Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0029(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0037/2014

Testi mressqa :

A7-0037/2014

Dibattiti :

PV 25/02/2014 - 8
PV 25/02/2014 - 10
CRE 25/02/2014 - 8
CRE 25/02/2014 - 10

Votazzjonijiet :

PV 26/02/2014 - 7.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0147

Testi adottati
PDF 719kWORD 275k
L-Erbgħa, 26 ta' Frar 2014 - Strasburgu
Żona ferrovjarja unika Ewropea ***I
P7_TA(2014)0147A7-0037/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (COM(2013)0029 – C7-0025/2013 – 2013/0029(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0029),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0025/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa skont il-qafas tal-Protokoll Nru. 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat ta' Franza, mill-Parlament tal-Litwanja, mill-Kamra tad-Deputati tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Parlament tal-Isvezja, li tasserixxi li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0037/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja
P7_TC1-COD(2013)0029

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Tul l-aħħar deċennju, in-netwerk tal-awtostrada Ewropew kiber b’27 % filwaqt li n-netwerk ferrovjarju użat naqas bi 2 %. Barra minn hekk, iż-żieda fit-traffiku ta' passiġġieri bil-ferrovija ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta' 6 % ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Unjoni Ewropea baqa' pjuttost stabbli u s-servizzi. Is-servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri ma żammewx il-pass mal-ħtiġijiet li qegħdin jevolvu f'termini ta' disponibbiltà tal-offerta jew tal-kwalità. [Em. 1]

(1a)  Ir-raġunijiet prinċipali tas-sehem modali mhux suffiċjenti tal-ferroviji fl-Ewropa jinkludu l-kompetizzjoni inġusta fir-rigward tal-mezzi l-oħra tat-trasport, fin-nuqqas ta’ rieda politika li jiġi żviluppat it-trasport ferrovjarju u fil-livell dgħajjef ta' investimenti fin-netwerks ferrovjarji. [Em. 2]

(2)  Is-swieq ferrovjarji tal-Unjoni għall-merkanzija u għall-passiġġieri internazzjonali ilhom miftuħin għall-kompetizzjoni sa mill-2007 u l-2010, rispettivament permezz tad-Direttivi 2004/51/KE(4) u 2007/58/KE(5). Barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri fetħu s-servizzi domestiċi għall-passiġġieri tagħhom għall-kompetizzjoni, jew billi introduċew drittijiet ta' aċċess miftuħ, jew permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi għal kuntratti ta’ servizz pubbliku, jew it-tnejn f'daqqa.

(2a)  Għandha ssir valutazzjoni tal-effetti prattiċi tad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi f'termini ta' kontroll tal-kwalità tas-servizzi fornuti abbażi ta' fatti speċifiċi, tal-livell ta' offerti u ta' rati ta' użu, spejjeż u tariffi. [Em. 3]

(2b)  L-istabbiliment ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni rilevanti tiġi applikata b'effikaċja u bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha fi żmien l-iskadenzi stabbiliti. B'kunsiderazzjoni tan-nuqqasijiet identifikati fis-settur, l-Istati Membri għandhom isegwu mill-qrib l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. [Em. 4]

(2c)  Bosta studji u kwestjonarji juru li f'dawk l-Istati Membri, bħall-Isvezja u r-Renju Unit, li fetħu s-swieq tagħhom għat-trasport domestiku tal-passiġġieri, kien hemm tkabbir fis-suq ferrovjarju kif ukoll rata akbar ta' sodisfazzjon mill-passiġġieri u l-persunal. [Em. 5]

(3)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea b'regoli komuni dwar il-governanza ta’ impriżi ferrovjarji u amministraturi tal-infrastruttura, dwar il-finanzjament tal-infrastruttura u t-tariffi, dwar kundizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, u dwar sorveljanza regolatorja tas-suq ferrovjarju. B'dawn l-elementi kollha fis-seħħ, issa huwa possibbli li jitlesta l-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni, u li l-governanza tal-amministraturi tal-infrastruttura tiġi riformata bil-għan li jkun żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura sabiex titjieb il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji madwar l-Unjoni filwaqt li jiġu salvagwardjati l-istandards soċjali u l-kundizzjonijiet ta' impjieg. [Em. 6]

(3a)  L-ikkompletar tal-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni għandu jitqies bħala essenzjali biex il-ferrovija ssir alternattiva kredibbli għal modi oħra tat-trasport, f'termini ta' prezz u kwalità. [Em. 7]

(4)  Id-Direttiva 2012/34/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tipproponi, fejn xieraq, miżuri leġiżlattivi fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, u tiżviluppa kundizzjonijiet xierqa biex tiżgura l-iktar aċċess kosteffikaċi u nondiskriminatorju għall-infrastrutturainkluż infrastruttura tal-bejgħ b'sid eżistenti filwaqt li tibni fuq ir-rekwiżiti eżistenti ta' separazzjoni bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet ta' trasport. [Em. 8]

(4a)  Il-ftuħ tas-suq għat-trasport domestiku tal-passiġġieri se jkollu impatt pożittiv fuq il-ħidma tas-suq ferrovjarju Ewropew; dan għandu jwassal għal flessibilità akbar u għal aktar possibilitajiet għall-kumpaniji u għall-passiġġieri. Il-persunal ferrovjarju għandu jibbenefika ukoll minn dan il-ftuħ, peress li jtejjeb il-possibilità li joffri s-servizzi tiegħu lil operaturi ġodda tas-suq. Ħaddiema b'esperjenza jistgħu joffru valur miżjud lill-operaturi ġodda li jwasslu għal kundizzjonijiet ta' impjieg aħjar. [Em. 9]

(4b)  L-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol tagħhom għall-persunal ferrovjarju. Madankollu għandhom jiżguraw li l-mod li bih jiġi organizzat is-suq tax-xogħol ma jkunx ta' ħsara għall-kwalità tas-servizz. Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi qafas ċar għall-protezzjoni tal-ħaddiema ferrovjarji. [Em. 10]

(5)  Koordinazzjoni aħjar bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandha tiġi żgurata permezz tal-istabbiliment ta' kumitat ta' koordinazzjoni, sabiex jinkiseb ġestjoni u użu effiċjenti tal-infrastruttura. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-operazzjonijiet fil-ġestjoni ta’ kuljum tan-netwerk, inkluża l-ġestjoni tat-traffiku fin-netwerk matul l-istaġun tax-xitwa, l-amministratur tal-infrastruttura fil-livell tal-kontroll tat-traffiku għandu jikkoordina mal-impriżi ferrovjarji, mingħajr ma jikkomprometti l-indipendenza u r-responsabbiltà tiegħu fir-rigward tal-ġestjoni tan-netwerk u l-osservanza tar-regoli eżistenti [Em. 117]

(6)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-funzjonijiet kollha meħtieġa għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja jiġu amministrati b'mod konsistenti mill-amministratur tal-infrastruttura nnifsu.

(6a)  Sabiex ikun hemm kompetizzjoni suffiċjenti u ġusta fiż-Żona Ferrovjarja Ewropea, hemm bżonn li mhux biss ikun żgurat l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura, iżda li jkunu integrati ukoll in-netwerks ferrovjarji nazzjonali, u jissaħħu l-korpi regolatorji. Dan it-tisħiħ għandu jieħu s-sura ta' estensjoni ta' setgħat tal-korpi regolatorji kompetenti u ta' żvilupp ta' korpi regolatorji li fil-futur isiru operaturi ewlenin fir-regolamentazzjoni tas-suq tat-trasport ferrovjarju fl-Unjoni. [Em. 12]

(6b)  L-amministratur tal-infrastruttura, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rilevanti kollha kif stupulat minn din id-Direttiva, għandu l-obbligu li juża l-kompetenzi tiegħu biex kontinwament itejjeb l-effikaċja tal-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja bil-għan li l-utenti jiġu offruti servizzi ta' kwalità għolja [Em. 13]

(7)  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri fir-rigward tal-ippjanar u tal-finanzjament tal-infrastruttura, kwistjonijiet transfruntiera għandhom jiġu indirizzati b'mod effiċjenti bejn l-amministraturi tal-infrastruttura bħat-tariffi ta' aċċess għall-binarji tal-Istati Membri differenti, permezz tat-twaqqif ta' netwerk Ewropew ta' amministraturi tal-infrastruttura. [Em. 14]

(8)  Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura, l-istrutturi integrati għandhom jissawru b'tali mod li ma jkunx hemm kunflitti tal-interess bejn il-ġestjoni għandu jitneħħa kwalunkwe kunflitt ta' interess li jirriżulta minn strutturi integrati, inklużi l-ġestjoni tal-infrastruttura u l-attivitajiet ta' trasport. It-tneħħija tal-inċentivi potenzjali sabiex issir diskriminazzjoni kontra l-kompetituri hija l-uniku mod kif ikun iggarantit aċċess ugwali għall-infrastruttura ferrovjarja. Huwa rekwiżit għall-ftuħ b'suċċess suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri. Din għandha tneħħi wkoll il-potenzjal għas-sussidjar reċiproku li jeżisti fi strutturi integrati bħal dawn, u li jwassal ukoll għal tagħwiġ tas-suq, kif ukoll l-arranġamenti fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-persunal u ta' benefiċċji oħra li jistgħu jwasslu għal trattament preferenzjali meta mqabbel mal-kompetituri. [Em. 15]

(9)  Ir-rekwiżiti eżistenti għall-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura minn impriżi tat-trasport ferrovjarju, kif stabbilit fid-Direttiva 2012/34/UE, ikopru biss il-funzjonijiet essenzjali tal-amministratur tal-infrastruttura, li huma t-teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-allokazzjoni tal-mogħdija tal-ferrovija u t-teħid tad-deċiżjonijiet fuq it-tibdil tal-infrastruttura. Madankollu huwa neċessarju li l-funzjonijiet kollha jiġu eżerċitati b’mod indipendenti, minħabba li funzjonijiet oħrajn jistgħu jintużaw bl-istess mod sabiex jiddiskriminaw kontra kompetituri. Dan huwa tabilħaqq minnu għal deċiżjonijiet dwar l-aċċess għal servizzi ta' ħruġ ta' biljetti, stazzjonijiet u mħażen, fuq l-investimenti jew fuq il-manutenzjoni li jistgħu jsiru sabiex jiffavorixxu l-partijiet tan-netwerk li huma użati prinċipalment mill-operaturi tat-trasport tal-impriża integrata. Deċiżjonijiet fuq l-ippjanar tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jistgħu jinfluwenzaw id-disponibbiltà tal-mogħdijiet tal-ferrovija għall-kompetituri. [Em. 16]

(9a)  Minkejja l-implimentazzjoni tas-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 2013/34/UE, li jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, l-impriżi integrati vertikalment jistgħu jużaw l-istruttura tagħhom biex jipprovdu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa favur l-operaturi ferrovjarji li jappartjenu għal tali impriżi. [Em. 17]

(10)  Ir-rekwiżiti eżistenti tad-Direttiva 2012/34/UE jinkludu biss indipendenza legali, organizzattiva u ta’ teħid tad-deċiżjonijiet. Dan ma jeskludix għalkollox il-possibbiltà li tinżamm impriża integrata, diment li dawn it-tliet kategoriji ta’ indipendenza jiġu żgurati. Fir-rigward tal-indipendenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet, għandu jiġi żgurat li s-salvagwardji xierqa jeskludu l-kontroll ta’ impriża integrata fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ amministratur tal-infrastruttura. Madankollu, anki l-applikazzjoni sħiħa ta’ tali salvagwardji ma tneħħix għalkollox il-possibbiltajiet kollha għal imġiba diskriminatorja fir-rigward ta’ kompetituri li jeżistu fil-preżenza ta’ impriża integrata vertikalment. B’mod partikolari, il-potenzjal għal sussidju reċiproku għadu jeżisti fi strutturi integrati, jew għall-inqas huwa diffiċli ferm li l-korpi regolatorji jikkontrollaw u jinfurzaw salvagwardji stabbiliti sabiex jimpedixxu tali sussidjar reċiproku. Separazzjoni istituzzjonali tal-amministrazzjoni tal-infrastruttura hija l-aktar mod effettiv biex isolvi dawn il-problemi.

