Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0049(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0355/2013

Testi mressqa :

A7-0355/2013

Dibattiti :

PV 15/04/2014 - 7
CRE 15/04/2014 - 7

Votazzjonijiet :

PV 15/04/2014 - 17.5

Testi adottati :

P7_TA(2014)0383

Testi adottati
It-Tlieta, 15 t'April 2014 - Strasburgu Verżjoni proviżorja
Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur ***I
P7_TA-PROV(2014)0383A7-0355/2013

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE (COM(2013)0078 - C7-0042/2013 – 2013/0049(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0078),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0042/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013(1) ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0355/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti tistabbilixxi r-rekwiżit li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu siguri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu jaġixxu kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan b'sistema Komunitarja ta' informazzjoni rapida RAPEX. Id-Direttiva 2001/95/KE jeħtiġilha tkun fundamentalment riveduta biex jittejjeb il-funzjonament tagħha u tiżgura konsistenza mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni fejn jidħlu s-sorveljanza tas-suq, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u l-istandardizzazzjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE għandha titħassar u tinbidel b'dan ir-Regolament.
(1)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti tistabbilixxi r-rekwiżit fundamentali għal prodotti għas-suq intern li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu siguri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu jaġixxu b'mod effiċjenti kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan b'sistema Komunitarja ta' informazzjoni rapida RAPEX. Id-Direttiva 2001/95/KE jeħtiġilha tkun fundamentalment riveduta biex jittejjeb il-funzjonament tagħha u tiżgura konsistenza mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni fejn jidħlu s-sorveljanza tas-suq, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u l-istandardizzazzjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE għandha titħassar u tinbidel b'dan ir-Regolament.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Regolament huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni li tvarja bejn l-Istati Membri. Regolament jiżgura li r-rekwiżiti legali jkunu applikabbli fl-istess ħin fl-Unjoni kollha.
(2)  Regolament huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni u applikazzjoni li jvarjaw mill-Istati Membri. Regolament jiżgura li r-rekwiżiti legali jkunu applikabbli fl-istess ħin fl-Unjoni kollha.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Dan ir-Regolament irid jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 169 tat-TFUE. B'mod partikolari, dan għandu jkollu l-għan li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Minħabba li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq, inklużi r-regoli dwar ir-RAPEX, huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti] 14 li japplika wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjonijiet ulterjuri dwar is-sorveljanza tas-suq jew tar-RAPEX ma huma meħtieġa f'dan ir-Regolament.
14 ĠU L , , p. .
(3)  Sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni lill-konsumaturi, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. F'dan ir-rigward, dan ir-Regolament huwa essenzjali biex iwassal l-għan fundamentali ta' suq intern għal prodotti sikuri, filwaqt li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
(Ara l-kliem tal-Premessa 4 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Dan ir-Regolament għandu, b'mod partikolari, ikollu l-għan li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Minħabba l-fatt li fir-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 * ġew stipulati regoli dwar is-sorveljanza tas-suq inklużi regoli dwar RAPEX, ma hemm bżonn tal-ebda dispożizzjoni oħra dwar is-sorveljanza tas-suq jew RAPEX f'dan ir-Regolament.
1 Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar is-sorveljanza tas-suq fuq prodotti and u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE and 93/15/KEE, u d-Direttivi 94/9/EC, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 1999/5/KE, 2000/9/KE, 2000/14/KE, 2001/95/KE, 2004/108/KE, 2006/42/KE, 2006/95/KE, 2007/23/KE, 2008/57/KE, 2009/48/KE, 2009/105/KE, 2009/142/KE, 2011/65/UE, r-Regolament (UE) Nru 305/2011, r-Regolament (KE) Nru 764/2008 and r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L ... )
