Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0006(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0359/2015

Testi mressqa :

A8-0359/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/02/2016 - 6.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0025

Testi adottati
PDF 337kWORD 86k
It-Tlieta, 2 ta' Frar 2016 - Strasburgu
Regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ***I
P8_TA(2016)0025A8-0359/2015
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni transfruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (Kodifikazzjoni) (COM(2015)0008 – C8-0008/2015 – 2015/0006(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0008),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(b) u (e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8–0008/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0359/2015),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament  (EU) 2016/ … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar  Kodiċi  tal-Unjoni  dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera(Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni)
P8_TC1-COD(2015)0006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, ir-Regolament (UE) 2016/399.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza