Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0074(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0381/2017

Testi mressqa :

A8-0381/2017

Dibattiti :

PV 15/01/2018 - 13
CRE 15/01/2018 - 13

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2018 - 5.3
CRE 16/01/2018 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 16/04/2019 - 8.23
CRE 16/04/2019 - 8.23

Testi adottati :

P8_TA(2018)0003
P8_TA(2019)0381

Testi adottati
PDF 1305kWORD 243k
It-Tlieta, 16 ta' Jannar 2018 - Strasburgu
Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta' miżuri tekniċi ***I
P8_TA(2018)0003A8-0381/2017

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (COM(2016)0134) – C8-0117/2016 – 2016/0074(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja - l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007 (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u dwar il-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   Huwa meħtieġ li jiġu ssimplifikati r-regoli eżistenti għal fehim u konformità akbar mill-operaturi, l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-proċess ta' konsultazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi jiġi rispettat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jenħtieġ li tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-objettivi kollha dwar il-konservazzjoni u s-sostenibbiltà jkunu rispettati bis-sħiħ.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
(2b)   Jenħtieġ li s-simplifikazzjoni tar-regoli attwali dwar il-miżuri tekniċi ma twassalx biex jiddgħajfu l-istandards ta' konservazzjoni u sostenibbiltà.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Hemm bżonn jiġi żviluppat qafas għar-regolamentazzjoni tal-miżuri tekniċi. Dak il-qafas għandu jistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha u jipprevedi l-ħolqien ta' miżuri tekniċi li jikkunsidraw l-ispeċifitajiet reġjonali tal-industriji tas-sajd permezz tal-proċess ta' reġjonalizzazzjoni introdott mill-PKS.
(3)  Hemm bżonn jiġi żviluppat qafas għar-regolamentazzjoni tal-miżuri tekniċi. Jenħtieġ li dak il-qafas jistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha u jipprevedi l-ħolqien ta' miżuri tekniċi li jikkunsidraw l-ispeċifitajiet reġjonali tal-industriji tas-sajd permezz tal-proċess ta' reġjonalizzazzjoni introdott mill-PKS. Jenħtieġ li dak il-proċess jagħmilha possibbli li jiġu kkombinati b'mod effettiv regoli komuni u sitwazzjonijiet lokali u sitwazzjonijiet għal kull żona. Madankollu, jenħtieġ li l-proċess ma jirriżultax f'tip ta' nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid tal-PKS, u huwa importanti li l-Kumitati Konsultattivi jkomplu jiżguraw li r-reġjonalizzazzjoni sseħħ permezz ta' approċċ tal-Unjoni f'konformità mal-Premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-qafas għandu jkopri l-qbid u l-ħatt tar-riżorsi tas-sajd kif ukoll it-tħaddim tal-irkaptu u l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar.
(4)  Jenħtieġ li l-qafas ikopri l-qbid u l-ħatt tar-riżorsi tas-sajd kif ukoll it-tħaddim tal-irkaptu u l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar u jqis ukoll id-dinamiki soċjoekonomiċi.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Fejn ikun rilevanti, il-miżuri tekniċi għandhom japplikaw għall-industriji tas-sajd rikreattivi li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tal-ħut u l-ispeċijiet ta' frott tal-baħar bil-qoxra.
(6)  L-industriji tas-sajd rikreattivi jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent tal-baħar, l-istokkijiet tal-ħut u speċijiet oħra, u jenħtieġ għalhekk li jkunu soġġetti għall-miżuri tekniċi.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   Il-ħut maqbud mis-sajjieda dilettanti (sajd bis-sunnara u x-xlief) huma rilaxxati b'rata ta' sopravivenza għolja, sakemm ma jiġix ipprovat il-kuntrarju b'evidenza xjentifika.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)   Jenħtieġ li japplika l-obbligu ta' ħatt l-art, skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-qabdiet kollha ta' speċijiet li huma soġġetti għal limiti ta' qbid. Madankollu, meta l-kampjuni ta' dawn l-ispeċijiet jinqabdu u jiġu rilaxxati immedjatament f'sajd rikreattiv, u l-evidenza xjentifika turi rati ta' sopravivenza għoljin għal dawk l-ispeċijiet, kif jista' jkun il-każ għal ħut maqbud minn sajjieda dilettanti li jużaw tagħmir tas-sajd bis-sunnara u x-xlief, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi eskluż is-sajd ikkonċernat mill-obbligu ta' ħatt l-art billi jiġu applikati l-proċeduri stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi jiġu adottati miżuri għal dak il-għan skont il-pjanijiet pluriennali u/jew il-pjanijiet ta' skartar.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS li jsir sajd f'livelli ta' rendiment sostenibbli massimu, li jitnaqqsu qabdiet mhux mixtieqa u li jiġi eliminat l-iskartar, u jikkontribwixxu biex jinkiseb status ambjentali tajjeb (GES) kif stipulat fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18.
(7)  Jenħtieġ li l-miżuri tekniċi jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS.
__________________
18 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta' l-Ambjent Marin (ĠU L 164, 25.6.2008, p.19).
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Jenħtieġ li l-miżuri tekniċi jkunu proporzjonati mal-għanijiet segwiti. Qabel ma jiġu adottati, jenħtieġ li jitqies l-impatt ekonomiku u soċjali li jista' jkollhom.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)   Il-miżuri ta' infurzar u l-implimentazzjoni ta' miżuri tekniċi, programmi operazzjonali u, fejn relevanti, il-ħruġ ta' liċenzji, restrizzjonijiet fuq il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta' bastimenti u ta' ċertu tagħmir, jenħtieġ li ma jkunux ta' xkiel għall-ksib ta' standards ogħla tas-saħħa u tas-sikurezza għal bastimenti li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd u attivitajiet tas-sajd.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 7c (ġdida)
(7c)   Jenħtieġ li miżuri tekniċi adottati skont dan ir-Regolament ikunu koerenti mal-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011 – 2020, adottat skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, u jeħtieġ li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2020, b'mod partikolari l-mira biex jiġi żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-azzjonijiet relatati magħhom.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  B'mod speċifiku, il-miżuri tekniċi għandhom jipproteġu l-aggregazzjonijiet tal-ħut li għadu qed jikber u tal-ħut riproduttiv permezz ta' rkaptu selettiv u ta' miżuri biex jiġi evitat il-qbid ta' ħut li ma jkunx hemm użu għalih. Il-miżuri tekniċi għandhom jimminimizzaw, u meta possibbli saħansitra jeliminaw, l-impatti tal-irkaptu fuq l-ekosistema tal-baħar u b'mod partikolari fuq speċijiet u ħabitats sensittivi. Għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikun hemm fis-seħħ miżuri ta' ġestjoni għall-finijiet ta' konformità mal-obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE19, id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u d-Direttiva 2008/56/KE.
(8)  Jenħtieġ li b'mod speċifiku, il-miżuri tekniċi jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ħut li għadu qed jikber u tal-aggregazzjonijiet ta' ħut riproduttiv permezz ta' rkaptu selettiv u ta' miżuri biex jiġi evitat il-qbid ta' ħut li ma jkunx hemm użu għalih. Jenħtieġ li l-miżuri tekniċi jikkontribwixxu biex jimminimizzaw, u fejn possibbli jeqirdu, l-impatti negattivi tal-irkaptu fuq l-ekosistema tal-baħar u b'mod partikolari fuq speċijiet u ħabitats sensittivi. Jenħtieġ li jingħataw inċentivi sabiex jinkoraġġixxu l-użu ta' rkaptu u prattiki li jkollhom impatt baxx fuq l-ambjent. Jenħtieġ li l-miżuri tekniċi jikkontribwixxu wkoll biex ikun hemm fis-seħħ miżuri ta' ġestjoni għall-finijiet ta' konformità mal-obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE19, id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u d-Direttiva 2008/56/KE.
__________________
__________________
19 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
19 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
20 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ĠU L 20, 26.1.2010, p.
20 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ĠU L 20, 26.1.2010, p.7
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Jenħtieġ li l-qbid inċidentali ta' speċijiet sensittivi jiġi indirizzat b'mod komprensiv fis-sajd kollu u fit-tipi ta' rkaptu kollha fid-dawl tal-livell strett ta' protezzjoni li jagħtuhom id-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2008/56/KE, il-livell ta' vulnerabbiltà għoli tagħhom u l-obbligu li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti miri marbutin mal-livelli ta' qabdiet mhux mixtieqa; mal-livell fuq il-qabdiet aċċessorji ta' speċi sensittivi u mal-ħsara li ssir lill-ħabitats ta' qiegħ il-baħar milquta ħażin mis-sajd; b'mod li jirriflettu l-għanijiet tal-PKS, il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni (b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 92/43 u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 ), u l-aħjar prassi internazzjonali.
(9)  Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri tekniċi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi tal-prestazzjoni b'rabta mat-tnaqqis fil-qbid tal-ħut taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni u l-qbid inċidentali ta' speċijiet sensittivi kif ukoll it-tnaqqis tal-impatti ambjentali negattivi fuq il-ħabitats tal-baħar, bħala riżultat tas-sajd, indikaturi li jirriflettu l-għanijiet tal-PKS u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni (b'mod partikolari d-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 ).
__________________
__________________
21 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ĠU L 327, 22.12.2000, p.1.
21 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ĠU L 327, 22.12.2000, p.1.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu l-usa' użu possibbli mill-miżuri disponibbli fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a biex jgħinu lis-sajjieda fl-implimentazzjoni tal-miżuri tekniċi u jiżguraw li jittieħed kont tal-għanijiet soċjoekonomiċi tal-PKS.
_______________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).”
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Ċertu rkaptu distruttiv jew metodi distruttivi li jużaw splussivi, veleni, sustanzi stupefaċenti, il-kurrent elettriku, imrietel pnewmatiċi jew strumenti tal-perkussjoni oħrajn; tagħmir irmunkat u ħattafa għall-ħsad tal-qroll aħmar jew tipi oħrajn ta' qroll u speċijiet simili u ċerti ħarpuns għall-qroll għandhom ikunu pprojbiti ħlief fil-każ speċifiku tat-tkarkir bl-impuls elettriku li jista' jintuża f'ċerti kundizzjonijiet stretti.
(11)  Ċertu rkaptu distruttiv jew metodi distruttivi li jużaw splussivi, veleni, sustanzi stupefaċenti, il-kurrent elettriku, imrietel pnewmatiċi jew strumenti tal-perkussjoni oħrajn; tagħmir irmunkat u ħattafa għall-ħsad tal-qroll aħmar jew tipi oħrajn ta' qroll u speċijiet simili u ċerti ħarpuns għall-qroll jenħtieġ li jkunu pprojbiti. F'dan ir-rigward huwa meħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm għarfien xieraq dwar l-impatti ta' tagħmir tas-sajd innovattiv, inklużi l-effetti kumulattivi, qabel ma l-użu tat-tagħmir jiġi adottat b'mod wiesa'. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun stabbilita sistema għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-evalwazzjoni, li jservu għall-infurzar u r-riċerka kif ukoll għal skopijiet ta' evalwazzjoni. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-liċenzji attwali jsiru soġġetti għal rivalutazzjoni xjentifika, qabel ma jingħataw status ta' "mhux projbit" b'mod permanenti.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Hemm bżonn ta' għarfien dettaljat u kwantifikat dwar l-impatti ta' tagħmir tas-sajd innovattiv u anke tal-effetti kumulattivi tagħhom fuq l-ambjent tal-baħar u l-ispeċijiet, qabel ma l-użu tagħhom jiġi adottat b'mod ġenerali fuq skala kummerċjali. Jenħtieġ li jiġi stabbilit programm effettiv ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Għal ċerti speċijiet ta' ħut rari, fosthom ċerti speċi ta' klieb il-baħar u ta' raj, saħansitra attività limitata tas-sajd tista' tirriżulta f'riskju serju għall-konservazzjoni tagħhom. Sabiex jiġu protetti speċijiet bħal dawn għandha tiġi introdotta projbizzjoni ġenerali tas-sajd għalihom.
(15)  Għal ċerti speċijiet ta' ħut li jkunu rari jew li l-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament żejjed, saħansitra attività limitata tas-sajd tista' tirriżulta f'riskju serju għall-konservazzjoni tagħhom. Sabiex jiġu protetti speċijiet bħal dawn jenħtieġ li tiġi introdotta projbizzjoni ġenerali tas-sajd għalihom.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Sabiex is-settur tal-qbid tal-ħut jingħata l-assistenza meta jiġi biex jimplimenta l-obbligu tal-ħatt, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ miżuri biex jiffaċilitaw il-ħżin u s-sejbien ta' punti ta' ħrib għal speċijiet tal-baħar li huma iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u fl-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn, jew appoġġ fl-investiment sabiex jiżdied il-valur tal-prodotti tas-sajd.
(21)  Sabiex is-settur tal-qbid tal-ħut jingħata l-assistenza meta jiġi biex jimplimenta l-obbligu tal-ħatt, u biex jiżgura sitwazzjoni ekwa permezz ta' konformità sħiħa mal-obbligu ta' ħatt l-art, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ miżuri biex jiffaċilitaw il-ħżin u s-sejbien ta' punti ta' ħrib għal speċijiet tal-baħar li huma iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u fl-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn, jew appoġġ fl-investiment sabiex jiżdied il-valur tal-prodotti tas-sajd.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  F'każijiet fejn il-parir xjentifiku jindika li qed ikun hemm qabdiet sinifikanti ta' speċijiet li ma jkunx hemm użu għalihom u li mhumiex soġġetti għal-limiti tal-qbid u għalhekk mhux soġġetti għall-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, l-Istati Membri għandhom iwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw modi biex inaqqsu qabdiet bħal dawn u bil-għan li jintroduċu miżuri tekniċi xierqa sabiex jilħqu dan il-għan.
(23)  F'każijiet fejn il-parir xjentifiku jindika li qed ikun hemm qabdiet sinifikanti ta' speċijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw modi biex inaqqsu qabdiet bħal dawn u bil-għan li jintroduċu miżuri tekniċi xierqa sabiex jilħqu dan il-għan.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Fejn ma hemmx miżuri tekniċi fis-seħħ fil-livell reġjonali għandhom japplikaw l-istandards ta' referenza. Dawn l-istandards ta' referenza għandhom jinkisbu minn miżuri tekniċi eżistenti, u dan filwaqt li jitqiesu l-parir tal-STECF u l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Għandhom jikkonsistu f'daqsijiet tal-malja ta' referenza għall-irkaptu rmunkat u għax-xbieki statiċi, f'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, f'żoni magħluqa jew ristretti, f'miżuri ta' konservazzjoni tan-natura sabiex jimmitigaw il-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar u għasafar tal-baħar f'ċerti żoni, u fi kwalunkwe miżura speċifika reġjonali oħra li teżisti bħalissa li għad hemm bżonnha biex tiżgura li jibqgħu jintlaħqu l-objettivi tal-konservazzjoni sakemm jiġu stabbiliti miżuri bħal dawn permezz tar-reġjonalizzazzjoni.
(24)  Fejn ma hemmx miżuri tekniċi fis-seħħ fil-livell reġjonali jenħtieġ li japplikaw l-istandards ta' referenza. Dawn l-istandards ta' referenza jenħtieġ li jinkisbu minn miżuri tekniċi eżistenti, u dan filwaqt li jitqiesu l-parir tal-STECF u l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li jikkonsistu f'daqsijiet tal-malja ta' referenza għall-irkaptu rmunkat u għax-xbieki statiċi, f'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, f'żoni magħluqa jew ristretti, f'miżuri ta' konservazzjoni tan-natura sabiex jimminimizzaw u, fejn ikun possibbli, jeliminaw il-qbid inċidentali ta' mammiferi tal-baħar u għasafar tal-baħar f'ċerti żoni, u fi kwalunkwe miżura speċifika reġjonali oħra li teżisti bħalissa li għad hemm bżonnha biex tiżgura li jibqgħu jintlaħqu l-objettivi tal-konservazzjoni sakemm jiġu stabbiliti miżuri bħal dawn permezz tar-reġjonalizzazzjoni.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  L-Istati Membri flimkien mal-partijiet ikkonċernati jistgħu jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri tekniċi adegwati li jiddevjaw mill-istandards ta' referenza skont il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni stipulat fil-PKS.
(25)  Jenħtieġ li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti, ikunu kapaċi jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri tekniċi adegwati, ibbażati fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli, li jiddevjaw mill-istandards ta' referenza biex jiġu adattati miżuri tekniċi għall-ispeċifiċitajiet reġjonali tas-sajd, skont il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni stipulat fil-PKS, anki meta ma jkunx hemm pjan pluriennali.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Miżuri tekniċi reġjonali bħal dawn, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-protezzjoni ta' speċijiet u ħabitats sensittivi, għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti għall-istandards ta' referenza.
(26)  Jenħtieġ li r-reġjonalizzazzjoni tintuża biex toħloq miżuri mfassla apposta li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd, inkluża s-salvagwardja tal-ispeċijiet u l-ħabitats sensittivi. Jenħtieġ li miżuri tekniċi reġjonali bħal dawn ikunu sostenibbli u tal-anqas għandhom jiżguraw l-istess mudelli ta' sfruttament u l-livell ta' protezzjoni daqs l-istandards ta' referenza. Jenħtieġ li l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura teknika reġjonali tkun ibbażata fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-gruppi reġjonali tal-Istati Membri taħt ir-reġjonalizzazzjoni jenħtieġ li jissodisfaw l-istess standards ta' sorveljanza demokratika bħal dawk fl-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 26b (ġdida)
(26b)   Jenħtieġ li r-reġjonalizzazzjoni tintuża bħala għodda biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u tingħata s-setgħa lis-sajjieda u l-involviment tagħhom sabiex b'hekk dawn ikunu jistgħu jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mal-Kunsilli Konsultattivi u max-xjenzjati sabiex joħolqu miżuri mfassla apposta li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd u jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom;
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
(27a)   Fejn hemm interess ta' ġestjoni dirett li jikkonċerna Stat Membru uniku, jistgħu jiġu ppreżentati proposti għal miżuri tekniċi individwali, biex jiġu mmodifikati miżuri ta' konservazzjoni eżistenti, soġġetti għall-konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Fil-pjanijiet multiannwali, huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jadottaw irkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi u li jvarja mid-daqsijiet tal-malja ta' referenza, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li rkaptu bħal dan ikun tal-inqas iwassal għal mudelli ta' selettività simili jew aħjar mill-irkaptu ta' referenza.