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)) fil-premessa u n-numru, d-data tal-adozzjoni u r-referenza tal-pubblikazzjoni tar-Regolament fin-nota ta'qiegħ il-paġna.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  Is-sigurtà tal-konsumaturi tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-infurzar attiv tar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodott. L-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jittejbu fuq bażi li tibqa' sejra u għandhom ikunu aktar u aktar effettivi sabiex jiġu ssodisfati l-isfidi li dejjem jinbidlu ta' suq globali u ta' katina tal-provvista progressivament kumplessa. Sistemi għas-sorveljanza tas-suq li ma jaħdmux jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, jipperikolaw is-sigurtà tal-konsumaturi u huma ta’ ħsara għall-fiduċja taċ-ċittadini fis-suq intern. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jistabbilixxu approċċi sistematiċi sabiex jiżguraw l-effikaċja dejjem tikber tas-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet l-oħra tal-infurzar u għandhom jiżguraw li jkunu miftuħa għall-pubbliku u l-partijiet interessati.
(Ara l-kliem tal-Premessa 24 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Dan ir-Regolament ma għandux ikopri servizzi. Madanakollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, dan għandu japplika għal prodotti li jiġu fornuti jew huma disponibbli għal konsumaturi fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma direttament esposti waqt il-provvista tas-servizz. It-tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sigurtà tas-servizz mogħti.
(6)  Dan ir-Regolament ma għandux ikopri servizzi. Madanakollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, dan għandu japplika għall-prodotti kollha li jiġu użati, fornuti jew huma disponibbli għal konsumaturi fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma direttament esposti waqt il-provvista tas-servizz minn fornitur tas-servizz .
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Il-prodotti li huma ddisinjati b'mod esklussiv għall-użu professjonali imma li wara ġew imdawra għas-suq tal-konsumatur għandhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament għaliex jistgħu joħolqu riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi meta użati taħt kondizzjonijiet previsti raġonevolment.
(Ara l-kliem tal-Premessa 10 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)  It-tagħmir li jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sigurtà tas-servizz mogħti.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni.
(8)  Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati fil-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti16 .
16 ĠU L 218, 13. 8.2008, p. 82.
(9)  Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 . Madanakollu, leġiżlazzjoni armonizzata ma għandhiex timponi piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq in-negozji.
Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE ( 16 ĠU L 218, 13. 8.2008, p. 82).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod.
(10)  Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod, bħal ma huma l-bejgħ elettroniku, il-bejgħ onlajn u l-pjattaformi tal-bejgħ .
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet.
(11)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, sakemm huma jkunu tqiegħdu fis-suq bħala tali, u għal prodotti użati oriġinarjament imqiegħda fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal prodotti għall-konsumatur li, għalkemm ma jkunux tal-ikel, ikunu jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel b'tali mod li l-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu jixħtuhom f' ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom, u għalhekk minħabba fihom jaf pereżempju, jifggħu, jiġu avvelenati, jinqasmu minn ġewwa jew ikollhom xkiel għas-sistema diġestiva . S' issa dawn il-prodotti li jixbhu l-ikel ġew irregolati mid-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta'  Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi17 , għandha titħassar.
17 ĠU L 192, 11.7.1987, p. 42.
(12)  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal, u għalhekk jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta', prodotti għall-konsumatur li, għalkemm ma jkunux tal-ikel, ikunu jixbhu l-ikel u jistgħu iġiegħlu lill-persuni, b’mod partikolari tfal żgħar biex ifixkluhom mal-ikel u konsegwentement biex jixħtuhom f ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom, u billi jagħmlu dan jistgħu jikkawżaw il-mewt jew korriment personali . S issa dawn il-prodotti li jixbhu l-ikel ġew irregolati mid-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE17 , li għandha titħassar.
17 Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi (OJ L 192, 11.7.1987, p. 42).
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal , l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà.
(13)  Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, l-awtentiċità, il-materjali, il-komponenti u l-preżentazzjoni tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari għat-tfal , l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Il-prinċipju ta' prekawzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE, u spjegat fost l-oħrajn fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2000 bl-isem “Dwar il-prinċipju ta' prekawzjoni” , huwa prinċipju fundamentali għas-sigurtà tal-prodotti u għas-sigurtà tal-konsumaturi u għandu jitqies kif inhu xieraq meta jiġu stipulati l-kriterji għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' prodott.
(Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-prinċipju ta' prekawzjoni tat-2 ta' Frar 2000 (COM(2000)0001))
