prinċipju tas-sjieda tad-dejta. Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol, l-Europol għandu jinnotifika lill-Istati Membri bl-informazzjoni li tikkonċernahom.

(23)  Biex titjieb il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-aġenziji, u b’mod partikolari biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess tal-aġenziji differenti, l-Europol għandu jippermetti lill-Eurojust u lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) aċċess għal, u li jkunu jistgħu jfittxu fid-dejta disponibbli għand l-Europol, abbażi ta' salvagwardji speċifiċi. [Em. 22]

(24)  L-Europol għandu jżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' korpi oħra tal-UE, u awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati, sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. [Em. 23]

(25)  Sabiex jiżgura l-effikaċja operazzjonali, l-Europol għandu jkun jista' jiskambja l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, ma' korpi oħra tal-Unjoni, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sa punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Peress li kumpaniji, ditti, assoċjazzjonijiet kummerċjali, organizazzjonijiet mhux governattivi u partijiet privati oħra jkollhom għarfien espert u dejta b'rilevanza diretta mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, l-Europol għandu jkun jista' jiskambja tali dejta ma' partijiet privati. Biex ikun hemm prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità u tiġi miġġielda, fir-rigward ta' inċidenti fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, l-Europol għandu, skont id-Direttiva [isem tad-Direttiva adottata] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex jiġi żgurat livell komuni għoli ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni madwar l-Unjoni(6), jikkoopera u jiskambja informazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-sigurtà tas-sistemi tan-networks u l-informazzjoni. [Em. 24]

(26)  L-Europol għandu jkun jista' jiskambja dejta personali ma’ korpi oħra tal-Unjoni sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta jappoġġja l-limitazzjoni ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni għal dawk is-suġġetti li kkommettew jew li huwa suspettat li jistgħu jikkommettu reat fuq dawk li huma fil-ġurisdizzjoni tal-Europol. [Em. 25]

(27)  Ir-reati serji u t-terroriżmu ħafna drabi jkollhom rabtiet lil hinn mit-territorju tal-UE. L-Europol għandu għalhekk ikun jista’ jiskambja dejta personali mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Interpol sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Fl-iskambju ta' dejta personali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandu jinżamm bilanċ xieraq bejn il-ħtieġa għal infurzar effikaċi tal-liġi u l-protezzjoni tad-dejta. [Em. 26]

(28)  L-Europol għandu jkun jista' jittrasferixxi dejta personali lill-awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ddikjarat li l-pajjiż jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta, jew, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, jew ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż bejn l-Europol u dan il-pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transizzjonali mehmuż mat-Trattat, l-effetti ġuridiċi ta’ tali ftehimiet għandhom jiġu ppreżervati sakemm dawk il-ftehimiet jiġu rrevokati, annullati jew emendati fl-implementazzjoni tat-Trattat.

(29)  Meta trasferiment ta' dejta personali ma jistax jiġi bbażat fuq deċiżjoni ta’ adegwatezza meħuda mill-Kummissjoni, jew minn ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni, jew minn ftehim ta’ kooperazzjoni eżistenti, il-Bord tal-Maniġment u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jitħallew jawtorizzaw trasferiment jew sett ta’ trasferimenti, sakemm ikunu żgurati salvagwardji adegwati. Fejn ma tapplika l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitħalla jawtorizza t-trasferiment tad-data f’każijiet eċċezzjonali abbażi ta’ każ b’każ, jekk ikun meħtieġ li jiġu salvagwardjati l-interessi essenzjali ta’ Stat Membru, biex jiġi evitat periklu iminenti assoċjat ma’ reat jew terroriżmu, jekk b'xi mod ieħor it-trasferiment huwa meħtieġ jew legalment meħtieġ minħabba xi raġunijiet pubbliċi importanti, jekk is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu, jew jekk ikunu fil-periklu interessi vitali tas-suġġett tad-dejta.

(30)  L-Europol għandu jkun jista' jipproċessa dejta personali li toriġina minn partijiet privati u minn persuni privati biss jekk tiġi ttrasferita lill-Europol minn unità nazzjonali tal-Europol ta’ Stat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu jew, b’punt ta’ kuntatt f’pajjiż terz li teżisti kooperazzjoni miegħu permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li magħha l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE.

(31)  Kwalunkwe informazzjoni minn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li b'mod ċar tkun inkisbet bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem ma għandhiex tiġi pproċessata. [Em. 27]

(32)  Ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fl-Europol għandhom jissaħħu u jiġu allinjati ma' strumenti rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-proċessar tad-dejta personali fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-pulizija fl-Unjoni biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-iproċessar ta' dejta personali. Filwaqt li d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI tipprovdi għal reġim robust dwar il-protezzjoni tad-dejta għall-Europol, għandha tiġi elaborata iżjed biex tallinja l-Europol mar-rekwiżiti tat-Trattat ta' Lisbona, tirrifletti r-rwol jikber tal-Europol, ittejjeb id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u ttejjeb iżjed il-fiduċja bejn l-Istati Membri u l-Europol li hija meħtieġa għal skambju ta' informazzjoni b'suċċess. Ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fl-Europol għandhom jissaħħu u jisiltu mill-prinċipji sottostanti r-Regolament (KE) Nru 45/2001(7) jew l-istrument li jissostitwixxi r-Regolament biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-proċessar tal-ipproċessar ta' dejta personali Peress li, kif ukoll minn prinċipji oħra dwar il-protezzjoni tad-dejta, inkluż il-prinċipju tal-kontabilità, il-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta, il-privatezza mit-tfassil u prestabbilità u n-notifika dwar il-ksur tad-dejta personali. Hekk kif jiġi adottat il-qafas il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, għandu jkun applikabbli għall-Europol.

Kif tirrikonoxxi d-Dikjarazzjoni 21 mehmuża mat-Trattat tirrikonoxxi l-ispeċifiċità tal-proċessar, in-natura speċifika tal-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi, ir-regoli tal-protezzjoni toħloq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-Europol għandhom ikunu awtonomi personali u l-moviment liberu ta' din id-dejta għall-Europol abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE u allinjati ma' strumenti rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Nru 108(8) u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001 u r-Rakkomandazzjoni Nru R(87) tal-Kunsill tal-Ewropa(9) u d-Deċiżjoni r-reġim robust għall-protezzjoni tad-dejta stipulat fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(10) [tinbidel mad-Direttiva rileventi fis-seħħ fi żmien l-adozzjoni]. It-trasparenza hija parti kruċjali mill-protezzjoni tad-dejta għaliex tippermetti li jiġu eżerċitati prinċipji u drittijiet oħra dwar il-protezzjoni tad-dejta. Sabiex titjieb it-trasparenza, l-Europol għandu jkollu politiki trasparenti dwar il-protezzjoni tad-dejta li għandu jagħmilhom disponibbli b'mod faċli għall-pubbliku billi jistabbilixxi f'forma komprensibbli u bl-użu ta' kliem ċar u sempliċi d-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, kif ukoll jippubblika lista tal-ftehimiet internazzjonali u ta' kooperazzjoni li għandu ma' pajjiżi terzi, korpi tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali. [Em. 28]

(33)  Kemm jista' jkun, Id-dejta personali għandha tiġi distinta skont il-grad ta' preċiżjoni u affidabbiltà tagħha. Il-fatti għandhom jridu jiġu distinti mill-valutazzjonijiet personali, sabiex tiġi żgurta protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni proċessata mill-Europol. [Em. 29]

(33a)  Minħabba n-natura speċjali tal-Aġenzija, din għandu jkollha kondizzjonijiet proprji, speċjali u fl-istess waqt li jissalvagwardjaw il-protezzjoni tad-dejta, li fl-ebda każ m'għandhom ikunu inferjuri għall-arranġamenti ġenerali applikabbli għall-Unjoni u l-Aġenziji tagħha. F'dan is-sens, ir-riformi li jseħħu fir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom japplikaw għall-Europol mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sentejn minn meta r-regoli ġenerali l-ġodda jidħlu fis-seħħ; l-allinjament regolatorju bejn l-arranġamenti speċjali tal-Europol u partikolari tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta għandu jsir qabel jgħaddu sentejn minn meta tiġi approvata kwalunkwe regola għal dan il-għan. [Em. 30]

(34)  Dejta personali relatata ma’ kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta tiġi pproċessata fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. L-Europol għandu jagħmel id-distinzjonijiet, bejn id-dejta personali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta, ċari kemm jista' jkun. Dejta personali ta’ persuni bħal vittmi, xhieda, persuni b’informazzjoni rilevanti kif ukoll dejta personali ta' minuri għandha tiġi protetta b'mod partikolari. Għalhekk, l-Europol ma għandux jipproċessaha sakemm ma jkunx strettament meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tiegħu, u jekk din id-dejta tissupplimenta dejta personali oħra diġà proċessata mill-Europol.

(35)  Fid-dawl tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali, l-Europol ma għandux jaħżen dejta personali għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Mhux aktar tard minn tliet snin minn meta tiddaħħal id-dejta, għandu jitqies jekk ikunx meħtieġ li din id-dejta tkompli tinħażen. [Em. 32]

(36)  Sabiex tiġi żgurta s-sigurtà tad-dejta personali, l-Europol għandu irid jimplimenta miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa l-miżuri kollha neċessarji. [Em. 33]

(37)  Kwalunkwe persuna għandha għandu jkollha d-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tikkonċernaha, li dejta mhux preċiża li tikkonċernaha tiġi rrettifikata u li tħassar jew timblokka dejta li tikkonċernaha, jekk id-dejta ma tkunx għadha meħtieġa. Id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta u l-eżerċizzju tagħhom ma għandhomx jaffettwaw l-obbligazzjonijiet imqiegħda fuq l-Europol u għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. [Em. 34]

(38)  Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta teħtieġ attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni u ż-żamma aġġornata tad-dejta li jkunu ttrasferew lill-Europol u għal-legalità ta' dan it-trasferiment. L-Europol għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni u biex iżomm aġġornata d-dejta provduta minn fornituri oħra ta' dejta. L-Europol għandu wkoll irid ukoll jiżgura li d-dejta tiġi pproċessata b’mod ġust u legali, tinġabar u tiġi pproċessata għal skop speċifiku, li hija adegwata, rilevanti, mhux iżżejjed f'relazzjoni mal-iskopijiet li tkun qed tiġi pproċessata għalihom u maħżuna għal mhux aktar żmien milli huwa neċessarju għal dak l-iskop. [Em. 35]

(39)  Għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-proċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta, l-Europol għandu jżomm rekords tal-ġbir, l-alterazzjonijiet, l-aċċess, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' dejta personali. L-Europol għandu jkun huwa obbligat jikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u meta jintalab, għandu jpoġġi r-reġistrazzjonijet tal-aċċess jew id-dokumentazzjoni għad-dispożizzjoni, ħalli jkunu jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet ta' monitoraġġ tal-proċessar. [Em. 36]

(40)  L-Europol għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta biex jgħinu fil-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jkun f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu u l-kompiti tiegħu b’mod indipendenti u effettiv. L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta għandu jkollu r-riżorsi kollha neċessarji għall-qadi ta' dmirijietu. [Em. 37]

(41)  Hija meħtieġa struttura ta' superviżjoni indipendenti, b'biżżejjed setgħat, trasparenti, responsabbli u effettiva għall-protezzjoni tan-nies fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali kif mitlub mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-proċessar tad-dejta personali għandhom jimmonitorjaw il-legalità tal-proċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jimmonitorja l-legalità tal-proċessar tad-dejta mill-Europol billi jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’indipendenza sħiħa. [Em. 38]

(42)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fuq kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu involviment nazzjonali u biex jiżguraw l-applikazzjoni koerenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha.

(43)  Peress li l-Europol qiegħed jipproċessa wkoll dejta personali mhux operazzjonali, li ma tkun relatata mal-ebda investigazzjoni kriminali, il-proċessar bħad-dejta personali tal-persunal tal-Europol, il-fornituri tas-servizzi jew il-viżitaturi, l-ipproċessar ta' din id-dejta għandu jkun suġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001. [Em. 40]

(44)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jisma' u jinvestiga l-ilmenti mressqa mis-suġġetti tad-dejta. L-investigazzjoni li ssegwi l-ilment b'segwitu ta' lment għandha titwettaq, soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju, sa fejn dan ikun xieraq analiżi ġudizzjarja, sal-punt meħtieġ għal kjarifika komprensiva fil-każ speċifiku. L-awtorità superviżorja għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli immedjatament. [Em. 41]

(45)  Kwalunkwe individwu għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li jirrigwardjawh.

(46)  L-Europol għandu jkun suġġett għal regoli ġenerali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u mhux kuntrattwali applikabbli għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE, bl-eċċezzjoni tar-responsabbiltà għall-proċessar illegali ta' dejta.

(47)  Jista’ ma jkunx ċar għall-individwu konċernat jekk dannu mġarrab b’riżultat ta’ proċessar illegali ta' dejta kienx konsegwenza ta’ azzjoni mill-Europol jew minn Stat Membru. L-Europol u l-Istat Membru li fih seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu għandhom għalhekk ikunu responsabbli in solidum.

(48)  Biex Sabiex jiġi żgurat rispettat ir-rwol tal-parlamenti fil-monitoraġġ tal-ispazju Ewropew ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u r-responsabbiltajiet politiċi tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew fir-rispett u l-eżerċizzju tas-setgħat rispettivi tagħhom fil-proċess ta' leġiżlazzjoni, huwa meħtieġ li l-Europol tkun organizzazzjoni responsabbli u trasparenti bis-sħiħ, huwa meħtieġ.Għal dak l-għan, fid-dawl tal-Artikolu 88 tat-TFUE, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali, fejn b'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni interparlamentari stabbiliti fit-Titolu II tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata l-konfidenzjalità tal-informazzjoni operazzjonali. [Em. 42]

(49)  Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (11) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Europol. L-Europol għandu jkun jista' jimpjega persunal ingaġġat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bħala aġenti temporanji li l-perjodu ta’ servizz tagħhom għandu jkun limitat sabiex jinżamm il-prinċipju ta’ rotazzjoni, peress li r-riintegrazzjoni tal-membri tal-persunal fis-servizz tal-awtorità kompetenti tagħhom tiffaċilita l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jiżguraw li l-persunal ingaġġat fl-Europol bħala aġenti temporanji jkunu jistgħu, meta jtemmu dan is-servizz fl-Europol, jirritornaw mas-servizz ċivili nazzjonali li jappartjenu fih.

(50)  Minħabba n-natura tad-dmirijiet tal-Europol u l-irwol tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi mistieden jagħmel stqarrija quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt qabel il-ħatra tiegħu u jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħu, kif ukoll qabel kwalunkwe estensjoni tal-mandat tiegħu id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden jagħmel stqarrija quddiem u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta wkoll ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt msemmi u lill-Kunsill. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew għandu jkun jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu. [Em. 43]

(51)  Sabiex tkun żgurata l-awtonomija u l-indipendenza sħaħ tal-Europol, dan għandu jingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jkun ġej essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni. Il-proċedura tal-baġit tal-Unjoni għandha tkun applikabbli kull fejn ikunu konċernati kontribuzzjoni mill-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor li jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

(52)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ir-Regolament Finanzjarju)(12) għandu japplika għall-Europol.

(53)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(13) għandu japplika għall-Europol.

(54)  L-Europol jipproċessa dejta li teħtieġ protezzjoni partikolari peress li tinkludi informazzjoni klassifikata tal-UE u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata. L-Europol għandu għalhekk jistabbilixxi regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-proċessar ta' din l-informazzjoni, filwaqt li jqis il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stipulati mid-Deċiżjoni 2011/292/UE dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.(14)

(55)  Huwa xieraq li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi evalwata regolarment.

(56)  Id-dispożizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-akkomodazzjoni tal-Europol fl-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu, il-Pajjiżi l-Baxxi, u r-regoli speċifiċi applikabbli għall-persunal kollu tal-Europol u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar l-uffiċċju prinċipali. Barra minn hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament korrett tal-Europol, inklużi l-iskejjel għat-tfal u t-trasport, sabiex jiġu attirati riżorsi umani ta' kwalità għolja minn firxa ġeografika wiesgħa kemm jista' jkun. [Em. 44]

(57)  L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI. Għandu għalhekk ikun suċċessur ġuridiku tal-kuntratti kollha tagħhom, inklużi l-kuntratti tax-xogħol,l-obbligazzjonijiet u l-proprjetajiet miksuba. Ftehimiet Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Europol kif stabbiliti stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandhom jibqgħu fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-ftehim dwar l-uffiċċju prinċipali konkluż mis-CEPOL. [Em. 45]

(58)  Sabiex l-Europol ikun jista’ jkompli jaqdi l-kompiti tal-Europol kif stabbiliti stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u tas-CEPOL kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI skont l-aħjar ħiliet tiegħu, għandhom jiġu stipulati miżuri tranżizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Bord tal-Maniġiment, id-Direttur u d-Direttur Eżekuttiv u d-delimitazzjoni ta' parti mill-baġit tal-Europol għat-taħriġ għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. [Em. 46]

(59)  Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ entità responsabbli għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u t-taħriġ fil-livell tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista', għalhekk, imma, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan. [Em. 47]

(60)  [Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, anness mat-TUE u t-TFUE, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] JEW [Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, anness mat-TUE u t-TFUE, dawk l-Istati Membri mhux se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhux se jkunu marbuta mill-applikazzjoni tiegħu jew ikunu soġġetti għalih].

(61)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(62)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt għall-privatezza kif protetti mill-Artikoli 8 u 7 tal-Karta, kif ukoll bl-Artikolu 16 tat-TFUE.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U GĦANIJIET TAL-EUROPOL

Artikolu 1

Stabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi [Em. 48]

1.  B'dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) biex ittejjeb il-kooperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni Ewropea, biex issaħħaħ u ssaħħaħ u tappoġġja l-azzjonijiet tagħhom kif ukoll tpoġġi fis-seħħ politika Ewropea koerenti għat-taħriġ. [Em. 49]

2.  L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI. [Em. 50]

2a.  L-Europol għandu jżomm kuntatt ma' unità nazzjonali waħda f'kull Stat Membru, li għandha tiġi stabbilita jew maħtura skont l-Artikolu 7. [Em. 51]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)  "l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri" tfisser l-awtoritajiet pubbliċi kollha tal-pulizija u servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi li jeżistu fl-Istati Membri li, b'konformità mad-dritt nazzjonali, huma responsabbli skont il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali li fir-rigward tagħhom l-Europol huwa kompetenti; [Em. 52]

(b)  “analiżi” tfisser il-ġbir, il-proċessar jew l-użu ta’ dejta bl-għan li tingħata għajnuna f’investigazzjonijiet kriminali l-eżami bir-reqqa tal-informazzjoni biex tinkixef it-tifsira speċifika tagħha u fatturi partikolari bil-għan li jiġu assistiti l-investigazzjonijiet kriminali u jitwettaq kwalunkwe wieħed mill-kompiti l-oħra elenkati fl-Artikolu 4; [Em. 53]

(c)  "Korpi tal-Unjoni" tfisser istituzzjonijiet, entitajiet, missjonijiet, uffiċċji u aġenziji stabbiliti minn, jew abbażi tat-TUE u t-TFUE;

(d)  "uffiċjali tal-infurzar tal-liġi" tfisser uffiċjali tal-pulizija, tad-dwana u ta' servizzi oħra rilevanti, inklużi korpi tal-Unjoni, responsabbli mill-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni u għall-immaniġġjar ta' kriżi ċivili u tal-pulizija internazzjonali ta' avvenimenti ewlenin;

(e)  "pajjiżi terzi" tfisser pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni Ewropea;

(f)  "organizzazzjonijiet internazzjonali" tfisser organizzazzjonijiet internazzjonali u l-korpi subordinati tagħhom regolati b'liġi pubblika jew korpi oħra li huma stabbiliti minn, jew abbażi ta' ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar;

(g)  "entitajiet privati" tfisser entitajiet u korpi stabbiliti skont il-liġi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz, partikolarment kumpaniji u ditti, assoċjazzjonijiet kummerċjali, organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ u persuni ġuridiċi oħrajn li ma jaqgħux taħt il-punt (f);

(h)  'persuni privati' tfisser kwalunke persuna fiżika;

(i)  “dejta personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli minn hawn ’il quddiem imsejħa (“suġġett tad-dejta”); persuna identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal identifikatur, bħall-isem, numru ta' identifikazzjoni, dejta dwar il-post, identifikatur uniku jew għal xi fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tal-persuna jew tal-ġeneru ta' dik il-persuna; [Em. 54]

(j)  “proċessar ta' dejta personali” minn hawn 'il quddiem msejħa ‘proċessar’ tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq dejta personali, kemm jekk b’mezzi awtomatiċi jew le, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, il-ħażna, adattament jew alterazzjoni, il-ġbid, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar permezz ta’ trażmissjoni, tixrid jew b'modi oħra li jrendu disponibbli, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, l-imblukkar, it-tħassir jew il-qerda;

(k)  "riċevitur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta, kemm jekk parti terza jew le; madankollu, awtoritajiet li jistgħu jirċievu dejta fil-qafas ta’ inkjesta partikolari ma għandhomx jitqiesu bħala riċevituri; [Em. 55]

(l)  “trasferiment ta’ dejta personali” tfisser il-komunikazzjoni ta’ dejta personali, li b’mod attiv titqiegħed għad-dispożizzjoni, bejn għadd limitat ta’ partijiet identifikati, bl-għarfien jew l-intenzjoni tal-ispeditur li jagħti aċċess għal dejta personali lir-riċevitur;

(m)  “sistema ta’ filing tad-dejta personali” minn hawn 'il quddiem imsejħa "sistema ta’ filing" tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ dejta personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, kemm jekk b'mod ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux abbażi funzjonali jew ġeografika;

(n)  “il-kunsens tas-suġġett tad-dejta” tfisser kwalunkwe indikazzjoni speċifika, espliċita u infurmata tax-xewqa tas-suġġett tad-dejta, mogħtija liberament b'mod ċar u espliċitu, li permezz tagħha s-suġġett tad-dejta juri l-qbil tiegħu li tiġi pproċessata dejta personali marbuta miegħu; [Em. 56]

(o)  "dejta personali amministrativa” tfisser id-dejta personali kollha proċessata mill-Europol minbarra dik li tiġi pproċessata biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2).

Artikolu 3

Għanijiet

1.  L-Europol għandu jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta' kriminalità serja, kif speċifikat fl-Anness I u li tolqot jolqtu żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, kif speċifikat fl-Anness 1 b'mod li jkun meħtieġ approċċ komuni mill-Istati Membri meta jitqiesu l-iskala, is-sinifikat u l-konsegwenzi tar-reati; [Em. 57]

2.  L-Europol għandu wkoll jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali relatati mar-reati msemmija fil-punt(a). Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati kriminali relatati:

(a)  reati kriminali mwettqa biex jinkisbu l-mezzi sabiex jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol;

(b)  reati kriminali mwettqa biex jiġi ffaċilitat jew jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol;

(c)  reati kriminali mwettqa biex tiġi żgurta l-impunità ta' atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol;

3.  L-Europol għandu wkoll jassisti, jiżviluppa, iwettaq u jikkoordina attivitajiet ta' taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. [Em. 58]

Kapitolu II

KOMPITI RELATATI MAL-KOOPERAZZJONI FL-INFURZAR TAL-LIĠI

Artikolu 4

Kompiti

1.  L-Europol huwa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea li se jwettaq il-kompiti li ġejjin skont dan ir-Regolament:

(a)  jiġbor, jaħżen, jipproċessa, janalizza u jiskambja informazzjoni;

(b)  jinnotifika lill-Istati Membri mingħajr dewmien b'informazzjoni, permezz tal-unitajiet nazzjonali tal-Europol, kif imsemmi fl-Artikolu 7, bl-informazzjoni li tikkonċernahom u bi kwalunkwe konnessjonijiet bejn reati kriminali; [Em. 59]

(c)  jikkoordina, jorganizza u jimplimenta investigazzjonijiet u azzjonijiet operazzjonali

(i)  imwettqa b'mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; fl-investigazzjonijiet li diġà nbdew mill-Istati Membri jew b'riżultat ta' talba mill-Europol lil Stat Membru biex jibda investigazzjoni kriminali; jew [Em. 60]

(ii)  fil-kuntest ta' timijiet investigattivi konġunti, skont l-Artikolu 5, fejn xieraq f'kollegament mal-Eurojust;

(d)  jipparteċipa f'timijiet investigattivi konġunti kif ukoll jipproponi li jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 5;

(e)  jipprovdi informazzjoni u appoġġ analitiku lill-Istati Membri f’konnessjoni ma’ avvenimenti internazzjonali ewlenin;

(f)  iħejji valutazzjonijiet ta’ theddid, analiżi strateġika u operazzjonali u rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali;

(g)  jiżviluppa, jikkondividi u jippromwovi għarfien speċjalizzat ta’ metodi ta’ prevenzjoni tal-kriminalità, proċeduri investigattivi u metodi tekniċi u forensiċi, u jipprovdi pariri lill-Istati Membri;

(h)  jipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju għal operazzjonijiet u investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, inklużi permezz ta' timijiet investigattivi konġunti b'konformità mal-Artikolu 5; [Em. 61]

(i)  jappoġġa, jiżviluppa, iwettaq, jikkoordina u jimplimenta taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi b'kooperazzjoni man-netwerk tal-istituti tat-taħriġ tal-Istati Membri kif stipulat fil-Kapitolu III; [Em. 62]

(j)  jipprovdi lill-korpi tal-Unjoni stabbiliti abbażi tat-Titolu V tat-Trattat u lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) b’intelligence kriminali u appoġġ analitiku fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom; [Em. 63]

(k)  jipprovdi informazzjoni u appoġġ lill-istrutturi tal-UE tal-immaniġġjar tal-kriżijiet, u lill-missjonijiet tal-UE tal-immaniġġjar tal-kriżijiet stabbiliti fuq il-bażi tat-TUE;

(l)  jiżviluppa ċentri tal-UE ta' għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra ċerti tipi ta' reati li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol, partikolarment iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità.

(la)  jgħin investigazzjonijiet fl-Istati Membri, b'mod partikolari billi jgħaddi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-unitajiet nazzjonali. [Em. 64]

2.  L-Europol għandu jipprovdi analiżi strateġika u valutazzjonijiet tat-theddid biex jassisti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-istipular tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità. L-Europol għandu jassisti wkoll fl-implimentazzjoni operazzjonali ta' dawn il-prijoritajiet.

3.  L-Europol għandu jipprovdi intelligence strateġika biex jassisti l-użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għall-attivitajiet operazzjonali u l-appoġġ għal dawn l-attivitajiet.

4.  L-Europol għandu jaġixxi bħala l-Uffiċċju Ċentrali fil-ġielda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta' Lulju 2005 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni.(15) L-Europol għandu wkoll iħeġġeġ il-koordinazzjoni ta' miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fil-kuntest ta’ timijiet investigattivi konġunti, fejn xieraq b’kollegament ma’ korpi tal-Unjoni u mal-awtoritajiet ta’ pajjiż terzi, imwettqa biex jiġġieldu l-falsifikazzjoni tal-euro.

4a.  L-Europol ma għandux japplika miżuri koerżivi. [Em. 65]

Artikolu 5

Parteċipazzjoni f'timijiet investigattivi konġunti

1.  L-Europol jista' jipparteċipa fl-attivitajiet ta' timijiet ta' investigazzjoni konġunti li jkunu qed jindirizzaw reati li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol.

2.  L-Europol jista’, fil-limiti previsti mil-liġi tal-Istati Membri li fih ikun qed jopera t-tim investigattiv konġunt, jassisti fl-attivitajiet kollha u jiskambja informazzjoni mal-membri kollha tat-tim investigattiv konġunt. L-uffiċjali tal-Europol mhumiex se jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-infurzar tal-liġi. [Em. 66]

3.  Fejn l-Europol ikollu raġunijiet biex jemmen li l-istabbiliment ta’ tim investigattiv konġunt iżid il-valur ta' investigazzjoni, jista’ jipproponi dan lill-Istati Membri konċernati u jieħu miżuri biex jgħinhom fl-istabbiliment tat-tim investigattiv konġunt.

3a.  Il-parteċipazzjoni tal-Europol f'tim investigattiv konġunt se jkollha tikkonforma mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jiffurmawh u se jidher f'dokument, iffirmat minn qabel mid-Direttur tal-Europol, li se jiġi anness mal-ftehim korrespondenti tal-ħolqien tat-tim investigattiv konġunt. [Em. 67]

3b.  L-anness imsemmi fil-paragrafu 3a se jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-uffiċjali tal-Europol fit-tim investigattiv konġunt, inklużi r-regolamenti dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' dawn l-uffiċjali u r-responsabilitajiet li jirriżultaw minn azzjonijiet irregolari possibbli tagħhom stess. [Em. 68]

3c.  L-uffiċjali tal-Europol li jipparteċipaw f'tim investigattiv konġunt se jkunu suġġetti, fir-rigward tal-ksur li tiegħu jistgħu jkunu suġġetti jew li jistgħu jwettqu, għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikun qed jaġixxi t-tim investigattiv konġunt u li tkun tapplika għall-membri tal-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta li jwettqu rwoli simili f'dan l-Istat Membru. [Em. 69]

3d.  L-uffiċjali tal-Europol li jipparteċipaw f'tim investigattiv konġunt jistgħu jiskambjaw informazzjoni li ġejja mis-sistemi ta' ħżin tad-dejta tal-Europol mal-membri tat-tim. Peress li dan jinvolvi kuntatt dirett kif regolat fl-Artikolu 7, il-Europol se jinforma simultanjament lill-unitajiet nazzjonali tal-Eurool fl-istati Membri rrappreżentati fit-tim investigattiv konġunt u l-unitajiet nazzjonali tal-Europel fl-Istati membri li jipprovdu l-informazzjoni. [Em. 70]

3e.  L-informazzjoni li jikseb uffiċjali tal-Europol waqt li jipparteċipa f'tim investigattiv konġunt tista' tiġi inkorporati fis-sistemi ta' ħżin tad-dejta tal-Europol, permezz tal-unitajiet nazzjonali tal-Europeolk, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti li tipprovdi dik l-informazzjoni u taħt ir-responsabilità tagħha. [Em. 71]

4.  L-Europol ma għandux japplika miżuri koerżivi.

Artikolu 6

Talbiet mill-Europol biex jinbdew investigazzjonijiet kriminali

1.  F’każijiet speċifiċi fejn l-Europol iqis li investigazzjoni kriminali għandha tinbeda fir-rigward ta' reat li jaqa’ taħt l-għanijiet tiegħu, għandu jinforma lill-Eurojust. [Em. 72]

2.  Fl-istess ħin, l-Europol għandu jista' jitlob lill-Unitajiet Nazzjonali tal-Istati Membri konċernati stabbiliti abbażi tal-Artikolu 7(2) biex tinbeda, titwettaq jew tiġi kkoordinata investigazzjoni kriminali. [Em. 73]

2a.  F'każ ta' suspett ta' attakk malizzjuż fuq in-netwerk jew is-sistema tal-informazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew korpi tal-Unjoni jew aktar, imwettaq minn attur statali jew mhux statali li jinsab f'pajjiż terz, l-Europol għandu jibda investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess. [Em. 74]

3.  L-Unitajiet L-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq dawn it-talbiet u għandhom, permezz tal-Unitajiet Nazzjonali għandhom tagħhom, jinformaw lill-Europol mingħajr dewmien dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni jekk hux se tinfetaħ investigazzjoni. [Em. 75]

4.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx mat-talba tal-Europol, huma għandhom jipprovdu lill-Europol ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, fi żmien xahar mit-talba. Ir-raġunijiet jistgħu ma jingħatawx jekk l-għoti tagħhom ikun:

(a)  ta' ħsara għal interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali; jew

(b)  jipperikola s-suċċess ta’ investigazzjonijiet fis-seħħ jew is-sigurtà ta’ individwi.

5.  L-Europol għandu jinforma lill-Eurojust bid-deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tiftaħ jew tirrifjuta li tiftaħ investigazzjoni.

Artikolu 7

Kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-Europol

1.  L-Istati Membri u l-Europol għandhom jikkooperaw mal-Europol fit-twettiq tal-kompiti tiegħu tal-Europol. [Em. 76]

2.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jaħtar Unità Nazzjonali li għandha tkun il-korp l-organu ta' kollegament bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll mal-istituti tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi maħtura mill-Istati. Kull Stat Membru għandu jappunta kap jaħtar uffiċjal tal-Unità Nazzjonali. [Em. 77]

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Unitajiet Nazzjonali jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom kif stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari li jkollhom aċċess għall-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-infurzar tal-liġi.

4.  L-unità nazzjonali għandha tkun l-uniku korp ta' kollegament bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Madankollu, l-Europol jista’ jikkoopera direttament mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' investigazzjonijiet fil-qafas tal-investigazzjonijiet individwali li dawn l-awtoritajiet ikunu qed jagħmlu sakemm dan il-kuntatt dirett jagħti valur miżjud għall-konklużjoni b'suċċess tal-investigazzjoni u b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. F'dan il-każ, L-Europol għandu jinforma lill-Unità Nazzjonali mingħajr dewmien u bil-ħtieġa għal dan il-kuntatt minn qabel. L-Europol għandu jipprovdi, kemm jista' jkun malajr, kopja ta' kwalunkwe informazzjoni skambjata matul tal-informazzjoni skambjata permezz ta' dawn il-kuntatti diretti bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti rispettivi. [Em. 78]

5.  L-Istati Membri għandhom, permezz tal-Unità Nazzjonali tagħhom jew awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, b’mod partikolari: [Em. 79]

(a)  jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni meħtieġa għalih biex jilħaq l-għanijiet tiegħu. Dan jinkludi li jipprovdu lill-Europol mingħajr dewmien b'informazzjoni marbuta mal-oqsma kriminali li huma meqjusa ta' prijorità mill-Unjoni. Dan jinkludi wkoll li tingħata kopja tal-iskambji bilaterali jew multilaterali ma’ Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra sakemm l-iskambju jirreferi għal reat li jaqa' taħt l-għanijiet tal-Europol fuq inizjattiva proprja l-informazzjoni u d-dejta neċessarja għat-twettiq tar-rwoli tiegħu u jirrispondu għat-talbiet ta' informazzjoni, provvista ta' dejta u assistenza provduta mill-Europol;

Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet imposti fuq l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-ordni skont il-liġi u s-salvagwardja tas-sigurtà interna, l-unità nazzjonali m'għandhiex tkun obbligata f'każ partikolari li tipprovdi informazzjoni u intelligence jekk dan ifisser:

(i)  ħsara għall-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali;

(ii)  li jiġi pperikolat is-suċċess ta' investigazzjoni attwali jew is-sikurezza ta' individwi; jew

(iii)  li tiġi żvelata informazzjoni relatata għal organizzazzjonijiet jew għal attivitajiet speċifiċi ta' intelligence fil-qasam tas-sigurtà statali. [Em. 80]

(b)  jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi tal-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri, mal-Europol; [Em. 81]

(c)  jissensibilizzaw dwar l-attivitajiet tal-Europol. [Em. 82]

(ca)  l-Europol tintalab tagħti l-informazzjoni rilevanti li tista' tiffaċilita l-investigazzjonijiet li jwettqu l-awtoritajiet kompetenti nominati;[Em. 83]

(cb)  jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effikaċi mal-awtoritajiet kompetenti; [Em. 84]

(cc)  jiżguraw konformità mal-liġi f'kull skambju ta' informazzjoni bejniethom u l-Europol. [Em. 85]

6.  Il-kapijiet tal-Unitajiet Nazzjonali għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari, partikolarment biex jiddiskutu u jsolvu problemi li jseħħu fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali tagħhom mal-Europol.

7.  Kull Stat Membru għandu jiddefinixxi l-organizzazzjoni u l-persunal tal-Unità Nazzjonali skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu.

8.  L-ispejjeż imġarrba mill-Unitajiet Nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-komunikazzjonijiet mal-Europol għandhom jitħallsu mill-Istati Membri u, minbarra l-ispejjeż tal-konnessjoni, ma għandhomx jiġu addebitati lill-Europol.

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ogħla livell minimu possibbli ta’ sigurtà tas-sistemi kollha użati biex jagħmlu konnessjoni mal-Europol. [Em. 86]

10.  Kull sena l-Europol għandu jħejji għandha tħejji rapport dwar il-kwantità u l-kwalità rigward il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mogħtija minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 5(a) u dwar il-prestazzjoni tal-Unità Nazzjonali tiegħu. Ir-rapport għandu jiġi analizzat mill-Bord tal-Maniġment bl-objettiv li titjieb kontinwament il-kooperazzjoni reċiproka bejn l-Europol u l-Istati Membri. Għandu jintbagħat rapport annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti lill-parlamenti nazzjonali. [Em. 229]

Artikolu 8

Uffiċjali ta’ kollegament

1.  Kull Unità Nazzjonali għandha taħtar mill-inqas uffiċjal ta’ kollegament wieħed għall-Europol. Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-uffiċjali ta’ kollegament għandhom ikunu soġġetti għal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jaħtar.

2.  L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jikkostitwixxu l-uffiċċji nazzjonali ta’ kollegament fil-Europol u għandhom jingħataw istruzzjonijiet mill-Unitajiet Nazzjonali tagħhom fl-Europol skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jaħtar u d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-amministrazzjoni tal-Europol.

3.  L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn jittrasmettu l-informazzjoni tal-unitajiet nazzjonali tagħhom lill-Europol, u l-Europol u l-Istati Membri tagħhom lill-unitajiet nazzjonali. [Em. 87]

4.  L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri tagħhom u l-uffiċjali ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħra skont il-liġi nazzjonali. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża, f’konformità b'konformità mal-liġi nazzjonali, biex dawn l-iskambji bilaterali jkopru wkoll reati lil hinn mill-għanijiet tal-Europol. Il-Bord tal-Maniġment għandu jiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali ta’ kollegament fir-rigward tal-Europol. Dawn l-iskambji kollha ta' informazzjoni għandhom ikunu skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, b'mod partikolari d-Deċiżjoni 2008/977/ĠAI jew id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), kif applikabbli. L-Europol għandu jipproċessa d-dejta riċevuta skont din id-dispożizzjoni biss meta jista' jitqies bħala riċevitur legali skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. [Em. 88]

5.  L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom igawdu l-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 65.

6.  L-Europol għandu jiżgura li l-uffiċjali ta’ kollegament ikunu informati bis-sħiħ dwar u assoċċjati mal-attivitajiet tiegħu kollha, sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

7.  L-Europol għandu jkopri l-ispejjeż biex jagħti l-ispazju neċessarju lill-Istati Membri fil-bini tal-Europol u biex jagħti appoġġ adegwat lill-uffiċjali ta’ kollegament biex iwettqu dmirijiethom. L-ispejjeż l-oħra kollha li jinħolqu b'rabta mal-ħatra tal-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li jaħtar, inklużi l-ispejjeż tat-tagħmir għall-uffiċjali ta’ kollegament, sakemm l-awtorità baġitarja ma tiddeċidix mod ieħor fuq rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Maniġment.

Kapitolu III

KOMPITI RELATATI MAT-TAĦRIĠ GĦALL-UFFIĊJALI TAL-INFURZAR TAL-LIĠI

Artikolu 9

Akkademja tal-Europol

1.  Dipartiment fi ħdan l-Europol, imsejjaħ l-Akkademja tal-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jappoġġja, jiżviluppa, iwettaq u jikkoordina taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar u t-terroriżmu, l-immaniġġjar tal-ordni pubblika b'riskju kbir u avvenimenti sportivi, pjanar strateġiku u l-kmand ta' missjonijiet mhux militari tal-Unjoni, kif ukoll it-tmexxija tal-infurzar tal-liġi u l-ħiliet lingwistiċi u b'mod partikolari għal:

(a)  sensibilizzazzjoni u l-għarfien ta':

(i)  strumenti internazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi;

(ii)  il-korpi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Europol, l-Eurojust u l-Frontex, il-funzjonament u r-rwol tagħhom;

(iii)  aspetti ġudizzjarji ta' kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u għarfien prattiku dwar l-aċċess għal kanali ta' informazzjoni;

(b)  jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni reġjonali u bilaterali fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

(c)  jindirizza oqsma tematiċi speċifiċi ta' reati jew pulizija fejn taħriġ fil-livell tal-Unjoni jista' jżid il-valur;

(d)  ifassal kurrikuli komuni speċifiċi għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi biex iħarriġhom għal parteċipazzjoni f’missjonijiet ċivili tal-Unjoni;

(e)  jappoġġja lill-Istati Membri fl-attivitajiet bilaterali ta' bini ta' kapaċità fl-infurzar tal-liġi f'pajjiżi terzi;

(f)  iħarreġ lil min iħarreġ u jgħin fit-titjib u l-iskambju tal-aħjar prassi ta' tagħlim.

2.  L-Akkademja tal-Europol għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna l-għodod u l-metodoloġiji tat-tagħlim u tapplikahom f'perspettiva ta' tagħlim matul il-ħajja sabiex jissaħħu l-ħiliet tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. L-Akkademja tal-Europol għandha tevalwa r-riżultati ta' dawk l-azzjonijiet bil-ħsieb li ttejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effikaċja ta' azzjonijiet futuri.

Artikolu 10

Kompiti tal-Akkademja tal-Europol

1.  L-Akkademja tal-Europol għandha tħejji analiżi strateġika multiannwali tal-ħtiġijiet tat-taħriġ u programmi ta’ tagħlim multiannwali.

2.  L-Akkademja tal-Europol għandha tiżviluppa u timplimenta attivitajiet ta' taħriġ u prodotti ta' tagħlim li jistgħu jinkludu:

(a)  korsijiet, seminars, konferenzi, attivitajiet bl-internet u ta' tagħlim-e;

(b)  kurrikuli komuni ta' sensibilizzazzjoni, tindirizza laguni u/jew tiffaċilita approċċ komuni fir-rigward ta' fenomeni kriminali transfruntieri;

(c)  moduli ta' taħriġ iggradati skont stadji progressivi jew livelli ta’ kumplessità tal-ħiliet meħtieġa mill-grupp rilevanti fil-mira, u ffukati jew fuq reġjun ġeografiku definit jew fuq qasam tematiku speċifiku ta' attività kriminali jew fuq sett speċifiku ta' ħiliet professjonali;

(d)  programmi ta' skambju u sekondar ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fil-kuntest ta' approċċ ta' taħriġ fuq bażi operazzjonali.

3.  Sabiex tiġi żgurata politika koerenti tat-taħriġ Ewropew b'sostenn għall-missjonijiet ċivili u l-bini tal-kapaċità f'pajjiżi terzi, l-Akkademja tal-Europol għandha:

(a)  tivvaluta l-impatt tal-politiki u l-inizjattivi eżistenti tal-Unjoni relatati mat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi;

(b)  tiżviluppa u tipprovdi taħriġ sabiex tipprepara uffiċjali tal-infurzar tal-liġi mill-Istati Membri għal parteċipazzjoni f’missjonijiet ċivili, inkluż biex tippermettilhom jiksbu ħiliet lingwistiċi rilevanti;

(c)  tiżviluppa u tipprovdi taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari mill-pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni fl-Unjoni;

(d)  timmaniġġja fondi tal-Unjoni ddedikati għall-Assistenza Esterna biex tgħin pajjiżi terzi jibnu l-kapaċità tagħhom fl-oqsma ta’ politika rilevanti, f'konformità mal-prijoritajiet stabbiliti tal-Unjoni.

4.  L-Akkademja tal-Europol għandha tippromwovi r-rikonoxximent reċiproku tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri u l-istandards ta’ kwalità Ewropej eżistenti relatati.

Artikolu 11

Riċerka rilevanti għat-taħriġ

1.  L-Akkademja tal-Europol għandha tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ta’ riċerka rilevanti għall-attivitajiet ta' taħriġ koperti minn dan il-Kapitolu.

2.  L-Akkademja tal-Europol għandha tippromwovi u tistabbilixxi sħubija ma’ korpi tal-Unjoni kif ukoll ma’ istituti akkademiċi pubbliċi u privati u għandha tħeġġeġ l-ħolqien ta’ sħubijiet iktar b’saħħithom bejn l-universitajiet u l-istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri. [Em. 89]

Kapitolu IV

ORGANIZZAZZJONI TAL-EUROPOL

Artikolu 12

Struttura amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-Europol

L-istruttura amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-Europol għandha tinkludi:

(a)  Bord tal-Maniġment, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14;

(b)  Direttur Eżekuttiv, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 19;

(c)  Kumitat xjentifiku għat-Taħriġ skont l-Artikolu 20; [Em. 90]

(d)  jekk xieraq, kwalunkwe korp konsultattiv ieħor stabbilit mill-Bord tal-Maniġment skont l-Artikolu 14(1)(p).

(e)  jekk xieraq, Bord Eżekuttiv skont l-Artikoli 21 u 22. [Em. 91]

TAQSIMA 1

BORD TAL-MANIĠMENT

Artikolu 13

Kompożizzjoni tal-Bord tal-Maniġment

1.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot. [Em. 92]

1a.  Rappreżentant tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jkun awtorizzat li jattendi l-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment bi status ta' osservatur. Dan ir-rappreżentant m'għandux ikun intitolat li jivvota. [Em. 93]

2.  Il-membri tal-Bord tal-Maniġment għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza tagħhom fl-immaniġġjar ta’ organizzazzjonijiet mis-settur pubbliku jew privat u l-għarfien dwar il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi.

3.  Kull membru tal-Bord tal-Maniġment jista' jkun rappreżentat minn membru supplenti li għandu jinħatar mill-membru abbażi tal-esperjenza tiegħu fl-immaniġġjar ta' organizzazzjonijiet mis-settur pubbliku u privat u l-għarfien tal-politika nazzjonali dwar it-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13.2. Il-membru supplenti għandu jaġixxi bħala membru fil-kwistjonijiet kollha relatati mat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu. Il-membru għandu jirrappreżenta lill-membru supplenti fi kwalunkwe kwistjoni relatata mat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fl-assenza tiegħu. [Em. 94]

4.  Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tal-Maniġment għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom, biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord tal-Maniġment. Il-partijiet kollha għandhom ifittxu li jilħqu rappreżentanza bilanċjata bejn irġiel u nisa fil-Bord tal-Maniġment. [Em. 95]

5.  Il-mandat tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Mal-iskadenza tal-mandat tagħhom jew fil-każ tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fl-uffiċċju sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu ssostitwiti jdum skont iż-żmien li jingħata mill-Istat Membru li pprovdieh. [Em. 96]

5a.  Il-President għandu jkollu l-appoġġ tas-Segretarjat tal-Bord tal-Maniġment. Is-Segretarjat għandu b'mod partikolari:

(a)  ikun involut mill-qrib u kontinwament fl-organizzazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iżgurar tal-koerenza tal-ħidma tal-Bord tal-Maniġment. Filwaqt li jaġixxi taħt ir-responsabilità u b'konformità mal-linji gwida tal-President,

(b)  jipprovdi lill-Bord tal-Maniġment bl-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex iwettaq id-doveri tiegħu. [Em. 97]

5b.  Kull membru tal-Bord tal-Maniġment għandu jressaq dikjarazzjoni tal-interessi tiegħu jew tagħha fil-bidu tal-mandat tiegħu jew tagħha. [Em. 98]

Artikolu 14

Funzjonijiet tal-Bord tal-Maniġment

1.  Il-Bord tal-Maniġment għandu:

(a)  kull sena jadotta programm ta' Ħidma tal-Europol għas-sena ta' wara b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri u skont l-Artikolu 15;

(b)  jadotta programm ta’ ħidma multiannwali, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri skont l-Artikolu 15;

(c)  jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-baġit annwali tal-Europol u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Europol skont il-Kapitolu XI;

(d)  jadotta rapport konsolidat tal-attività annwali tal-attivitajiet tal-Europol u jibagħtu u jippreżentah quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u jippreżentah lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-Data sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u l-Parlamenti nazzjonali. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jsir pubbliku; [Em. 99]

(e)  jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol skont l-Artikolu 63;

(f)  sal-31 ta’ Jannar jadotta, wara li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-pjan multiannwali tal-politika tal-persunal;

(g)  jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati; [Em. 100]

(h)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġar l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ; [Em. 101]

(i)  f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Europol, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra lill-Awtorità bis-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg ("setgħat tal-awtorità li taħtar"); [Em. 102]

(j)  fuq proposta tad-Direttur, jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal; [Em. 103]

(k)  jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi u fejn rilevanti jestendi l-mandat tagħhom jew ineħħihom mill-uffiċċju skont l-Artikoli 56 u 57;

(l)  jistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Maniġiment;

(m)  jaħtar Uffiċjal tal-Kontijiet, soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali oħra, li għandu jkun funzjonalment indipendenti fit-twettiq tal-dmirijietu;

(n)  jaħtar lill-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ; [Em. 104]

(o)  jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; [Em. 105]

(p)  jieħu d-deċiżjoni kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Europol u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom; [Em. 106]

(q)  jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(qa)  jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun indipendenti fil-funzjonijiet tiegħu mill-Bord tal-Maniġment u għandu jkun responsabbli biex jistabbilixxi u jimmaniġġja s-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta. [Em. 107]

Il-Bord tal-Maniġment jista', fuq rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 46(3)(f) u b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, jimponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar. [Em. 108]

2.  Il-Bord tal-Maniġment għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet skont liema minn dawn il-delegi ta' setgħat jistgħu jiġu sospiżi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat.

Fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord tal-Maniġment jista’, permezz ta’ deċiżjoni, temporanjament jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelega dawk is-setgħat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Eżekuttiv. [Em. 109]

Artikolu 15

Programm ta' ħidma annwali u programm ta' ħidma multiannwali

1.  Il-Bord tal-Maniġiment għandu jadotta il-programm ta' ħidma annwali l-aktar tard sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv u preżentat lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni. Dan għandu jibagħtu lill-Parlament Ewropew lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. [Em. 110]

2.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi miri dettaljati u r-riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li se jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji tal-baġit u tal-immaniġġjar abbażi tal-attivitajiet. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm soġġett għall-programm ta' ħidma multiannwali pluriennali msemmi fil-paragrafu 4. Għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li ġew miżjuda, mibdula jew imħassra b'paragun mas-sena finanzjarja preċedenti. [Em. 111]

3.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat jekk l-Europol jingħata kompitu ġdid.

Kwalunkwe emenda sostanzjali L-emendi, fil-programm ta' ħidma annwali, għandha tkun addottata għandhom ikunu adottati bl-istess proċedura tal-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord tal-Maniġiment jista’ jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali. [Em. 112]

4.  Il-Bord tal-Maniġment għandu wkoll jadotta l-programm ta’ ħidma multiannwali u jaġġornah sat-30 ta’ Novembru kull sena, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u mal-Parlamenti nazzjonali, kif ukoll mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. [Em. 114]

Il-programm ta’ ħidma multiannwali adottat għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Grupp ta' Skruntinju Parlamentari Konġunt, u għandu jintbagħat lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. [Em. 113]

Il-programm ta' ħidma multiannwali għandu jistipula miri strateġiċi u riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu wkoll jinkludi indikazzjoni tal-ammont u l-persunal allokat għal kull mira, skont il-qafas finanzjarju multiannwali u tal-pjan ta’ politika multiannwali għall-persunal. Għandu jinkludi l-istrateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 29.

Il-programm multiannwali għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali u għandu, fejn xieraq, jiġi aġġornat wara r-riżultati ta’ evalwazzjonijiet esterni u interni. Il-konklużjoni ta’ dawn l-evalwazzjonijiet għandhom ukoll jiġu riflessi, fejn xieraq, fil-programm ta’ ħidma annwali għas-sena ta’ wara.

Artikolu 16

President tal-Bord tal-Maniġment

1.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri. Il-President u l-Viċi President għandhom ikunu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bordijiet tal-Maniġment.

Il-Viċi President għandu jissostitwixxi awtomatikament lill-President jekk ma jkunx jista' jieħu ħsieb dmirijietu.

2.  Il-mandat tal-President u l-Viċi President għandu jkun ta' erba' ħames snin. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord tal-Maniġment tintemm fi kwalunkwe waqt tul it-terminu tagħhom bħala President jew Viċi President, it-terminu tagħhom għandu awtomatikament jiskadi f'dik id-data. [Em. 115]

Artikolu 17

Laqgħat tal-Bord tal-Maniġment

1.  Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet.

3.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jiltaqa' mill-anqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

4.  Il-Bord tal-Maniġment jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun rilevanti għad-diskussjoni biex tattendi laqgħa tiegħu bħala osservatur mingħajr dritt tal-vot.

4a.  Rappreżentant tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jkun awtorizzat li jattendi l-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment bi status ta' osservatur. [Em. 116]

5.  Konsulenti jew esperti jistgħu jassistu l-membri tal-Bord tal-Maniġment, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

6.  L-Europol għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Bord tal-Maniġment.

Artikolu 18

Regoli tal-votazzjoni

1.  Mingħajr preġudizju għall-Artikoli 14(1)(a), (b) u (c), l-Artikolu 14(1)(1a), l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 56(8), il-Bord tal-Maniġment għandu jieħu d-deċiżjonijiet permezz tal-maġġoranza tal-membri. [Em. 117]

2.  Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta' xi membru bi dritt tal-vot, is-supplenti tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.

3.  Il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.

4a.  Ir-rappreżentant tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt ma għandux jipparteċipa fil-votazzjonijiet. [Em. 118]

5.  Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord tal-Maniġiment għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati b'mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, u kwalunkwe rekwiżit ta' kworum, fejn meħtieġ.

TAQSIMA 2

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 19

Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimmaniġġja l-Europol. Għandu jkun responsabbli lejn il-Bord tal-Maniġment.

2.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord tal-Maniġment, jew il-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fil-qadi ta’ dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta għand il-Parlament Ewropew jidher quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġut u jirraporta lilu regolarment dwar il-prestazzjoni il-qadi ta' dmirijietu meta jiġi mistieden jagħmel hekk. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar il-prestazzjoni il-qadi ta' dmirijietu. [Em. 119]

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant ġuridiku tal-Europol.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Europol minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:

(a)  l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Europol;

(b)  l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tal-Maniġment;

(c)  it-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali u l-programm ta’ ħidma multiannwali u jressaqhom quddiem il-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Kummissjoni; [Em. 120]

(d)  l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali u l-programm ta' ħidma multiannwali u jirrapporta lill-Bord tal-Maniġment dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

(e)  it-tħejjija tar-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol u jippreżentah lill-Bord tal-Maniġiment għall-approvazzjoni;

(f)  it-tħejjija ta' pjan ta’ azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tal-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll ir-rapporti ta' investigazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet mill-OLAF u jirrapporta għand il-Kummissjoni darbtejn fis-sena dwar il-progress, filwaqt li għand il-Bord tal-Maniġment b'mod regolari;

(g)  il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(h)  it-tħejjija ta’ strateġija analiżi kontra l-frodi u strateġija għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-Europol u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord tal-Maniġiment għall-approvazzjoni; [Em. 121]

(i)  it-tħejjija ta' abbozz ta' regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol;

(j)  it-tħejjija tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol u l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu;

(k)  it-tħejjija ta’ abbozz ta’ pjan ta’ politika multiannwali għall-persunal u jippreżentah lill-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjonifilwaqt li titqies l-opinjoni tal-Kummissjoni; [Em. 122]

(ka)  l-eżerċitar, fir-rigward tal-persunal tal-Europol, ta' dawk is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej lill-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet lill-Awtorità bis-Setgħa biex Tikkonkludi l-Kuntratti ta' Impjieg (‘setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra'), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(1)(j); [Em. 123]

(kb)  it-teħid tad-deċiżjonijiet kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Europol u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom; [Em. 124]

(l)  appoġġ lill-President tal-Bord tal-Maniġment fit-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment;

(m)  jinforma lill-Bord tal-Maniġment fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità.

TAQSIMA 3

KUMITAT XJENTIFIKU GĦAT-TAĦRIĠ

Artikolu 20

Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ

1.  Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun korp konsultattiv indipendenti li jiżgura u jiggwida l-kwalità xjentifika tal-ħidma tal-Europol dwar it-taħriġ. Għal dan il-għan, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinvolvi lill-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ minn kmieni fit-tħejjija tad-dokumenti kollha msemmija fl-Artikolu 14 sakemm dawn ikunu relatati mat-taħriġ.

2.  Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun magħmul minn ħdax-il (11) persuna tal-ogħla stima akkademika jew professjonali fis-suġġetti koperti mill-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jaħtar lill-membri wara sejħa trasparenti għall-applikazzjonijiet u l-proċedura tal-għażla, li tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-membri tal-Bord tal-Maniġment ma għandhomx ikunu membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandhom ikunu indipendenti. Huma la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi korp ieħor.

3.  Il-lista tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandha tkun pubblika u għandha tiġi aġġornata mill-Europol fil-websajt tiegħu.

4.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun ta' ħames snin. Ma għandux jiġi mġedded u l-membri tiegħu jistgħu jitneħħew mill-kariga jekk ma jissodisfawx il-kriterji tal-indipendenza.

5.  Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jeleġġi l-President u l-Viċi President tiegħu għal terminu ta’ ħames snin. Għandu jadotta pożizzjonijiet b’maġġoranza sempliċi. Għandu jitlaqqa' mill-President sa erba' darbiet fis-sena. Jekk meħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ mill-inqas erba' membri tal-Kumitat.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ jew ir-rappreżentanti rispettivi tagħhom għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat bħala osservaturi li ma jivvutax.

7.  Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun mgħejjun minn segretarju/a li għandu/ha j/tkun membru tal-persunal tal-Europol magħżul mill-Kumitat u maħtur mid-Direttur Eżekuttiv.

8.  Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu, b'mod partikolari:

(a)  jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ fl-abbozzar tal-programm ta' ħidma annwali u dokumenti strateġiċi oħra, biex jiżgura l-kwalità xjentifika tagħhom u l-koerenza tagħhom mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni għas-settur;

(b)  jipprovdi opinjoni u pariri indipendenti lill-Bord tal-Maniġment dwar kwistjonijiet marbuta mal-mandat tiegħu;

(c)  jipprovdi opinjoni u pariri indipendenti dwar l-kwalità tal-kurrikula, il-metodi ta’ tagħlim applikati, l-alternattiv ta' tagħlim u l-iżviluppi xjentifiċi;

(d)  iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor ta' konsulenza relatat mal-aspetti xjentifiċi tal-ħidma tal-Europol b'rabta ma' taħriġ fuq talba tal-Bord tal-Maniġment jew mid-Direttur Eżekuttiv jew mill-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ.

9.  Il-baġit annwali tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jiġi allokat taħt intestitura baġitarja individwali tal-Europol. [Em. 125]

TAQSIMA 4

BORD EŻEKUTTIV

Artikolu 21

Stabbiliment

Il-Bord tal-Manġiment jista’ jistabbilixxi Bord Eżekuttiv.

Artikolu 22

Funzjonijiet u organizzazzjoni

1.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jassisti lill-Bord tal-Maniġment.

2.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)  iħejji deċiżjonijiet biex jiġu adottati mill-Bord tal-Maniġment;

(b)  jiżgura, flimkien mal-Bord tal-Maniġment, segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn rapporti tal-investigazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF);

(c)  mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbilit fl-Artikolu 19, jassisti u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Maniġment bil-għan li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-maniġment amministrattiv.

3.  Meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord tal-Maniġment, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ maniġment amministrattiv, inkluż is-sospensjoni tad-delega ta’ setgħat ta' awtorità tal-ħatra.

4.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tal-Maniġment, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Maniġment u tliet membri oħra maħtura mill-Bord tal-Maniġment minn fost il-membri tiegħu. Il-President tal-Bord tal-Maniġment għandu wkoll jkun il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu dritt tal-vot.

5.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tispiċċa s-sħubija tagħhom fil-Bord tal-Maniġment.

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jagħmel mill-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba tal-membri tiegħu.

7.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jikkonforma mar-regoli ta’ proċedura stabbiliti mill-Bord tal-Maniġment. [Em. 126]

Kapitolu V

PROĊESSAR TA' INFORMAZZJONI

Artikolu 23

Sorsi ta’ informazzjoni

1.  L-Europol għandu jipproċessa biss informazzjoni li ġiet provduta lilu:

(a)  Mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom;

(b)  minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-Kapitolu VI;

(c)  minn partijiet privati skont l-Artikolu 29(2).

2.  L-Europol jista’ jiġbed direttament u jipproċessa informazzjoni, inkluża dejta personali, minn sorsi disponibbli b’mod pubbliku, bħall-midja, inkluż l-internet u dejta pubblika.

3.  L-Europol jista’ jiġbed u jipproċessa informazzjoni, inkluża dejta personali, minn sistemi tal-informazzjoni, ta’ natura nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali, inkluż permezz ta' aċċess dirett kompjuterizzat, sa fejn sakemm ikun awtorizzat minn strumenti ġuridiċi tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali u meta jkunu jistgħu jintwerew il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' dan l-aċċess għat-twettiq ta' xi kompitu li jaqa' taħt il-mandat tal-Europol. Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dawn l-istrumenti ġuridiċi tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali għandhom jirregolaw l-aċċess għal din id-dejta u l-użu tagħha mill-Europol, sakemm dawn jipprevedu regoli, dwar l-aċċess u l-użu, li jkunu aktar stretti minn dawk ta’ dan ir-Regolament. L-aċċess għal dawn is-sistemi ta’ informazzjoni għandu jingħata biss lil persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Dawn għandhom jistabbilixxu l-objettivi, il-kategoriji tad-dejta personali u l-iskopijiet, il-mezzi u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex tinġibed u tiġi proċessata l-informazzjoni, b'osservanza tal-leġiżlazzjoni u l-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-aċċess għal dawn is-sistemi ta' informazzjoni għandu jingħata biss lil persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut sakemm dan ikun strettament meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. [Em. 127]

Artikolu 24

Għanijiet tal-attivitajiet tal-proċessar tal-informazzjoni

1.  Sa fejn ikun meħtieġ sabiex jikseb l-għanijiet tiegħu kif stipulati fl-Artikolu 3(1) u (2), l-Europol għandu jista' jipproċessa informazzjoni, inkluż dejta personali għal dawn il-finijiet biss:

Id-dejta personali tista' tiġi pproċessata għal dawn il-finijiet biss:

(a)  kontroverifika li għandha l-għan li tidentifika konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet oħra rilevanti bejn informazzjoni l-informazzjoni limitati għal;

(i)  persuni li huma suspettati li wettqu jew ħadu sehem f'reat kriminali li fir-rigward tiegħu huwa kompetenti l-Europol, jew li jkunu nstabu ħatja ta' reat bħal dan,

(ii)  persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet raġonevoli li se jwettqu reati kriminali;

(b)  analiżi ta' natura strateġika jew tematika;

(c)  analiżi operazzjonali f'każijiet speċifiċi.

It-twettiq ta' dawk il-kompiti għandhom jitwettqu skont il-kriterji li ġejjin:

–  il-verifiki skont il-punt (a) għandhom jitwettqu b'konformita mal-garanziji neċessarji tal-protezzjoni tad-dejta, u għandhom, speċjalment, jipprovdu ġustifikazzjoni suffiċjenti għat-talba għad-dejta u l-iskop tagħha. Għandhom ukoll jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet biss li huma responsabbli inizjalment għall-ġbir tad-dejta jistgħu jbiddluhom sussegwentement;

–  għal kull każ ta' analiżi operazzjonali msemmi fil-punt (c) għandhom japplikaw is-salvagwardji li ġejjin:

(i)  għandu jiġi definit skop speċifiku; id-dejta personali tista' tiġi proċessata biss fejn hi rilevanti għal dan l-għan speċifiku;

(ii)  l-operazzjonijiet kollha ta' tqabbil inkroċjat mill-persunal tal-Europol għandhom ikunu motivati b'mod speċifiku; il-ġbid tad-dejta wara l-konsultazzjoni għandu jkun limitat strettament għal minimu meħtieġ u għandu jkun motivat b'mod speċifiku;

(iii)  il-persunal awtorizzat biss inkarigat mill-finijiet li għalihom inizjalment inġabret id-dejta li jista' jimmodifika dik id-dejta.

L-Europol għandu jiddokumenta kif xieraq dawn l-operazzjonijiet. Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli, fuq talba, għall-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-operazzjoni tal-ipproċessar.

2.  Il-kategoriji ta’ dejta personali u l-kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta li d-dejta tagħhom tista’ tinġabar għal kull skop speċifiku msemmi fil-paragrafu 1 jinsabu elenkati fl-Anness 2.

2a.  L-Europol jista' temporanjament, f'każijiet eċċezzjonali, jipproċessa d-dejta bil-għan li jiddetermina jekk tali dejta hiex rilevanti għall-kompiti tiegħu u għal-liema skopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Bord tal-Maniġment, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur u wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet relatati mal-ipproċessar tat-tali dejta, partikolarment fir-rigward tal-aċċess għad-dejta u l-użu tagħha, kif ukoll il-limiti ta' żmien għall-konservazzjoni u t-tħassir tad-dejta li ma jistgħux jaqbżu s-sitt xhur, wara li jittieħed kont dovut tal-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 34.

2b.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jabbozza l-linji gwida li jispeċifikaw l-għanijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. [Em. 128]

Artikolu 25

Determinazzjoni tal-għan tal-attivitajiet tal-proċessar tal-informazzjoni

1.  Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi informazzjoni lill-Europol, tiddetermina l-iskop speċifiku u definit tajjeb li għalih għandha tiġi pproċessata kif imsemmi fl-Artikolu 24. Jekk ma tkunx għamlet dan, l-Europol għandu jiddetermina r-rilevanza ta' din l-informazzjoni kif ukoll l-iskop li għalih għandha tiġi pproċessata. L-Europol jista’ jipproċessa informazzjoni għal skop speċifiku u espliċitu differenti mill-iskop li għalih ingħatat l-informazzjoni jekk jkun ikun awtorizzat espliċitament mill-fornitur tad-dejta biss, skont il-liġi applikabbli għalih. [Em. 129]

2.  Stati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindikaw, fil-mument tat-trasferiment tal-informazzjoni, kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f’termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż rigward it-tħassir jew il-qerda. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir apparenti wara t-trasferiment, huma għandhom jinformaw lill-Europol b’dan. L-Europol għandu jikkonforma ma' dawn ir-restrizzjonijiet.

3.  L-Europol jista’ jassenja kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ informazzjoni miġbuda minn sorsi disponibbli pubblikament.

Artikolu 25a

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-Protezzjoni tad-Dejta

1.  Qabel kwalunkwe sett ta' proċessar ta' dejta personali, l-Europol għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi u l-proċeduri ta' proċessar previsti fuq il-protezzjoni tad-dejta personali u jinnotifikaha lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2.  Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta' proċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta' suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta' sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta' dejta personali u li juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati. [Em. 130]

Artikolu 26

Aċċess tal-persunal tal-Istati Membri u tal-Europol għall-informazzjoni maħżuna mill-Europol

1.  L-Istati Membri, meta jkunu jistgħu jiġġustifikaw il-ħtieġa għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tagħhom, għandu jkollhom aċċess u għandhom ikunu jistgħu jfittxu fl-informazzjoni kollha li tkun ingħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(a) u (b), mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, korpi tal-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ta' din id-dejta. L-Istati Membri għandhom jinnominaw dawk l-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jwettqu tali riċerka.

2.  L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess indirett abbażi ta’ sistema hit/no hit għall-informazzjoni li ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolugħal skop speċifiku skont l-Artikolu 24(1)(c), bla preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, skont l-Artikolu 25(2). F’każ ta’ hit, l-Europol għandu jinforma lill-fornitur tal-informazzjoni u jibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni 'konformità mad-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol u safejn ikun meħtieġ għat-twettiq leġittimu tal-kompitu tal-Istat Membru li ta l-informazzjoni lill-Europol kkonċernat.

3.  Il-persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut mid-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni proċessata mill-Europol sal-punt meħtieġ għat-twettiq tad-doveri tiegħu.

3a.  L-Europol għandu jżomm rekords dettaljati tal-hits u l-informazzjoni kollha mdaħħla b'konformità mal-Artikolu 43. [Em. 131]

Artikolu 27

Aċċess għall-informazzjoni tal-Europol għall-Eurojust u l-OLAF

1.  L-Europol għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jippermetti lill-Eurojust u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) li, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, ikollhom il-mandat rispettiv tiegħu, ikollu aċċess u jkunu jistgħu jfittxu jkun jista' jfittex fl-informazzjoni kollha li tkun ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(a) u (b), mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ta’ dik id-dejta. L-Europol għandu jiġi infurmat f’każ li tfittxija mill-Eurojust jew l-OLAF tiżvela l-eżistenza ta’ konkordanza ma’ informazzjoni proċessata mill-Europol.

2.  L-Europol għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jippermetti lill-Eurojust u lill-OLAF li, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, ikollhom il-mandat tiegħu, ikollu aċċess indirett abbażi ta’ sistema hit/no hit għall-informazzjoni li ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu għal skop speċifiku skont l-Artikolu 24(1)(c), bla preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, skont l-Artikolu 25(2). F’każ ta’ hit, l-Europol għandu jibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru, il-korp tal-Unjoni u l-pajjiżi terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li pprovdiet l-informazzjoni lill-Europol. Fil-każ ta' hit, l-Eurojust għandha tispeċifika liema dejta teħtieġ u l-Europol jista' jikkondividi d-dejta biss sal-punt li d-dejta li qegħda tiġġenera l-hit hija meħtieġa għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tiegħu. L-Europol għandu jirreġistra liema informazzjoni ġiet aċċessata.

3.  Tiftix ta’ informazzjoni f’konformità b'konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandu jsir biss għall-iskop li jiġi identifikat jekk l-informazzjoni disponibbli għand l-Eurojust jew l-OLAF, rispettivament, tikkonkordjax mal-informazzjoni proċessata fl-Europol.

4.  L-Europol għandu jippermetti tfittix skont il-paragrafi 1 u 2 wara li jkun kiseb mingħand l-Eurojust informazzjoni dwar liema l-Membri Nazzjonali, Deputati, Assistenti kif ukoll membri tal-persunal tal-Eurojust, u mingħand l-OLAF informazzjoni dwar liema membri tal-persunal ġew innominati bħala awtorizzati jwettqu biex iwettqu dan it-tfittix.

5.  Jekk matul l-attivitajiet ta' proċessar ta' informazzjoni mill-Europol fir-rigward ta' investigazzjoni individwali, l-Europol jew Stat Membru jidentifika l-ħtieġa għal koordinazzjoni, kooperazzjoni jew appoġġ skont il-mandat tal-Eurojust jew l-OLAF, l-Europol għandu jinnotifikahom dwar dan u għandu jibda l-proċedura għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, f'konformità b'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li provda l-informazzjoni. F'dan il-każ l-Eurojust jew l-OLAF għandu jikkonsulta mal-Europol.

6.  L-Eurojust, inkluż il-Kulleġġ inklużi l-Kulleġġ, il-Membri Nazzjonali, id-Deputati u l-Assistenti, kif ukoll il-membri tal-persunal tal-Eurojust, u l-OLAF, għandhom jirrispettaw kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, indikati indikata mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 25(2).

6a.  L-Europol u l-Eurojust għandhom jinfurmaw lil xulxin jekk, wara konsultazzjoni tad-dejta ta' xulxin, ikun hemm indikazzjonijiet li d-dejta tista' tkun żbaljata jew tkun qed toħloq kunflitt ma' dejta oħra. [Em. 132]

Artikolu 28

Dmir li jiġu nnotifikati l-Istati Membri

1.  Jekk l-Europol, skont il-kompitu tiegħu skont l-Artikolu 4(1)(b), jeħtieġlu jinforma Stat Membru dwar informazzjoni li tikkonċernah, u dik l-informazzjoni hija soġġetta għal restrizzjonijiet tal-aċċess skont l-Artikolu 25(2), li jipprojbixxu l-kondiviżjoni tagħha, l-Europol għandu jikkonsulta mal-fornitur tad-dejta li stipula r-restrizzjonijiet tal-aċċess u jitlob il-kunsens tiegħu awtorizzazzjoni għall-kondiviżjoni.

Mingħajr din l-awtorizzazzjoni espliċita, l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kondiviża.

Jekk tali informazzjoni ma tkunx soġġetta għal restrizzjonijiet ta' aċċess taħt it-Taqsima 25, l-Europol għandu jinforma lill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni bit-trasmissjoni tagħha. [Em. 133]

2.  Irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess, l-Europol għandu jinforma Stat Membru dwar informazzjoni li tikkonċernah jekk:

(a)  dan hu assolutament neċessarju biex jiġi pprevenut periklu imminenti assoċjat ma’ reat serju jew reati terroristiċi; jew

(b)  dan huwa essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ dak l-Istat Membru.

F’dan il-każ, l-Europol għandu jinforma lill-fornitur tad-dejta dwar il-kondiviżjoni ta' din l-informazzjoni kemm jista’ jkun malajr u jiġġustifika l-analiżi tiegħu tas-sitwazzjoni.

Kapitolu VI

RELAZZJONI MAS-SĦAB

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet komuni

1.  Sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Europol jista’ jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma’ korpi tal-Unjoni skont l-għanijiet ta' dawn il-korpi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi, istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati.

2.  Sal-punt rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stipulata skont l-Artikolu 25(2), l-Europol jista’ jiskambja direttament l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta’ dejta personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Europol jista’ jirċievi u jipproċessa dejta personali mingħand l-entitajiet miżmuma mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ħlief minn partijiet privati, sal-punt strettament meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tiegħu u soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36(4) 36(5), dejta personali għandha tiġi trasmessa mill-Europol lil korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, biss jekk dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol u f'konformita b'konformita ma' dan il-Kapitolu u jekk id-destinatarju jikkommetti ruħu espliċitament li d-dejta għandha tintuża biss għall-għan li għalih ġiet trasmessa. Jekk id-dejta li se tiġi ttrasferita tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, l-Europol għandu jitlob il-kunsens espliċitu u minn qabel ta' dak l-Istat Membru, sakemm:

(a)  l-awtorizzazzjoni tista' tiġi presunta għax l-Istat Membru ma llimitax espressament l-possibbiltà ta’ trasferimenti ulterjuri; jew

(b)  l-Istat Membru ta l-kunsens tiegħu minn qabel għal tali trasferiment ulterjuri, jew f’termini ġenerali jew soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. Tali kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe waqt.

5.  Trasferiment It-trasferiment ulterjuri ta’ dejta personali mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu pprojbiti sakemm l-Europol ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu minn qabel u d-destinatarju jikkommetti ruħu b'mod espliċitu li d-dejta għandha tintuża biss għall-għan li għalih ġiet trasmessa.

5a.  L-Europol għandu jiżgura li rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha tad-dejta personali u r-raġunijiet għalihom jiġu rreġistrati b'konformità ma' dan ir-Regolament.

5b.  Kwalunkwe informazzjoni li tkun inkisbet minn pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata bi ksur tad-drittijiet fundamentali, kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, m'għandhiex tiġi proċessata. [Em. 134]

TAQSIMA 2

Skambji/trasferimenti ta’ dejta personali

Artikolu 30

Trasferiment ta' dejta personali lil korpi tal-Unjoni

Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 25(2) jew (3), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-Europol jista' jittrasferixxi b'mod dirett dejta personali lil korpi tal-Unjoni sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu jew dawk tal-korp tal-Unjoni destinatarju. L-Europol għandu jippubblika l-lista tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li magħhom jikkondividi l-informazzjoni, billi jtella' din il-lista fuq il-websajt tiegħu. [Em. 135]

Artikolu 31

Trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  Sal-punt meħtieġ biex l-Europol iwettaq il-kompiti tiegħu, l-Europol jista’ jittrasferixxi dejta personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, abbażi ta':

(a)  deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont [l-Artikoli 25 u 31 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data] li dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali, jew settur tal-proċessar f'dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni (deċiżjoni ta’ adegwatezza); jew

(b)  ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li joffri prova ta’ salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi; jew

(c)  ftehim ta' kooperazzjoni konkluż bejn l-Europol u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

Dawn il-ftehimiet ta' kooperazzjoni għandhom jiġu emendati fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jiġu sostitwiti bi ftehim sussegwenti b'konformità mal-punt (b). [Em. 136]

Tali trasferimenti ma jeħtiġux awtorizzazzjoni ulterjuri. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi kkonsultat fiż-żmien xieraq qabel u matul in-negozjati ta' ftehim internazzjonali msemmi fil-punt f(b) u b'mod partikolari qabel l-adozzjoni tal-mandat tan-negozjar kif ukoll qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim;

L-Europol għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista aġġornata regolarment tal-ftehimijiet internazzjonali u ta' kooperazzjoni li għamel ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, billi jqiegħed din il-lista fil-websajt tiegħu. [Em. 137]

L-Europol jista' jikkonkludi arranġament ta’ ħidma biex jimplimenta tali ftehimiet jew deċiżjonijiet tal-adegwatezza.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li jħares l-obbligi ta' diskrezzjoni, kunfidenzjalità u proporzjonalità, jista' jawtorizza t-trasferiment ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali fuq bażi ta' każ b'każ jekk:

(a)   it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jkun assolutament meħtieġ biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi essenzjali ta' Stat Membru wieħed jew aktar fl-ambitu tal-għanijiet tal-Europol;jew ta' persuna oħra; jew

(b)  it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkun assolutament meħtieġ fl-interessi tal-prevenzjoni ta' perikolu imminenti assoċjat ma' reat jew reati terroristiċi; qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tiddisponi hekk; jew

(c)  it-trasferiment huwa xort'oħra neċessarju jew legalment meħtieġ minħabba raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' pretensjonijet ġuridiċi tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz; jew

(d)  it-trasferiment ikun neċessarju biex jiġu protetti interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew persuna oħra.meħtieġ f'każijiet individwali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali; jew

(da)  it-trasferiment ikun meħtieġ f'każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta' piena kriminali speċifika.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fiċ-ċirkostanzi kollha, iqis il-livell tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ikkonċernati, filwaqt illi jqis in-natura tad-dejta, l-għan li għalih hija intenzjonata d-dejta, it-tul ta' żmien tal-ipproċessar intenzjonat, id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta ġenerali jew speċifiċi li japplikaw f'dak il-pajjiż, u jekk ġewx aċċettati jew le l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar id-dejta meħtieġa mill-Europol.

Id-derogi ma jistgħux ikunu applikabbli għal trasferimenti sistematiċi, massivi jew strutturali.

Barra minn hekk, il-Bord tal-Maniġment jista', bi ftehim mal-Kontrollur il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Datatad-Dejta, jawtorizza trasferiment jew sett ta' trasferimenti f'konformità b'konformità mal-punti (a) sa (d) ta' hawn fuq, filwaqt li jqis l-eżistenza ta' illi joffri salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, għal perjodu ta' mhux aktar minn sena, li tista' tiġġedded jista' jiġġedded. [Em. 138]

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Bord tal-Maniġment u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar każijiet fejn ikun applika l-paragrafu 2. [Em. 139]

3a.  L-Europol għandu jżomm rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha skont dan l-Artikolu. [Em. 140]

Artikolu 32

Dejta personali minn entitajiet privati

1.  Sal-punt meħtieġ biex l-Europol iwettaq il-kompiti tiegħu, l-Europol jista' jipproċessa dejta personali li toriġina minn partijiet privati bil-kundizzjoni li ma tasalx direttament mill-partijiet privati iżda tasal biss permezz ta': [Em. 141]

(a)  unità nazzjonali ta' Stat Membru skont il-liġi nazzjonali;

(b)  il-punt ta’ kuntatt ta’ pajjiż terz li l-Europol ikun ikkonkluda ftehim ta’ kooperazzjoni miegħu skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew

(c)  awtorità ta’ pajjiż terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li l-Unjoni kkonkludiet ftehim internazzjonali magħha skont l-Artikolu 218 tat-TFUE.

2.  Jekk id-dejta li tasal taffettwa l-interessi ta’ Stat Membru, l-Europol għandu minnufih jinforma lill-Unità Nazzjonali tal-Istat Membru konċernat.

3.  L-Europol ma għandux jikkuntattja jikkuntattjax partijiet privati direttament sabiex jiġbed dejta personali. [Em. 142]

4.  Fi żmien tliet snin wara li dan ir-Regolament isir applikabbli, il-Kummissjoni għandha tevalwa il-ħtieġa u l-impatt possibbli ta' skambji diretti ta' dejta personali ma’ partijiet privati. Din l-evalwazzjoni għandha tispeċifika fost l-oħrajn ir-raġunijiet jekk skambji ta’ dejta personali ma’ partijiet privati humiex meħtieġa għall-Europol.

Artikolu 33

Informazzjoni minn persuni privati

1.  Informazzjoni, inkluża dejta personali, li toriġina minn persuni privati tista’ tiġi pproċessata mill-Europol sakemm din tasal permezz ta’:

(a)  Unità Nazzjonali ta' Stat Membru skont il-liġi nazzjonali;

(b)  il-punt ta’ kuntatt ta’ pajjiż terz li l-Europol ikun ikkonkluda ftehim ta’ kooperazzjoni miegħu skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew

(c)  awtorità ta’ pajjiż terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li l-Unjoni Ewropea kkonkludiet ftehim internazzjonali magħha skont l-Artikolu 218 tat-TFUE.

2.  Jekk l-Europol jirċievi informazzjoni, inkluża dejta personali, mingħand persuna privata li tirrisjedi f'pajjiż terz li miegħu la hemm ftehim internazzjonali konkluż abbażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI u lanqas abbażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE, l-Europol jista’ jgħaddiha biss lill-Istat Membru jew lill-pajjiż terz konċernat li miegħu jkun ġie konkluż ftiehem internazzjonali bħal dawn.

3.  L-Europol ma għandux jikkuntattja jikkuntattjax partijiet privati direttament sabiex jiġbed dejta personali. [Em. 143]

Kapitolu VII

Salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta

Artikolu 34

Prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-dejta

1.   Dejta personali għandha tkun:

(a)  proċessata ipproċessata skont il-liġi, b’mod ġust u skont il-liġi trasparenti u li jista' jiġi vverifikat fir-rigward tas-suġġett tad-dejta;

(b)  miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet. Proċessar ulterjuri ta’ dejta personali għal skopijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi ma għandux jitqies inkompatibbli sakemm l-Europol jipprovdi salvagwardji xierqa, b'mod partikolari biex jiżgura li d-dejta ma tiġix ipproċessata għal xi skop ieħor;

(c)  adegwata, rilevanti, u mhux eċċessiva b'rabta mal-finijiet li għalih qed tiġi pproċessata u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta' informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

(d)  preżiċa u, fejn meħtieġ, tinżamm preċiża u tinżamm aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx preċiża, filwaqt li jitqiesu l-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rranġata mingħajr dewmien;

(e)  tinżamm f'forma miżmuma b'mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u għal mhux iktar żmien aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-dejta personali tiġi pproċessata.

(ea)  ipproċessata b'mod li effettivament jippermetti li s-suġġett tad-dejta jeżerċita d-drittijiet tiegħu;

(eb)  ipproċessata b'mod li jipproteġi minn ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta' miżuri tekniċi jew organizzativi xierqa;

(ec)  ipproċessata biss minn dak il-persunal awtorizzat kif xieraq li jeħtieġha għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

1a.  L-Europol għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dokument li jistabbilixxi f'forma komprensibbli d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-ipproċessar tad-dejta personali u l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta. [Em. 144]

Artikolu 35

Gradi differenti ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tad-dejta personali

1.  Is-sors ta’ informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandu jiġi vvalutat sal-punt possibbli mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tas-sors li ġejjin: [Em. 145]

(A): fejn ma hemmx dubju dwar l-awtentiċità, l-affidabbiltà u l-kompetenza tas-sors, jew jekk l-informazzjoni hija fornuta minn sors li ta prova li huwa dejjem affidabbli;

(B): fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi ta prova li huwa affidabbli;

(C): fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi ta prova li mhuwiex affidabbli;

(X): fejn l-affidabbiltà tas-sors ma tistax tiġi vvalutata.

2.  Informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata sal-punt possibbli mill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni abbażi tal-affidabbiltà tagħha bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin: [Em. 146]

(1): informazzjoni li ma hemmx dubju dwar il-preċiżjoni tagħha;

(2): informazzjoni magħrufa personalment mis-sors iżda li mhijiex magħrufa personalment mill-uffiċjal li qed jgħaddiha;

(3): informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors iżda korroborata minn informazzjoni oħra diġà reġistrata;

(4): informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors u li ma tistax tiġi kkorroborata.

3.  Meta l-Europol, abbażi ta’ informazzjoni diġà fil-pussess tiegħu, jasal għall-konklużjoni li l-valutazzjoni teħtieġ tiġi korretta, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru konċernat u jfittex ftehim dwar emenda għall-valutazzjoni. L-Europol ma għandux jibdel il-valutazzjoni mingħajr tali fethim.

4.  Jekk l-Europol jirċievi informazzjoni mhux ivvalutata mingħand Stat Membru, l-Europol għandu jipprova sal-punt possibbli jivvaluta l-affidabbiltà tas-sors jew tal-informazzjoni abbażi tal-informazzjoni diġà fil-pussess tiegħu. Il-valutazzjoni ta' dejta u informazzjoni speċifiċi għandha ssir bi qbil mal-Istat Membru fornitur. Stat Membru jista' wkoll jilħaq qbil mal-Europol f’termini ġenerali dwar il-valutazzjoni ta’ tipi speċifikati ta’ dejta u sorsi speċifikati. Jekk ma jintlaħaqx qbil f’każ speċifiku, jew ma jkunx jeżisti ftehim f’termini ġenerali, l-Europol għandu jevalwa l-informazzjoni jew id-dejta u għandu jattribwixxi lil din l-informazzjoni jew dejta l-kodiċi tal-evalwazzjoni (X) u (4), imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. [Em. 147]

5.  Meta l-Europol jirċievi dejta jew informazzjoni minn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jew korp tal-Unjoni, dan l-Artikolu għandu japplika kif xieraq.

6.  Informazzjoni minn sorsi disponibbli pubblikament għandha tiġi vvalutata mill-Europol bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni stipulati fil-paragrafi 1 u 2 (X) u (4). [Em. 148]

Artikolu 36

Proċessar ta' kategoriji speċjali ta' dejta personali u ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta

1.  Għandu jkun ipprojbit il-proċessar l-ipproċessar ta' dejta personali dwar il-vittmi ta' reat kriminali, xhieda jew persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati kriminali u persuni taħt it-18-il sena, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u ġustifikat kif dovut għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol. [Em. 149]

2.  Għandu jkun ipprojbit il-proċessar l-ipproċessar ta' dejta personali, proċessata b'mezzi awtomatizzati jew mezzi oħra, li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika,, etnika jew soċjali, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, sħubija fi trejdjunjin u dejta li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u ġustifikat kif dovut għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol u jekk din id-dejta tissupplimenta dejta personali oħra diġà proċessata mill-Europol. [Em. 150]

3.  L-Europol biss għandu jkollu aċċess għad-dejta personali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jawtorizza kif dovut għadd limitat ta’ uffiċjali li jkollhom dan l-aċċess, jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

4.  L-ebda deċiżjoni li tħalli effetti legali li jikkonċernaw suġġett tad-dejta ma għandha tkun ibbażata biss fuq proċessar awtomatizzat tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx espliċitament awtorizzata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni jew, jekk meħtieġ, mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. [Em. 151]

5.  Id-dejta personali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tiġi trasmessa lill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u ġustifikat kif dovut f'każijiet individwali li jikkonċernaw reati li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol. Din it-trasmissjoni għandha tkun skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament. [Em. 152]

6.  Kull sitt xhur l-Europol għandu jipprovdi ħarsa ġenerali lejn id-dejta personali kollha msemmija fil-paragrafu 2 proċessata minnu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 37

Limiti ta’ żmien għall-ħżin u t-tħassir ta’ dejta personali

1.  Dejta personali proċessata mill-Europol għandha tinħażen mill-Europol biss sakemm tkun strettament meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tiegħu għall-iskopijiet li għalihom qed tiġi proċessata d-dejta. [Em. 153]

2.  L-Europol għandu fi kwalunkwe każ janalizza l-ħtieġa li d-dejta tibqa' maħżuma sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-proċessar inizjali tad-dejta personali. L-Europol jista' jiddeċiedi dwar li d-dejta personali tkompli tinħażen sal-analiżi li jmiss, li għandha ssir wara perjodu ieħor ta’ tliet snin jekk, ikun għadu meħtieġ li tkompli tinħażen għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol. Ir-raġunijiet biex id-dejta tkompli tinżamm maħżuna għandhom ikunu ġġustifikati u rreġistrati. Jekk ma titteħidx deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-ħżin tad-dejta personali, dik id-dejta għandha titħassar awtomatikament wara tliet snin.

3.  Jekk dejta li tikkonċerna persuni msemmija fl-Artikolu 36(1) u (2) tinħażen għal perjodu itwal minn ħames snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat dwar dan.

4.  Fejn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali tkun indikat xi restrizzjoni fir-rigward tat-tħassir jew il-qerda aktar kmieni tad-dejta personali fil-mument tat-trasferiment skont l-Artikolu 25(2), l-Europol għandu jħassar id-dejta personali skont dawn ir-restrizzjonijiet. Jekk jitqies neċessarju li d-dejta tkompli tinħażen biex l-Europol iwettaq il-kompiti tiegħu, abbażi ta’ informazzjoni li hija aktar estensiva minn dik li jkollu l-fornitur tad-dejta, l-Europol għandu jitlob awtorizzazzjoni mingħand il-fornitur tad-dejta biex ikompli jaħżen id-dejta u jippreżenta ġustifikazzjoni għal din it-talba.

5.  Meta Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali tħassar mill-fajls nazzjonali tad-dejta tagħha dejta pprovduta lill-Europol, għandha tgħarraf lill-Europol b’dan. L-Europol għandu jħassar id-dejta sakemm it-tkomplija tal-ħażna tad-dejta ma titqisx neċessarja biex l-Europol jilħaq l-għanijiet tiegħu, abbażi ta' informazzjoni aktar estensiva minn dik li jkollu l-fornitur tad-dejta. L-Europol għandu jinforma l-fornitur tad-dejta li ser ikompli jaħżen dik id-data u jippreżenta ġustifikazzjoni għalfejn ser ikompli jaħżinha.

6.  Dejta personali ma għandhiex titħassar jekk:

(a)  dan ikun ta' dannu għall-interessi tas-suġġett tad-dejta li jkun jeħtieġ protezzjoni. F'dawn il-każijiet, id-dejta għandha tintuża biss bil-kunsens espress u bil-miktub tas-suġġett tad-dejta. [Em. 154]

(b)  il-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-dejta, għal perjodu li jippermetti lill-Istati Membri jew lill-Europol, fejn xieraq, jivverifika l-preċiżjoni tad-dejta;

(c)  id-dejta personali tkun trid tinżamm għal finijiet ta' prova jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' pretensjonijiet ġuridiċi; [Em. 155]

(d)  is-suġġett tad-dejta jopponi t-tħassir tagħha u jitlob ir-restrizzjoni tal-użu tagħha minflok.

Artikolu 38

Sigurtà tal-proċessar

1.  L-Europol għandu jimplimenta l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jipproteġi d-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali jew żvelar mhux awtorizzat, alterazzjoni jew aċċess jew kwalunkwe forma oħra mhux awtorizzata ta' proċessar.

2.  Fir-rigward tal-proċessar awtomatizzat tad-dejta, l-Europol għandu jimplimenta miżuri mfassla sabiex:

(a)  jiċħad lil persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għat-tagħmir li jipproċessa d-dejta użat għall-proċessar ta’ dejta personali (kontroll tal-aċċess għat-tagħmir);

(b)  jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-medja tad-dejta (kontroll tal-medja tad-dejta);

(c)  jimpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta’ dejta u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ dejta personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);

(d)  jimpedixxi l-użu ta’ sistemi ta’ proċessar tad-dejta awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati permezz ta' tagħmir tal-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-utent);

(e)  jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema ta’ proċessar tad-dejta awtomatizzata jkollhom aċċess biss għal dejta koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (kontroll tal-aċċess għad-dejta);

(f)  jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista’ tintbagħat, jew intbagħtet, dejta personali permezz ta’ tagħmir ta’ komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-komunikazzjoni);

(g)  jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema dejta personali ddaħħlet f’sistemi awtomatizzati tal-proċessar tad-dejta u meta u minn min iddaħħlet id-dejta (kontroll tal-input);

(ga)  jiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit liema dejta ġiet aċċessata minn liema membru tal-persunal u f'liema ħin (reġistru tal-aċċess); [Em. 156]

(h)  jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ dejta personali matul it-trasferiment ta' dejta personali jew matul it-trasportazzjoni tal-mezzi tad-dejta (kontroll tat-trasport);

(i)  jiżġura li s-sistemi installati jistgħu, f’każ ta’ interruzzjoni, jiġu restawrati minnufih (irkupru);

(k)  jiżgura li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu mingħajr difett, li meta jseħħu ħsarat fil-funzjonijiet jiġu rrappurtati minnufih (affidabbiltà) u li d-dejta maħżuna ma tistax tiġi korrotta mid-disfunzjoni tas-sistema (integrità).

3.  L-Europol u l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu mekkaniżmi li jiżguraw li l-ħtiġijiet tas-sigurtà jiġu implimentati fis-sistemi tal-informazzjoni kollha.

Artikolu 38a

Protezzjoni tad-dejta awtomatikament mit-tfassil

1.  L-Europol għandu jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b'tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

2.  L-Europol għandu jimplimenta mekkaniżmi biex jiżgura li, b'mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għall-għanijiet tal-ipproċessar. [Em. 157]

Artikolu 38b

Notifika ta' ksur tad-dejta personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  Fil-każ ta' ksur ta' dejta personali, l-Europol għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-Europol għandu jipprovdi, fuq talba, ġustifikazzjoni motivata f'każijiet fejn in-notifika ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

2.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

(a)  tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali, fosthom il-kategoriji u n-numru ta' suġġetti tad-dejta kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta' reġistri tad-dejta kkonċernati;

(b)  tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(c)  tiddeskrivi l-konsegwenzi possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(d)  tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali.

3.  L-Europol għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, inkluż il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta' rimedju meħuda, sabiex il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun jista' jivverifika konformità ma' dan l-Artikolu. [Em. 158]

Artikolu 38c

Komunikazzjoni ta' ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta

1.  Meta ksur tad-dejta personali msemmi fl-Artikolu 38b x'aktarx jaffettwa ħażin il-protezzjoni tad-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta, l-Europol għandu jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

2.  Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmi fl-Artikolu 44.

3.  Il-komunikazzjoni ta' ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta m'għandhiex tkun meħtieġa jekk l-Europol juri għas-sodisfazzjon tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li huwa jkun implimenta miżuri ta' protezzjoni teknoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta personali kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftihemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata b'aċċess għaliha.

4.  Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta tista' tiġi ttardjata, ristretta jew titħalla barra fejn tkun miżura meħtieġa u proporzjonata filwaqt illi jiġu kkunsidrati l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

(a)  biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)  biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

(c)  biex tiġi mħarsa s-sigurtà pubblika u nazzjonali;

(d)  tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta' partijiet terzi. [Em. 159]

Artikolu 39

Dritt ta’ aċċess għas-suġġett tad-dejta

1.  Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt, f’intervalli raġonevoli, li tikseb informazzjoni dwar jekk dejta personali dwaru hijiex qed tiġi pproċessata mill-Europol. Fejn tali dejta personali Meta tkun qed tiġi pproċessata, tali data l-Europol għandu jipprovdi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta: [Em. 160]

(a)  konferma dwar jekk hijiex qed tiġi pproċessata dejta li tirrelata miegħu jew le;

(b)  informazzjoni tal-anqas dwar l-għanijiet tal-operazzjoni tal-proċessar, il-kategoriji ta' dejta konċernati, il-perjodu li għalih id-dejta tkun se tinħażen, u d-destinatarji għand min ġiet żvelata d-dejta; [Em. 161]

(c)  komunikazzjoni f’forma intelliġibbli tad-dejta li qed tiġi pproċessata u ta’ kull informazzjoni disponibbli dwar is-sorsi tagħha.

(ca)  indikazzjoni tal-bażi legali li fuqha hija pproċessata d-dejta; [Em. 162]

(cb)  eżistenza tad-dritt li jitlob mill-Europol rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali li tikkonċerna s-suġġett tad-dejta; [Em. 163]

(cc)  kopja tad-dejta li qed tiġi-pproċessata. [Em. 164]

2.  Kwalunkwe suġġett tad-dejta li jixtieq jeżerċita d-dritt tal-aċċess għad-dejta personali jista’ jagħmel talba għal dak l-għan mingħajr spejjeż eċċessivi bla ħlas, lill-awtorità maħtura għal dan l-iskop fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu. Dik l-awtorità għandi għandha tirriferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċeviha. L-Europol għandu jikkonferma li rċieva t-talba. [Em. 165 u 234]

3.  L-Europol għandu jwieġeb it-talba mingħajr dewmien żejjed u f'kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba mill-awtorità nazzjonali. [Em. 166]

4.  L-Europol għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati dwar id-deċiżjoni li se tittieħed. Deċiżjoni dwar l-aċċess għal dejta għandha tkun tiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Europol u l-Istati Membri konċernati direttament mill-aċċess tas-suġġett tad-dejta għal din id-dejta. Jekk Stat Membru joġġezzjona għat-tweġiba proposta tal-Europol, huwa għandu jgħarraf lill-Europol bir-raġunijiet għall-oġġezzjoni tiegħu.

5.  Aċċess Il-provvediment ta' informazzjoni bħala tweġiba għal dejta personali talba skont il-paragrafu 1 għandu jiġi rrifjutat sakemm tali rifjut parzjali jew ristrett, jekk dan jikkostitwixxi komplet ikun miżura neċessarja biex: [Em. 167]

(a)  tippermetti lill-Europol iwettaq korrettament il-kompiti tiegħu;

(b)  tipproteġi s-sigurtà u l-ordni pubblika fl-Istati Membri jew timpedixxi l-kriminalità;

(c)  tiżgura li l-ebda investigazzjoni nazzjonali ma tiġi pperikolata;

(d)  tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta’ partijiet terzi.

Kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-restrizzjoni jew ir-rifjut tal-informazzjoni mitluba għandha tqis id-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-dejta. [Em. 168]

6.  L-Europol għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta bil-miktub dwar kwalunkwe rifjuti jew restrizzjoni għall-aċċess, dwar ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni u dwar id-dritt tiegħu li jressaq ilment għand il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta. Informazzjoni dwar ir-raġunijiet fattwali u ġuridiċi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tista' tiġi ommessa fejn l-għoti ta' dik l-informazzjoni jannulla l-effett tar-restrizzjoni imposta mill-paragrafu 5.

Artikolu 40

Dritt għal korrezzjoni, tħassir u bblukkar

1.  Kwalunkwe suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt jitlob lill-Europol jikkoreġi d-dejta personali dwaru jekk ma tkunx korretta u, fejn dan ikun possibbli u meħtieġ, biex jikkompleta jew jaġġornaha. [Em. 169]

2.  Kwalunkwe suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt jitlob lill-Europol iħassar dejta personali relatata miegħu, jekk ma tkunx aktar meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun inġabbret legalment jew proċessata aktar legalment.

3.  Dejta personali għandha tiġi mblukkata minflok imħassra jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-tħassir ikun jista' jaffettwa l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta. Dejta mblukkata għandha tiġi pproċessata biss għall-għan li impedixxa t-tħassir tagħha.

4.  Jekk id-dejta kif deskritt fil-paragrafi 1, 2 u 3 miżmuma mill-Europol kienet ġiet ipprovduta lilha minn pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, jew hija r-riżultat ta' analiżi mwettqa mill-Europol stess, l-Europol għandu jikkoreġi, iħassar jew jimblokka din id-dejta. u jinforma, meta jkun rilevanti, lill-oriġinaturi tad-dejta. [Em. 170]

5.  Jekk dejta kif deskritt fil-paragrafi 1 u 2 miżmuma mill-Europol kienet ġiet ipprovduta direttament lill-Europol mill-Istati Membri, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkoreġu, iħassru jew jimblokkaw din id-dejta f’kolloborazzjoni mal-Europol.

6.  Jekk kienet trasferita dejta skorretta b’mezzi adatti oħra jew jekk l-iżbalji fid-dejta mogħtija mill-Istati Membri jkunu minħabba trasferiment difettuż jew kienu trasferiti bi ksur ta’ dan ir-Regolament jew jekk jirriżultaw mit-tidħil, it-teħid jew il-ħżin b’mod skorrett jew bi ksur ta’ dan ir-Regolament mill-Europol, l-Europol għandu jikkoreġi jew iħassar id-dejta f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri konċernati.

7.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 d-destinatarji kollha ta’ din id-dejta għandhom jiġu nnotifikati minnufih. Skont ir-regoli applikabbli għalihom, id-destinatarji għandhom imbagħad jikkoreġu, iħassru jew jimblokkaw dik id-dejta fis-sistemi tagħhom.

8.  L-Europol għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta bil-miktub mingħajr dewmien bla bżonn u f’kull każ fi żmien tliet xhur li d-dejta li tikkonċernah tkun ġiet ikkoreġuta, imħassra jew imblokkata.

9.  L-Europol għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut ta' korrezzjoni, tħassir jew imblokkar, u l-possibbiltà li jippreżenta ilment għand il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data u li jfittex rimedju ġudizzjarju.

Artikolu 41

Responsabbiltà fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta

1.  L-Europol għandu jaħżen id-dejta personali b'tali mod li jiżgura li jkun jista' jiġi stabbilit is-sors tagħha, skont l-Artikolu 23.