(28)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jadottaw irkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi u li jvarja mid-daqsijiet tal-malja ta' referenza, jenħtieġ li l-gruppi reġjonali tal-Istati Membri jiżguraw li rkaptu bħal dan ikun tal-inqas iwassal għal mudelli ta' selettività simili jew aħjar mill-irkaptu ta' referenza.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti sabiex jemendaw jew jistabbilixxu żoni magħluqa jew żoni ristretti ġodda biex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' ħut żgħir u ta' ħut riproduttiv, fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tagħhom il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet, il-limitu, it-tul, ir-restrizzjonijiet tal-irkaptu u l-arranġamenti dwar il-kontrolli u l-monitoraġġ.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti biex fil-pjanijiet multiannwali jiġu emendati jew stabbiliti qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jipperikolawx l-objettivi tal-PKS, u dan billi jiżguraw li ma tiġi introdotta ebda distorsjoni fis-suq u li ma jinħoloq ebda suq għal speċijiet iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.
(30)  Huma u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti biex jiġu emendati jew stabbiliti qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, jenħtieġ li l-gruppi reġjonali tal-Istati Membri jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet tal-PKS, u dan billi jiżguraw li l-protezzjoni tal-ispeċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru tiġi rispettata bis-sħiħ filwaqt li jiżguraw li ma tiġi introdotta ebda distorsjoni fis-suq u li ma jinħoloq ebda suq għal speċijiet iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Fir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandu jitħalla lok biex, bħala miżura addizzjonali għall-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber jew ta' ħut riproduttiv, tiġi żviluppata l-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, u dan flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel. Il-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti u mbagħad biex jitneħħew żoni bħal dawn, flimkien mal-ftehimiet ta' kontroll u ta' monitoraġġ, għandhom jiġu definiti fir-rakkomandazzjonijiet konġunti rilevanti.
(31)  Fir-rakkomandazzjonijiet konġunti jenħtieġ li jitħalla lok biex, bħala miżura addizzjonali għall-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet ta' ħut li għadu qed jikber jew ta' ħut riproduttiv jew speċijiet sensittivi, tiġi żviluppata l-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, u dan flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel. Il-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti u mbagħad biex jitneħħew żoni bħal dawn, inkużi eżenzjonijiet fejn xieraq, flimkien mal-ftehimiet ta' kontroll u ta' monitoraġġ, jenħtieġ li jiġu definiti fir-rakkomandazzjonijiet konġunti rilevanti.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Fuq il-bażi ta' valutazzjoni xjentifika tal-impatti tal-irkaptu innovattiv, evalwata mill-STECF, l-użu ta' dan l-irkaptu ġdid jew l-estensjoni tal-użu tiegħu, bħat-tkarkir b'impuls elettriku, jista' jiġi inkluż bħala alternattiva fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-gruppi reġjonali tal-Istati Membri. L-użu tal-irkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn valutazzjoni xjentifika turi dan se jwassal għal impatti negattivi fuq ħabitats sensittivi u speċijiet mhux fil-mira.
(32)  Fuq il-bażi ta' valutazzjoni xjentifika tal-impatti tal-irkaptu innovattiv, evalwata mill-STECF, inkluż l-impatt negattiv potenzjali ta' ċertu rkaptu, l-użu jew l-estensjoni tal-użu ta' rkaptu innovattiv, jista' jiġi inkluż bħala alternattiva fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-gruppi reġjonali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li lużu tal-irkaptu innovattiv ma jkunx permess fejn valutazzjoni xjentifika turi dan se jwassal għal impatti diretti jew kumulattivi negattivi fuq ħabitats tal-baħar, speċjalment ħabitats sensittivi, jew speċijiet mhux fil-mira, jew jipperikola l-ksib ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar.
Emenda 268
Proposta għal regolament
Premessa 32a (ġdida)
(32a)  Il-gruppi reġjonali għandhom jiżviluppaw miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni bbażati fuq it-tip ta' rkaptu, billi jintużaw il-pariri xjentifiċi u l-aħjar prattika biex jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati l-qabdiet inċidentali ta' tjur tal-baħar u ta' mammiferi tal-baħar, allinjati mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE1a u l-Ftehim dwar il-Konservazzjoni taċ-Ċetaċji Żgħar tal-Baħar Baltiku u tal-Baħar tat-Tramuntana (ASCOBANS) tas-17 ta' Marzu 1992, kif emendat.
___________________________
1a Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1).
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Sabiex ikunu minimizzati l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi u l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats sensittivi, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri għandhom jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali sabiex inaqqsu l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċi u l-ħabitats sensittivi. Fejn l-evidenza xjentifika turi li hemm theddida serja għall-istatus ta' konservazzjoni ta' speċijiet u ħabitats bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-bini u l-funzjonament ta' ċertu rkaptu jew anke jipprojbuh kompletament f'dak ir-reġjun. B'mod partikolari dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu applikati għall-użu tal-għażel tat-tisqif li f'ċerti żoni wassal għal qabdiet sinifikanti ta' ċetaċji u għasafar tal-baħar.
(33)  Sabiex ikunu minimizzati u, meta jkun possibbli, ikunu eliminati l-qabdiet inċidentali ta' speċijiet sensittivi u l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats sensittivi, jenħtieġ li l-gruppi reġjonali tal-Istati Membri jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali sabiex inaqqsu l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċijiet u l-ħabitats sensittivi. Fejn l-evidenza xjentifika turi li hemm theddida serja għall-istatus ta' konservazzjoni ta' speċijiet u ħabitats bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-bini u l-funzjonament ta' ċertu rkaptu jew anke jipprojbuh kompletament f'dak ir-reġjun biex jiġu salvagwardati l-ambjent tal-baħar, l-istokkijiet tal-ħut lokali u l-komunitajiet kostali lokali kkonċernati. B'mod partikolari dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu applikati għall-użu tal-għażel tat-tisqif li f'ċerti żoni wassal għal qabdiet sinifikanti ta' ċetaċji u għasafar tal-baħar.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)   Bil-ħsieb li jinżammu r-rakkomandazzjonijiet dettaljati eżistenti miftiehma mill-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC), il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea inkwantu tal-listi ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u anke tal-miżuri tekniċi speċifiċi marbuta ma' miżuri definiti biex jipproteġu l-linard u r-redfish. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex fil-liġijiet tal-Unjoni tkun tista' tinkorpora l-emendi li jista' jkun hemm fil-ġejjieni b'rabta mal-miżuri adottati mill-NEAFC u li jkunu jikkonsistu f'ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, definiti hekk b'mod speċifiku, u li jsiru vinkolanti għall-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.
imħassar
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Sabiex ma jkunx hemm tfixkil għar-riċerka xjentifika, għar-ripopolament artifiċjali jew għat-trapjantar artifiċjali, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet li jaf ikunu neċessarji għall-għanijiet imsemmija.
(36)  Sabiex ma jkunx hemm tfixkil għar-riċerka xjentifika, għar-ripopolament dirett jew għat-trapjantar artifiċjali, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għal attivitajiet li jaf ikunu neċessarji għall-għanijiet imsemmija.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Meta l-parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn ta' azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar, fil-każijiet fejn tkun iġġustifikata tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tkun lesta tistabbilixxi miżuri tekniċi sabiex ittaffi theddida bħal din, anki permezz ta' deroga minn dan ir-Regolament jew ta' miżuri tekniċi stabbiliti mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jitfasslu biex jindirizzaw tibdiliet mhux mistennija fil-mudelli tal-istokk minħabba livelli għoljin jew baxxi ta' reklutaġġ ta' ħut li għadu qed jikber fi stokk partikulari, biex jipproteġu l-ħut jew il-frott tal-baħar bil-qoxra riproduttiv meta l-istokkijiet ikunu f'livelli baxxi ħafna jew biex jindirizzaw tibdiliet oħrajn fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut li jista' jhedded l-istatus ta' stokk partikulari. Dawn jaf jinkludu restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu rmunkat jew statiku jew fuq l-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.
(37)  Meta l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli juru li hemm bżonn ta' azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet u ħabitats tal-baħar, fil-każijiet fejn tkun iġġustifikata tagħmel hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun lesta tistabbilixxi miżuri tekniċi sabiex ittaffi theddida bħal din, anki permezz ta' deroga minn dan ir-Regolament jew ta' miżuri tekniċi stabbiliti mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jitfasslu biex jindirizzaw tibdiliet mhux mistennija fil-mudelli tal-istokk minħabba livelli għoljin jew baxxi ta' reklutaġġ ta' ħut li għadu qed jikber fi stokk partikulari, jew qbid inċidentali ta' speċijiet sensittivi, biex jipproteġu l-ħut jew il-frott tal-baħar bil-qoxra riproduttiv meta l-istokkijiet tal-ħut jew ta' speċijiet sensittivi ikunu f'livelli baxxi ħafna jew biex jindirizzaw tibdiliet oħrajn fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut li jista' jhedded l-istatus ta' stokk partikulari, kif ukoll biex jiġi indirizzat id-deterjorament fil-popolazzjonijiet u l-ħabitats tal-ispeċijiet minħabba impatti tas-sajd, u biex tiġi prevista kwalunkwe miżura ta' konservazzjoni oħra meħtieġa. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu rmunkat jew statiku jew fuq l-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista ta' ħut u frott tal-baħar bil-qoxra li ma jistax isir sajd għalih; biex taġġorna l-lista ta' żoni sensittivi fejn is-sajd għandu jkun ristrett; biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet multiannwali; u biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet ta' skartar temporanji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tittrażmetti d-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod simultanju, adegwat u fil-ħin.
(38)  Jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex, bil-għan li tistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni għal miżuri tekniċi fir-rigward ta' qabdiet ta' ħut taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni, tiddefinixxi s-sajd ewlieni u l-livelli ta' qabdiet bħal dawn li japplikaw għal dak is-sajd ewlieni, biex taġġorna l-lista ta' ħut u frott tal-baħar bil-qoxra li ma jistax isir sajd għalih; biex taġġorna l-lista ta' żoni sensittivi fejn jenħtieġ li s-sajd jkun ristrett; biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet pluriennali jew, fejn meħtieġ, barra mill-qafas ta' pjanijiet pluriennali; u biex tadotta miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet ta' skartar temporanji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u abbażi tal-evalwazzjoni tal-STECF. Hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li tittrażmetti d-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod simultanju, adegwat u fil-ħin.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Sa tmiem l-2020 u ma' kull tielet sena minn dik is-sena 'l hemm, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u dan abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF. Dan ir-rapport għandu jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi fil-livell reġjonali u f'dak tal-Unjoni jkunu kkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li l-objettivi u l-miri ma jkunux intlaħqu, l-Istati Membri f'dak ir-reġjun għandhom jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li dawk l-objettivi u l-miri jistgħu jintlaħqu. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-emendi li tqis li huma neċessarji f'dan ir-Regolament.
(40)  Sa ... [tliet snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u ma' kull tielet sena minn dik is-sena 'l hemm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u dan abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF. Jenħtieġ li dan ir-rapport jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi fil-livell reġjonali u f'dak tal-Unjoni jkunu kkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi u l-livelli tal-indikaturi tal-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li l-objettivi jew li l-indikaturi tal-effikaċja jinżammu f'livell mhux sodisfaċenti, jenħtieġ li l-Istati Membri f'dak ir-reġjun jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li dawk l-objettivi jintlaħqu u li jittejjeb il-livelli tal-indikaturi tal-effikaċja. Abbażi ta' dak ir-rapport, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-emendi li tqis li huma neċessarji f'dan ir-Regolament.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/200629, (KE) Nru 1098/200730, (KE) 1224/200931 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/201132 u (UE) Nru 1380/201333 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu emendati skont dan.
(42)  Jenħtieġ li r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/200629, (KE) Nru 1098/200730, (KE) Nru 1224/200931 u r-Regolament (UE) Nru 1380/201333 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu emendati skont dan.
__________________
__________________
29 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006 p.11).
29 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006 p.11).
30 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p.1).
30 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p.1).
31 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p.1.
31 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p.1.
32 Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2001 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44.
33 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
33 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 43
(43)   Biex jiġu ssupplimenta jew emendati r-regoli dettaljati eżistenti li jittrasponu r-rakkomandazzjonijiet miftiehma mill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-miżuri tekniċi fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex fil-liġijiet tal-Unjoni tkun tista' tinkorpora l-emendi li jista' jkun hemm fil-ġejjieni b'rabta mal-miżuri adottati mill-GFCM u li jkunu jikkonsistu f'ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, definiti hekk espressament, u li jsiru vinkolanti għall-Unjoni skont il-Ftehim tal-GFCM. Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.
imħassar
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-funzjonament tal-irkaptu u l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar.
(b)  il-funzjonament tal-irkaptu.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)   l-interazzjoni ta' dak l-irkaptu mal-ekosistemi tal-baħar.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet li jsiru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għan-nazzjonali tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ewlenija tal-Istat tal-bandiera, fiż-żoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5 kif ukoll minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiżi terzi, u li jkunu rreġistrati fihom, meta jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29, dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd, kemm dawk kummerċjali kif ukoll dawk rikreattivi, li jsiru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għan-nazzjonali tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ewlenija tal-Istat tal-bandiera, fiż-żoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5 kif ukoll minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiżi terzi, u li jkunu rreġistrati fihom, meta jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  L-Artikoli 7 u 14 u Parti A tal-Annessi V sa X għandhom japplikaw ukoll għall-industriji tas-sajd rikreattiv.
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-industriji tas-sajd rikreattiv.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Bħala għodod li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'mod partikolari fil-paragrafi 2, 3 u 5(a) u (j) ta' dak l-Artikolu.
1.  Il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi b'mod partikolari għandhom:
2.  Il-miżuri tekniċi b'mod partikolari għandhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi li ġejjin:
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a)  jottimizzaw il-mudelli ta' sfruttament sabiex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' speċijiet li għadhom qed jikbru jew li huma riproduttivi;
(a)  jiżguraw mudelli ta' sfruttament sostenibbli sabiex jipproteġu l-aggregazzjonijiet ta' speċijiet li għadhom qed jikbru jew li huma riproduttivi; u jipprovdu salvagwardji xierqa;
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet tal-baħar elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u ta' speċijiet sensittivi oħrajn li jirriżultaw mis-sajd jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati b'mod li ma jirrappreżentawx theddida għall-istatus ta' konservazzjoni ta' dawn l-ispeċijiet;
(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet tal-baħar, b'mod partikolari dawk elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, li jirriżultaw mis-sajd jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati;
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
(c)  jiżguraw li l-impatti ambjentali tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati b'mod li ma jirrappreżentawx theddida għall-istatus ta' konservazzjoni ta' dawn il-ħabitats;
(c)  jiżguraw inkluż bl-użu ta' inċentivi adegwati, li l-impatti ambjentali negattivi tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar jiġu minimizzati u, fejn possibbli, jiġu eliminati;
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d
(d)  jikkontribwixxu biex jiġu stabbiliti miżuri b'rabta mal-ġestjoni tas-sajd biex ikun hemm konformità mal-obbligi tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE, 2008/56/KE u 2000/60/KE.
(d)  jiġu stabbiliti miżuri b'rabta mal-ġestjoni tas-sajd biex ikun hemm konformità mal-obbligi tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE, 2008/56/KE u 2000/60/KE.
Emendi 294 u 300
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)   jiżguraw li l-kundizzjonijiet, deskritti fid-Deskritturi 1, 3, 4 u 6, stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE, jiġu ssodisfati.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – titolu
Miri
Indikaturi tal-prestazzjoni
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-miżuri tekniċi huma maħsuba biex jilħqu l-miri li ġejjin:
1.  Sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri tekniċi jikkontribwixxux biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-indikaturi ta' prestazzjoni li ġejjin għandhom jintużaw:
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jiżguraw li l-qabdiet ta' speċi tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni ma jaqbżux il-5% tal-volum skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
(a)  sal-punt li l-qabdiet ta' speċijiet tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jitnaqqsu progressivament għal livelli speċifiċi għas-sajd prinċipali;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, rettili tal-baħar, għasafar tal-baħar u speċi oħrajn mhux sfruttati kummerċjalment ma jaqbżux il-livelli stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fi ftehimiet internazzjonali.
(b)  sal-punt fejn il-qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, rettili tal-baħar, għasafar tal-baħar u speċi oħrajn mhux sfruttati kummerċjalment jiġu eleminati progressivament u gradwalment;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
(c)  jiżguraw li l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats ta' qiegħ il-baħar ma jaqbżux il-livelli meħtieġa għal status ambjentali tajjeb fil-każ ta' kull tip ta' ħabitat ivvalutat fil-qafas tad-Direttiva 2008/56/KE, f'kull reġjun jew sottoreġjun tal-baħar, b'rabta kemm mal-kwalità tal-ħabitat u kemm mad-daqs tal-ispazju li l-livelli meħtieġa jridu jinkisbu fih.
(c)  Sal-punt li l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar, inklużi l-ħabitats sensittivi ta' qiegħ il-baħar, jiġu minimizzati u jinżammu taħt il-livelli meħtieġa għal status ambjentali tajjeb, b'mod partikolari fil-każ ta' kull tip ta' ħabitat ivvalutat fil-qafas tad-Direttiva 2008/56/KE, f'kull reġjun jew sottoreġjun tal-baħar, b'rabta kemm mal-kwalità tal-ħabitat u kemm mad-daqs tal-ispazju li l-livelli meħtieġa jridu jinkisbu fih.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi, għall-iskopijiet tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu:
(a)  is-sajd ewlieni msemmi f'dak il-punt;
(b)  Il-livelli ta' qabdiet attwali ta' speċijiet tal-baħar taħt il-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal kull wieħed minn dawk l-oqsma ta' sajd ewlenin, abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri għas-snin ta' referenza 2013-2015;
(c)  il-livelli speċifiċi li l-qabdiet ta' speċijiet tal-baħar taħt il-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal kull wieħed minn dawk l-oqsma tas-sajd ewlenin għandhom jiġu mnaqqsa għalihom sabiex jinkiseb l-għan ta' żgurar ta' sfruttament sostenibbli u biex tiġi pprovduta protezzjoni għall-ħut li għadu qed jikber.
Meta jiġu stabbiliti l-livelli speċifiċi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, għandu jittieħed kont tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, inkluż mill-STECF, kif ukoll tal-possibilitajiet tekniċi eżistenti u futuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-evitar ta' qabdiet ta' speċijiet tal-baħar taħt il-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Għall-iskopijiet tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1a, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sa... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Fejn l-ebda rakkomandazzjoni konġunta ma tkun ġiet sottomessa sad-data tal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu, jew jekk rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Istati Membri tiġi kkunsidrata bħala mhux kompatibbli mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha sa... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddefinixxu l-elementi msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, skont l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1d (ġdid)
1d.  Sabiex jinkiseb tnaqqis progressiv ta' qabdiet ta' speċijiet tal-baħar taħt il-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal livelli li jiżguraw mudelli ta' sfruttament sostenibbli, il-livelli speċifiċi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a għandhom jiġu rieżaminati kull tliet snin, billi tintuża l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1a, 1b u 1c, u għandhom ikomplu jitnaqqsu, meta xieraq, skont l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli u l-possibilitajiet tekniċi eżistenti u futuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-evitar ta' qabdiet bħal dawn.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Il-punt sa fejn ikunu nkisbu dawn il-miri għandu jiġi eżaminat bħala parti mill-proċess ta' rappurtar stipulat fl-Artikolu 34.