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  Dan ir-Regolament għandu jqis l-hekk imsejħa “prodotti li jappellaw għat-tfal” li d-disinn u l-karatteristiċi tagħhom jixbhu b'xi mod jew ieħor ġugarell jew oġġett li jappella għat-tfal, jew li huwa intenzjonat għall-użu mit-tfal. Il-prodotti li jappellaw għat-tfal għandhom, barra minn hekk, jiġu vvalutati għal-livelli ta’ riskju tagħhom u għandha tittieħed azzjoni xierqa biex jitnaqqas dak ir-riskju.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13c (ġdida)
(13c)  Meta tiġi vvalutata s-sigurtà ta' prodott, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali jekk il-prodott ikun ikkawża korriment notifikat fid-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru .../...*.
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)).
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi.
(15)  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. F'dak ir-rigward, għandu jkun hemm allinjament riġidu tad-dispożizzjonijiet rigward l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fid-Deċiżjoni Nru.768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 għax dan jipprovdi kundizzjonijiet ekwi bejn l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi koperti minn leġiżlazzjoni armonizzata u dawk koperti minn leġiżlazzjoni mhux armonizzata f'dan ir-Regolament.
1 Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.).
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Fil-każ ta' prodotti li mhumiex suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, standards Ewropej jew leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà, l-operaturi ekonomiċi għandhom jivvalutaw is-sigurtà tal-prodotti skont kriterji speċifiċi, li abbażi tagħhom għandhom jiddefinixxu l-livell ta' riskju assoċjat ma' prodott. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jistgħu jassistu lill-operaturi ekonomiċi fit-twettiq tal-valutazzjoni tas-sigurtà.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 15b (ġdida)
(15b)  Bl-għan li jiffavorixxu t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti siguri, l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari inttrapriżi zgħar u ta' daqs medju (SMEs), għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw l-obbligi tagħhom imposti minn dan ir-Regolament, permezz tal-ħolqien ta’ konsorzji bl-għan doppju li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodotti u standards ta' kwalità għolja u li jnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet burokratiċi li jaqgħu fuq in-negozji individwali.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu ġew imfassla u mmanifatturati bi qbil mar-rekwiżiti tas-sigurtà stipulati f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu ċċarati l-obbligi tal-manifattur u jiġu mminimizzati l-piżijiet amministrattivi relatati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskji ġenerali tal-Unjoni għall-prodotti u jinħolqu għodod elettroniċi li jkunu faċli biex janalizzaw ir-riskji. Il-metodoloġija għandha tistabbilixxi għodda effiċjenti għall-valutazzjoni tar-riksji li l-manifatturi jistgħu jużaw meta jiddisinjaw il-prodotti, billi tibni fuq l-aħjar prattiki u l-input mill-partijiet interessati.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 16b (ġdida)
(16b)  Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
(18a)  Id-distributur għandu jiżgura li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom, jiġifieri jivverifikaw l-indikazzjoni fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu tal-isem, isem il-mudell, isem il-prodott jew l-indirizz li fih il-manifattur u l-importatur jistgħu jiġu kkuntattjati u t-twaħħil tan-numru tal-lott tal-manifattur, in-numru tas-serje jew elementi oħra fuq il-prodott għall-identifikazzjoni tiegħu. Id-distributur m’għandux jikkontrolla kull prodott b’mod individwali, sakemm id-distributur ma jqisx li l-manifattur jew l-importatur ma jkunux osservaw l-obbligi tagħhom.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)  Il-globalizzazzjoni, l-esternalizzazzjoni miżjuda u t-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali jfisser li aktar prodotti qed jiġu kkummerċjati fi swieq mad-dinja kollha, u f'dak ir-rigward kooperazzjoni mill-qrib bejn ir-regolaturi globali u partijiet interessati oħrajn fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' ktajjen tal-provvista kumplessi u volumi ogħla ta' kummerċ. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha titħeġġeġ biex issaħħaħ l-attenzjoni għas-sigurtà ddeterminata fit-tfassil ta' prodotti permezz ta' kooperazzjoni bilaterali mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' pajjiżi terzi.
(Ara l-kliem tal-Paragrafu 10 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq (2010/2085(INI)))
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 20b (ġdida)
(20b)  Is-sistemi ta’ traċċabbiltà attwali u l-proċeduri ta’ identifikazzjoni li huma diġà fis-seħħ għandhom jiġu infurzati u mtejba b’mod effikaċi. F’dak ir-rigward, il-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet dwar l-użu tat-teknoloġiji fis-seħħ huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata prestazzjoni aħjar u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb b’mod kostanti s-sistemi ta’ traċċabbiltà imposti fuq l-operaturi ekonomiċi u l-prodotti.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 20c (ġdida)