1a.  L-Europol għandu jaħżen d-dejta personali b'tali mod li din tista' tiġi kkoreġuta u mħassra. [Em. 171]

2.  Ir-responsabbiltà għall-kwalità tad-dejta personali kif imsemmi fl-Artikolu 34(d) għandha tkun tal-Istat Membru li pprovda d-dejta personali lill-Europol u tal-Europol għal dejta personali pprovduta minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll għal dejta personali li l-Europol jiġbed minn sorsi disponibbli b’mod pubbliku. Il-korpi tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għall-kwalità tad-dejta sa u inkluż il-mument tat-trasferiment. [Em. 172]

3.  Ir-responsabbiltà għall-konformità mal-prinċipji kif speċifikat fl-Artikolu 34(a), (b), (c) u (e) għandha tkun tal-Europol.

4.  Ir-responsabbiltà għal-legalità ta’ trasferiment għall-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli għandha tkun ta’: [Em. 173]

(a)  l-Istat Membru li jkun ipprovda d-dejta fil-każ ta’ dejta personali pprovduta mill-Istati Membri lill-Europol; u

(b)  tal-Europol fil-każijiet ta’ dejta personali pprovduta mill-Europol lill-Istati Membri, u lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

5.  F'każ ta' trasferiment bejn l-Europol u korp tal-Unjoni, ir-responsabbiltà għal-legalità tat-trasferiment tkun tal-Europol. Mingħajr preġudizzju għas-sentenza ta' qabel, weta d-dejta tiġi ttrasferita mill-Europol wara talba mingħand id-destinatarju, kemm l-Europol kif ukoll id-destinatarju għandhom iġorru r-responsabbiltà tal-legalità dan it-trasferiment. Barra minn hekk, l-Europol għandu jkun responsabbli għall-operazzjonijiet kollha tal-proċessar tad-dejta mwettqa minnu.

L-Europol għandu jivverifika l-kompetenza tad-destinatarju u jivvaluta n-neċessità għat-trasferiment tad-dejta. Jekk jinqala' dubju dwar din il-ħtieġa, l-Europol għandu jitlob aktar informazzjoni mingħand id-destinatarju. Id-destinatarju għandu jiżgura li tkun tista' tiġi verifikata l-ħtieġa għat-trasferiment tad-dejta. Id-destinatarju għandu jipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trasmessa. [Em. 174]

Artikolu 42

Kontroll minn qabel

1.  Il-proċessar ta’ dejta personali li ser jifforma parti minn sistema ġdida ta’ fajling fi kwalunkwe sett ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar li se tinħoloq jservi għan uniku jew diversi għanijiet relatati fir-rigward tal-attivitajiet ewlenin tiegħu għandu jkun suġġett għal kontroll minn qabel meta: [Em. 175]

(a)  ikunu se jiġu pproċessati kategoriji speċjali ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 36(2);

(b)  it-tip ta’ proċessar, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jinvolvi riskji speċifiċi mod ieħor għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali, tas-suġġetti tad-dejta.

2.  Il-verifiki minn qabel għandhom jitwettqu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data malli jirċievi notifika mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li, fil-każ ta' dubju dwar il-ħtieġa ta' verifikazzjoni minn qabel, għandu jikkonsulta mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

3.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn wara li tasal in-notifika. Dan il-perjodu jista' jiġi sospiż fi kwalunkwe mument sakemm il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun kiseb aktar informazzjoni li jista' jkunu jkun talab. Jekk il-komplessità tal-kwistjoni hekk teħtieġ, dan il-perjodu jista' jittawwal għal xahrejn oħra, b'deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom ikunu possibbli żewġ estensjonijiet biss. Din id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Europol qabel jiskadi l-perjodu inizjali ta' xahrejn. [Em. 176]

Jekk l-opinjoni ma tingħatax sat-tmiem tal-perjodu ta’ xahrejn, jew kwalunkwe estensjoni tiegħu, għandha titqies li tkun favorevoli.

Jekk l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tkun li l-proċessar notifikat jista’ jinvolvi ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu fejn ikun xieraq, jagħmel proposti biex jiġi evitat dan il-ksur. Meta l-Europol ma jimmodifikax l-operazzjoni tal-proċessar skont dan, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jeżerċita l-poteri mogħtija lilu skont l-Artikolu 46(3).

4.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jżomm reġistru tal-operazzjonijiet tal-proċessar kollha li ġew innotifikati lilu skont il-paragrafu 1. Dan ir-reġistru għandu jkun integrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 43

Reġistrazzjoni u dokumentazzjoni

1.  Għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-proċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta, l-Europol għandu jżomm rekords tal-ġbir, l-alterazzjonijiet, l-aċċess, il-ġbid, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' dejta personali. Tali reġistri jew dokumentazzjoni għandha titħassar wara tliet snin, sakemm id-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fit-tul minħabba kontroll fis-seħħ. Ma għandu jkun hemm l-ebda possibbiltà li r-reġistrazzjonijiet tal-aċċess jiġu mmodifikati. [Em. 177]

2.  Reġistrazzjonijiet jew dokumentazzjoni mħejjija skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati, fuq talba, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-kontroll tal-protezzjoni tad-dejta. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu juża din l-informazzjoni biss biex jikkontrolla l-protezzjoni tad-dejta u jiżgura proċessar xieraq tad-dejta kif ukoll l-integrità u s-sigurtà tagħha.

Artikolu 44

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta

1.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta li għandu jkun membru tal-persunal. Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, għandu jaġixxi indipendentement.

2.  L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet personali u professjonali tiegħu u, b’mod partikolari, l-għarfien espert dwar il-protezzjoni tad-dejta.

3.  L-għażla tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta ma għandhiex ikollha l-potenzjal li tirriżulta f’konflitt ta’ interessi bejn id-dmirijiet tiegħu bħala Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

4.  L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinħatar għal terminu ta’ bejn sentejn u ħames snin. Għandu jkun eliġibbli għal ħatra mill-ġdid sa terminu massimu totali ta’ għaxar snin. Jista’ jitneħħa mill-kariga ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta mill-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità li jkun ħatru unikament bil-kunsens tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.

5.  Wara l-ħatra tiegħu l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi rreġistrat mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mill-istituzzjoni jew il-korp li jkun ħatru.

6.  L-uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta ma jista’ jirċievi l-ebda struzzjoni marbuta mal-qadi ta’ dmirijietu.

7.  L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkollu b’mod partikolari l-kompiti li ġejjin fir-rigward tad-dejta personali, bl-eċċezzjoni tad-dejta personali tal-membri tal-persunal tal-Europol kif ukoll tad-dejta personali amministrattiva:

(a)  jiżgura, b'manjiera indipendenti, il-leġittimità u l-konformità mad-disposizzjonijiet l-applikazzjoni interna tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-proċessar ta' dejta personali; [Em. 178]

(b)  jiżgura li jinżamm rekord tat-trasferiment u l-wasla ta’ dejta personali, skont dan ir-Regolament;

(c)  jiżgura li fuq talba tagħhom is-suġġetti tad-dejta jkunu mgħarrfin bid-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament;

(d)  jikkoopera mal-persunal tal-Europol responsabbli għal proċeduri, taħriġ u pariri dwar il-proċessar tad-dejta;

(e)  jikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b'mod speċjali fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 42; [Em. 179]

(f)  iħejji rapport annwali u jikkomunika dan ir-rapport lill-Bord tal-Maniġment u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(fa)  jaġixxi bħala punt ta' kuntatt għal talbiet għal aċċess skont l-Artikolu 39; [Em. 180]

(fb)  iżomm reġistru dwar l-operazzjonijiet tal-ipproċessar kollha mwettqa mill-Europol, inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-għan, il-kategoriji tad-dejta, id-destinatarji, il-limiti ta' żmien għall-imblukkar u t-tħassir, it-trasferimenti lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali u miżuri ta' sigurtà; [Em. 181]

(fc)  iżomm reġistru dwar l-inċidenti u l-ksur ta' sigurtà li jaffettwaw id-dejta personali operattiva jew amministrattiva. [Em. 182]

8.  Barra minn hekk, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jwettaq il-funzjonijiet previsti mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tad-dejta personali tal-membri tal-persunal tal-Europol kif ukoll tad-dejta personali amministrattiva. [Em. 183]

9.  Fil-qadi tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkollu aċċess għad-dejta kollha proċessata mill-Europol u għall-postijiet kollha tal-Europol. Tali aċċess għandu jkun possibbli fi kwalunkwe mument u mingħajr talba minn qabel. [Em. 184]

10.  Jekk l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jqis li ma kienx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-proċessar ta’ dejta personali, huwa għandu jinforma lid-Direttur Eżekuttiv u jitolbu jirriżolvi n-nuqqas ta’ konformità fi żmien speċifikat. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jirriżolvix in-nuqqas ta’ konformità fil-proċessar fiż-żmien speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jgħarraf lill-Bord tal-Maniġment u għandhom jiftiehmu dwar żmien speċifikat biex tittieħed azzjoni. Jekk il-Bord tal-Maniġment ma jirriżolvix in-nuqqas ta’ konformità fil-proċessar fiż-żmien speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jirriferi l-kwistjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

11.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta. Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom b’mod partikolari jirrigwardaw il-proċedura tal-għażla għall-kariga tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta u t-tneħħija, il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tiegħu u s-salvagwardji għall-indipendenza tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta. L-Europol għandu jipprovdi lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta bil-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Dawn il-membri tal-persunal għandhom ikollhom aċċess għad-dejta personali proċessata fl-Europol u għall-postijiet tal-Europol biss sal-punt meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom. Tali aċċess għandu jkun possibbli fi kwalunkwe mument u mingħajr talba minn qabel. [Em. 185]

11a.  Il-Kontrollur għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun ipprovdut bil-mezzi neċessarji għall-qadi ta' dmirijietu. [Em. 186]

Artikolu 45

Superviżjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali

1.  Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità superviżorja nazzjonali bil-kompitu li timmonitorja b’mod indipendenti, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, il-permissibbiltà tat-trasferiment, il-ġbid u kwalunkwe komunikazzjoni lill-Europol ta’ dejta personali mill-Istat Membru konċernat u teżamina jekk tali trasferiment, ġbid jew komunikazzjoni jiksrux id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta. Għal dak il-għan, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollha aċċess, fl-Unità Nazzjonali jew fil-postijiet tal-uffiċjali ta’ kollegament, għad-dejta sottomessa mill-Istat Membru tagħha lill-Europol f'konformità mal-proċeduri nazzjonali rilevanti.

2.  Għall-fini tal-eżerċizzju tal-funzjoni superviżorja tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom ikollhom aċċess għall-uffiċċji u d-dokumenti tal-uffiċjali ta’ kollegament rispettivi tagħhom fl-Europol.

3.  L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti, jagħmlu superviżjoni tal-attivitajiet tal-Unitajiet Nazzjonali u l-attivitajiet tal-uffiċjali ta’ kollegament, sa fejn dawn l-attivitajiet ikunu rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta personali. Għandhom ukoll iżommu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data infurmat b’kull azzjoni li jieħdu fir-rigward tal-Europol.

4.  Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt titlob lill-awtorità superviżorja nazzjonali biex tivverifika li t-trasferiment jew il-komunikazzjoni lill-Europol ta’ dejta li tikkonċernaha fi kwalunkwe forma u li l-aċċess għad-dejta mill-Istat Membru konċernat huma legali. Dan id-dritt għandu jkun eżerċitat skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn issir it-talba.

Artikolu 46

Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli li jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-proċessar ta' dejta personali mill-Europol, u biex jagħti pariri l-Europol u lis-suġġetti tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-proċessar tad-dejta personali. Għal dan il-għan għandu jwettaq id-dmirijiet stipulati fil-paragrafu 2 u jeżerċita s-setgħat mogħtija fil-paragrafu 3.

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin skont dan ir-Regolament:

(a)  jisma’ u jinvestiga lmenti, u jinforma lis-suġġett tad-data dwar ir-riżultat f’perjodu raġonevoli ta’ żmien;

(b)  iwettaq investigazzjonijiet jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq il-bażi ta’ lment, u jinforma lis-suġġetti tad-dejta dwar ir-riżultat f’perjodu raġonevoli ta’ żmien mingħajr dewmien; [Em. 187]

(c)  jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jirrelataw mal-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-proċessar ta’ dejta personali mill-Europol;

(d)  jagħti parir l-Europol, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba għall-konsultazzjoni, dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-proċessar ta’ dejta personali, b’mod partikolari qabel ma jitfasslu regoli interni relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-proċessar ta’ dejta personali;

(e)  jiddetermina, jagħti raġunijiet għalfejn u jagħmel pubbliċi l-eżenzjonijiet, is-salvagwardji, l-awtorizzazzjonijiet u l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(4).

(f)  iżomm reġistru tal-operazzjonijiet tal-proċessar notifikati lilu bis-saħħa tal-Artikolu 42(1) u reġistrati skont 42(4),

(g)  iwettaq verifika minn qabel tal-proċessar notifikat lilu.

3.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ skont dan ir-Regolament:

(a)  jagħti pariri lis-suġġetti tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom;

(b)  jirreferi l-kwistjoni lill-Europol fil-każ ta' allegat ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-proċessar tad-dejta personali, u, fejn xieraq, jagħmel proposti għar-rimedji ta' dak il-ksur u għat-titjib tal-protezzjoni tas-suġġetti tad-dejta;

(c)  jordna li talbiet għall-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet b'relazzjoni mad-dejta jiġu osservati meta dawk it-talbiet ikunu ġew irrifjutati bi ksur tal-Artikoli 39 u 40;

(d)  javża jew iċanfar lill-Europol;

(e)  jordna r-rettifika, l-imblukkar, it-tħassir jew id-distruzzjoni tad-dejta kollha meta din tkun ġiet ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċessar tad-dejta personali u n-notifikazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet lill-partijiet terzi li tkun ġiet żvelata d-dejta magħhom;

(f)  jimponi l-projbizzjoni jipproponi lill-Bord tal-Maniġment li tiġi imposta projbizzjoni temporanja jew definittiva parzjali jew totali fuq il-proċessar l-ipproċessar; [Em. 189]

(g)  jirreferi l-kwistjoni lill-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità konċernat u, fejn meħtieġ, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(h)  jirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattat;

(i)  jintervjeni fl-azzjonijiet miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

4.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu s-setgħa:

(a)  jikseb mingħand l-Europol aċċess għad-dejta personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-investigazzjonijiet tiegħu;

(b)  jikseb aċċess għal kwalunkwe bini li fih l-Europol iwettaq l-attivitajiet tiegħu meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jiġi preżunt li tkun qed titwettaq fih attività koperta b'dan ir-Regolament.

5.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji dwar l-Europol. Dan ir-rapport għandu jkun parti mir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Dan ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni ta' statistika dwar l-ilmenti, l-inkjesti, l-investigazzjonijiet, l-ipproċessar ta' informazzjoni sensittiva, it-trasferimenti ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kontroll minn qabel u notifiki, u l-użu tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 3.

Dan ir-rapport għandu jintbgħat u jiġi ppreżentat lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u għandu jintbgħat lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex iwettaq azzjoni addizzjonali biex jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. [Em. 190]

6.  Il-membri u l-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 69.

Artikolu 47

Kooperazzjoni bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fi kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità superviżorja nazzjonali ssib diskrepanzi kbar bejn il-prassi tal-Istati Membri jew trasferiment potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali tal-Europol għall-iskambju ta' informazzjoni, jew fil-kuntest ta' mistoqsijiet imqajma minn xi awtorità superviżorja nazzjonali jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, meta rilevanti, għandu juża l-kompetenzi u l-esperjenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 46(2). Fit-twettiq tal-attivitajiet b'kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-membri u l-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji ta' solidarjetà u proporzjonalità, għandu jkollhom is-setgħat ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 46(4) u għandhom ikunu marbuta b'obbligu ekwivalenti kif stabbilit fl-Artikolu 46(6).Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji ta' sorveljanza nazzjonali jistgħu, filwaqt li jaġixxu fl-ambitu kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhomtiegħu, għandhom, jiskambjaw informazzjoni l-informazzjoni rilevanti, jgħinu jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi verifiki u spezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni il-problemi relatati mal-eżerċizzju ta' sorveljanza indipendenti jew fl-eżerċizzju l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe kull problema u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni kuxjenza dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, kif meħtieġ ta' protezzjoni tad-data, skont il-ħtieġa. [Em. 191]

2a.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jżomm lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali infurmati bis-sħiħ dwar il-kwistjonijiet kollha rilevanti għalihom. [Em. 192]

2b.  F'każijiet meta kwistjonijiet speċifiċi jikkonċernaw dejta minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, il-Kontrollow Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-awotritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u kompetneti. Il-KEPD m'għandux jiddeċiedi dwar azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed qabel ma l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u kompetenti jkunu infurmaw lill-KEPD dwar il-pożizzjoni tagħhom, sa skadenza speċifikata mill-KEPS li m'għandhiex tkun iqas minn xahrejn. Il-KEPD għandu jikkunsidra kemm jista' l-pożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti. Fil-każijiet meta l-KEPD jkollu l-intenzjoni ma jsegwix il-pożizzjonit agħhom, hu għandu jinformahom u jipprovdilhom ġustifikazzjoni. Fil-każijiet li l-KEPS jqis estremament urġenti, hu jista' jiddeċiedi li jieħu azzjoni immedjata. F'tali każijiet, il-KEPD għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet superiżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti u jiġġustifika n-natura urġenti tas-sitwazzjoni kif ukoll l-azzjoni li jkun ħa. [Em. 193]

2c.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-korpi superviżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti qabel ma jieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 46(3)(e) sa (h). Il-KEPD għandu jikkunsidra kemm jista' l-pożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u kompetenti kkomunikata sa skadenza speċifikata minnu u li m'għandhiex tkun iqas minn xahrejn Fil-każijiet meta l-KEPD jkollu l-intenzjoni ma jsegwix il-pożizzjonit agħhom, hu għandu jinformahom u jipprovdilhom ġustifikazzjoni. Fil-każijiet li l-KEPS jqis estremament urġenti, hu jista' jiddeċiedi li jieħu azzjoni immedjata. F'tali każijiet, il-KEPD għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet superiżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti u jiġġustifika n-natura urġenti tas-sitwazzjoni kif ukoll l-azzjoni li jkun ħa. Il-KEPD m'għandux jieħu azzjoni jekk l-awtoritajiet superviżjorji nazzjonali kollha jkunu infurmaw lill-KEPD bil-pożizzjoni negattiva tagħhom. [Em. 194]

3.  L-Awtoritajiet Il-kapijiet tal-awtoritajiet supervi żorji Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak l-iskop, kif meħtieġ mill-inqas darba fis-sena biex jiddiskutu kwistjonijiet strateġiċi u ta' politika ġenerali jew kwistjonijiet oħra msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-ispiża ta’ tali laqgħat għandha tiġġarrab mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn. [Em. 95]

Artikolu 48

Dejta personali amministrattiva u dejta dwar il-Persunal [Em. 196]

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 huwa applikabbli għad-dejta personali kollha tal-membri tal-persunal tal-Europol kif ukoll għad-dejta personali amministrattiva miżmuma mill-Europol. [Em. 197]

Kapitolu VIII

RIMEDJI U RESPONSABBILTÀ

Artikolu 49

Dritt li jitressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  Kwalunkwe suġġett ta' dejta għandu jkollu d-dritt jippreżenta ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jekk jidhirlu li l-proċessar ta' dejta personali relatata miegħu ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.  Meta ilment lment ikun dwar deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 39 jew 40, il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-korpi superviżorji nazzjonali jew mal-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta jew mal-Istat Membru konċernat direttament. Id-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, li tista’ twassal sa ċaħda li tiġi kkomunikata kwalunkwe informazzjoni, għandha tittieħed f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korp superviżorju nazzjonali jew mal-korp ġudizzjarju kompetenti. [Em. 198]

3.  Fejn ilment jirrigwarda l-kontroll tad-dejta provduta minn Stat Membru lill-Europol, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-kontrolli neċessarji kienu twettqu b'mod korrett f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korp superviżorju nazzjonali tal-Istat Membru li provda d-dejta, għandu jiżgura li l-ipproċessar tad-dejta fl-Istat Membru kkonċernat kien legali u li l-kontrolli neċessarji kienu twettqu b'mod korrett. [Em. 199]

4.  Meta ilment ikun marbut mal-proċessar tad-dejta pprovduta lill-Europol minn entitajiet tal-UE, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-Europol ikun wettaq il-kontrolli meħtieġa.