2.  L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq fil-kuntest tal-proċess ta' rappurtar stipulat fl-Artikolu 34.
Emenda 346
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
L-għanijiet soċjoekonomiċi
Bil-għan li jitqiesu l-objettivi soċjoekonomiċi stabbiliti fil-punti (c), (f) u (i) tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jadottaw u jimplimentaw miżuri tekniċi u miżuri ta' konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu estensiv mill-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 38, 39 u 40 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a)  "Il-Baħar tat-Tramuntana" tfisser id-diviżjonijiet IIa, IIIa u IV tal-ICES34;
(a)  "Il-Baħar tat-Tramuntana" tfisser ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjonijiet IIa, IIIa u IV tal-ICES34;
__________________
__________________
34 Id-diviżjonijiet ICES (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70.
34 Id-diviżjonijiet ICES (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c)  "L-ilmijiet tal-Majjistral" tfisser is-sottożoni V tal-ICES (esklużi Va u l-ilmijiet mhux tal-Unjoni ta' Vb), VI u VII;
(c)  "L-ilmijiet tal-Majjistral" tfisser l-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottożoni V, VI u VII tal-ICES;
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g
(g)  "Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi" tfisser l-ilmijiet madwar ir-reġjuni ultraperiferiċi kif imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat imqassma fi tliet baċiri: Il-Punent tal-Atlantiku, il-Lvant tal-Atlantiku u l-Oċean Indjan;
(g)  "Ilmijiet tal-Unjoni Ewropea fl-Oċean Indjan u fil-Punent tal-Atlantiku" tfisser l-ilmijiet madwar il-Guadaloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion, Saint Martin taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  "mudell ta' sfruttament" tfisser kif il-pressjoni tas-sajd hija distribwita fil-profil tal-età ta' stokk partikolari;
(1)  "mudell ta' sfruttament" tfisser kif il-mortalità mis-sajd hi distribwita fil-profil tal-età u d-daqs ta' stokk partikolari;
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  "selettività" tfisser espressjoni kwantitattiva rappreżentata bħala probabbiltà tal-qbid ta' ċertu daqs ta' ħut b'ċertu daqs tal-malja (jew sunnara);
(2)  "selettività" tfisser il-probabbiltà ta' qbid ta' ċertu speċijiet jew daqs ta' ħut b'ċerti karatteristiċi ta' tagħmir;
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3
(3)   "sajd selettiv" tirreferi għal meta metodu tas-sajd, tul l-attività tas-sajd, jimmira u jaqbad ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra skont id-daqs u t-tip ta' speċi, u fl-istess ħin ma jaqbadx l-ispeċi li mhumiex fil-mira jew inkella jerġà jeħlishom bla ma jiġrilhom xejn;
imħassar
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 4
(4)  "sajd dirett" tfisser sajd għal speċi definita jew taħlita ta' speċijiet fejn il-qabda totali ta' dik l-ispeċi tkun aktar minn 50% tal-valur ekonomiku tal-qabda;
(4)  "sajd dirett" tfisser l-isforz ta' sajd maħsub għal speċi speċifika jew grupp ta' speċijiet fejn il-kompożizzjoni eżatta tvarja bejn sajd u ieħor, u r-regoli speċifiċi li jirregolaw speċifikazzjonijiet tekniċi minimi ta' daqsijiet tal-malji u rkaptu selettiv skont is-sajd huma stabbiliti fuq livell reġjonali;
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(5a)   "stat ta' konservazzjoni ta' speċi" tfisser l-istat ta' konservazzjoni ta' speċi kif definit fil-punt (i) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
(5b)   "stat ta' konservazzjoni ta' ħabitat" tfisser l-istatus ta' konservazzjoni ta' ħabitat naturali kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 7
(7)  "speċi sensittiva" tfisser speċi li l-istatus ta' konservazzjoni tagħha, inkluż il-ħabitat, id-distribuzzjoni, id-daqs tal-popolazzjoni u l-kundizzjoni tal-popolazzjoni tagħha, huwa affettwat b'mod negattiv minn pressjonijiet ġejjin minn attivitajiet tal-bniedem, inkluż l-attivitajiet tas-sajd. Speċijiet sensittivi jinkludu speċijiet msemmija fl-Annessi II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE, speċijiet koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa sabiex jiksbu status ambjentali tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE;
(7)  "speċi sensittiva" tfisser speċi li l-istatus ta' konservazzjoni tagħha, inkluż il-ħabitat, id-distribuzzjoni, id-daqs tal-popolazzjoni jew il-kundizzjoni tal-popolazzjoni tagħha, huwa affettwat b'mod negattiv minn pressjonijiet ġejjin minn attivitajiet tal-bniedem, inkluż l-attivitajiet tas-sajd. Speċijiet sensittivi jinkludu speċijiet msemmija fl-Annessi II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE, speċijiet koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa sabiex jiksbu status ambjentali tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE;
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 8
(8)  "speċijiet pelaġiċi żgħar" tirreferi għall-kavalli, l-aringi, is-sawrell, l-inċova, is-sardin, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċi koħol, l-imniefaħ;
(8)  "speċijiet pelaġiċi żgħar" tfisser inter alia l-kavalli, l-aringi, is-sawrell, l-inċova, is-sardin, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċi koħol, l-imniefaħ, il-vopa, Sardinella aurita and Sardinella maderensis;
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
(9a)   "sajd tradizzjonali (susistenza) bi rkaptu tas-sajd passiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar fuq skala limitata fil-livell lokali, esklussivament għal ħtiġijiet personali u bl-użu biss ta' rkaptu u tekniki tas-sajd tradizzjonali;
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 10
(10)  "Kunsilli Konsultattivi" tfisser gruppi ta' partijiet ikkonċernati stabbiliti fil-qafas tal-PKS sabiex jippromwovu r-rappreżentazzjoni bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati kollha u sabiex jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS;
(10)  "Kunsilli Konsultattivi" tfisser gruppi ta' partijiet ikkonċernati stabbiliti skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jwettqu l-attività tagħhom skont l-Artikoli 44 u 45 u l-Anness III għal dan ir-Regolament;
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 11
(11)  "xibka tat-tkarkir" tfisser irkaptu rmunkat b'mod attiv minn bastiment tas-sajd wieħed jew aktar u jikkonsisti f'korp għamla ta' kon jew piramida (bħal korp tat-tkarkir) magħluq fil-parti ta' wara minn manka; "irkaptu rmunkat" tirreferi għax-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni Daniżi u rkapti simili b'korp għamla ta' kon jew piramida magħluq fil-parti ta' wara minn borża (manka) jew li fih par ġwienaħ twal, korp u borża (manka) u li jitmexxew b'mod attiv fl-ilma;
(11)  "xibka tat-tkarkir" tfisser irkaptu li jikkonsisti f'xibka li huwa rmunkat b'mod attiv minn bastiment wieħed jew aktar tas-sajd u magħluq fuq wara minn borża (manka);
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)
(11a)   "irkaptu rmunkat" tfisser kwalunkwe gangmi, xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u xbieki simili li jinġibdu b'mod attiv fl-ilma minn bastiment wieħed jew aktar jew minn kwalunkwe sistema mekkanika oħra;
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 12
(12)  "xibka tat-tkarkir tal-qiegħ" tfisser irkaptu tat-tkarkir magħmul u armat sabiex jitħaddem f'qiegħ il-baħar jew kważi;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 13
(13)  "xibka tat-tkarkir bil-par tal-qiegħ" tfisser xibka tat-tkarkir tal-qiegħ irmunkata minn żewġ bastimenti fl-istess ħin, kull waħda tirmunka naħa tax-xibka tat-tkarkir. Il-fetħa orizzontali tax-xibka tat-tkarkir tinżamm bid-distanza bejn iż-żewġ bastimenti waqt li jirmunkaw l-irkaptu;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 15
(15)  "xibka tat-tkarkir bi travu" tfisser irkaptu b'xibka tat-tkarkir miftuħa orizzontalment b'tubu tal-azzar jew tal-injam, bi travu, u bi xbieki b'katini tal-art, twapet tal-ktajjen jew ktajjen għall-gambli rmunkati b'mod attiv fil-qiegħ;
(15)  "xibka tat-tkarkir bi travu" tfisser irkaptu b'xibka tat-tkarkir miftuħa orizzontalment permezz ta' travu, ġwienaħ jew strumenti simili oħrajn;
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 16
(16)  "tkarkir bl-impuls elettriku" tfisser teknika tas-sajd li tuża kamp elettriku biex taqbad il-ħut. L-irkaptu tat-tkarkir bl-impuls elettriku jikkonsisti f'numru ta' elettrodi, marbuta mal-irkaptu fid-direzzjoni tal-irmunkar, li jitfgħu impulsi elettriċi qosra;
(16)  "tkarkir bl-impuls elettriku" tfisser xibka tat-tkarkir li tuża kurrent b'impuls elettriku biex jinqabdu riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)
(17a)   "tartaruni tal-kosta" tfisser xbieki tat-tidwir u tartaruni rmunkati mixħutin minn dgħajsa u rmunkati mix-xatt jew minn dgħajsa rmiġġata jew ankrata mal-kosta;
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 20
(20)  "xbieki statiċi" tfisser kwalunkwe tip ta' għażel, xibka tat-tħabbil jew parit, ankrat ma' qiegħ il-baħar (għeżul jew pariti) jew imħolli jinġarr mal-kurrent (għeżul tat-tisqif) sabiex il-ħut jgħum fih u jitħabbel jew jeħel fix-xbieki;
(20)  "xbieki statiċi" tfisser kwalunkwe tip ta' għażel, xibka tat-tħabbil jew parit ankrat ma' qiegħ il-baħar (għeżul jew pariti) sabiex il-ħut jgħum fih u jitħabbel jew jeħel fix-xbieki;
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 21
(21)  "għażel" tfisser xibka magħmula minn żewġ ħitan jew aktar ta' xibka mdendlin flimkien b'mod parallel fuq il-kalament(i) tas-sufri, miżmuma f'wiċċ l-ilma jew f'ċerta distanza taħt wiċċ l-ilma permezz apparat li jżommha f'wiċċ l-ilma, li tinġarr mal-kurrent jew b'mod liberu jew minn dgħajsa li tkun imqabbda magħha. Din tista' tkun mgħammra b'apparat maħsub sabiex jistabbilizza x-xibka jew biex jillimita kemm tinġarr mill-kurrent, bħal pereżempju ankra tal-baħar jew ankraġġ fil-qiegħ imqabbad ma' tarf wieħed tax-xibka;
(21)  "għażel" tfisser xibka miżmuma f'wiċċ l-ilma jew f'ċerta distanza taħt wiċċ l-ilma permezz apparat li jżommha f'wiċċ l-ilma, li tinġarr mal-kurrent jew b'mod liberu jew minn dgħajsa li tkun imqabbda magħha. Din tista' tkun mgħammra b'apparat maħsub sabiex jistabbilizza x-xibka jew biex jillimita kemm tinġarr mill-kurrent;
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 22
(22)  "għażel tal-qiegħ" tfisser xibka magħmula minn biċċa xibka waħda u miżmuma wieqfa fl-ilma permezz ta' sufruni u piżijiet. Din taqbad riżorsi akkwatiċi ħajjin li jinqabdu fil-malji tagħha u hija fissa jew tista' tkun fissa ma' qiegħ il-baħar bi kwalunkwe mezz;
(22)  "għażel" tfisser xibka statika magħmula minn biċċa xibka waħda u miżmuma wieqfa fl-ilma permezz ta' sufruni u piżijiet;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 23
(23)  "għażel tat-tħabbil tal-qiegħ" tfisser ħajt wieħed ta' xibka armat b'mod li x-xibka tiddendel fuq il-ħbula sabiex toħloq ammont akbar ta' tixbik maħlul mill-għażel. Ix-xbieki tat-tħabbil normalment ikollhom anqas affarijiet li jżommu fil-wiċċ fuq il-kalament tas-sufri u ma jkunux fl-għoli daqs l-għażel tal-qiegħ medju matul is-sajd, u jkunu mqabbdin, jew ikunu jistgħu jitqabbdu b'xi mezz ma' qiegħ il-baħar;
(23)  "għażel tat-tħabbil" tfisser xibka statika li tikkonsisti f'ħajt ta' xibka armat b'mod li x-xibka tiddendel fuq il-ħbula sabiex toħloq ammont akbar ta' tixbik maħlul mill-għażel.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 24
(24)  "parit tal-qiegħ" tfisser xibka magħmula minn żewġ saffi jew aktar ta' xbieki b'żewġ saffi fuq barra ta' daqs tal-malja kbir b'saff b'malja żgħira bejniethom u mqabbda, jew tista' titqabbad b'xi mezz ma' qiegħ il-baħar;
(24)  "parit" tfisser xibka statika magħmula minn żewġ saffi jew aktar ta' xbieki b'żewġ saffi fuq barra ta' daqs tal-malja kbir b'saff b'malja bejniethom;
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 26
(26)  "konz" tfisser irkaptu li jikkonsisti f'lett, kultant ta' tul konsiderevoli, mgħammar b'bosta snanar bil-lixka jew mingħajrha fuq fergħat f'intervalli regolari. Il-lett ikun ankrat orizzontalment jew qrib il-qiegħ, vertikalment, jew jitħalla jinġarr mal-kurrent fil-wiċċ;
(26)  "konz" tfisser irkaptu li jikkonsisti f'lett ta' tul varjabbli, li magħha jitqabbdu brazzoli bi snanar spazjati skont l-ispeċi fil-mira. Il-lett ikun ankrat orizzontalment jew qrib il-qiegħ, vertikalment, jew jitħalla jinġarr mal-kurrent fil-wiċċ;
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 27
(27)  "nases u kavetti" tfisser nases f'għamla ta' gaġeġ jew qfief magħmula minn materjali varji ddisinjati sabiex jaqbdu krustaċji jew ħut, jitqiegħdu fuq qiegħ il-baħar jew waħedhom jew f'ringieli, konnessi bi ħbula (ħbula tal-bagi) sa bagi fil-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li għandhom fetħa waħda jew punt ta' dħul wieħed jew aktar;
(27)  "nases u kavetti" tfisser nases f'għamla ta' gaġeġ jew qfief ddisinjati sabiex jaqbdu krustaċji, molluski jew ħut, jitqiegħdu fuq qiegħ il-baħar jew sospiżi fuqu, jew waħedhom jew f'ringieli, konnessi bi ħbula (ħbula tal-bagi) sa bagi fil-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li għandhom fetħa waħda jew punt ta' dħul wieħed jew aktar;
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 28
(28)  "xlief tal-idejn" tfisser teknika tas-sajd fejn jinżamm xlief tas-sajd wieħed bl-idejn. Rixa jew sunnara bil-lixka waħda jew aktar jintrabtu max-xlief;
(28)  "xlief tal-idejn" xlief tas-sajd wieħed, miżmum bl-idejn li miegħu jintrabtu rixa jew sunnara bil-lixka waħda jew aktar;
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 29
(29)  ''St.Andrew's cross'' huwa ħattaf li jagħmel użu minn azzjoni simili għal dik ta' mqass sabiex jaħsad pereżempju l-molluski bivalvi jew il-qroll aħmar minn qiegħ il-baħar;
(29)  ''St.Andrew's cross'' huwa ħattaf li jista' jagħmel użu minn azzjoni simili għal dik ta' mqass sabiex jaħsad pereżempju l-molluski bivalvi jew il-qroll aħmar minn qiegħ il-baħar;
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 30
(30)  "manka" tfisser l-aktar parti ta' wara tax-xibka tat-tkarkir, li tkun f'forma ta' ċilindru, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza t-tul kollu, jew f'forma konika. Magħmula minn panel wieħed jew aktar (biċċiet ta' xbieki) tal-istess daqs tal-malja mwaħħlin flimkien tul il-ġnub tagħhom fl-assi tat-tkarkir minn ġonta fejn jista' jintrabat ħabel tal-ġenb. Għal finijiet regolatorji dan għandu jittieħed bħala l-aħħar 50 malju tax-xibka;
(30)  "manka" tfisser l-aktar parti ta' wara tax-xibka tat-tkarkir, li tkun f'forma ta' ċilindru, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza t-tul kollu, jew f'forma konika. Magħmula minn panel wieħed jew aktar (biċċiet ta' xbieki) mwaħħlin flimkien tul il-ġnub tagħhom. Għal finijiet regolatorji dan għandu jittieħed bħala l-aħħar 50 malju tax-xibka;
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 31
(31)  "daqs tal-malja" tfisser id-daqs tal-malja ta' kwalunkwe manka ta' rkaptu rmunkat kif imkejla skont il-proċedura stipulata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/200840;
(31)  "daqs tal-malja" tfisser:
(a)   fi xbieki bl-għoqiedi: l-itwal distanza bejn żewġ għoqiedi opposti fl-istess majla meta tkun totalment estiża;
(b)   fi xbieki mingħajr għoqiedi: id-distanza bejn żewġ kantunieri opposti għall-itwal assi fl-istess malja meta tkun totalment estiża;
__________________
40 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 tal-10 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malji u l-assessjar tal-ħxuna tal-ispag tax-xbieki tas-sajd (ĠU L 151, 11.6.2008, p.5).