(11)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi kompetizzjoni ħielsa u ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji kollha, u għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jintalbu li jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ġuridiċi jew fiżiċi ma jkunux intitolati jeżerċitaw kontroll fuq amministratur tal-infrastruttura u, fl-istess ħin, jeżerċitaw kontroll jew xi dritt fuq l-impriża ferrovjarja. Min-naħa l-oħra, il-kontroll fuq impriża ferrovjarja għandu jipprekludi l-possibbiltà li jiġi eżerċitat kontroll jew kwalunkwe dritt fuq amministratur ta’ infrastruttura.teskludi lill-impriża ferrovjarja milli tikkonserva mudell integrat vertikalment, kif definit fl-Artikolu 3. [Em. 18]

(12)  Fejn Stati Membri għadhom iżommu amministratur tal-infrastruttura li huwa parti minn impriża integrata vertikalment, għandhom tal-anqas idaħħlu salvagwardji stretti biex jiggarantixxu l-indipendenza effettiva tal-amministratur tal-infrastruttura sħiħ b'rabta mal-impriża integrata. Dawn is-salvagwardji ma għandhomx jikkonċernaw biss l-organizzazzjoni korporattiva tal-amministratur tal-infrastruttura fir-rigward tal-impriża integrata, iżda wkoll l-istruttura amministrattiva tal-amministratur tal-infrastruttura, u, safejn possibbli, fi ħdan struttura integrata, għandhom jiġu impeduti trasferimenti finanzjarji bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn tal-impriża integrata. Dawn is-salvagwardji ma jikkorrespondux biss ma’ dak li huwa neċessarju sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti eżistenti tal-indipendenza fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-funzjonijiet essenzjali skont id-Direttiva 2012/34/UE, f’termini ta’ indipendenza amministrattiva tal-amministratur tal-infrastruttura, iżda jmorru lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti billi jiżdiedu klawżoli sabiex jiġu esklużi li d-dħul tal-amministratur tal-infrastruttura jkun jista' jintuża biex jiffinanzja l-entitajiet l-oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Dan għandu japplika b'mod indipendenti tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali tal-Istati Membri, u mingħajr ħsara għar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat.

(12a)  It-titjib tas-sikurezza ferrovjarja għandu jingħata kunsiderazzjoni serja tul il-proċess ta' ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija, partikolarment fir-rigward tar-riforma tal-istrutturi integrati li hemm attwalment fis-seħħ, sabiex ikun evitat il-ħolqien ta' ostakli amministrattivi addizzjonali nkluż il-manutenzjoni u t-titjib tas-sikurezza. [Em. 19]

(12b)  Il-possibilità li amministratur tal-infrastruttura li jħallas dividendi lis-sid finali ta' impriża integrata vertikalment ma għandux iwaqqaf l-amministratur tal-infrastruttura milli jikkostitwixxi riżervi sabiex itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu u jibbilanċja l-kontijiet fuq perjodu raġonevoli kif rikjest minn din id-Direttiva. Il-pagamenti ta' dividendi tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jiġu allokati għall-użu ta' investimenti fit-tiġdid tal-infrastruttura ferrovjarja viġenti. [Em. 107]

(12c)  Il-kumpanija azzjonarja f'impriża integrata vertikalment tista' tikkontribwixxi għad-deċiżjonijiet strateġiċi meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ta' trasport ferrovjarju kollha kemm hi fl-interess tal-partijiet kollha attivi fis-suq ferrovjarju, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jappartjenu għall-funzjonijiet tal-ammnistratur tal-infrastruttura. [Em. 108]

(12d)  Għandu jkun possibbli għar-rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment fil-Bord Superviżorju li jinkludu persuni maħtura mis-sidien finali iżda li mhumiex impjegati minnhom, sakemm dawn ma jkollhom l-ebda responsabilità jew interess fi kwalunkwe entità oħra tal-impriża integrata vertikalment. [Em. 109]

(12e)  Ir-regoli li jiżguraw l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kriterji tal-Eurostat dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern, peress li fi kwalunkwe każ l-impriża, anke b'kunsiderazzjoni tas-salvagwardji għall-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, tista' tibqa' żżomm is-sieda tal-infrastruttura u ukoll ta' numru suffiċjenti ta' funzjonijiet, sabiex din ma titqiesx bħala entità purament artifiċjali li jkollha bħala l-unika raġuni tagħha t-tnaqqis tad-dejn tal-gvern fi ħdan it-tifsira ta' dawk il-kriterji. [Em. 110]

(13)  Minkejja l-implimentazzjoni tas-salvagwardji li jiggarantixxu l-indipendenza, l-impriżi integrati vertikalment jistgħu jabbuża mill-istruttura tagħhom biex jipprovdu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa favur l-operaturi ferrovjarji li jappartienu għal tali impriżi. Għal din ir-raġuni, mingħajr ħsara għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivverifika, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, li dawn is-salvagwardji jiġu implimentati sew, u li jitneħħa kull tagħwiġ tal-kompetizzjoni li fadal. F'każ li l-Kummissjoni ma tkunx f'qagħda li tikkonferma li dan inkiseb, l-Istati Membri kollha jrid ikollhom il-possibbiltà li jillimitaw jew jirrevokaw id-drittijiet tal-aċċess għall-operaturi integrati kkonċernati.

(13a)  Filwaqt li titqies l-eteroġeneità tan-netwerks f’termini tad-daqs u d-densità tagħhom u l-varjetà tal-istrutturi organizzattivi tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali jew reġjonali u l-esperjenzi rispettivi tagħhom tal-proċess tal-ftuħ tas-suq, kull Stat Membru għandu jkollu flessibbiltà biżżejjed sabiex jorganizza n-netwerk tiegħu b’tali mod li tkun tista’ tinkiseb taħlita ta’ servizzi ta’ aċċess miftuħ u servizzi mwettqa taħt kuntratti ta’ servizz pubbliku sabiex tiġi żgurata kwalità għolja tas-servizzi aċċessibbli faċilment għall-passiġġieri kollha. Wara l-għażla tal-kuntratti tas-servizz pubbliku li għalihom għandhom jinħarġu offerti, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skont il-każ liema mekkaniżmi ta' salvagwardja għandhom jiġu introdotti għal kull servizz jekk il-proċess ta' ħruġ tal-offerti ma jitlestiex b'suċċess. Tali mekkaniżmi ma għandhom bl-ebda mod jipprevedu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali għall-impriżi ferrovjarji li ser jimmaniġġjaw dawk is-servizzi. [Em. 20]

(14)  L-għoti tad-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni sabiex joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri jista' jkollu implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri pprovduti b'kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw tali dritt ta' aċċess f'każ li dan ikun jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku jew il-kwalità tas-servizz li joffru u meta tkun ingħatat approvazzjoni mill-korp regolatorju relevanti. [Em. 21]

(15)  Fuq inizjattiva tagħhom stess jew b'segwitu ta' talba magħmula mill-partijiet interessati, il-korpi regolatorji għandhom jivvalutaw, abbażi ta' analiżi eknomika oġġettiva, l-impatt ekonomiku potenzjali ta' servizzi domestiċi għall-passiġġieri pprovduti skont kundizzjonijiet ta' aċċess miftuħ b'kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti wara li ssir talba mill-partijiet interessati u abbażi ta' analiżi ekonomika oġġettiva. [Em. 22]

(16)  Il-proċess tal-valutazzjoni għandu jqis il-bżonn li l-atturi kollha fis-suq jiġu pprovduti b’biżżejjed ċertezza legali sabiex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom. Il-proċedura għandha tkun sempliċi, effiċjenti u trasparenti kemm jista' jkun, u koerenti mal-proċess għall-allokazzjoni ta' kapaċità tal-infrastruttura.

(17)  Il-valutazzjoni ta' jekk l-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt pubbliku ta' servizz ikunx f'riskju għandha tieħu f'kunsiderazzjoni kriterji deċiżi minn qabel. Dawn il-kriterji u d-dettalji tal-proċedura li għandhom jiġu segwiti jistgħu jevolvu maż-żmien, b'mod partikulari fid-dawl tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji, u jistgħu jieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi domestiċi għall-passiġġieri.

(18)  Meta jiġi vvalutat jekk l-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku jkunx se jiġi kompromess, il-korpi regolatorji għandhom iqisu l-impatt ekonomiku u soċjali tas-servizz maħsub fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt tiegħu fuq il-profitabbiltà ta' kwalunkwe servizz, inkluż f'kuntratti ta’ servizz pubbliku bħal dawn, u l-konsegwenzi għat-tisħiħ tal-politika ta' koeżjoni fil-qasam ikkonċernat u għall-kost nett għall-awtorità pubblika kompetenti li tat il-kuntratti. Biex issir din il-valutazzjoni, għandhom jiġu eżaminati fatturi bħad-domanda mill-passiġġieri, il-prezzijiet tal-biljetti, l-arranġamenti għall-biljetti, il-post u n-numru ta' waqfiet, u l-iskedar u l-frekwenza tas-servizz ġdid propost. [Em. 23]

(18a)  Sabiex ikun iddeterminat jekk il-kwalità tas-servizz ipprovdut skont kuntratt ta' servizz pubbliku huwiex affettwat minn servizz b'aċċess ħieles fuq l-istess netwerk, il-korpi regulatorji għandhom iqisu, b'mod partikolari, l-effetti fuq in-netwerk, iż-żamma tal-konnessjonijiet u l-puntwalità tas-servizzi pprovduti skont kuntratt ta' servizz pubbliku. [Em. 24]

(19)  Sabiex is-servizzi ferrovjarji jsiru iktar attraenti għall-passiġġieri, l-Istati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema integrata komuni ta' tagħrif u ta’ bejgħ ta' biljetti għall-provvista ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord, u riżervazzjonijiet. Jekk tiġi stabbilita Skema bħal din, għandu jiġi żgurat għandha tiżgura li ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji. [Em. 25]

(19a)  Huwa importanti li l-impriżi ferrovjarji jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp ta’ skemi integrati ta’ bejgħ ta’ biljetti, b’mod partikolari rigward it-trasport lokali u reġjonali, sabiex it-trasport ferrovjarju jsir iżjed attraenti għall-passiġġieri. Skema bħal din ma għandhiex toħloq tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji. [Em. 26]

(19b)  Peress li l-pakkett il-ġdid jimmira li jsaħħaħ id-drittijiet tal-passiġġieri, filwaqt li jqis il-moviment liberu bħala pilastru fundamentali tal-Unjoni, għandhom isiru sforzi akbar sabiex jiġi żgurat dan id-dritt anke għaċ-ċittadini b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa. Għalhekk, it-titjib tal-aċċessibbiltà tal-mezzi ta’ trasport u tal-infrastrutturi, hu ta' prijorità. Sabiex jinkiseb dan l-objettiv għandhom jitħeġġu l-kuntatti transfruntiera. Anke rigward l-assistenza mogħtija għal din il-kategorija partikolari ta’ passiġġieri, għandha tiġi standardizzata f’sistema usa. F'dan ir-rigward għandu jitneda proċess ta' konsultazzjoni, bil-parteċipazzjoni tas-sieħba soċjali, il-pubbliku u l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità.[Em.27]

(19c)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tan-netwerk ta’ korpi regolatorji stipulat fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2012/34/UE, il-Kummissjoni għandha tfassal proposta leġiżlattiva li ssaħħaħ in-netwerk ta’ korpi regolatorji, tifformalizza l-proċeduri tiegħu u tagħtih personalità legali, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016. Dak il-korp għandu jkollu funzjoni ta’ superviżjoni u ta’ arbitraġġ li tippermettilu jittratta problemi transkonfinali u internazzjonali u jisma’ appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi regolatorji nazzjonali. [Em. 28]

(19d)  Bil-għan li titwettaq iż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, u meta titqies il-kompetizzjoni fis-settur ferrovjarju, il-Kummissjoni tinsab impenjata li tappoġġa u titħeġġeġ b'mod attiv id-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni sabiex tiżgura li l-ħaddiema ferrovjarji jkunu protetti fuq il-perjodu twil kontra l-effetti mhux mixtieqa tal-ftuħ tas-suq, bħad-dumping soċjali. [Em. 29]

(19e)  Il-passiġġieri għandu jkollhom aċċess għal skemi ta' biljetti globali li jaħdmu u għal skemi integrati ta' ħruġ ta' biljetti. Tali skemi jagħmlu l-ferroviji mezz ta’ trasport iktar attraenti għan-nies. Skemi ta’ bejgħ ta’ biljetti globali żviluppati mis-settur fl-Istati Membri għandhom ikunu interoperabbli ma’ xulxin sabiex tkun tista’ tinħoloq skema fl-Unjoni kollha li tinkludi l-operaturi kollha tal-passiġġieri ferrovjarji. [Em. 30]

(19f)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tan-netwerk ta’ korpi regolatorji stipulat fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2012/34/UE, il-Kummissjoni għandha tfassal proposta leġiżlattiva li ssaħħaħ in-netwerk ta’ korpi regolatorji, tifformalizza l-proċeduri tiegħu u tagħtih personalità legali, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2019, fil-ħin għall-ftuħ ta’ servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija. Dak il-korp għandu jkollu funzjoni ta’ superviżjoni u ta’ arbitraġġ li tippermettilu jittratta problemi transkonfinali u internazzjonali u jisma’ appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi regolatorji nazzjonali. [Em. 31]

(19g)  Sabiex jiġi evitat dumping soċjali, impriża ferrovjarja għandha tkun tista' tipprovdi servizzi tat-trasport bil-ferrovija jekk tikkonforma mal-ftehimiet kollettivi jew mal-liġijiet nazzjonali li jistipulaw standards fi ħdan l-Istati Membri fejn beħsiebha taġixxi. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għal ħlas ugwali fl-istess post. Il-korp regolatorju kompetenti għandu jimmonitorja l-konformità ma' dan ir-rekwiżit. [Em. 32]

(19h)  Il-korp regolatorju nazzjonali għandu japprova jew jitlob tibdil fl-arranġamenti relatati mat-trasferiment tal-persunal. Dan jista’ jinkludi l-applikazzjoni ta’ perjodu biex wieħed jerġa’ jaħsibha (cooling-off period) għal persunal li għandu jkun trasferit. Il-korp regolatorju, meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, għandu jkollu l-għan li jevita t-trasferiment ta’ informazzjoni sensittiva mill-amministratur tal-infrastruttura għal entità oħra fl-impriża integrata. [Em. 33]

(19i)  Il-ftuħ tas-suq ma għandux jiddetermina konsegwenzi negattivi għall-kondizzjonijiet tax-xogħol u soċjali tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju. Il-klawżoli soċjali rilevanti jridu jkunu rrispettati sabiex ikun evitat kull dumping soċjali u l-kompetizzjoni inġusta minn operaturi ġodda li ma jirrispettawx l-istandards soċjali minimi tas-settur ferrovjarju. [Em. 34]

(19j)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu fil-kultura tas-sikurezza tagħhom “kultura ġusta” sabiex jinkoraġġixxu b’mod attiv lill-membri tal-persunal jirrappurtaw aċċidenti marbuta mas-sikurezza, inċċidenti u kolliżjonijiet li jkunu ġew evitati bi ftit mingħajr ma jkunu soġġetti għal kastig jew diskriminazzjoni. Kultura ġusta tippermetti li l-industrija ferrovjarja tieħu tagħlimiet minn aċċidenti, inċidenti u kolliżjonijiet li jiġu evitati bi ftit u b’hekk tittejjeb is-sikurezza fin-netwerk ferrovjarju għall-ħaddiema u l-passiġġieri. [Em. 35]

(19k)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-infurzar sħiħ u korrett mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE(7). [Em. 36]

(19l)  Fid-dawl tal-iżvilupp taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u l-ftuħ ulterjuri tas-suq tat-trasport ferrovjarju, l-Istati Membri għandhom jużaw il-ftehimiet kollettivi sabiex jevitaw id-dumping soċjali u l-kompetizzjoni inġusta. [Em. 37]

(19m)  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol għall-persunal abbord il-ferroviji u, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dan il-persunal. [Em. 38]

(19n)  Il-persunal abbord jifformaw grupp personali fi ħdan is-settur ferrovjarju li jwettaq kompiti relatati mas-sikurezza. Tradizzjonalment iwettaq kompiti ta' sikurezza operattiva fi ħdan is-sistema ferrovjarja u għandhom responsabilità għall-kumdità u s-sikurezza tal-passiġġieri abbord il-ferroviji. Ċertifikazzjoni simili għaċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-lokomottivi hi utli biex ikun żgurat livell għoli ta' kwalifiki u kompetenzi, biex tkun rikonoxxuta r-rilevanza ta' dak il-grupp professjonistiku għas-sikurezza tas-servizzi ferrovjarji iżda ukoll biex tkun iffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema. [Em. 39]

(19o)  Il-korp regolatorju nazzjonali għandu japprova jew jitlob tibdil fl-arranġamenti relatati mat-trasferiment tal-persunal. Dan jista’ jinkludi l-applikazzjoni ta’ perjodu biex wieħed jerġa’ jaħsibha (cooling-off period) għal persunal li għandu jkun trasferit. Il-korp regolatorju, meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, għandu jkollu l-għan li jevita t-trasferiment ta’ informazzjoni sensittiva mill-amministratur tal-infrastruttura għal entità oħra fl-impriża integrata. [Em. 40]

(20)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni(8), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar, li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizjoni f'każijiet iġġustifikati. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis it-trażmissjoni ta' dokumenti bħal dawn bħala waħda ġġustifikata.

(20a)  L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw f'każijiet li jikkonċernaw inċidenti jew aċċidenti b'impatt fuq it-traffiku transfuntiera, bil-għan li jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti u b'hekk ikunu evitati effetti kollaterali ħżiena; [Em. 41]

(20b)  Il-korp regolatorju għandu jkollu kompetenza għall-monitoraġġ tax-xogħolijiet tal-manutenzjoni tal-infrastruttura sabiex ikun żgurat li dawn ma jsirux b'tali mod li jwassal għal diskriminazzjoni bejn l-intrapriżi ferrovjarji. [Em. 42]

(20c)  L-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment għandu jkun kapaċi joffri lill-persunal tiegħu ċerti servizzi soċjali f'binjiet użati minn entitajiet oħra tal-impriża integrata vertikalment. [Em. 43]

(20d)  L-amministratur tal-infrastruttura f’impriża integrata vertikalment għandu jitħalla jikkooopera ma’ entitajiet oħrajn tal-impriża integrata vertikalment rigward l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT, suġġett għall-approvazzjoni tal-korp regolatorju. [Em. 44]

(20e)  Il-kundizzjonijiet għall offerta tal-biljetti, permezz ta’ biljetti u riservazzjonijiet madwar l-Unjoni kif previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 T´tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil(9)l għandhom jitqiesu bħala sodisfatti ladarba l-informazzjoni tal-ivvjaġġar komuni u l-iskema tal-biljetti tiġi stabbilita sat-12 ta’ Diċembru 2019, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. [Em. 45]

(20f)  Il-korp regolatorju jista' jipproduċi linji gwida dwar it-titjib tal-indipendenza tal-persunal u tal-ġestjoni tal-amministratur tal-infrastruttura f'impriża integrata vertikalment fir-rigward tal-allokazzjoni tal-mogħdija ferrovjarja u t-tariffi tal-infrastruttura. [Em. 118]

(20g)  Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri huma liberi biex fi kwalunkwe ħin jagħżlu bejn tipi ta' strutturi differenti għall-amministraturi tal-infrastruttura li jeżistu fi ħdan żona ferrovjarja unika Ewropea, b'mod partikolari impriżi integrati b'mod separat u vertikalment, anke jekk ikunu introduċew tip ta' struttura differenti. Din id-Direttiva tistipula regoli u prinċipji differenti li jiggvernaw l-organizzazzjoni interna ta' dawk l-istrutturi. [Em. 47]

(20h)  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-kunċetti ta' bord superviżorju, bord amministrattiv, bord ta' ġestjoni jew korpi li jirrappreżentaw l-impriża b'mod legali, għandhom jiġu applikati għall-istrutturi eżistenti tal-kumpaniji fl-Istati Membri, filwaqt li jkun evitat il-ħolqien ta' korpi addizzjonali. [Em. 119]

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2012/34/UE hija emendata kif ġej:

-1. Fl-Artikolu 1 għandhom jiżdiedu dawn il-paragrafi li ġejjin:"

'2a. Din id-Direttiva għandha l-għan li tagħmel it-trasport bil-ferrovija mezz ta’ trasport iktar attraenti għall-pubbliku Ewropew. Hi mfassala biex toħloq skemi ta' informazzjoni u ta' ħruġ ta' biljetti integrati li jiffunzjonaw. Skemi ta’ bejgħ ta’ biljetti globali żviluppati mis-settur fl-Istati Membri għandhom ikunu interoperabbli ma’ xulxin sabiex tkun tista’ tinħoloq skema fl-Unjoni kollha li tinkludi l-operaturi kollha tal-passiġġieri ferrovjarji. [Em. 49]

2b.  L-għan ta’ din id-Direttiva, li huwa li tiġi kompletata ż-żona ferrovjarja unika Ewropea, ser jiġi segwit fuq il-bażi ta’ djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun żgurat li l-ħaddiema ferrovjarji jkunu protetti b’mod xieraq kontra l-effetti mhux mixtieqa tal-ftuħ tas-suq.'.[Em. 50]

"

-1b. Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

'3a. L-Artikoli 7, 7a, 7b, 7c, 7d u 7e ma għandhomx japplikaw għal netwerks ta' anqas minn 500km meta:

(a)  dawk in-netwerks ma jkollhom l-ebda importanza strateġika għall-funzjonament tas-suq ferrovjarju Ewropew; jew

(b)  jkunu teknikament jew b'organizzazzjoni iżolata min-netwerk ferrovjarju domestiku ewlieni.' [Em. 87]

"

1.  L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(2) "amministratur tal-infrastruttura" tfisser kwalunkwe korp jew ditta li tiżgura l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni ta' infrastruttura ferrovjarja f'netwerk; żvilupp jinkludi ppjanar tan-netwerk, ippjanar finanzjarju u ppjanar fl-investiment, kif ukoll il-bini u l-aġġornament tal-infrastruttura; l-operat ta’ infrastruttura tinkludi l-elementi kollha tal-proċess tal-allokazzjoni tal-mogħdija tal-ferroviji, inklużi kemm id-definizzjoni u kemm il-valutazzjoni tad-disponibbiltà, kif ukoll l-allokazzjoni ta' mogħdijiet individwali, il-ġestjoni tat-traffiku u t-tariffi tal-infrastruttura, inklużi d-determinazzjoni u l-ġbir tat-tariffi; il-manutenzjoni tinkludi t-tiġdid infrastrutturali u l-attivitajiet oħrajn ta’ ġestjoni tal-assi;";

"

(b)  Il-punt 5 huwa mħassar;

(c)  Għandu jiżdied il-punt ġdid li ġej:"

‘(31) "impriża integrata vertikalment" tfisser impriża li fiha:

—  impriża ferrovjarja waħda jew iktar huma proprjetà jew huma proprjetà b'mod parzjali tal-istess impriża bħala amministratur tal-infrastruttura (kumpanija azzjonarja), jew

—  l-amministratur tal-infrastruttura jkun proprjetà jew proprjetà b'mod parzjali ta' impriża ferrovjarja waħda jew ta’ bosta impriżi ferrovjarji, jew

—  impriża ferrovjarja waħda jew ta’ bosta impriżi ferrovjarji tkun proprjetà jew proprjetà b'mod parzjali ta' amministratur tal-infrastruttura.";

"

(ca)  Jiżdied il-punt li ġej:"

'(32) "skema integrata ta’ bejgħ ta’ biljetti" tfisser sistema ta’ bejgħ ta’ biljetti li tippermetti li persuna tagħmel vjaġġ li jinvolvi trasferimenti fi ħdan mezzi tat-trasport differenti jew bejniethom, bħal ferroviji, karozzi tal-linja, il-linji tat-tramm, il-metro, vapuri jew ajruplani;’

"

(cb)  Jiżdied il-punt li ġej:"

'(33) "biljett globali" tfisser biljett jew biljetti li jirrapreżentaw kuntratt ta’ trasport konkluż għall-użu ta’ servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar.’ [Em. 52]

"

(cc)  Jiżdiedu l-punti li ġejjin: "

'(34) "bord superviżorju" jfisser kwalunkwe grupp ta' individwi nominati mis-sidien tal-kumpanija għall-promozzjoni tal-interessi tagħhom, li jimmonitorja u jikkontrolla l-ħida tal-eżekuttivi u japprova deċiżjonijiet ta' ġestjoni kummerċjali ewlenin;

(35)  "il-bord amministrattiv" jfisser kwalunkwe grupp ta' individwi li jikkontrollaw il-funzjonijiet eżekuttivi għall-ġestjoni ta' kuljum tal-kumpanija'; [Em. 53]

"

(cd)  Jiżdied il-punt 36 li ġej:"

'(36) "servizzi għall-passiġġieri ta' veloċità għolja" tfisser servizzi tal-passiġġieri mħaddma fuq binarji ta' veloċità għolja, mibnija apposta għal veloċitajiet li ġeneralment huma ndaqs għal jew akbar minn 250km/h u f'dawk il-veloċitajiet għall-parti l-kbira tal-vjaġġ.'; [Em. 54]

"

2.  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 ġie revokat;

2a.  Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:"

'Artikolu 6a

Sakemm ma jirriżulta ebda kunflitt ta' interess u sakemm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sesittiva mil-lat kummerċjali tiġi garantita, xejn f'din id-Direttiva m'għandu jwaqqaf lill-Istati Membri milli jawtorizzaw lill-amministratur tal-infrastruttura sabiex jidħol fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni, b’mod trasparenti, mhux esklużiv u nondiskriminatorju, ma applikant wieħed jew iżjed minn wieħed rigward linja speċifika jew parti lokali jew reġjonali tan-netwerk, b’tali mod li jingħataw inċentivi finanzjajri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tiegħu rigward il-parti tan-netwerk ikkonċernata. Dawn l-inċentivi jistgħu jikkonsistu fi tnaqqis jew żidiet tat-tariffi ta’ aċċess għall-binarji li jikkorrispondu għal tfaddil fuq l-ispejjeż jew dħul għall-impriża ferrovjarja jew għall-amministratur tal-infrastruttura bħala riżultat ta’ dik il-kooperazzjoni. Tali kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li toħloq ġestjoni iżjed effiċjenti tat-tfixkil, ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jew l-infrastruttura kkonġestjonata, jew ta’ linja jew parti tan-netwerk li jkollhom tendenzi ta' dewmien, jew li ttejjeb is-sigurtà.

It-tul ta’ żmien tagħha għandu jkun limitat għal massimu ta’ ħames snin u għandu jkun renovabbli. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 bil-kooperazzjoni ppjanata. Il-korp regolatorju għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu minn qabel għall-ftehim ta’ kooperazzjoni, jitlob il-modifika tiegħu jew jirrifjutah jekk il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jiġux sodisfatti. Hu jista’ jirrikjedi li l-ftehim jiġi modifikat fi kwalunkwe stadju tul it-tul ta’ żmien tal-ftehim. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-kumitat ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 7d dwar il-ftehim ta’ kooperazzjoni. Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-kooperazzjoni permessa skont l-Artikoli 7a u 7b bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji li jagħmlu parti mill-istess impriża integrata vertikalment.' [Em. 120]

"

3.  L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 7

Separazzjoni istituzzjonali tal-amministratur tal-infrastruttura

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li huwa jkun indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

Meta, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, xi elementi tal-infrastruttura ferrovjarja kif definiti fl-Anness I jkunu fil-pussess ta' impriżi barra l-amministratur tal-infrastruttura jew ġestiti minnhom, l-Istati membri jistgħu jiddeċiedu li tali arranġamenti għandhom ikomplu, sakemm dawk l-impriżi jkunu legalment differenti u indipendenti minn kwalunkwe impriżi ferrovjarja. [Em. 121]

Biex jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura huma organizzati f'entità li hija legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-istess persuna ġuridika jew fiżika jew l-istess persuni ġuridiċi jew fiżiċi ma jitħallewx:

(a)  jeżerċitaw kontroll b'mod dirett jew indirett skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004*, ikollhom xi interess finanzjarju fi jew jeżerċitaw xi dritt fuq impriża ferrovjarja u fuq amministratur tal-infrastruttura fl-istess ħin;

(b)  jaħtru membri tal-bord superviżorju, il-korp jew korpi amministrattivi li jirrappreżentaw lil amministratur tal-infrastruttura b'mod legali, u fl-istess ħin jeżerċitaw kontroll b'mod dirett jew indirett, ikollhom xi interess finanzjarju f'impriża ferrovjarja jew jeżerċitaw xi dritt fuqha;

(c)  ikunu membru tal-bord superviżorju, il-korp amministrattiv jew korpi li jirrappreżentaw lill-impriża b'mod legali, kemm ta' impriża ferrovjarja kif ukoll amministratur tal-infrastruttura;

(d)  jamministraw l-infrastruttura ferrovjarja jew ikunu parti mill-maniġment tal-amministratur tal-infrastruttura, u fl-istess ħin jeżerċitaw kontroll b'mod dirett jew indirett, ikollhom xi interess finanzjarju f'impriża ferrovjarja jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuqha, jew jamministraw l-impriża ferrovjarja jew ikunu parti mill-maniġment tagħha, u fl-istess ħin jeżerċitaw kontroll b'mod dirett jew indirett, ikollhom xi interess f'amministratur tal-infrastruttura jew jeżerċitaw xi dritt fuqu.

3.  Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 tkun Stat Membru, jew korp pubbliku ieħor, żewġ awtoritajiet pubbliċi li huma separati u legalment differenti minn xulxin u li jkunu qegħdin jeżerċitaw kontroll jew drittijiet oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2 fuq l-amministratur tal-infrastruttura, minn naħa, u l-impriża ferrovjarja min-naħa l-oħra, għandhom jitqiesu li mhumiex l-istess persuna jew persuni.

4.  Diment li ma jfeġġ l-ebda kunflitt ta' interess u li tkun iggarantita l-kunfidenzjalità ta' tagħrif kummerċjalment sensittiv, l-amministratur tal-infrastruttura jista' jagħti xogħlijiet speċifiċi ta' żvilupp, tiġdid u manutenzjoni bħala sottokuntratt, li fuqu għandu jżomm is-setgħa ta' teħid tad-deċiżjonijiet, lil impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor li jaġixxi taħt is-superviżjoni tal-amministratur tal-infrastruttura.

4a.  Sakemm jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-separazzjoni istituzzjonali tal-amministratur tal-infrastruttura, kif stabbilit fil-paragrafi 1 sa 3, li ma jinħoloq l-ebda kunflitt ta’ interessi u li tiġi garantita l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-amministratur tal-infrastruttura sabiex jinvolvi ruħu fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni, b’mod trasparenti u nondiskriminatorju, ma applikant wieħed jew iżjed minn wieħed rigward linja speċifika jew parti lokali jew reġjonali tan-netwerk, b’tali mod li l-applikant jingħata inċentiv sabiex iżid l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tiegħu rigward il-parti tan-netwerk ikkonċernata. Dawn l-inċentivi għandhom jikkonsistu fi tnaqqis tat-tariffi ta’ aċċess għall-binarji li jikkorrispondu għal tfaddil possibbli fuq l-ispejjeż għall-amministratur tal-infrastruttura bħala riżultat ta’ dik il-kooperazzjoni. Din il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li twassal ġestjoni iżjed effiċjenti tat-tfixkil, ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jew l-infrstruttura kkonġestjonata, jew ta’ linja jew parti tan-netwerk li jkollhom tendenza għad-dewmien, jew li ttejjeb is-sigurtà. It-tul ta’ żmien tagħha għandu jkun limitat għal massimu ta’ ħames snin. L-aministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 bil-kooperazzjoni ppjanata. Il-korp regolatorju għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu minn qabel għall-ftehim ta’ kooperazzjoni, jitlob il-modifika tiegħu jew jirrifjutah jekk il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jintlaħqux. Jista’ jirrikjedi li l-ftehim jiġi modifikat fi kwalunkwe stadju tul it-tul ta’ żmien tal-ftehim. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-kumitat ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 7d dwar il-ftehim ta’ kooperazzjoni. [Em. 56]

5.  Fejn, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, Jekk l-amministratur tal-infrastruttura tappartienijkun jappartjeni għal impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. F'dan il-każ,F'tali każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li jkollu indipendenza effettiva organizattiva u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet effettiva minn kwalunkwe impriża ferrovjarja skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a sa 7c.u 7b."

______________________________

* Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.) " [Em. 122]

"

4.  Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 7a

Indipendenza effettiva tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jkun organizzat f'korp li huwa legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja jew kumpanija azzjonarja li jikkontrollaw it-tali impriżi, u minn kwalunkwe entità legali oħra fi ħdan impriża integrata vertikalment.

2.  Entitajiet L-entitajiet legali fi ħdan l-impriża integrata vertikalment li huma jkunu attivi fis-swieq tas-servizzi ta' trasport ferrovjarju ma għandux ikollhom xi interessi diretti jew indiretti għandu jkollhom ebda detenzjoni ta' ishma fl-amministratur tal-infrastruttura. Lanqas l-amministratur tal-infrastruttura m'għandu wkoll la għandu jkollu ebda detenzjoni ta' ishma fi kwanlunkwe interessi b'mod dirett u lanqas b’mod indirett f'xisew direttament, indirettament jew permezz ta' sussidjarji. l-entità legali fi ħdan l-impriża integrata vertikalment attiva fis-swieq tas-servizzi ta' trasport ferrovjarju, sew direttament, indirettament jew permezz ta' sussidjarji.

Din id-dispożizzjoni m'għandhiex, madankollu, tipprekludi l-eżistenza ta' impriża integrata vertikalment meta impriża waħda jew iktar minn waħda jkunu fil-pussess totali jew parzjali tal-istess impriża bħala amministratur tal-infrastruttura (kumpanija azzjonarja).

3.  Id-dħulL-introjti tal-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jintużajistgħux jintużaw biex jiffinanzja jiffinanzjaw entitajiet legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, iżda biex jiffinanzja n-negozjujiffinanzjaw biss in-negozju tal-amministratur tal-infrastruttura., u biex iħallsu Il-ħlasijiet ta'dividendi lis-sid ulterjuri finali tal-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli. Dawk il-ħlasijiet ta' dividenti mill-amministratur tal-infrastruttura għandhom jinżammu biex jintużaw għall-investiment fit-tiġdid tal-infrastruttura li qed topera u m'għandhomx ma jħallux li l-amministratur tal-infrastruttura jikkostitwixxi riżervi sabiex jiġġestixxi l-profitti u t-telf tagħha matul iċ-ċiklu tan-negozju. L-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jagħti self lil xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, u l-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma tista' tagħti self lill-amministratur tal-infrastruttura. Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għall-pagamenti lil investituri privati fil-każ ta' sħubijiet pubbliċi privati.

L-amministratur tal-infrastruttura jista' jagħti self lis-sussidjarji tiegħu biss. Fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, is-self lill-amministratur tal-infrastruttura jista' jingħata biss mill-kumpanija azzjonarja u għandu jkun suġġett għall-monitoraġġ mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Il-kumpanija azzjonarja għandha turi għas-sodisfazzjon tal-korp regolatorju li s-self jingħata b'termini kummerċjali u li jikkonforma mal-Artikolu 6.

Kwalunkwe servizz offrut minn entitajiet legali oħrajn lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun ibbażat fuq kuntratti u għandu jitħallas bi prezzijiet tas-suq. Id-dejn attribwit lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun separat b’mod ċar mid-dejn attribwit lill-entitajiet legali oħrajn fi ħdan impriża integrata vertikalment., u dawn id-djun għandhom jitħallsu separatament. Il-kontijiet tal-amministratur tal-infrastruttura u tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom jinżammu b'tali mod li jkun żgurat li jiġu ssodisfati dawn id-dispożizzjonijiet u li jippermetti li jkun hemm ċirkwiti finanzjarji separati għall-amministratur tal-infrastruttura fir-rigward tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment.

4.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(4), l-amministratur tal-infrastruttura għandu jiġbor fondi fuq is-swieq kapitali b’mod indipendenti u mhux permezz ta' entitajiet legali oħrajn fi ħdan impriża integrata vertikalment. Entitajiet oħrajn tal-impriża integrata vertikalment ma għandhomx jiġbru fondi permezz tal-amministratur tal-infrastruttura.

5.  L-amministratur tal-infrastruttura għandu jżomm rekords dettaljati ta' kwalunkwe relazzjoni kummerċjali u finanzjarja mal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, u jqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-korp regolatorju fuq talba, b'konformità mal-Artikolu 56(12). [Em. 123]

Artikolu 7b

Indipendenza effettiva tal-persunal u tal-maniġment tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment

1.  Mingħajr ħsara għad-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju skont l-Artikolu 56, l-amministratur tal-infrastruttura jrid ikollu setgħat effettivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, indipendenti mill-entitajiet legali l-oħra fi ħdan l-impriżi integrata vertikalment, fir-rigward tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2).tal-allokazzjoni tal-mogħdija ferrovjarja u t-tariffi tal-infrastruttura.

L-istruttura globali tal-amministrazzjoni u l-istatuti korporattivi tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma tiddetermina, b'mod dirett jew indirett, l-imġiba tal-amministratur tal-infrastruttura b'rabta ma' dawn il-funzjonijietmal-allokazzjoni tal-mogħdija ferrovjarja u t-tariffi tal-infrastruttura.

Il-membri tal-bord superviżorju u tal-bord tat-tmexxija u tal-amministraturi tal-infrastruttura u l-ġestjonarji li jirrapportaw lilhom b'mod dirett għandhom jaġixxu skont dawn il-prinċipji.

2.  Il-membri tal-bord superviżorju jew tat-tmexxija u l-membri tal-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura ma għandhomx ikunu fil-bords superviżorji jew tat-tmexxija, jew ikunu membri tal-persunal superjuri ta' xi entità legali oħra fi ħdan impriża integrata vertikalment.

Il-membri tal-bord superviżorju jew dak tat-tmexxija u l-membri tal-persunal superjuri tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma għandhomx ikunu fil-bord superviżorju jew tat-tmexxija jew ikunu membri tal-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura.

3.  L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu Bord Superviżorju magħmul minn rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment.

Il-Bord Superviżorju jista' jikkonsulta mal-Kumitat tal-Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 7d dwar kwistjonijiet fil-kompetenza tiegħu.

Id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra u t-tiġdid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluża r-remunerazzjoni, u t-terminazzjoni tal-mandat tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jittieħdu mill-Bord Superviżorju. L-identità u l-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tul ta’ żmien u t-terminazzjoni tal-mandat tal-persuni nnominati mill-Korp Superviżorju għall-ħatra jew it-tiġdid bħala membri tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura, u r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni proposta li ttemm il-mandat, għandhom jiġu nnotifikati lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Dawk il-kundizzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom isiru vinkolanti biss jekk il-korp regolatorju jkun approvahom b'mod espliċitu. Il-korp regolatorju jista' joġġezzjona għal deċiżjonijiet bħal dawn meta jfeġġu dubji dwar l-indipendenza professjonali ta' persuna nnominata għall-bord tat-tmexxija jew fil-każ ta' terminazzjoni bikrija tal-mandat ta' membru tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura.

Id-drittijiet effettivi ta' appell quddiem il-korp regolatorju għandhom jingħataw lill-membri tal-bord tat-tmexxija li jixtiequ jressqu lmenti kontra t-terminazzjoni bikrija tal-mandat tagħhom.

4.  Għal perjodu ta’ tliet snin wara li jitilqu, l-amministratur tal-infrastruttura, il-membri tal-Bord Superviżorju jew tal-bord tat-tmexxija, u l-membri tal-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura, ma għandhom ikunu intitolati li jkollhom l-ebda pożizzjoni superjuri mal-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Għal perjodu ta' tliet snin wara li jitilqu dawk l-entitajiet legali oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, il-membri tal-bordijiet superviżorji jew amministrattivi tagħhom u l-membri tal-persunal superjuri tagħhom ma għandhomx ikunu intitolati li jkollhom kwalunkwe pożizzjoni superjuri mal-amministratur tal-infrastruttura.

5.  L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-persunal ta' ġestjoni tiegħu stess u għandu jkun ibbażat f'bini separat mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-aċċess għall-informazzjoni għandu jkun protett biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Regoli interni jew kuntratti tal-persunal għandhom jillimitaw b'mod ċar il-kuntratti mal-entitajiet. L-informazzjoni sensittiva miżmuma mill-amministraturi tal-infrastruttura għandha tiġi protetta kif xieraq u m'għandhiex tiġi mgħoddija lil entitajiet oħra.

L-amministratur tal-infrastruttura jista’ joffri lill-persunal tiegħu servizzi soċjali, bħal dawk ipprovduti fl-iskejjel, il-kindergartens, iċ-ċentri tal-isport u r-ristoranti, f’postijiet użati mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-amministratur tal-infrastruttura jista’ jikkoopera ma’ entitajiet oħra tal-impriża integrata vertikalment rigward l-iżvilupp tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom. għall-komunikazzjonijiet uffiċjali marbutin mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-amministratur tal-infrastruttura li huma eżerċitati wkoll b'rabta ma' impriżi ferrovjarji oħrajn barra l-impriża integrata vertikalment. It-trasferimenti ta' persunal li mhuwiex dak imsemmi fil-punt (c) bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli biss jekk ikun jista’ jiġi ggarantit li l-informazzjoni sensittiva ma tintbagħatx bejn entità u oħra.

Il-korp regolatorju għandu japprova jew jitlob tibdiliet fl-arranġamenti li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu, bil-għan li jiżgura l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Il-korp regolatorju jista’ jitlob li l-impriża integrata tipprovdih bi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa.

6.  L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet kollha tiegħu. b'mod indipendenti mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment u ma għandux jitħalla jiddelega lil dawn l-entitajiet legali, l-operazzjoni ta' dawn il-funzjonijiet jew ta’ kwalunkwe attività relatata magħhom.

Sakemm ma jkunx hemm kunflitt ta' interessi, tgħawwiġ tas-suq jew diskriminazzjoni u jekk tkun żgurata l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva, l-amministratur tal-infrastruttura jista' joħroġ sub-appalt għal żvilupp speċifiku, tiġdid jew xogħol ta' manutenzjoni, li dwaru għandu jżomm is-setgħa ta' teħid ta' deċiżjoni, lil impriża ferrovjarja jew lil kwalunkwe korp li jaġixxi taħt is-superviżjoni tal-amministratur tal-infrastruttura.

7.  Il-membri tal-bordijiet superviżorji jew tat-tmexxija u l-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura ma għandu jkollhom l-ebda interess f'benefiċċju finanzjarju jew jirċievu xi wieħed, b'mod dirett jew indirett, minn xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Elementi tar-remunerazzjoni tagħhom bbażati fuq il-prestazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati tan-negozju ta' xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment jew kwalunkwe entità legali taħt il-kontroll tagħha, iżda b'mod esklussiv fuq dawk tal-amministratur tal-infrastruttura. [Em. 124/rev]

Artikolu 7c

Proċedura ta’ verifika tal-konformità

1.  Fuq talba mingħand Stat Membru, jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-amministraturi tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b, u jekk l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti humiex xierqa biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji kollha, kif ukoll in-nuqqas ta’ tagħwiġ ta’ kompetizzjoni fis-suq rilevanti.

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirrikjedi t-tagħrif kollu meħtieġ, bi skadenza raġonevoli, mingħand l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-impriża integrata vertikalment. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korp jew korpi kkonċernata u, jekk xieraq, in-netwerk ta' korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57.

3.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet ta’ aċċess ipprovduti fl-Artikolu 10 għall-impriżi ferrovjarji li huma parti mill-impriża integrata vertikalment li għaliha tappartieni l-amministratur tal-infrastruttura, jekk il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri li l-ebda talba ma tkun saret skont il-paragrafu 1, jew skont l-eżami tat-talba mill-Kummissjoni, jew jekk tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), li:

(a)  ma tkun saret l-ebda tweġiba xierqa għat-talba ta’ informazzjoni mingħand il-Kummissjoni skont il-paragrafu 2, jew

(b)  l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b, jew

(c)  l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b mhijiex biżżejjed biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi finanzjarji kollha, u n-nuqqas ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri fejn hu stabbilt l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli.

4.  L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni li tirrevoka d-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), meta dak l-Istat Membru juri, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, li r-raġunijiet għal dik id-Deċiżjoni ma għadhomx jeżistu. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli.