Artikolu 50

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Azzjonijiet kontra deċiżjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-responsabbiltà u d-dritt għal kumpens

1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Europol għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt konċernat.

2.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt konkluż mill-Europol.

3.  Bla ħsara għall-Artikolu 52, fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Europol għandu, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkaġunat mid-dipartimenti tiegħu jew mill-persunal tiegħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

4.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha jkollha ġurisdizzjoni f'tilwim dwar kumpens għal kwalunkwe dannu msemmi fil-paragrafu 3.

5.  Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Europol lejn l-Europol għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għalihom.

Artikolu 52

Responsabbiltà għal proċessar ħażin ta' dejta personali u d-dritt għal kumpens

1.  Kwalunkwe individwu li jkun ġarrab dannu b'riżultat ta' xi operazzjoni ta' proċessar illegali għandu jkollu d-dritt jirċievi kumpens għad-dannu mġarrab, jew mill-Europol skont l-Artikolu 340 tat-TFUE, jew mill-Istat Membru li fih seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu skont il-liġi nazzjonali tiegħu. L-individwu għandu jieħu azzjoni kontra l-Europol quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew kontra l-Istat Membru quddiem qorti nazzjonali kompetenti ta’ dan l-Istat Membru.

2.  Kwalunkwe tilwima bejn l-Europol u l-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà aħħarija għal kumpens mogħti lil individwu skont il-paragrafu 1 għandha tiġi rriferita lill-Bord tal-Manġiment, li għandu jiddeċiedi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, mingħajr preġudizzju tad-dritt ta' kontestazzjoni ta' din id-deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 263 TFUE.

Kapitolu IX

SKRUTINJU PARLAMENTARI

Artikolu 53

Skrutinju Parlamentari konġunt

1.  Il-mekkaniżmu għall-kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali, għandhom jieħdu l-forma ta' Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, li għandu jiġi stabbilit fil-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, li jkun jikkonsisti mill-Membri sħaħ tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u rappreżentant wieħed tal-kumitat kompetenti tal-parlament nazzjonali ta' kull Stat Membru u sostitut. L-Istati Membri b'sistemi ta' żewġ kmamar parlamentari jistgħu minflok jiġu rrappreżenati minn rappreżentant minn kull kamra.

2.  Il-laqgħat tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu dejjem jitlaqqa' fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew mill-President tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-laqgħat għandhom jiġu kopreseduti mill-President tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u mir-rappreżentant mill-parlament nazzjonali tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill.

3.  Il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi.

4.  Għal dan l-għan, il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin:

1.   (a) Il-President tal-Bord tal-Maniġment, id-Direttur Eżekuttiv u d-Direttur Eżekuttiv u r-rappreżenant tal-Kummissjoni għandhom jidhru quddiem il-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt fuq talba tagħhom tiegħu biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Europol, filwaqt li jitqiesu, jekk ikun xieraq, l-obbligi tad-diskrezzjoni u l-kunfidenzjalità.ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. Il-Grupp jista' jiddeċiedi li jistieden għal-laqgħat tiegħu persuni rilevanti oħra, jekk ikun xieraq;

2.  L-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, tal-attivitajiet tal-Europol għandu jiġi eżerċitat skont dan ir-Regolament.

(b)  il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jidher quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt fuq talba tiegħu u mill-inqas darba fis-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, u b'mod partikolari l-protezzjoni tad-dejta personali, fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-Europol,

Id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu preżentati u għandu jsir dibattitu dwarhom fil-laqgħat tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt:

–  l-abbozzi ta' programmi ta' ħidma annwali u multi annwali, imsemmija fl-Artikolu 15;

–  ir-rapport annwali ta' attività konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 14;

–  ir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-attivitajiet superviżorji tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 46;

–  ir-rapport ta' evalwazzjoni mħejji mill-Kummissjoni biex tirrevedi l-effettività u l-effiċjenza tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 70.

Il-persuni li ġejjin għandhom jidhru quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt fuq talba tiegħu:

–  il-kandidati magħżula għall-karigi ta' Direttur Eżekuttiv, imsemmija fl-Artikolu 56(2);

–  id-Direttur Eżekuttiv, li l-mandat tiegħu jkun maħsub li jiġi estiż, kif previst fl-Artikolu 56(5);

–  id-Direttur Eżekuttiv, sabiex jirraporta dwar it-twettiq ta' dmirijietu.

Il-President tal-Bord tal-Maniġment għandu jinforma lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt qabel ma jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga, kif ukoll dwar ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni.

3.5.  Barra minn hekk, l-Europol għandu Minbarra l-obbligi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament,jittrasmetti lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali, filwaqt li jqis l-obbligi ta’ diskrezzjoni u kunfidenzjalità, għal finijiet ta’ informazzjoni: jittrasmetti lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, b'kunsiderazzjoni, jekk ikun xieraq, tal-obbligi ta' disrezzjoni u kunfidenzjalita, għal skopijiet ta' informazzjoni:

(a)  il-valutazzjonijiet tat-theddid, l-analiżi strateġika u r-rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali marbuta mal-għan tal-Europol kif ukoll ir-riżultati tal-istudji u tal-evalwazzjonijiet kummissjonati mill-Europol;

(b)  l-arranġamenti ta’ ħidma adottati skont l-Artikolu 31(1).

6.  Il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt jista' jitlob kwalunkwe dokument rilevanti neċessarju biex iwettaq il-kompiti tiegħu, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001(17) kif ukoll ir-regoli li jirregolaw it-trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew.

7.  Il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jħejji konklużjonijiet sommarji dwar l-attivitajiet superviżorji tal-Europol lill-Parlament Ewropew. [Em. 200]

Artikolu 54

Aċċess tal-Parlament Ewropew għal Informazzjoni Klassifikata proċessata mill-Europol jew permezz tiegħu

1.  Għall-fini tal-eżerċizzju ta' skrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-Europol skont l-Artikolu 53, jista' għandu jingħata aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata proċessata mill-Europol jew permezz tiegħu lill-Parlament Ewropew lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u lir-rappreżentanti tiegħu fuq talba u, fejn rilevanti, wara l-kunsens tal-fornitur tad-dejta u lir-rappreżentanti tiegħu fuq talbau, fejn rilevanti, wara l-kunsens tal-fornitur tad-dejta.

2.  Aċċess Fid-dawl tan-natura sensittiva u klassifikata ta' din l-informazzjoni, l-aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata għandu jkun f’konformità mal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi kif imsemmi fl-Artikolu 69. Id-dettalji għandhom ikunu josserva r-regoli li jirregolaw it-trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropea(18). Aktar dettalji jistgħu jkunu regolati b'arranġament dwar l-operat konkluż bejn l-Europol u l-Parlament Ewropew. [Em. 201]

Kapitolu X

PERSUNAL

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.  Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex idaħħlu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Europol bl-eċċezzjoni tal-persunal li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikollu kuntratti konklużi mill-Europol kif stabbilit mill-Konvenzjoni dwar l-Europol.

2.  Il-persunal tal-Europol għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u/jew persunal b’kuntratt. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jiddeċiedi liema karigi temporanji previsti fil-pjan tal-istabbiliment jistgħu jimtlew biss minn persunal ingaġġat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-membri tal-persunal reklutati biex jokkupaw tali karigi għandhom ikunu uffiċjali temporanji u jistgħu jingħataw biss kuntratti b’terminu fiss li jistgħu jiġġeddu darba għal perjodu fiss.

2a.  L-awtorità tal-ħatra għandha tagħmel użu sħiħ mill-possibbiltajiet mogħtija mir-Regolament dwar il-Persunal u tipprovdi persunal speċjalizzat bħal esperti tat-tekonoloġija tal-informatika bi grupp ta' funzjoni u grad ogħla skont il-kwalifika tagħhom li jwettqu l-kompiti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 4 b'mod ideali. [Em. 202]

Artikolu 56

Direttur Eżekuttiv

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Europol skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tal-Maniġment, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. b'konformità ma' proċedura ta' kooperazzjoni, li għandha tkun kif ġej:

(a)  fuq il-bażi ta' lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposti minn kumitat magħmul mir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Maniġment u żewġ membri oħra tal-Bord tal-Maniġment, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti, l-applikanti se jkunu mitluba, qabel ma ssir il-ħatra, jindirizzaw lill-Kunsill u lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u jwieġbu għall-mistoqsijiet;

(b)  il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u l-Kunsill imbagħad jagħtu l-opinjonijiet tagħhom u jiddikjaraw l-ordnijiet ta' preferenza tagħhom;

(c)  il-Bord tal-Maniġment jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv waqt li jikkunsidra dawn l-opinjonijiet. [Em. 203]

Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Europol għandu jkun rappreżentat mill-President

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tal-Maniġiment jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Europol.

4.  Il-Bord tal-Maniġment, wara li jitlob l-opinjoni tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin. [Em. 204]

5.  Il-Bord tal-Maniġiment għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikollu l-intenzjoni li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fix-xahar ta’ qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista’ għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu. [Em. 205]

6.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu kumplessiv.

7.  Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga unikament biss b’deċiżjoni tal-Bord tal-Maniġment li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.Maniġerjali, spjegata lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u lill-Kunsill. [Em. 206]

8.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat u tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv u/jew id-Deputat(i) Direttur(i) Eżekuttiv(i) abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot.

Artikolu 57

Diretturi Deputati Eżekuttivi

1.  Erba' Tliet Deputati Diretturi Deputati Eżekuttivi, inkluż wieħed responsabbli għat-taħriġ, għandhom jassistu lid-Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-taħriġ għandu jkun responsabbli għall-immaniġġjar tal-Akkademja l-Europol u tal-attivitajiet tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-kompiti tal-oħrajn. [Em. 207]

2.  L-Artikolu 56 għandu japplika għall-Viċi Diretturi Eżekuttivi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi kkonsultat qabel il-ħatra jew it-tneħħija tagħhom mill-kariga.

Artikolu 58

Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

1.  L-Europol jista' jagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-aġenzija.

2.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Europol.

Kapitolu XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 59

Baġit

1.  L-istimi tad-dħul u l-infiq kollu tal-Europol għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-Europol.

2.  Il-baġit tal-Europol għandu jkun bilanċjat f'termini ta' dħul u nfiq.

3.  Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-Europol għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-Unjoni, mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

4.  L-Europol jista’ jibbenefika minn fondi tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ delega jew ad-hoc u għotjiet eċċezzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġjaw il-politiki tal-Unjoni.

5.  L-infiq tal-Europol għandu jinkludi r-rimunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u ta' infrastruttura u spejjeż operazzjonali.

Artikolu 60

Stabbiliment tal-baġit

1.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż il-pjan tal-istabbiliment, u jibagħtu lill-Bord tal-Maniġiment.

2.  Il-Bord tal-Maniġment għandu, abbażi ta' dak l-abbozz, jipproduċi abbozz provviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara. L-abbozz provviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni kull sena sa [data stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas]. Il-Bord tal-Manaġiment għandu jibgħat u jippreżenta abbozz finali tal-estimi, li għandu jinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali sal-31 ta' Marzu. [Em. 208]

3.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-awtorità baġitarja) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

4.  Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni li jiġi debitat lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja skont l-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.

5.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Europol.

6.  L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment tal-Europol.

7.  Il-baġit tal-Europol għandu jiġi adottat mill-Bord tal-Maniġment. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

8.  Għal kwalunkwe proġett, b’mod partikolari proġetti ta’ bini, li x’aktarx ikollhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' [ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas]. .

Artikolu 61

Implimentazzjoni tal-baġit

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Europol.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat, lill-awtorità baġitarja kull informazzjoni rilevanti għar-riżultat tal-proċess tal-evalwazzjoni.

Artikolu 62

Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza

1.  Sal-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

2.  L-Europol għandu jibgħat ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-Parlament Ewropew u jippreżentah lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara. [Em. 209]

3.  Sal-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet konsolidati provviżorji tal-Europol flimkien mal-kontijiet tal-Kummissjoni lill-Qorti tal-Awdituri.

4.  Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Europol, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Europol. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottomettihom lill-Bord tal-Maniġment għal opinjoni.

5.  Il-Bord ta’Amministrazzjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Europol.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv, sal-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, għandu jibgħat il-kontijiet u jippreżenta l-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Grupp ta'; Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Parlamenti nazzjonali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tal-Maniġiment. [Em. 210]

7.  Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet li jkunu saru fir-rapport annwali tagħha sa [id-data stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas]. Huwa għandu wkoll jibgħat din ir-risposta lill-Bord tal-Maniġment.

9.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja konċernata, kif stabbilit fl-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju.

10.  Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill fuq maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fil-konfront tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 63

Regoli Finanzjarji

1.  Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitilqu minn [ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas FFR] qafas] għajr jekk dan ikun meħtieġ speċifikament għal operat tal-Europol u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel; Il-Parlament Ewropew għandu jiġi nnotifikat bi kwalunkwe devjazzjoni ta' dan it-tip. [Em. 211]

2.  Minħabba l-ispeċifiċità tal-Membri tan-Netwerk tal-Istituti Nazzjonali tat-Taħriġ li huma l-uniċi korpi b’karatteristiċi speċifiċi u kompetenzi tekniċi biex iwettqu attivitajiet ta’ taħriġ rilevanti, dawn il-membri jistgħu jirċievu għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti skont l-Artikolu 190(1)(d) ta’ Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012.(19) [Em. 212]

Kapitolu XII

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 64

Status ġuridiku

1.  L-Europol għandu jkun korp tal-Unjoni. Huwa għandu personalità ġuridika.

2.  L-Europol għandu jgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom fl-Istati Membri kollha. L-Europol jista' b'mod partikolari jakkwista u jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u jkun parti fi proċeduri legali.

3.  Is-sede tal-Europol għandha tkun fl-Aja, fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Artikolu 65

Privileġġi u immunitajiet

1.  Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Europol u l-persunal tiegħu.

2.  Il-privileġġi u l-immunitajiet tal-uffiċjali ta’ kollegament u l-membri tal-familji tagħhom għandhom ikunu soġġetti għal ftehim bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, u lill-Istati Membri l-oħra. Dak il-ftehim għandu jipprovdi għal dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq korrett tal-kompiti tal-uffiċjali ta’ kollegament.

Artikolu 66

Arranġamenti lingwistiċi

1.  Id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1(20) għandhom japplikaw għall-Europol.

2.  Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Europol għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 67

Trasparenza.

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/200143 għandu japplika għad-dokumenti amministrattivi kollha miżmuma mill-Europol. [Em. 213]

2.  Abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, u sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tad-dokumenti tal-Europol.

3.  Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Europol skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment għand l-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE.

3a.  L-Europol għandu jippubblika fuq il-websajt tiegħu lista tal-membri tal-Bord tal-Maniġment, tal-esperti esterni u interni, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-curricula vitae rispettivi tagħhom. Il-minuti tal-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment għandhom ikunu ppubblikati sistematikament. L-Europol jista' jillimita b'mod temporanju jew permanenti l-pubblikazzjoni ta' dokumenti jekk il-pubblikazzjoni tagħhom tkun tirrappreżenta riskju li tikkompremetti t-twettiq tal-kompiti tal-Europol, filwaqt li jqis l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. [Em. 214]

Artikolu 67a

Notifika minn qabel u mekkaniżmu tat-twissija

Il-Kummissjoni għandha tattiva sistema ta' twissija jekk ikollha tħassib serju li l-Bord tal-Maniġment ikun wasal biex jieħu deċiżjonijiet li ma jikkonformawx mal-mandat tal-Europol, jiksru l-liġi tal-Unjoni jew ikunu f'kontradizzjoni mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni. F'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tqajjem formalment il-kwistjoni mal-Bord tal-Maniġment u titolbu jieqaf milli jadotta d-deċiżjoni kkonċernata. Jekk il-Bord tal- Maniġment jirrifjuta li jikkonforma mar-rikjesta, il-Kummissjoni għandha formalment tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bl-għan li jkun hemm rispons rapidu. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Bord tal-Maniġment biex ma jimplimentax id-deċiżjoni kontroversjali sakemm ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet ikunu għadhom qed jiddiskutu l-kwistjoni. [Em. 215]

Artikolu 68

Ġlieda kontra l-frodi

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, fi żmien sitt xhur mill-jum li l-Europol isir operattiv, huwa għandu jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(21) u jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Europol bl-użu tal-mudell li jidher fl-Anness ta' dak il-Ftehim.

2.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tagħmel awditi, abbażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Europol.

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt finanzjat mill-Europol, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra.(22)

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja tal-Europol għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF iwettqu dawn l-awditi u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 69

Regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

L-Europol għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu dwar l-obbligi ta’ diskrezzjoni u kunfidenzjalità, u dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi tad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Dan għandu jkopri, fost l-oħrajn, id-dispożizzjonijiet għall-iskambju, il-proċessar u l-ħżin ta' din l-informazzjoni.

Artikolu 70

Evalwazzjoni u analiżi

1.  Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Europol u l-prassi tal-ħidma tiegħu kif ukoll il-funzjonament tal-mekkaniżmi għall-kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali. L-evalwazzjoni għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-għanijiet tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din. [Em. 216]

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport u tissottometti r-rapport tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, akkumpanjat jekk ikun xieraq minn proposta għal emenda ta' dan ir-Regolament, lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kunsill, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Bord tal-Maniġment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali kwalunkwe informazzjoni dwar l-evalwazzjoni, jekk mitluba. [Em. 217]

3.  Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta r-riżultati miksuba mill-Europol fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontinwazzjoni tal-Europol ma għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet assenjati lilu, tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew jitħassar skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. [Em. 218]

Artikolu 71

Inkjesti amminstrattivi

L-attivitajiet tal-Europol huma soġġetti għall-kontrolli tal-Ombudsman Ewropew skont l-Artikolu 228 tat-TFUE.

Artikolu 72

Kwartieri Ġenerali

1.  L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Europol fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord tal-Maniġiment, il-persunal tal-Europol u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar l-Uffiċċju Prinċipali bejn l-Europol u l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord tal-Maniġment u mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament tal-Europol, inklużi skejjel multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Kapitolu XIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Artikolu 73

1.  L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jkun is-suċċessur ġuridiku ġenerali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi minn, obbligazzjonijiet , l-obbligazzjonijiet preeżistenti, u l-proprjetajiet akkwistati mill-Europol, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, u s-CEPOL, kif stabbilit skont id-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI. [Em. 219]

2.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-saħħa ġuridika tal-ftehimiet konklużi mill-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-saħħa ġuridika tal-ftehimiet konklużi mis-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. [Em. 220]

4.  B'deroga mill-paragrafu 3, il-Ftehim dwar l-Uffiċċju Prinċipali konkluż abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandha tintemm fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. [Em. 221]

Artikolu 74

Arranġamenti tranżizzjonali fir-rigward tal-Bord tal-Maniġment

1.  It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Bord tal-Maniġment tas-CEPOL kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandu jintemm fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 222]

2.  It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Bord tal-Maniġment tal-Europol kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu jintemm fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.  Il-Bord tal-Maniġiment kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu fi żmien il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ u d-data tal-bidu tal-applikazzjoni:

(a)  jeżerċita l-funzjonijiet tal-Bord tal-Maniġment kif imsemmi fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament;

(b)  iħejji l-adozzjoni tar-regoli dwar l-obbligi tal-kunfidenzjalità u d-diskrezzjoni u l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE imsemmija fl-Artikolu 69 ta' dan ir-Regolament;

(c)  jipprepara kwalunkwe strument meħtieġ għat-tħejjija tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; u

(d)  jirrevedi l-miżuri mhux leġiżlattivi li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI sabiex jippermetti lill-Bord tal-Maniġment stabbilit skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 78(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament biex tiżgura li l-Bord tal-Maniġment stabbilit skont l-Artikolu 13 jibda l-ħidma tiegħu fi [data tal-bidu tal-applikazzjoni tar-Regolament];

5.  Sa mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet tal-persuni li huma jkunu ħatru bħala membru u membru supplenti tal-Bord tal-Maniġment, skont l-Artikolu 13.

6.  Il-Bord tal-Maniġment stabbilit abbażi tal-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament għandu jkollu l-ewwel laqgħa fi [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. F’dik l-okkażjoni għandu, jekk meħtieġ, jieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 78(2).