(20c)  Sabiex fil-futur titjieb it-traċċabbiltà, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif tiffaċilita l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ta' provenjenza u traċċar speċifiċi u teknoloġiji tal-awtentikazzjoni tal-prodott. F'dik il-valutazzjoni, it-teknoloġiji vvalutati għandhom jiżguraw fost l-oħrajn is-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi, itejbu l-mekkaniżmi tat-traċċar u jevitaw milli jqiegħdu piżijiet amministrattivi mhux neċessarji fuq operaturi ekonomiċi sabiex jiġu evitati l-ispejjeż tagħhom milli jgħaddu għal fuq il-konsumaturi.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 20d (ġdida)
(20d)  Billi jsir progress fuq it-twaqqif ta' punti ta' kuntatt nazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru.764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 , il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodotti għandhom jaħdmu bħala ċentri ta' informazzjoni fl-Istati Membri għal operaturi ekonomiċi sabiex dawk l-operaturi jingħataw gwida u taħriġ dwar ir-rekwiżiti u l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti.
1 Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE (ĠU L 218, 13.8.2008, pġ. 21).
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  L-indikazzjoni tal-oriġini tissupplimenta r-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur. B'mod partikolari , l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat jew l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura. Informazzjoni bħal din tista' tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' segwitu.
(21)  L-indikazzjoni tal-oriġini hija suppliment neċessarju għar-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà stipulati f'dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur. Barra minn hekk , l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat, b'mod partikolari meta l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura, meta l-isem u l-indirizz tal-manifattur ikunu għal kollox neqsin jew minħabba l-fatt li l-indirizz kien fuq il-pakkett li ma jistax jinsab . Informazzjoni bħal din tista tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta segwitu.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  L-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott tkun eħfef għall-konsumaturi biex jaċċessaw l-informazzjoni dwar il-katina tal-prodott, b'hekk jiżdied il-livell ta' għarfien tagħhom. B'mod partikolari, meta jkun qed jiġi indikat l-isem tal-manifattur li jwettaq l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, hemm riskju li l-konsumaturi jitqarrqu għax indikazzjoni tal-manifattur mhux neċessarjament tippermetti lill-konsumatur li jistabbilixxi x'inhu l-pajjiż tal-produzzjoni. B'hekk, l-indikazzjoni tal-oriġini għandu jkun l-uniku mezz li bih il-konsumaturi jkunu jistgħu jistabbilixxu liema kien il-pajjiż tal-produzzjoni ta' prodott.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 21b (ġdida)
(21b)  F'ħafna ġurisdizzjonijiet tas-sħab kummerċjali tal-Unjoni, l-indikazzjoni tal-oriġini hija mandatorja fit-tikkettar tal-prodott u d-dikjarazzjonijiet tad-dwana. L-introduzzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini skont dan ir-Regolament iġib lill-Unjoni konformi mar-reġim tal-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, ladarba r-rekwiżit biex tiġi pprovduta indikazzjoni tal-oriġini jkopri l-prodotti mhux tal-ikel kollha fit-territorju tal-Unjoni, sew jekk importati jew le, huwa jrid jikkonforma mal-obbligi tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew għandhom jitressqu quddiem il-kumitat li stabbilixxa dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur.
(24)  Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew, għandhom jitressqu quddiem il-kumitat stabbilit minn dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur u mal-partijiet interessati relevanti .
(see amendment of Article 16(1))
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi.
(30)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi u jiddependu fuq kemm hu serju l-ksur, fuq il-perjodu u l-karattru intenzjonali jew rikorrenti tal-ksur, kif ukoll fuq id-daqs tal-impriżi, f'termini tan-numru ta' persuni impjegati mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati u mill-fatturat annwali tagħhom, b'kunsiderazzjoni partikolari tal-SMEs . Il-ksur għandu jinkludi l-penali amministrattivi li huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jallokaw id-dħul miġbur minn tali penali lill-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
(30a)  Sabiex issaħħaħ l-effett deterrenti tal-penali, il-Kummissjoni għandha tagħmilhom pubbliċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi li jinstabu ripetutament fi ksur intenzjonali ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu fuq lista sewda pubblika għall-Unjoni kollha.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – titolu
Is-suġġett