5.  Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 sa 4, il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b għandha tiġi mmonitorjata mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Kwalunkwe applikant għandu jkollu d-dritt li jappella mal-korp regolatorju jekk jemmen li m'hemmx konformità ma' dawn ir-rekwiżiti. Bi tweġiba għal tali appell, il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi, bl-iskadenza indikati fl-Artikolu 56(9), dwar il-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni. [Em. 101 u 125/rev]

Artikolu 7d

Kumitat ta' koordinazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk. Is-sħubija ta' dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-inqas għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, ir-rappreżentanti ta' dawk li jużaw is-servizzi ta' merkanzija u ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u, fejn relevanti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali inkluż l-awtoritajiet kompetenti. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi. [Em. 59]

2.  Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jagħmel proposti u jagħti pariri lill-amministratur tal-infrastruttura u, fejn xieraq, lill-Istat Membru dwar:

(a)  il-ħtiġijiet tal-applikanti marbutin mal-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-kapaċità tal-infrastruttura;

(b)  il-kontenut tal-miri ta' prestazzjoni orjentati lejn l-utenti li jinsabu fil-ftehimiet kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 30 u tal-inċentivi msemmija fl-Artikolu 30(1) u l-implimentazzjoni tagħhom;

(c)  il-kontenut u l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 27;

(d)  il-qafas u r-regoli dwar it-tariffi stabbiliti mill-Istat u l-iskema ta' tariffi stabbilita mill-amministratur tal-infrastruttura skont l-Artikolu 29, u l-livell u l-istruttura tat-tariffi tal-infrastruttura;

(e)  il-proċess għall-allokazzjoni ta' kapaċità tal-infrastruttura, inklużi r-regoli ta' prijorità għall-allokazzjoni tal-kapaċità bejn il-kategoriji differenti ta' dawk li jużaw l-infrastruttura; il-prinċipji tal-koordinazzjoni fl-eventwalità ta’ talbiet konfliġġenti għat-tħaddim ta’ servizz ferrovjarju għandhom jiġu rregolati bl-Artikolu 46(4); [Em. 60]

(f)  kwistjonijiet ta' intermodalità;

(g)  kwalunkwe kwistjoni oħra marbuta mal-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu tal-infrastruttura u l-kwalità tas-servizzi tal-amministratur tal-infrastruttura.

(ga)  Kwistjonijiet iffaċċjati mill-utenti tal-ferroviji għal servizzi ta' ġarr tal-merkanzija u tat-trasport tal-passiġġieri, inkluż il-kwlaità tas-servizz pprovdut, l-ispejjeż ta' infrastruttura u l-livell u t-trasparenza tal-prezzijiet għas-servizz ferrovjarju. [Em. 61]

Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jitlob informazzjoni relevanti mill-amministratur tal-infrastruttura fuq il-punti (a) sa (g)(ga) biex ikun jista' jwettaq dawn il-kompiti mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità kummerċjali. [Em. 62]

3.  Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura li jinkludu, b’mod partikolari, regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-laqgħat u l-frekwenza tagħhom, li għandha tkun tal-inqas trimestrali. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jipprovdu inter alia għal konsultazzjoni regolari, minn tal-inqas darba fis-sena, tal-utenti tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija u tat-trasport tal-passiġġieri u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju. Ta’ kull sena, għandu jiġi ppreżentat rapport tad-diskussjonijiet tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni lill-amministratur tal-infrastruttura, l-Istat Membru, il-korp regolatorju kkonċernat, l-utenti tas-servizzi ferrovjarju tal-merkanzija u tat-trasport tal-passiġġieri u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju kkonċernati u l-Kummissjoni b'indikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi meħudin mill-membri tal-Kumitat. [Em. 63]

Artikolu 7d

In-Netwerk Ewropew ta' Amministraturi tal-Infrastruttura

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jieħdu sehem u jikkooperaw f'netwerk biex jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni,u b'mod partikolari biex jiżguraw

(i)   implimentazzjoni fil-ħin u effiċjenti tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, inklużi l-kurituri ewlenin tan-netwerk, il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010*, u l-pjan ta' skjerament tas-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjajru (ERTMS) stabbilit bid-Deċiżjoni 2012/88/UE** u.

(ii)  l-iffaċilitar ta' servizzi tal-passiġġieri effiċjenti u effikaċi fi ħdan l-Unjoni, inkluż permezz ta' kooperazzjoni transfruntiera biex jingħelbu l-ostakoli burokratiċi.

1a.  In-netwerk għandu ukoll jiżviluppa prinċipji ta' qafas komuni fir-rigward ta' tariffi għal servizzi transfruntiera tal-passiġġieri li joperaw fuq aktar min-netwerk wieħed kif definit fl-Artikolu 37 u l-allokazzjoni ta' kapaċità kif stipulat fl-Artikolu 40. Dawn il-prinċipji komuni għandhom ikunu soġġetti għall-opinjoni ta' netwerk ta' korpi regolatorji kif imsemmi fl-Artikolu 57. [Em. 64]

2.  In-Netwerk għandu jieħu sehem fl-attivitajiet ta' monitoraġġ tas-suq imsemmija fl-Artikolu 15 u għandu jivvaluta b'mod komparattiv l-effiċjenza u l-effikaċja tal-amministraturi tal-infrastruttura abbażi ta' kriterji ta' indikaturi u l-kwalità komuni, bħall-affidabbiltà, il-kapaċità, id-disponibbiltà, il-puntwalità u s-sikurezza tan-netwerks tagħhom, il-kwalità u l-użu tal-assi, il-manutenzjoni, it-tiġdid, it-titjib, l-investimenti, u l-effiċjenza finanzjarja u t-trasparenza tat-tqegħid tal-imposti u r-regoli tat-tqegħid tal-imposti. [Em. 65]

3.  Il-Kummissjoni tista'b'kunsiderazzjoni tal-fehmiet espressi min-Netwerk, għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-prinċipji u l-prattiki komuni tan-Netwerk, b'mod partikulari biex tiżgura konsistenza fil-valutazzjoni komparattiva, u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-kooperazzjoni fin-Netwerk. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ att implimentattividdelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3). fl-Artikolu 60.”"

________________________

* Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22.)

** 2012/88/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal- “kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2012) 172) (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 51.)" [Em. 66]

"

5.  L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-impriżi ferrovjarji għandhom jingħataw, b'kundizzjonijiet ekwitabbli, nondiskriminatorji u trasparenti, id-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha sabiex joperaw it-tipi kollha ta' servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri. L-impriżi ferrovjarji għandu jkollhom id-dritt li jtellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon u jniżżulhom f'ieħor. Dak id-dritt għandu jinkludi l-aċċess għall-infrastruttura li tgħaqqad il-faċilitajiet tas-servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II.";

"

(aa)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

'2a. Stat Membru m’għandux ikun meħtieġ li jagħti kwalunkwe dritt ta’ aċċess għall-infrastruttura bil-għan li jiġi operat kwalunkwe tip ta’ servizz għall-impriżi ferrovjarji fejn il-kontroll jappartjeni direttament jew indirettament għal persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi fejn id-drittijiet ta’ aċċess għall-infrastruttura u l-faċilitajiet tas-servizzi, fuq kundizzjonijiet li huma ta’ natura simili għal dawk speċifikati f’din id-Direttiva, ma jingħatawx lil impriżi tal-Unjoni. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kontroll għandu jkun magħmul minn drittijiet, kuntratti jew kull mezz ieħor li, jew separatament jew flimkien u f’kunsiderazzjoni tal-fatti jew tal-liġi involuta, jagħtu l-possibbiltà ta’ tħaddim ta’ influwenza deċisiva lil xi impriża, b’mod partikolari permezz ta’:

(a)  is-sieda jew id-dritt għall-użu tal-assi kollha jew ta' parti minnhom tal-impriża kkonċernata;

(b)  Drittijiet jew kuntratti li jinfluwenzaw b'mod deċiżiv, il- kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-organi ta' impriża.';[Em. 67]

"

(b)  Il-paragrafi 3 u 4 ġew revokati.

6.  L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta' aċċess stipulat fl-Artikolu 10(2) għal servizzi tal-passiġġieri bejn post ta' tluq partikolari u destinazzjoni fejn kuntratt pubbliku ta' servizzi wieħed jew iktar ikopru l-istess rotta jew rotta alternattiva jekk l-eżerċizzju ta' dan id-dritt jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt pubbliku ta' servizz jew kontratti in kwistjoni. Is-servizzi tal-passiġġieri ta' veloċità għolja ma għandhomx ikunu limitati fid-dritt ta' aċċess tagħhom stipulati fl-Artikolu 10(2).

L-awtoritajiet kompetenti u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jagħtu avviż bil-quddiem lill-partijiet interessati kollha ta’ talbiet ta’ kapaċità skont ir-Regolament (KE) 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* li jistgħu joħolqu kunflitt mad-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva.

Is-servizzi tal-passiġġieri kollha li mhumiex parti minn kuntratt ta’ servizz pubbliku għandhom jissemmew bħala servizzi ta’ aċċess miftuħ.

Jekk awtorità kompetenti toħloq kuntratt ta’ servizz pubbliku ġdid, jew testendi l-ambitu ta’ wieħed eżistenti, fis-sens tal-użu ta’ aktar kapaċità tal-infrastruttura milli kienet użata qabel, l-impriżi li jipprovdu servizzi eżistenti ta’ aċċess miftuħ li jistgħu jiġu affettwati minn dik id-deċiżjoni m’għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe limitazzjoni fid-drittijiet ta’ aċċess.";

________________________________

* Regolament (KE) Nru. 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u (KEE) 1107/70 (ĠU L 315 3.12.2007, p. 1). " [Em. 68]

"

(b)  l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 hija sostitwita b'dan li ġej:"

"Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku ta' servizz huwiex se jkun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika oġġettiva u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta' kriterji deċiżi minn qabel. Għandhom jistabbilixxu

Dawk il-kriterji għandhom ikopru, inter alia, l-impatt tal-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess dwar il-profitabilità ta' kwalunkwe servizzi inklużi fil-kuntratt tas-servizz pubbliku, inkluż l-impatti li jirriżultaw fuq l-ispiża netta għall-awtorità pubblika kompetenti li tat il-kuntratt, it-talba tal-passiġġieri, il-prezzijiet tal-biljetti, l-arranġamenti għall-biljetti, il-post u n-numru ta' wafiet u l-ħinijiet u l-frekwenza tas-servizz il-ġdid propost u għandhom jiġu stabbiliti minn korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 f'konformità mal-miżuri stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. L-analiżi għandha tevalwa jekk il-vijabilità tas-servizzi mħaddma skont il-kuntratt ta' servizz pubbliku tiġix kompromessa b'servizz ta' aċċess miftuħ ġdid.

L-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz m’għandux jitqies bħala kompromess jekk il-korp regolatorju jipprevedi li s-servizz il-ġdid prospettiv għandu prinċipalment jiġġenera d-dħul aktar milli jestratta d-dħul għas-settur ferrovjarju, u li t-telf tad-dħul għas-sett ta’ servizzi taħt il-kuntratt pubbliku ta’ servizz, jekk ikun hemm, ma jkunx sostanzjali. B'konformità ma' din l-analiżi u mad-deċiżjoni tal-korp regolatorju rilevanti, l-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jawtorizzaw, jimmodifikaw jew jiċħdu d-dritt ta' aċċess għas-servizz tal-passiġġieri mfittex."