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 32
(32)  "malja kwadra" tfisser il-forma tal-malja li toriġina mill-armar ta' xbieki b'devjazzjoni ta' 45° mid-direzzjoni N b'tali mod li l-vireg ikunu paralleli u f'90° mal-assi tax-xibka tat-tkarkir;
(32)  "malja kwadra" tfisser malja f'forma kwadrilaterali komposta minn żewġ gruppi ta' vireg paralleli bl-istess lonġitudni nominali, fejn grupp ikun parallel, filwaqt li l-ieħor ikun f'angolu ta' 90° mal-assi lonġitudinali tax-xibka;
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 33
(33)  "malja djamant" tfisser forma ta' rombojd normali tal-malji fix-xbieki;
(33)  "malja djamant" hija komposta minn erba' vireg tal-istess lonġitudni, fejn iż-żewġ dijagonali tal-malja jkunu perpendikolari u dijagonali waħda tkun parallela mal-assi lonġitudinali tax-xibka;
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 36
(36)   "xibka passatur" tfisser apparat imwaħħal maċ-ċirkonferenza sħiħa tax-xibka tat-tkarkir għall-gambli qrib it-travu, li jiġi għall-ponta fejn huwa mwaħħal mas-saff t'isfel tax-xibka tat-tkarkir tal-gambli. Toqba tal-ħruġ tinfetaħ fejn jiltaqgħu x-xibka passatur u l-manka, u tippermetti li speċijiet jew individwi kbar wisq biex jgħaddu mill-passatur jaħarbu, filwaqt li l-gambli jistgħu jgħaddu mill-passatur għal ġol-manka;
imħassar
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 38
(38)  "ħin tal-immersjoni" tfisser il-perjodu mill-mument meta x-xbieki jitniżżlu l-ewwel darba fl-ilma sal-mument meta x-xbieki jittellgħu kompletament abbord il-bastiment tas-sajd;
(38)  "ħin ta' immersjoni" tfisser il-perijodu mill-mument meta l-irkaptu jitniżżel l-ewwel darba fl-ilma sal-mument meta huwa jittella' kompletament abbord il-bastiment tas-sajd;
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 39
(39)  "sensuri ta' monitoraġġ tal-irkaptu" tfisser sensuri elettroniċi imbiegħda li jistgħu jitpoġġew fuq xbieki tat-tkarkir jew tartarun tal-borża sabiex jissorveljaw il-parametri ta' prestazzjoni ewlenin bħad-distanza bejn il-bibien tax-xbieki tat-tkarkir jew id-daqs tal-qabda;
(39)  "sensuri ta' monitoraġġ tal-irkaptu" tfisser sensuri elettroniċi mill-bogħod li jitqabbdu biex iwettqu monitoraġġ tal-parametri ewlenin bħad-distanza bejn id-diriġenti jew il-volum tal-qabda;
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 39a (ġdid)
(39a)   "peżata" tfisser linja ta' snanar bil-lixka b'piż żejjed biex tegħreq iktar, u b'hekk jitnaqqsu l-veloċità u l-ħin tal-esponiment għal għasafar tal-baħar;
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 40
(40)  "apparat akustiku deterrenti" tfisser apparat imbiegħed użat sabiex jgħarraf u javża speċijiet bħal mammiferi tal-baħar bil-preżenza ta' rkaptu billi jibgħat sinjali akustiċi;
(40)  "apparat akustiku deterrenti" tfisser apparat li jemetti sinjali akustiċi bil-għan li speċijiet bħal mammiferi tal-baħar jitbiegħdu mill-irkapti tas-sajd;
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 42
(42)  "selezzjoni kwalitattiva" tfisser il-prattika li jiġi skartat ħut bi prezz baxx li huwa soġġett għal limiti tal-qbid, anke jekk dan seta' jinħatt legalment, sabiex ikun immassimizzat il-valur ekonomiku jew monetarju totali tal-ħut li jinġab lura l-port.
(42)  "selezzjoni kwalitattiva" tfisser il-prattika li jiġi skartat ħut bi prezz baxx li huwa soġġett għal limiti tal-qbid, anke jekk dan kellu jinħatt legalment, sabiex ikun immassimizzat il-valur ekonomiku jew monetarju totali tal-ħut li jinġab lura l-port;
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 43a (ġdid)
(43a)   "impatti avversi sinifikanti" tfisser impatti avversi sinifikanti kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 734/2008;
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 45a (ġdid)
(45a)  "indikaturi ta' prestazzjoni" tfisser sett ta' parametri li għandhom l-għan li jivvalutaw l-effikaċja tal-miżuri tekniċi.
Emendi 303 u 349
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
(b)  kurrent elettriku ħlief għall-użu tat-tkarkir bl-impuls elettriku kif stipulat fl-Artikolu 24 u Parti E tal-Anness V;
(b)  kurrent elettriku;
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt g
(g)  kwalunkwe tip ta' projettili;
(g)  kwalunkwe tip ta' projettili, bl-eċċezzjoni ta' dawk użati għall-qtil tat-tonn fil-gaġġa jew maqbud fit-tunnara jew il-lanez miżmuma bl-idejn u ħarpuns użati fis-sajd rikreattiv tal-għadis mingħajr akkwalung u miż-żerniq sa nżul ix-xemx;
Emenda 296
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2, dan l-Artikolu għandu japplika għall-ilmijiet internazzjonali u għall-ilmijiet tal-pajjiżi terzi.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  L-ebda parti minn irkaptu rmunkat ma għandha tinbena bil-daqs tal-malja iżgħar mid-daqs tal-malja tal-manka. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal tagħmir ta' xbieki li jintuża biex jitwaħħlu sensuri tal-monitoraġġ tal-irkaptu.
1.  L-ebda parti minn irkaptu rmunkat ma għandha tkun tal-malja iżgħar mid-daqs tal-malja tal-manka. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal tagħmir ta' xbieki li jintuża biex jitwaħħlu sensuri tal-monitoraġġ tal-irkaptu jew tagħmir selettiv sabiex tittejjeb is-selettività tad-daqs jew l-ispeċi.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Għandu jkun ipprojbit li tinbena xi manka jew jitwaħħal xi apparat li jostakola jew inaqqas b'mod effettiv id-daqs tal-malja tal-manka jew xi parti tal-irkaptu rmunkat. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex teskludi l-użu ta' apparat speċifikat li jintuża biex inaqqas it-tkagħbir bl-użu, sabiex isaħħaħ jew jillimita l-ħarba ta' qabdiet fil-parti ta' quddiem tal-irkaptu rmunkat.
3.  Għandu jkun ipprojbit l-użu jew it-trasport abbord il-bastimenti tas-sajd ta' xi apparat li jostakola jew inaqqas b'mod effettiv id-daqs tal-malja tal-manka jew xi parti tal-irkaptu rmunkat. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex teskludi l-użu ta' apparat speċifikat li jintuża biex inaqqas it-tkagħbir bl-użu, sabiex isaħħaħ jew jillimita l-ħarba ta' qabdiet fil-parti ta' quddiem tal-irkaptu rmunkat, jew l-installazzjoni ta' tagħmir ta' kontroll tal-qabdiet.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – titolu
Restrizzjonijiet ġenerali fuq l-użu tax-xbieki statiċi
Restrizzjonijiet ġenerali fuq l-użu tax-xbieki statiċi u għeżula tat-tisqif
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – inċiż 1
—  Alonga (Thunnus alalunga),
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
5.  Fejn il-mappa turi fond ikbar minn 600 metru, l-għeżula tal-qiegħ, ix-xbieki tat-tħabbil u l-parit ma jistgħu jintużaw fl-ebda pożizzjoni.
5.  Fejn il-mappa turi fond ikbar minn 200 metru, l-għeżula tal-qiegħ, ix-xbieki tat-tħabbil u l-parit ma jistgħu jintużaw fl-ebda pożizzjoni.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.   Minkejja l-paragrafu 5:
(a)  derogi speċifiċi kif speċifikat fl-Anness V Parti C punt 6, l-Anness VI Parti C punti 6 u 9 u l-Anness VII Parti C punt 4 għandhom japplikaw fejn il-fond fuq il-mappa huwa bejn 200 u 600 metru;
(b)  l-użu ta' għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti fi kwalunkwe pożizzjoni fejn il-fond indikat fuq il-mappa nawtika jkun ta' iktar minn 200 metru għandu jkun permess fiż-żona tas-sajd definita fl-Artikolu 5(e).
Emenda 272
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Għandu jkun ipprojbit li jintużaw għażel tal-qiegħ, xibka tat-tħabbil jew parit f'siti nominati skont id-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2008/56/KE fejn dan ikollu effett negattiv fuq l-istatus ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet u l-ħabitats sensittivi.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu lura l-baħar immedjatament.
3.  Meta jinqabdu aċċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu lura l-baħar immedjatament.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.   Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta l-Istat Membru tal-bandiera jkollu programm uffiċjali li jindirizza l-ġbir u l-istudju xjentifiku ta' individwi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4
4.  Fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn emenda fil-lista fl-Anness I billi jiżdiedu speċijiet ġodda li jeħtieġu l-protezzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta emendi bħal dawn permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 32.
4.  Fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli juri li hemm bżonn emenda fil-lista fl-Anness I billi jiżdiedu speċijiet ġodda li jeħtieġu l-protezzjoni, jew it-tħassir ta' speċijiet li ma jeħtiġux aktar li jibqgħu fuq il-lista, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta emendi bħal dawn permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 32.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
5.  Miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jiksbu l-mira stipulata fl-Artikolu 4(1)(b).
5.  Miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ppreċeduti minn evalwazzjoni tal-indikaturi ta' effikaċja stabibliti fl-Artikolu 4(1)(b).
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – titolu
Qabdiet aċċessorji ta' mammiferi tal-baħar, għasafar tal-baħar u rettili tal-baħar
Qabdiet ta' mammiferi tal-baħar, għasafar tal-baħar u rettili tal-baħar
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu l-baħar immedjatament.
2.  Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu l-baħar immedjatament. L-operaturi ta’ bastimenti tas-sajd għandhom jirreġistraw u jittrażmettu informazzjoni dwar dawk il-qabdiet inċidentali, f’konformita’ mar-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
_______________________
1a Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1)
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  Minkejja dak li hemm fil-paragrafi 1 u 2, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt ta' eżemplari ta' speċi tal-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu nqabdu inċidentalment, għandhom ikunu awtorizzati sakemm din l-attività tibqa' meħtieġa biex tiżgura assistenza fl-irkupru tal-annimali individwali u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jkunu ġew infurmati b'kollox minn qabel.