Is-suġġett u l-objettiv .

Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)
L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern waqt li jżomm livell għoli ta’ saħħa, sigurtà u protezzjoni tal-konsumatur.

Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma bbażati fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni.

Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti miksuba bi proċess ta' manifattura li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq, kemm jekk ġodda, użati jew kkundizzjonati mill-ġdid, u li huma konformi ma' xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:
1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti miksuba bi proċess ta' manifattura li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq, inkluż is-suq onlajn, kemm jekk ġodda, użati jew kkundizzjonati mill-ġdid, u li huma konformi ma' xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b) li x’aktarx, f’kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk ma jkunux maħsuba għalihom;
(b) li x’aktarx, f’kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk, meta mqiegħda fis-suq, huma ma kinux maħsuba għalihom; mhuwiex probabbli li l-prodotti jintużaw mill-konsumaturi jekk ikunu maħsuba għall-użu esklużiv minn professjonisti u jiġu ttikkettati u jkunu ppreżentati b’mod espliċitu bħala tali.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c
(c) li l-konsumaturi jkunu esposti għalihom fil-kuntest ta' servizz mogħti lilhom .
(c) li jingħataw lil xi konsumatur matul l-għoti ta' servizz, sew jekk il-prodott jintużax mill-konsumatur innifsu u sew jekk le .
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali.
2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali u lanqas għall-prodotti użati li oriġinarjament ikunu tqiegħdu fis-suq qabel ...* .
*ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da) apparat mediku kif definit fid-Direttiva 93/42/KEE tal-Kunsill 1 , id-Direttiva 90/385/KEE tal-Kunsill 2 u d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 ;
1 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar l-apparati mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
2 Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għal apparat mediku attiv impjantabbli (ĠU L 189, tal-20.7.1990, p. 17).
3 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/79/KE tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, pġ. 1).
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt ia (ġdid)
(ia) prodotti tal-bini kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1
1 Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 1
(1) prodott sigur tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni , ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni;
(1) prodott sigur tfisser kull prodott awtentiku li jkun konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni għas-saħħa u s-sigurtà. Fil-każ ta' nuqas ta' tali leġiżlazzjoni, tfisser li kwalunkwe prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u, fejn applikabbli, id-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-taħriġ u s-superviżjoni , ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni;
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 1a (ġdid)
(1a) “mudell ta’ prodott’ tfisser prodotti li jitqiesu bħala distinti billi jippreżentaw karatteristiċi essenzjali identiċi jew simili, fejn id-differenzi, jekk jeżistu, ma jkollhom l-ebda impatt fuq il-livell ta’ sigurtà tagħhom ħlief jekk jiġi ppruvat mod ieħor mill-manifattur jew l-importatur.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 17
(17) “riskju serju ” tfisser riskju li jeħtieġ intervent malajr u segwitu , inklużi każijiet meta l-effetti jaf ma jkunux immedjati.
(17) “riskju gravi ” tfisser kull riskju gravi , inklużi dawk li l-effetti tagħhom mhumiex immedjati, li jeħtieġu intervent bil-ħeffa mill-awtoritajiet pubbliċi;
(Ara l-kliem tal-Premessa 2(d) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a

Projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta' prodotti li jimitaw l-ikel

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni, il-manifattura u l-esportazzjoni ta' prodotti tal-konsumatur li, għalkemm mhumiex ikel, jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs jew karatteristiċi oħra tagħhom, li b'hekk jipperikolaw is-saħħa jew is-sigurtà tal-konsumaturi.

(Ara l-kliem tad-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – punt a a (ġdid)
(aa) jekk ikun awtentiku, jiġifieri li l-prodott jew kwalunkwe preżentazzjoni tal-prodott ma jkollux marka kummerċjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' sid il-marka kummerċjali li hija identika jew simili għal marka kummerċjali reġistrata għal dak il-prodott, b'hekk tiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tal-identità vera tal-prodott;
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – punt c
(c) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma fil-punt (a) u l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji li jkopri r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk dan ikun konformi ma' rekwiżiti nazzjonali bħal dawn.
(c) fin-nuqqas ta rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li jissemmew fil-punt (a) u l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji li jkopru r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk jikkonforma ma’ regoli nazzjonali bħal dawn bil-kundizzjoni li dawn ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni .
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni;
(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-awtentiċità, il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-immuntar tiegħu u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni tiegħu;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli;
(d) il-karatteristiċi tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott taħt kundizzjonijiet raġonevolment previsti , b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e
(e) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista' jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra.
(e) id-dehra tal-prodott u b’mod partikolari meta prodott:
(i) għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista’ jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra, jew
(ii) għalkemm mhux iddisinnjat jew maħsub għall-użu mit-tfal, ikun jixbah oġġett rikonoxxut b'mod komuni bħala wieħed li jappella għall-użu mit-tfal jew maħsub għalihom minħabba d-disinn, l-imballaġġ u l-karatteristiċi tiegħu.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-aqwa kwalità u teknoloġija;
imħassar
(ara l-emenda li tipproponi Artikoli 6(1a) ġdid mill-istess awtur)
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) aspettattivi raġonevoli min-naħa tal-konsumatur b'rabta mas-sigurtà fir-rigward tan-natura, il-kompożizzjoni u l-użu intenzjonat tal-prodott;
(Ara l-emenda dwar l-Artikolu 6, paragrafu 2, punt h. It-test ġie modifikat)
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba) ir-rekwiżiti essenzjali mniżżla fit-talbiet ta' standardizzazzjoni għall-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej bi qbil mal-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament sakemm il-Kummissjoni ma tkunx għadha ppubblikat ir-referenza tal-istandard armonizzat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)
(ga) jekk il-prodott, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti, ikkawżaw korrimenti notifikati fid-Database tal-Korriment Pan-Ewropew stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru.../... *.
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)).
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt h
(h) aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar is-sigurtà.
imħassar
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)
(ha) l-aqwa kwalità u t-teknoloġija.
(ara l-emenda li tipproponi Artikoli 6(1a) ġdid mill-istess awtur)
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Għall-fini biex jinstab il-pajjiż tal-oriġini skont it-tifsira tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali stabbiliti fl-Artikoli 23 sa 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Komunità tal-Kodiċi Doganali 21 .
2.  Għall-fini biex jinstab il-pajjiż tal-oriġini skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu , għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali stabbiliti fl-Artikoli 59 sa 62 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 , inklużi atti delegati adottati skont l-Artikolu 62 ta' dak ir-Regolament .
21 OL L 302, 19.10.1992, p. 1.

21 Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, pġ. 1).
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-manifatturi għandhom ikunu awtorizzati jindikaw il-pajjiż ta' oriġini bl-Ingliż biss (bil-kliem “Made in [pajjiż]”), b’tali mod li jinftiehem faċilment mill-konsumaturi.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  B' mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ ta' dan it-tip.
3.  B mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta prodott, il-manifatturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, għandhom jittestjaw kampjuni rappreżentattivi li jinġabru b’mod każwali ta prodotti disponibbli fis-suq magħżula taħt il-kontroll ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura minn kull Stat Membru , jistħarrġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta prodotti mhux konformi u ta sejħa lura ta prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ ta dan it-tip. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq fuq talba tagħhom.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Meta l-prodotti magħmula disponibbli fis-suq ikunu saru soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru.../...*, il-manifatturi, jew meta jkun xieraq l-importaturi, għandhom, sabiex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, u b'mod proporzjonali għar-riskji possibbli ta' prodott, iwettqu tal-inqas darba f’sena ittestjar ta’ kampjuni rappreżentattivi tal-prodotti magħmula disponibbli fis-suq li jintgħażlu taħt il-kontroll ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura minn kull Stat Membru.
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)).
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq :

B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha:

Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom .
5.  Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika fil-forma ta' karta u dik elettronika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jipprovduha lil dawk l-awtoritajiet jekk dawn jagħmlu talba motivata .
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)
Meta l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodotti ma tkunx provduta direttament fuq il-prodott, il-manifatturi għandhom jindikaw b’mod viżibbli biżżejjed li t-tagħmir li tinsab fuqu dik l-informazzjoni għandu jinżamm.

Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Il-manifatturi tal-prodotti li jkunu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru .../...* għandhom jagħmlu lista ta’ mudelli tal-prodotti, li tkun akkumpanjata minn ritratt, u jagħmluha disponibbli għall-pubbliku u għal operaturi ekonomiċi oħra bi kwalunkwe mezz xieraq.
Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba, kif ukoll lil kwalunkwe operatur ekonomiku li jqassamlu l-prodotti tiegħu, b’evidenza li tissustanzja l-eżistenza ta’ karatteristiċi essenzjali differenti bejn il-mudelli tal-prodotti tiegħu skont it-tifsira tad-definizzjoni mogħtija fil-punt 1a tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)).
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 8 – subparagrafu 1
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b' lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikollu miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza mmirati lejn il-konsumaturi b’mod ċar u li jinftiehem u b’lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 9
9.  Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda.
9.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom proċeduri mwaqqfa biex jieħdu azzjoni korrettiva, jirtiraw jew jieħdu lura l-prodotti tagħhom. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq, u jiġu mwissija l-konsumaturi li jinsabu f'riskju minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-prodott . Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda u tar-riżultati ta' tali azzjoni korrettiva .
(Ara l-kliem tal-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti)
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
(a) wara talba mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott;
(a) wara talba motivata mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott;
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. Dawn għandhom jiżguraw li kull tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur.
3.  L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. Dawn ma għandhom jgħattu l-ebda informazzjoni obbligatorja jew informazzjoni relatata mas-sigurtà fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6
6.  B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, l-importaturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ bħal dan.
6.  B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, l-importaturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq li jinġabru b’mod każwali , jistħarrġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ bħal dan.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 7
7.  L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda.
7.  L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif inhu xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda u tar-riżultati ta' tali azzjoni korrettiva .
(ara l-emendi tal-Artikoli 8(9)u 11(5) mill-istess awtur)
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 8
8.  Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom.
8.  L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika fil-forma ta' karta u dik elettronika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jipprovduha lil dawk l-awtoritajiet jekk dawn jagħmlu talba motivata .
(Ara l-kliem tal-Artikolu R4 (8) tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq)
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10 (3) u (4), kif applikabbli.
2.  Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu l-informazzjoni meħtieġa stabbilita fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u fl-Artikolu 10 (3) u (4), kif applikabbli. Id-distributuri ma għandhomx jgħattu l-informazzjoni obbligatorja jew l-informazzjoni relatata mas-sigurtà fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur jew l-importatur.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Abbażi tar-riskji li jista’ jkollu prodott, id-distributuri jistgħu, sabiex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, jittestjaw prodotti disponibbli fis-suq, wara li jieħdu kampjuni b'mod każwali.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
5.  Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda.
5.  Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw immedjatament li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda u tar-riżultati ta' tali azzjoni korrettiva .
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollata għalkollox u ma jistax ipoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fil-periklu ;
(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollat b'mod effikaċi sabiex jiġi evitat kwalunkwe periklu għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni;
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku.
imħassar
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Meta jintalbu, l-operaturi ekonomiċi għandhom jidentifikaw dan li ġej għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq:
1.  Meta jintalbu, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni li ġejja għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq:
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta l-operaturi ekonomiċi jagħtu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jittrattaw dik l-informazzjoni bħala waħda kunfidenzjali.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà.
1.  Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati relevanti, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni tista teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a
(a) tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1;
(a) tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1; Il-Kummissjoni għandha tindika fl-atti delegati kkonċernati, jekk użatx il-metodu tal-analiżi tar-riskji stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE 1 , jew, jekk dak il-metodu mhux xieraq għall-prodott ikkonċernat, għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-metodu użat;
1 id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE tas-16 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-linji gwida għall-immaniġġjar tas-Sistema tal-Informazzjoni Rapida tal-Komunità “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 u tal-proċedura ta' notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE (id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti) (ĠU L 22, 26.1.2010, pġ. 1)
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 15a (ġdid)
Artikolu 15a