"

(c)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:"

"2a. Fejn jingħata kuntratt pubbliku ta’ servizz permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti pubblika kompetittiva skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq1, jillimitaw id-dritt ta’ aċċess previst fl-Artikolu 10(2) ta’ din id-Direttiva għat-tul ta’ żmien ta’ dak il-kuntratt pubbliku ta’ servizz bejn post tat-tluq u destinazzjoni li jkunu koperti minn dak il-kuntratt pubbliku ta' servizz. L-informazzjoni li d-dritt għal aċċess huwa limitat għandha ssir pubblika meta titnieda l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal dak il-kuntratt pubbliku ta’ servizz. Kwalunkwe servizz addizzjonali ġdid skont it-tifsira tal-Artikolu 10(2) li hi prevista mill-bord regolatorju bħala waħda li prinċipalment tiġġenera introjtu aktar milli tassorbi introjtu għas-settur ferrovjarju u fir-rigward ta' liema t-telf ta' introjtu għas-sett ta' servizzi skont kuntrat pubbliku ta' servizz, jekk ikun hemm, hu previst li ma jkunx sostanzjali u ma għandux ikun limitat fl-aċċess tiegħu.

Il-limitazzjonijiet msemmija f'dan il-paragrafu ma għandux ikollu l-effett li jirrestrinġi d-dritt li jinġabru passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab fuq ir-rotta ta' servizz internazzjonali u biex iwassalhom x'imkien ieħor, inkluż fi stazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru.

2b.  Il-korp regolatorju jew il-korpi li jwettqu l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 2a għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni fuq is-servizz ippjanat għall-passiġġieri msemmi fl-Artikolu 38(4):

(a)  l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li taw il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

(b)  kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bid-dritt li tillimita l-aċċess skont dan l-Artikolu;

(c)  l-amministratur tal-infrastruttura;

(d)  l-impriża ferrovjarja li twettaq l-kuntratt ta' servizz pubbliku.";

(da)  l-impriża ferrovjarja li għamlet talba għal kapaċità bi qbil mal-Artikolu 38(4). " [Em. 69 u 114]

"

(d)  Il-paragrafu 3 huwa sostitwit Il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

"3. Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tintalab li d-deċiżjoni terġa' tiġi kkunsidrata fi żmien xahar min-notifika tagħha, minn waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti relevanti;

(b)  l-amministratur tal-infrastruttura;

(c)  l-impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku;

(d)  l-impriża ferrovjarja li qed tfittex li tikseb aċċess. "

"

Fil-każ liMeta korp regolatorju jiddeċiedi bi qbil mal-paragrafu 2 li l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku jiġi kompromess bis-servizz tal-passiġġieri intiż li hemm referenza għalih fl-Artikolu 38(4), huwa għandu jindika tibdil possibbli għal tali servizz li jiżgura li l-kundizzjonijiet għall-għoti tad-dritt tal-aċċess li għalih hemm ipprovdut fl-Artikolu 10(2) huma ssodisfati.

4.  Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard wara s-16 ta' Diċembru 2016, miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu applikati l-paragrafi 1,2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjonidelegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3)fl-Artikolu 60.': [Em. 70]

(e)  jitħassar il-paragrafu 5.

7.  Jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej:"

"Artikolu 13a

Skemi ta’ informazzjoni komuni u skemi integrati ta' bejgħ ta' biljetti [Em. 71]

1.  Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1371/2007(10) u għad-Direttiva 2010/40/UE(11),Kull data dwar l-iskedi tal-ħin għandha titqies bħala data pubblika u għandha tkun disponibbli kif xieraq.

Minkejja r-Regolament (KE) Nru. 1371/2007 u d-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-parteċipanti interessati ferrovjarji bħall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u lill-bejjigħa tal-biljetti sabiex sat-12 ta' Diċembru 2019, jużaw sistema ta' ħruġ ta' biljetti u ta' informazzjoni interoperabbli li twettaq l-objettivi li tippermetti lill-passiġġieri jaċċedu d-data kollha meħtieġa biex jippjanaw il-vjaġġ u biex jirreservaw u jixtru l-biljetti fi ħdan l-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriżi biex jikkooperaw fit-tfassil sat-12 ta' Diċembru 2019, skema komuni ta' informazzjoni fuq l-ivvjaġġar u skema ta' ħruġ ta' biljetti għall-provvista ta' biljetti, u riservazzjonjiet għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri ferrovjarju kollu skont servizz ta' kuntratt pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru. 1370/2007 jew għandhom jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet rilevanti biex jfasslu skema bħal din. Skema bħal din ma għandhiex toħloq tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji. Għandha tkun ġestita minn entità legali pubblika jew privata jew minn assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għat-trasport tal-passiġġieri.

Impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi pubbliċi kummerċjali għat-trasport tal-passiġġieri għandu jkollhom aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-iskema bil-għan li jipprovdu informazzjoni dwar u bejgħ ta' biljetti għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija bħala żieda mas-servizzi tagħhom.

Kwalunkwe sistema għandha titfassal b'tali mod li tkun interoperabbli bi qbil mad-Direttiva 2008/57/KE u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bażiċi fuq l-applikazzjonijiet telematiċi. Għandha tapplika dawn ir-rekwiżiti tekniċi sabiex tiżgura b'mod partikolari, konsistenza fil-ħlasijiet, u kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali, il-protezzjoni tad-data personali u l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni. Kwalunkwe sistema jew applikazzjoni li toffri servizzi addizzjonali lill-passiġġieri għandha tkun interoperabbli ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bażiċi dwar l-applikazzjonijiet telematiċi jkun miftuħ u non-diskriminatorju.

Kwalunkwe ftehim kummerċjali bejn il-parteċipanti għandu jikkonforma mar-regoli tal-kompetizzjoni.

L-ispejjeż ta' sistema bħal din għandhom jinqasmu bejn il-parteċipanti, b'tali mod li jirrifletti l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom.

Il-korp regolatorju għandu jiżgura li kwalunkwe sistema għall-ħruġ tal-biljetti ma toħloqx tgħawwiġ tas-suq jew tiddiskrima bejn impriżi ferrovjarji.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri u l-fornituri tat-trasport tal-passiġġieri b’mezzi oħra ta’ trasport sabiex jieħdu sehem fi skema interoperabbli komuni ta' informazzjoni u skema integrata ta' bejgħ ta' biljetti għall-forniment ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti relevanti biex jistabbilixxu tali skema. Jekk tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji u fornituri oħra ta’ trasport tal-passiġġieri u li hija amministrata minn entità legali pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri. [Em. 72]

2.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi għall-passiġġieri sabiex jimplimentawjistabbilixxu, u jikkoordinaw, inkluż fir-rigward tar-rottot ewlenin fi ħdan l-Unjoni, pjani ta' kontinġenza nazzjonali sabiex jipprovdu assistenza lill-passiġġieri, skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007b'kunsiderazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE*, fil-każ ta' interruzzjoni kbira fis-servizzi servizzi kaġun ta' diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem." Kull impriża ferrorvjarja li topera servizzi tal-passiġġieri u kull amministratur tal-istazzjon għandu jdaħħal fis-seħħ il-pjan ta' kontinġenza tiegħu skont il-pjani ta' kontinġenza nazzjonali."

__________________________________

* Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi ta' trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1). " [Em. 73]

"

7a.  Fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-punt li ġej:"

'(da) ikunu mpenjaw ruħhom li japplikaw il-ftehimiet kollettivi rispettivi tal-Istati Membri fejn l-impriża tixtieq topera. '. [Em. 74]

"

8.  Fl-Artikolu 38, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"4. Meta applikant ikun beħsiebu jitlob kapaċità tal-infrastruttura biex jopera servizz għall-passiġġieri, għandu jgħarraf lill-amministraturi tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati, mhux inqas minn 18-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda ta' żmien operattiva li magħha tkun marbuta t-talba għall-kapaċità. Sabiex il-korpi regolatorji kkonċernati jkunu jistgħu jivvalutaw l-impatt ekonomiku potenzjali fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tat servizz ferrovjarju għall-passiġġieri fuq dik ir-rotta ddefinita f'kuntratt ta' servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bi dritt li tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku fuq ir-rotta ta' dak is-servizz għall-passiġġieri tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien żejjed u mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara.".

"

8a.  Fl-Artikolu 42 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:"

'1a. Bil-għan li tiġi evitata d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti, il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 ta' din id-Direttiva għandu jagħti approvazzjoni minn qabel għal dan il-ftehim qafas u għandu jimmonitorja l-ftehim qafas fis-seħħ fuq inizjattiva proprja. Applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li jkun ġie trattat b'mod inġust, jew jekk b'xi mod jkun effetwat ħażin mill-ftehim qafas. F'każ ta' appell kontra l-ftehim qafas il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ma tenħtieġ l-ebda modifika lill-ftehim qafas jew inkella jirrikjedi l-modifika ta' dak il-ftehim qafas bi qbil mad-direzzjonijiet speċifikati mill-korp regolatorju, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li jintlaqa' l-appell mill-korp regolatorju. L-amministratur tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-korp regolatorju hekk kif ikun possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara li tintlaqa' n-notifika tad-deċiżjoni mill-korp regolatorju. Filwaqt illi jwettaq il-funzjonijiet deskritti f’dan il-paragrafu, il-korp regolatorju għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju. ' [Em. 75]

"

8b.  Fl-Artikolu 46, il-paragrafu 4 jinbidel b’li ġej:"

'4. Il-prinċipji li jirregolaw il-proċess tal-koordinazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk. Dawn għandhom, b’mod partikolari, jirriflettu d-diffikultà li jiġu rranġati mogħdijiet internazzjonali tal-ferroviji u l-effett li jista’ jkollha l-modifika fuq maniġers oħrajn tal-infrastruttura. F'każ ta' talbiet konfliġġenti għat-tħaddim ta' servizz ferrovjarju fl-istess settur tas-suq, l-amministratur tal-infrastruttura, fl-allokazzjoni tal-kapaċità għandu jikkunsidra biex l-infrastruttura inkwistjoni u mhux il-volum globali tal-kapaċità mitluba mill-applikanti li jkunu qegħdin jikkommpetu bejniethom.'; [Em. 76]

"

8c.  Fl-Artikolu 54, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:"

'1. Fil-każ ta' disturb għall-movimenti tal-ferroviji kkawżat minn ħsarat tekniċi jew minn inċidenti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ireġġa' lura s-sitwazzjoni għan-normal. Għal dak l-iskop, għandu jfassal pjan ta’ kontinġenza li jelenka l-korpi varji li għandhom jiġu infurmati fil-każ ta’ inċidenti serji jew ta’ disturbi serji għall-movimenti tal-ferroviji. F'każ ta' disturb li jkollu impatt potenzjali fuq it-traffiku transfruntiera, l-amministratur tal-infrastruttura għandu jaqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-amministraturi tal-infrastruttura l-oħra li jista' jkollhom in-netwerk u t-traffiku tagħhom affettwat minn dak id-disturb. L-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jikkooperaw sabiex ireġġgħu lura t-traffiku transkonfinali għan-normal. [Em. 77]

8d.  Fl-Artikolu 55 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

'3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi regolatorji jkollhom ir-riżorsi organizzattivi u operattivi adegwati msemmija fl-Artikolu 56 tad-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, jadottaw pjan ta' azzjoni bil-għan li jipprovduhom b'dawn ir-riżorsi.'; [Em. 78]

"

8e.  L-Artikolu 56 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

'Artikolu 56

Funzjonijiet tal-korp regolatorju

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46(6), applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b'mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew ikun affetwat ħażin bi kwalunkwe mod ieħor, u b’mod partikolari kontra deċiżjonijiet adottati mill-maniġer tal-infrastruttura jew fejn hu xieraq, mill-impriża ferrovjarja jew mill-operatur ta’ faċilita tas-servizz dwar :

(a)  id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fil-verżjonijiet proviżorji u finali tagħha;

(b)  il-kriterji stabbiliti fiha;

(c)  il-proċess tal-allokazzjoni u r-riżultat tiegħu;

(d)  l-iskema tat-tqegħid tal-imposti;

(e)  il-livell jew l-istruttura tal-imposti infrastrutturali li hu meħtieġ iħallas jew li jista' jkun meħtieġ iħallas;

(f)  l-arranġamenti għall-aċċess skont l-Artikoli 10, 11, 12 u 13;

(g)  l-aċċess u t-tqegħid ta' imposti għas-servizzi skont l-Artikolu 13.

(ga)  xogħol ta' manutenzjoni tal-infrastruttura skedat u mhux skedat.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji u għandu, b'mod partikolari, jikkontrolla l-punti (a) sa (ga) tal-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess u bil-ħsieb li jevita d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti. Għandu, b’mod partikolari, jiċċekkja jekk id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fihiex klawżoli diskriminatorji, jew jekk toħloqx għall-amministratur tal-infrastruttura, setgħat diskrezzjonali li jistgħu jintużaw biex issir diskriminazzjoni kontra l-applikanti.

3.  Il-korp regolatorju għandu wkoll jikkoopera mill-qrib mal- awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità*, u l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji skont it-tifsira ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet b’mod konġunt jiżviluppaw qafas għall-qsim tat-tagħrif u għall-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu evitati effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni jew is-sikurezza fis-suq ferrovjarju. Dan il-qafas għandu jinkludi mekkaniżmu biex il-korp regolatorju jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu l-kompetizzjoni fis-suq ferrovjarju u biex l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tipprovdi lill-korp regolatorju u lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu s-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ta’ kull awtorità fi ħdan il-qasam tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtorità relevanti għandha teżamina kull rakkomandazzjoni bħal din qabel ma tadotta d-deċiżjonijiet tagħħa.

4.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korp regolatorju jingħata l-kompitu li jadotta opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-verżjonijiet proviżorji tal-pjan kummerċjali msemmi fl-Artikolu 8(3), il-ftehim kuntrattwali u l-pjan għat-titjib tal-kapaċità biex jiġi indikat b'mod partikolari jekk dawn l-istrumenti humiex konsistenti mas-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji.

5.  Il-korp regolatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa f’dawk li huma riżorsi umani u materjali, li għandha tkun proporzjonata skont l-importanza tas-settur ferrovjarju fl-Istat Membru.

6.  Il-korp regolatorju għandu jiżgura li t-tariffi stabbiliti mill-amministratur tal-infrastruttura jikkonformaw mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV u mhumiex diskriminatorji. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li l-imposti ta' aċċess stipulati mill-amministratur tal-infrastruttura, l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi jew mill-impriżi ferrovjarji - inkluż għall-aċċess ta' binarji u l-aċċess għal stazzjonijiet, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħra inkluż faċilitajiet għall-wiri ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar - ma jkunux diskriminatorji. Dan huma bidliet ippjanati tal-ammont jew l-istruttura tat-tariffi msemmija f'dan il-paragrafu li għandhom jiġu nnotifikati lill-korp regolatorju sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ippjanat tagħhom. Sa xahar qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, il-korp regolatorju jista' jinsisti fuq tnaqqis jew fuq żieda tal-bidliet proposti, fuq il-postpoinment tagħhom jew fuq it-tħassir tagħhom. In-negozjati bejn l-applikanti u l-amministratur tal-infrastruttura dwar il-livell tal-imposti tal-infrastruttura għandhom jiġu permessi biss jekk dawn isiru taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju. Il-korp regolatorju għandu jintervjeni jekk in-negozjati x’aktarx jiksru r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

7.  Il-korp regolatorju għandu, regolarment, u, fi kwalunkwe każ, mhux inqas minn kull sentejn, jikkonsulta r-rappreżentanti tal-utenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri, biex iqisu l-fehmiet tagħhom dwar is-suq ferrovjarju.

8.  Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa jitlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-maniġer tal-infrastruttura, l-applikanti u kull parti terza fl-Istat Membru kkonċernat.

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu stabbilit mill-korp regolatorju li m’għandux jaqbeż tul ta’ xahar, ħlief jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-korp regolatorju jaqbel fuq estenzjoni tal-limitu ta’ żmien li ma għandiex taqbeż xahrejn addizzjonali u jawtorizza tali awtorizzazzjoni. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza talbiet bħal dawn bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta' appell u tal-funzjoni tiegħu tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji skont il-paragrafu 2. Din tinkludi data li hija meħtieġa għall-iskopijiet ta' statistika u ta' osservazzjoni tas-suq.

9.  Il-korp regolatorju għandu jikkunsidra kull ilment u, kif jixraq, għandu jitlob tagħrif relevanti u jagħti bidu għal konsultazzjonijiet mal-partijiet relevanti kollha, fi żmien xahar minn meta jkun irċieva l-ilment. Huwa għandu jiddeċiedi fuq kull ilment u jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni u jgħarraf lill-partijiet relevanti bid-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizz ferrovjarju, il-korp regolatorju għandu, fejn xieraq, jiddeċiedi fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar miżuri xierqa biex jitranġaw il-każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra l-applikanti, id-distorsjonijiet tas-suq u kwalunkwe żvilupp ieħor mhux mixtieq f’dawn is-swieq, b’mod partikolari b’referenza għall-punti (a) sa (ga) tal-paragrafu 1.

Deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tkun torbot lill-partijiet kollha koperti minn dik id-deċiżjoni, u ma għandhiex tkun suġġetta għall-kontroll ta’ istanza amminstrattiva oħra. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza d-deċiżjonijiet tiegħu bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi.

Fil-każ ta' ilmentkontra rifjut li tingħata l-kapaċità tal-infrastruttura, jew kontra t-termini ta' offerta għall-kapaċità, il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ebda emenda tad-deċiżjoni tal-maniġer tal-infrastruttura ma hi meħtieġa, jew jesiġi li dik id-deċiżjoni tkun emendata skont l-istruzzjonijiet tiegħu. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-korp regolatorju sa mill-anqas xahar wara li tintlaqa' n-notifika ta' dik id-deċiżjoni.

10.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jkunu suġġetti għal analiżi ġudizzjarja. L-appell jista’ jkollu effett ta’ sospensjoni fuq id-deċiżjoni tal-korp regolatorju biss meta d-dħul fis-seħħ immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għal min ikun qed jappella. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħti lilha mil-liġi kostituzzjonali applikabbli.

11.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jiġu ppubblikati.

12.  Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jwettaq verifiki jew li jibda verifiki esterni mal-maniġers tal-infrastruttura, operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u, fejn rilevanti, mal-impriżi ferrovjarji, biex jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni tal-kontijiet stipulati fl-Artikolu 6. F'dan ir-rigward, il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jitlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti. B'mod partikolari l-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura, lill-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u l-impriżi kollha jew entitajiet oħra li jwettqu jew jintegraw tipi differenti ta' trasport ferrovjarju jew immaniġġar ta' infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) u l-Artikolu 13 biex jagħtu informazzjoni ta' verifika sħiħa jew parti minnha kif elenkat fl-Anness VIII b'livell suffiċjenti ta' dettall kif meqjus meħtieġ u proporzjonat.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenti tal-awtoritajiet responsabbli għal kwistjonijiet rigward għajnuna mill-Istat, il-korp regolatorju jista’ wkoll joħroġ konklużjonijiet minn dawn il-kontijiet dwar kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat li għandu jirrapporta lil dawk l-awtoritajiet.

13.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward ċerti emendi għall-Anness VIII. B'hekk l-Anness VIII jista' jiġi emendat biex jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-prattika ta' kontabbiltà u kontroll u/jew biex jiġi supplementat b'elementi addizzjonali meħtieġa biex tiġi verifikata s-separazzjoni tal-kontijiet.

________________________________

* Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.)’. [Em. 79]

"

[Em. 79]

8f.  Fl-Artikolu 57 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:"

'9a. Meta applikant iqis li d-deċiżjoni ta' amministratur tal-infrastruttura qed tostakola l-iżvilupp ta' servizz internazzjonali, jista' jirreferi l-kwistjoni lin-netwerk ta' korpi regolatorji għal opinjoni. L-entità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tkun informata dwar din ir-referenza fl-istess ħin. In-netwerk, għandu, fejn xieraq, ifittex li jikseb spjegazzjonijiet mill-amministratur tal-infrastruttura u fi kwalunkwe każ mill-entità regolatorja nazzjonali kkonċernata. In-netwerk għandu jadotta u jippubblika l-opinjoni tiegħu u jikkomunika din l-opinjoni lill-entità regolatorja nazzjonali.

In-netwerk ta' korpi regolatorji għandhu jippreżenta rapport ta' attività annwali lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi entità regolatorja Ewropew u għand tagħtiha personalità legali flimkien ma' funzjoni superviżorja u ta' arbitraġġ li tagħtiha s-setgħa li titratta kwistjonijiet transfruntiera u tisma' appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-entità regolatorji nazzjonali. Din l-entità l-ġdida għandha tieħu post n-Netwerk Ewropew ta' Korpi regolatorji.'; [Em. 80]

"

9.  Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:"

"1. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq is-settur ferrovjarju, u għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha.Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-opinjonijiet espressi mill-Korp regulatorju Ewropew dwar jekk għadx hemm prattiki diskriminatorji jew tipi ta' tagħwiġ tal-kompetizzjoni u l-opinjonijiet espressi mill-imsieħba soċjali fil-kumitat rilevanti ta' djalogu soċjali tal-Unjoni. [Em. 81]

Sal-istess data, il-Kummissjoni għandha tivvalutail-Korp Regolatorju Ewropew għandu jivvaluta jekk jippersistujippersistux prattiki diskriminatorju jew tipi oħta oħra ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni u għandu jippubblika rakkomandazzjonijiet għal aktar miżuri politiċi.fir-rigward tal-amministraturi tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda msejsa fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet. [Em. 82]

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva tivvaluta l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol għall-persunal abbord il-ferroviji u, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dan il-persunal.". [Em. 83]

"

Artikolu 1a

Ir-Regolament (KE) 1371/2007 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

'3. Mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 9, 10, 11, 12, 19, 20(1) u 26 għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri madwar l-Unjoni." [Em. 84]

"

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn ...(12), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.  Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tkun disponibbli f'forma kkonsolidata, flimkien mad-Direttiva 2012/34/UE kif emendata minnha, fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħha. [Em. 85]

2.  Il-punti 5 sa 8 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2018 [bil-lest għall-iskeda operattiva li għandha tibda fl-14 ta’ Diċembru 2019]. Sad-data tal-applikazzjoni tal-punt 5 u mingħajr preġudizzju għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri, l-Istati Membri ma għandhomx jiġu mitluba li jagħtu d-dritt tal-aċċess lill-impriżi ferrovjarji u lis-sussidjarji kkontrollati direttament jew indirettament minnhom, li għandhom liċenzha fi Stat Membri fejn mhumiex mogħtija drittijiet ta' aċċess ta' natura simili. [Em. 86]

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2)ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(4)ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164.
(5)ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44.
(6)Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(7) Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE tat-18 ta' Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità tal-Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 195, 27.7.2005, p.15).
(8)ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta ' Ottubru 2007 dwar drittijiet u obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(10)ĠU 315, 3.12.2007, p.14.
(11)ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.
(12)18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Avviż legali - Politika tal-privatezza