6a.  Il-Bord tal-Maniġment għandu jifformula dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw il-proċedura prevista fl-Artikolu 67a u jressaqhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. [Em. 223]

Artikolu 75

Arranġamenti tranżizzjonali fir-rigward tad-Diretturi Eżekuttivi u l-Viċi Diretturi

1.  Id-Direttur Eżekuttiv maħtur abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu, għall-bqija tal-perjodi tal-mandat tiegħu, jingħata r-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv kif previst fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu ma jinbidlux. Jekk il-mandat jintemm wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] iżda qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], għandu jiġu estiż awtomatikament sa sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.  Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jkunx lest jew ma jkunx jista' jaġixxi skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha taħtar uffiċjal tal-Kummissjoni biex jaġixxi bħala Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv għal perjodu li ma jaqbiżx 18-il xahar, sakemm isiru l-ħatriet previsti fl-Artikolu 56.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-Viċi Diretturi maħtura abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv tas-CEPOL maħtur abbażi tal-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandu, għall-bqija tal-perjodi li jibqa' tal-mandat tiegħu, jingħata l-funzjonijiet tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tat-taħriġ tal-Europol. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu ma jinbidlux. Jekk il-mandat jintemm wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] iżda qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], għandu jiġu estiż awtomatikament sa sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 224]

Artikolu 76

Dispożizzjonijiet baġitarji tranżizzjonali

1.  Għal kull sena tat-tliet snin baġitarji wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, talanqas EUR 8 miljuni mill-infiq operazzjonali tal-Europol għandhom ikunu riżervati għat-taħriġ kif deskritt fil-Kapitolu III. [Em. 225]

2.  Il-proċedura tal-kwittanza fir-rigward tal-baġits approvati abbażi tal-Artikolu 42 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti bl-Artikolu 43 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u r-regoli finanzjarji tal-Europol.

Kapitolu XIV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 77

Sostituzzjoni

Dan ir-Regolament jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI.

Referenzi għad-Deċiżjonijiet sostitwiti għad-Deċiżjoni sostitwita għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. [Em. 226]

Artikolu 78

Revoka

1.  Il-miżuri leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjonijiet id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI huma revokati b'effett mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  l-miżuri mhux leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi s-CEPOL għandhom jibqgħu fis-seħħ wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tal-Maniġment tal-Europol fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. [Em. 227]

Artikolu 79

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Għandu jkun japplika mill-[jum tal-applikazzjoni].

Madankollu, l-Artikoli 73, 74 u 75 għandhom japplikaw minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Lista ta’ reati li fir-rigward tagħhom l-Europol għandu jappoġġja u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament

—  terroriżmu,

—  kriminalità organizzata,

—  traffikar illegali ta’ drogi,

—  attivitajiet illegali ta’ ħasil tal-flus,

—  reati konnessi ma’ sustanzi nukleari u radjuattivi,

—  kuntrabandu ta’ immigranti illegali,

—  traffikar tal-bnedmin,

—  reati konnessi ma’ vetturi bil-mutur,

—  qtil, offiżi fiżiċi gravi fuq il-persuna,

—  kummerċ illegali ta’ organi u tessuti umani,

—  ħtif ta’ persuni, żamma illegali ta’ persuni u teħid ta’ ostaġġi,

—  razziżmu u xenofobja,

—  serq

—  traffikar illegali ta’ oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri ta' arti,

—  egħmil qarrieqi u frodi, inkluża l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

—  rikattar organizzat u estorsjoni,

—  falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti,

—  falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

—  falsifikazzjoni ta’ flus u mezzi ta’ ħlas,

—  kriminalità bil-kompjuter,

—  korruzzjoni,

—  traffikar illegali fl-armi, il-munizzjon u l-isplussivi,

—  traffikar illegali fi speċi ta’ annimali fil-periklu,

—  traffikar illegali fi speċi u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu,

—  reati ambjentali, inkluż it-tniġġis minn vapuri

—  traffikar illegali ta’ sustanzi ormonali u sustanzi oħra li jistimulaw it-tkabbir,

—  abbuż sesswali u esplojtazzjoni sfruttament sesswali ta' individwi, speċjalment nisa u tfal. [Em. 228]

ANNESS II

Kategoriji ta’ dejta personali u kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta li d-dejta tagħhom tista’ tiġi miġbura u proċessata għal għanijiet ta' kontroverifika kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a)

1.  Dejta personali miġbura u proċessata għal għanijiet ta’ kontroverifika għandha tirrelata ma’:

(a)  persuni li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat, ikunu suspettati li wettqu jew ħadu sehem f’reat kriminali li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Europol jew li jkunu ġew ikkundannati għal tali reat;

(b)  persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol.

2.  Dejta relatata mal-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi biss il-kategoriji ta' dejta personali li ġejjin:

(a)  kunjom, kunjom ta’ xebba, ismijiet attribwiti u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

(b)  id-data u l-post tat-twelid;

(c)  in-nazzjonalità;

(d)  is-sess;

(e)  post ta’ residenza, professjoni u l-inħawi fejn tinsab il-persuna konċernata;

(f)  in-numri tas-sigurtà soċjali, liċenzji tas-sewqan, dokumenti ta’ identifikazzjoni u dejta dwar il-passaport; u

(g)  fejn meħtieġ, karatteristiċi oħrajn li x’aktarx jgħinu fl-identifikazzjoni, inkluża kwalunkwe karatteristika fiżika, oġġettiva u speċifika, li ma tistax tinbidel bħal dejta dattiloskopika u l-profil tad-DNA (stabbilit mill-parti nonkodifikanti tad-DNA).

3.  Addizzjonalment mad-dejta msemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jinġabru u jiġu proċessati dawn il-kategoriji ta’ dejta personali dwar il-persuni msemmija fil-paragrafu 1:

(a)  reati kriminali, reati kriminali allegati u meta, fejn u kif (allegatament) twettqu;

(b)  mezzi li ntużaw jew jistgħu jintużaw biex jitwettqu dawn ir-reati kriminali inkluż informazzjoni dwar persuni ġuridiċi;

(c)  dipartimenti li jittrattaw il-każ u r-referenzi tal-fajls tagħhom;

(d)  sħubija suspettata f’organizzazzjoni kriminali;

(e)  kundanni, fejn jirrelataw ma’ reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol;

(f)  il-parti li qed iddaħħal id-dejta.

Din id-dejta tista’ tingħata lill-Europol anki meta jkun għadu ma fihiex referenza għal xi persuna.

4.  Informazzjoni addizzjonali miżmuma mill-Europol jew l-Unitajiet Nazzjonali dwar il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista’ tiġi komunikata lil kwalunkwe unità nazzjonali jew lill-Europol jekk dawn jitolbuha. L-unitajiet nazzjonali għandhom jagħmlu dan b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom.

5.  Jekk il-proċedimenti kontra l-persuna konċernata jiġu rtirati definittivament jew jekk dik il-persuna tinħeles definittivament mill-akkuża, id-dejta marbuta mal-każ li dwaru tkun ittieħdet waħda minn dawn id-deċiżjonijiet għandha titħassar.

ANNESS III

Kategoriji ta’ dejta personali u kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta li d-dejta tagħhom tista’ tiġi miġbura u proċessata għal għan ta’ analiżi strateġika jew ta' natura ġenerali oħra u għal għan ta’ analiżi operazzjonali (kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(b) u (c)

1.  Id-dejta personali miġbura u proċessata għal għan ta’ analiżi strateġika jew natura ġenerali oħra u għall-analiżi operazzjonali għandha tirrelata ma’:

(a)  persuni li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat, ikunu suspettati li wettqu jew ħadu sehem f’reat kriminali li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Europol jew li ġew ikkundannati għal tali reat;

(b)  persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol.

(c)  persuni li jistgħu jintalbu jixhdu f’investigazzjonijiet marbutin mar-reati konċernati jew fi proċedimenti kriminali sussegwenti;

(d)  persuni li kienu l-vittmi ta’ wieħed mir-reati konċernati jew li ċerti fatti dwarhom jagħtu lok biex wieħed jemmen li setgħu kienu l-vittmi ta’ tali reat;

(e)  kuntatti u assoċjati; u

(f)  persuni li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar ir-reati kriminali konċernati.

2.  Dawn il-kategoriji ta’ dejta personali, inkluża dejta amministrattiva assoċjata, jistgħu jiġu proċessati meta jkunu tal-kategoriji tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b):

(a)  Dettalji Personali:

(i)  Kunjomijiet attwali u ta’ qabel;

(ii)  Ismijiet attwali u ta' qabel;

(iii)  Kunjom ta' xebba;

(iv)  Isem il-missier (fejn meħtieġ għall-għanijiet ta’ identifikazzjoni);

(v)  Isem l-omm (fejn meħtieġ għall-għanijiet ta’ identifikazzjoni):

(vi)  Sess;

(vii)  Data tat-twelid;

(viii)  Post tat-twelid;

(ix)  Nazzjonalità;

(x)  Stat ċivili;

(xi)  Psewdonimu;

(xii)  Laqam;

(xiii)  Isem assunt jew falz;

(xiv)  Residenza u/jew domiċilju attwali u ta' qabel;

(b)  Deskrizzjoni fiżika:

(i)  Deskrizzjoni fiżika;

(ii)  Karatteristiċi li jiddistingwu (marki/marki ta’ feriti/tatwaġġi eċċ.)

(c)  Identifikazzjoni tfisser:

(i)  Dokumenti tal-identità/liċenzja tas-sewqan;

(ii)  Karta tal-identità nazzjonali/numri tal-passaport;

(iii)  In-numru nazzjonali ta’ identifikazzjoni/in-numru tas-sigurtà soċjali, jekk applikabbli

(iv)  Immaġni viżivi u informazzjoni oħra fuq l-apparenza

(v)  Informazzjoni dwar l-identifikazzjoni forensika bħal marki tas-swaba’, il-profil tad-DNA (stabbilit mill-parti nonkodifikanti tad-DNA), il-profil tal-vuċi, il-grupp tad-demm, informazzjoni dentali

(d)  Okkupazzjoni u ħiliet:

(i)  Impjieg u okkupazzjoni attwali;

(ii)  Impjieg u okkupazzjoni ta' qabel;

(iii)  Edukazzjoni (skola/università/professjonali);

(iv)  Kwalifiki;

(v)  Ħiliet u oqsma oħra ta’ għarfien (lingwa/oħrajn)

(e)  Informazzjoni ekonomika u finanzjarja:

(i)  Dejta finanzjarja (kontijiet u kodiċijiet bankarji, karti ta’ kreditu eċċ.);

(ii)  Assi fi flus;

(iii)  Ishma azzjonarji/assi oħra;

(iv)  Dejta dwar il-proprjetà;

(v)  Rabtiet ma' kumpaniji;

(vi)  Kuntatti bankarji u ta’ kreditu;

(vii)  Sitwazzjoni mat-taxxa;

(viii)  Informazzjoni oħra li tiżvela l-immaniġġjar tal-persuna tal-affarijiet finanzjarji tagħha

(f)  Dejta dwar l-imġiba:

(i)  Stil ta’ għajxien (bħal li wieħed jgħix lil hinn mill-mezzi tiegħu) u rutina;

(ii)  Movimenti;

(iii)  Postijiet frekwentati;

(iv)  Armi u strumenti perikolużi oħra;

(v)  Klassifikazzjoni tal-periklu;

(vi)  Riskji speċifiċi bħalma huma l-probabbiltà ta' ħrib, l-użu ta’ aġenti doppji, konnessjonijiet ma’ persunal tal-infurzar tal-liġi;

(vii)  Karatteristiki u profili b'rabta kriminali;

(viii)  Abbuż tad-drogi;

(g)  Kuntatti u assoċjati, inklużi t-tip u n-natura tal-kuntatt jew l-assoċjazzjoni;

(h)  Il-mezzi ta’ komunikazzjoni użati, bħat-telefown (statiku/mobbli), faks, pager, posta elettronika, indirizzi postali, konnessjoni(jiet) mal-internet;

(i)  Mezzi ta’ trasport użati, bħal vetturi, dgħajjes, inġenji tal-ajru, inkluż informazzjoni li tidentifika dawn il-mezzi ta’ trasport (numri ta’ reġistrazzjoni);

(j)  Informazzjoni relatata mal-kondotta kriminali:

(i)  Kundanni preċedenti;

(ii)  Suspett ta’ involviment f’attivitajiet kriminali;

(iii)  Modi operandi;

(iv)  Mezzi li ntużaw jew jistgħu jintużaw biex iħejju u/jew iwettqu reati;

(v)  Sħubija fi gruppi/organizzazzjonijiet kriminali u pożizzjoni fil-grupp/organizzazzjoni;

(vi)  Rwol fl-organizzazzjoni kriminali;

(vii)  Il-firxa ġeografika tal-attivitajiet kriminali;

(viii)  Materjal miġbur fil-kors ta’ investigazzjoni, bħal immaġnijiet bil-vidjow u r-ritratti

(k)  Referenzi għal sistemi oħra ta’ informazzjoni li fihom tkun maħżuna informazzjoni dwar il-persuna:

(i)  Europol,

(ii)  Aġenziji tal-pulizija/dwana;

(iii)  Aġenziji tal-infurzar oħra;

(iv)  Organizzazzjonijiet internazzjonali;

(v)  Entitajiet pubbliċi;

(vi)  Entitajiet privati

(l)  Informazzjoni dwar persuni ġuridiċi assoċjati mad-dejta msemmija fil-punti (e) u (j):

(i)  Deżinjazzjoni tal-persuna ġuridika;

(ii)  Post;

(iii)  Data u post tat-twelid;

(iv)  Numru tar-reġistrazzjoni amministrattiva;

(v)  Forma ġuridika:

(vi)  Kapital;

(vii)  Qasam ta' attività;

(viii)  Sussidjarji nazzjonali u internazzjonali;

(ix)  Diretturi;

(x)  Rabtiet ma' banek.

3.  “Kuntatti u assoċjati”, kif imsemmi fil-paragrafu 1, punt (e), huma persuni li permezz tagħhom ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jemmen li l-informazzjoni, li tirrigwarda l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b) ta’ dan l-Anness u li hija rilevanti għall-analiżi, tista’ tinkiseb, kemm-il darba ma jkunux inklużi f’waħda mill-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafi 1 (a), (b), (c), (d) u (f). “Kuntatti” huma dawk il-persuni li għandhom kuntatt sporadiku mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b). “Assoċjati” huma dawk il-persuni li jkollhom kuntatt regolari mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b).

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kuntatti u assoċjati, id-dejta skont il-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni biex wieħed jassumi li tali dejta tkun meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' dawn il-persuni bħala kuntatti jew assoċjati.

F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat dan li ġej:

(a)  Ir-relazzjoni ta’ dawn il-persuni mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b) għandha tiġi ċċarata mill-aktar fis possibbli;

(b)  jekk is-suppożizzjoni li teżisti relazzjoni bejn dawn il-persuni u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b) tirriżulta li hija bla bażi, id-dejta għandha titħassar mingħajr dewmien;

(c)  jekk dawn il-persuni huma suspettati li qed jikkommettu reat li jaqa' taħt l-għanijiet tal-Europol, jew ġew ikkundannati għal tali reat, jew jekk ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu tali reat, tista' tinħażen id-dejta kollha skont il-paragrafu 2;

(d)  dejta dwar kuntatti u assoċjati ta’ kuntatti kif ukoll dejta dwar kuntatti u assoċjati ta’ assoċjati ma tistax tinħażen, bl-eċċezzjoni ta’ dejta dwar it-tip u n-natura tal-kuntatti tagħhom jew assoċjazzjonijiet mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b);

(e)  jekk kjarifika skont il-punti ta’ qabel ma tkunx possibbli, dan għandu jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar il-ħtieġa u l-firxa tal-ħażna għal analiżi ulterjuri.

4.  Fir-rigward ta’ persuni li, kif imsemmi fil-paragrafu 1 punt (d), kienu l-vittmi ta’ wieħed mir-reati konċernati jew li, ċerti fatti jagħtu lok biex wieħed jemmen li jistgħu jkunu l-vittmi ta’ tali reat, id-dejta msemmija fil-paragrafu 2 il-punt (a) inċiż "i" għall-paragrafu 2(c) inċiż “iii” ta’ dan l-Anness, kif ukoll dawn il-kategoriji ta’ dejta li ġejjin, jistgħu jinħażnu:

(a)  Dejta ta’ identifikazzjoni tal-vittmi;

(b)  Raġuni għal vittimizzazzjoni;

(c)  Ħsara (fiżika/finanzjarja/psikoloġika/oħra);

(d)  Jekk għandhiex tiġi żgurata l-anonimità;

(e)  Jekk il-parteċipazzjoni f’seduta tal-qorti hijiex possibbli;

(f)  Informazzjoni relatata mar-reat provduta minn jew permezz tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt “d”, inkluża informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ persuni oħra, fejn meħtieġ, sabiex jiġu identifikati l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punti “a” u “b”

Dejta oħra skont il-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta’ persuna bħala vittma jew vittma potenzjali.

Dejta mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha titħassar.

5.  Fir-rigward ta’ persuni li, kif imsemmi fil-paragrafu 1 (c), jistgħu jintalbu jixhdu f’investigazzjonijiet marbutin mar-reati konċernati jew fi proċedimenti kriminali sussegwenti, id-dejta msemmija fil-paragrafu 2 il-punt (a) inċiż “i” għall-paragrafu 2 (c) inċiż “iii” ta’ dan l-Anness kif ukoll kategoriji ta’ dejta li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin, jistgħu jinħażnu:

(a)  informazzjoni marbuta mar-reat provduta minn dawn il-persuni, inkluża informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ persuni oħra inklużi fil-fajl operattiv tal-analiżi;

(b)  jekk għandhiex tiġi żgurata l-anonimità;

(c)  jekk għandhiex tiġi żgurata l-protezzjoni u minn min;

(d)  identità ġdida;

(e)  jekk il-parteċipazzjoni f’seduta tal-qorti hijiex possibbli.

Dejta oħra skont il-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta’ dawn il-persuni bħala xhieda.

Dejta mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha titħassar.

6.  Fir-rigward ta’ persuni li, kif imsemmi fil-paragrafu 1 il-punt (f), jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar ir-reati kriminali konċernati, id-dejta msemmija fil-paragrafu 2 il-punt (a) inċiż “i” għall-paragrafu 2 (c) inċiż “iii” ta’ dan l-Anness, kif ukoll kategoriji ta’ dejta li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin, jistgħu jinħażnu:

(a)  dettalji personali kodifikati;

(b)  tip ta’ informazzjoni fornuta;

(c)  jekk għandhiex tiġi żgurata l-anonimità;

(d)  jekk għandhiex tiġi żgurata l-protezzjoni u minn min;

(e)  identità ġdida;

(f)  jekk il-parteċipazzjoni f’seduta tal-qorti hijiex possibbli;

(g)  esperjenzi negattivi;

(h)  premjijiet (finanzjarji/favuri).

Dejta oħra skont il-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta’ dawn il-persuni bħala informaturi.

Dejta mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha titħassar.

7.  Jekk, fi kwalunkwe mument matul il-kors ta’ analiżi, joħroġ ċar fuq il-bażi ta’ indikazzjonijiet serji u korroborattivi li persuna għandha titqiegħed taħt kategorija differenti ta’ persuni, kif definiti f’dan l-Anness, mill-kategorija li tpoġġiet fiha l-persuna inizjalment, l-Europol jista’ jipproċessa biss id-dejta dwar dik il-persuna li hija permessa taħt dik il-kategorija l-ġdida, u d-dejta l-oħra kollha għandha titħassar.

Jekk, fuq il-bażi ta’ dawn l-indikazzjonijiet, joħroġ ċar li persuna għandha tiġi inkluża f'żewġ kategoriji differenti jew aktar kif definiti f’dan l-Anness, id-dejta kollha permessa taħt dawn il-kategoriji tista’ tiġi pproċessata mill-Europol.

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014.
(2)Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.05.2009, p. 37).
(3)ĠU C 316, 27.11.1995, p. 1.
(4)
(5)ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.
(6)Tiddaħħal referenza tad-għad-Direttiva adottata (Proposta: COM(2013)0048 finali).
(7)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.).
(8)Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Proċessar Awtomatiku ta’ Dejta Personali, Strasburgu, 28.1.1981.
(9)Ir-Rakkomandazzjoni Nru R(87)15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar ir-regolamentazzjoni tal-użu tad-dejta personali fis-settur tal-pulizija, 17.9.1987.
(10)Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).
(11)Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(12)Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(13)Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).
(14)Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta 'l-UE informazzjoni klassifikata (ĠU L 141, 27.05.2011, p. 17).
(15)Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta' Lulju 2005 dwar protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, l-Europol bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 185, 16.07.2005, p. 35).
(16) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(17) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(18) Kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropwe tal-15 ta' April 2013.
(19)ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
(20)Kunsill KEE: Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
(21)ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(22)Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

Avviż legali - Politika tal-privatezza