Il-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott fit-territorji tagħhom u għandhom jikkomunikaw id-dettalji tal-kuntatt tagħhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
2.  Il-Kummissjoni għandha tfassal u regolarment taġġorna lista tal-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott u tippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ukoll din l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tagħha.
(Ara l-kliem tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor)
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 15b (ġdid)
Artikolu 15b

Il-ħidmiet tal-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott

1.  Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott meta jintalbu minn, inter alia, operatur ekonomiku jew minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja:
(a) ir-regoli tekniċi applikabbli għal tip speċifiku ta' prodott fit-territorju fejn ikunu stabbiliti dawk il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott u informazzjoni dwar jekk dak it-tip ta' prodott huwiex suġġett għal rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel taħt il-liġijiet tal-Istat Membru tagħhom, flimkien ma' informazzjoni fir-rigward tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku kif previst fir-Regolament (KE) Nru.764/2008 u l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;
(b) id-dettalji ta' kuntatt ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tagħhom permezz ta' liema ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, inklużi l-partikolaritajiet ta' l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni tar-regoli tekniċi in kwistjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;
(c) ir-rimedji ġeneralment disponibbli fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fil-każ ta’ kunflitt bejn l-awtoritajiet kompetenti u operatur ekonomiku.
2.  Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott għandhom iwieġbu fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol mir-riċezzjoni ta’ kwalunkwe talba kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3.  Il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott fl-Istat Membru fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ikkummerċjalizza legalment il-prodott in kwistjoni jistgħu jipprovdu kwalunkwe informazzjoni jew osservazzjonijiet rilevanti lill-operatur ekonomiku jew lill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru.764/2008.
4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu uffiċċji fil-qafas tal-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott sabiex jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u u r-rekwiżiti in ġenerali u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji sabiex tiġi appoġġjata l-edukazzjoni tal-operaturi ekonomiċi dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodott.
5.  Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott m'għandhom jitolbu l-ebda ħlas għall-għoti ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.
(Ara l-kliem tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor)
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li jridu jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. B'kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-partijiet interessati rilevanti, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li għandhom jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu.

(Ara l-emendi tal-Premessa 24 mill-istess awtur)
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [insert date - 3 months prior to the date of application of this Regulation] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jistabbilixxu l-penali xierqa applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa ... * u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-daqs tal-impriżi u b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji . Il-penali jistgħu jiżdiedu jekk qabel, l-operatur ekonomiku rilevanti ikun għamel ksur simili u jistgħu jkunu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju.
2.  Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-penali għandhom iqisu l-gravità, it-tul ta' żmien u, fejn ikun applikabbli, il-karattru intenzjonali tal-ksur . Barra minn hekk, il-penali għandhom iqisu jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jkunx wettaq ksur simili qabel .
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-penali amministrattivi applikabbli għall-ksur għandhom tal-inqas jibbilanċjaw il-vantaġġ ekonomiku mfittex permezz tal-ksur, imma m'għandhomx jaqbżu l-10 % tal-fatturat annwali jew stima tiegħu. Il-penali imposti jistgħu jkunu ogħla minn 10 % tal-fatturat annwali jew stima tiegħu, fejn ikun neċessarju li jiġi bbilanċjat il-vantaġġ ekonomiku mfittex permezz tal-ksur. Il-penali jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-tip u l-kobor tal-penali imposti skont dan ir-Regolament, jidentifikaw il-ksur attwali ta' dan ir-Regolament, u jindikaw l-identità tal-operaturi ekonomiċi li għalihom ikunu imposti l-penali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed, b'mod elettroniku u, fejn ikun applikabbli, b'mezzi oħrajn.
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet skont l-ewwel subparagrafu, tippubblika u taġġorna lista sewda għall-Unjoni kollha ta' operaturi ekonomiċi li ripetutament jinsabu li jiksru dan ir-Regolament b'mod intenzjonali.

Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b' mod partikolari fejn jidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b' mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji.

Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, u kull ħames snin wara din, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b mod partikolari fejn tidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament , filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b mod partikulari fuq SMEs. Dak ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-implikazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(1) ĠU C 271, 19.9.2013, pġ. 81.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Ġunju 2014Avviż legali