3.  Minkejja dak li hemm fil-paragrafi 1 u 2, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt ta' eżemplari ta' speċi tal-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu nqabdu inċidentalment, għandhom ikunu awtorizzati sakemm din l-attività tibqa' meħtieġa biex tiżgura assistenza fl-irkupru tal-annimali individwali. Iż-żamma abbord, it-trasbord jew ħatt l-art tal-eżemplari ta' speċijiet tal-baħar għandu jkun permess meta l-kampjun ikun mejjet u dment li jkun jista' jintuża għal skopijiet xjentifiċi. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati għandhom jiġu infurmati b'kollox bil-quddiem.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx meta l-Istat Membru tal-bandiera jkollu programm uffiċjali li jindirizza l-ġbir u l-istudju xjentifiku ta' individwi ta' għasafar, rettili jew mammiferi tal-baħar.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
5.  Miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jiksbu l-mira stipulata fl-Artikolu 4(1)(b).
5.  Il-miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament b'rabta mal-indikaturi tal-prestazzjoni stipulati fl-Artikolu 4(1)(b).
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ tal-effikaċja tal-miżuri adottati taħt dan l-Artikolu dwar it-tnaqqis ta' qabdiet inċidentali u jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin wara dan.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Għandu jkun ipprojbit li jintuża l-irkaptu speċifikat fl-Anness II fiż-żoni rilevanti stipulati f'dak l-Anness.
1.  Għandu jkun ipprojbit li jintuża l-irkaptu speċifikat fl-Anness II fiż-żoni rilevanti stipulati f'dak l-Anness. Għandha titwettaq evalwazzjoni xierqa mill-Istati Membri meta jintużaw l-irkapti tas-sajd f'żoni speċjali ta' konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE u żoni ta' protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Id-disturb deliberat, deterjorament jew qerda ta' ħabitats sensittivi u tas-siti ta' tgħammir jew tal-postijiet ta' mistrieħ tal-ispeċijiet sensittivi għandhom ikunu pprojbiti.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Fejn l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jirrakkomanda emenda tal-lista ta' żoni fl-Anness II, inkluża ż-żieda ta' żoni ġodda, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta dawn l-emendi permezz ta' atti delegati, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 1380/2013. Meta tadotta emendi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-mitigazzjoni ta' effetti negattivi kkaġunati mill-ispostament tal-attività tas-sajd għal żoni sensittivi oħrajn.
2.  Fejn l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jirrakkomanda emenda urġenti tal-lista ta' żoni fl-Anness II, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta dawn l-emendi permezz ta' atti delegati, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Meta tippreżenta proposta b'emendi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-proposta ta' att delegat mappa sħiħa taż-żona vulnerabbli u għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-mitigazzjoni ta' effetti negattivi soċjali, ekonomiċi u ambjentali kkaġunati mill-ispostament tal-attività tas-sajd għal żoni sensittivi oħrajn.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Fejn ħabitats bħal dawn jokkorru fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu s-setgħa jistabbilixxi żoni magħluqa jew miżuri ta' konservazzjoni oħrajn sabiex jipproteġi dawn il-ħabitats, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs il-miżuri tal-liġi tal-Unjoni.
3.  Fejn iż-żoni msemmija fl-Anness II jokkorru fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu s-setgħa jistabbilixxi żoni magħluqa jew miżuri ta' konservazzjoni oħrajn sabiex jipproteġi dawn il-ħabitats, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs il-miżuri tal-liġi tal-Unjoni.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jipproteġu żoni fejn l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 734/2008 iseħħu jew x'aktarx iseħħu f'ibħra taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħhom u jagħlqu dawk iż-żoni biex inaqqsu l-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ sakemm l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli juru li dawn l-attivitajiet ma jkollhomx impatti negattivi sinifikanti fuq dawk l-ekosistemi. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konsistenti mar-Riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 61/105 u 64/72, u bħala minimu għandhom ikunu ekwivalenti f'termini ta' livell ta' protezzjoni għall-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar taħt ir-Regolament (KE) Nru 734/2008.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jiżguraw il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber ta' speċijiet tal-baħar skont l-Artikolu 15(11) u 15(12) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(a)  jiżguraw il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber ta' speċijiet tal-baħar biex il-biċċa l-kbira tal-ħut maqbud ikun laħaq l-età riproduttiva qabel ma jinqabad u skont l-Artikolu 15(11) u 15(12) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)   jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni għall-konsum tal-bniedem ta' speċijiet tal-baħar li jkunu għadhom qed jikbru skont il-punt (b) tal-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid)
Artikolu 14a
Prodotti tas-sajd importati maħsuba għal konsum tal-bniedem
Prodotti tas-sajd impurtati maħsuba għall-konsum mill-bniedem li ġew maqbuda barra l-ilmijiet tal-Unjoni fiż-żoni, subżoni u diviżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom iħarsu l-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stipulati fl-Annessi għal dan ir-Regolament.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandu jkollhom miżuri stabbiliti sabiex jiffaċilitaw il-ħażna ta' jew isibu żbokk għal qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni miġjuba l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament UE) Nru 1380/2013. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u l-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn jew appoġġ għal investimenti li jżidu l-valur għal prodotti tas-sajd.
L-Istati Membri għandu jkollhom miżuri adegwati stabbiliti sabiex jiffaċilitaw il-ħażna ta' jew isibu żbokk għal qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni miġjuba l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament UE) Nru 1380/2013. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu appoġġ għall-investiment fil-bini u l-adattament ta' siti ta' ħatt u postijiet ta' kenn kif ukoll appoġġ għal investimenti li jżidu l-valur għal prodotti tas-sajd.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Il-prattiki ta' selezzjoni kwalitattiva u tat-tħarrib għandhom jiġu pprojbiti.
1.  Il-prattika ta' selezzjoni kwalitattiva għandha tiġi pprojbita.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal qabdiet ta' speċi li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal attivitajiet tas' sajd fil-Baħar Mediterran jew għal qabdiet ta' speċi li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – titolu
Speċijiet mhux soġġetti għal limiti tal-qbid.
Proġetti pilota biex jiġu evitati l-qabdiet mhux mixtieqa
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw metodi sabiex jevitaw, jimminimizzaw u jeliminaw qabdiet mhux mixtieqa tal-ispeċi mhux soġġetti għal limiti tal-qbid. Dawn il-proġetti pilota għandhom jikkundisraw tal-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli.
1.  L-Istati Membri jistgħu jwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw metodi sabiex jevitaw, jimminimizzaw u jeliminaw qabdiet mhux mixtieqa. Dawn il-proġetti pilota għandhom jikkundisraw tal-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  Fejn ir-riżultati ta' dawn l-istudji pilota jew parir xjentifiku ieħor jindikaw li l-qabdiet mhux mixtieqa ta' speċi li mhumiex soġġetti għal limiti tal-qbid huma sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri tekniċi li jnaqqsu dawn il-qabdiet mhux mixtieqa skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1380/2013. Dawn il-miżuri tekniċi għandhom japplikaw biss għal bastimenti tas-sajd li għandhom il-bandiera ta' dak l-Istat Membru.
2.  Fejn ir-riżultati ta' dawn l-istudji pilota jew parir xjentifiku ieħor jindikaw li l-qabdiet mhux mixtieqa ta' speċi li mhumiex soġġetti għal limiti tal-qbid huma sinifikanti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri tekniċi li jevitaw jew inaqqsu kemm jista' jkun dawn il-qabdiet mhux mixtieqa skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   F'każijiet fejn Stati Membri oħra jixtiequ jistabbilixxu miżuri tekniċi simili, tista' tiġi ppreżentata rakkomandazzjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 18.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 17a (ġdid)
Artikolu 17a
Dokumentazzjoni
Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu arranġamenti ta' monitoraġġ elettroniku sabiex il-qbid, l-iskartar u l-attivitajiet tas-sajd jiġu dokumentati.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – taqsima 5a (ġdid)
TAQSIMA 5a
ADATTAMENT TA' BASTIMENTI TAS-SAJD
Artikolu 17b
L-adattament ta' tunnellaġġ
Fuq bastimenti tas-sajd ġodda u eżistenti, iż-żidiet fit-tunnellaġġ tal-bastiment maħsuba biex itejbu s-sigurtà abbord, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-iġjene u l-kwalità tal-prodotti, kif ukoll iż-żidiet fit-tunnellaġġ ta' bastiment intiż għall-ħażna ta' qabdiet mhux mixtieqa soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom ikunu awtorizzati, sakemm dawn ma jirriżultawx f'żieda fil-potenzjal ta' qbid tal-bastiment. Il-volumi korrispondenti m'għandhomx jittieħdu in kunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-kapaċità ta' sajd fid-dawl tal-limiti imposti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew l-iskemi ta' dħul/ħruġ imsemmija fl-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – titolu
Prinċipji ta' gwida
Miżuri tekniċi reġjonali
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt g

(g)  fl-Anness XI għar-Reġjuni Ultraperiferiċi.

(g)  fl-Anness XI għall-Ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fl-Atlantiku tal-Punent.

Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Madankollu, id-dispożizzjonijiet dwar id-daqsijiet tal-malja stipulati fil-Parti B tal-Annessi V sa XI għandhom japplikaw biss sa fejn, sa... [18-Il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], ma jkun ġie adottat ebda att iddelegat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jkopri l-istess suġġett għas-sajd ikkonċernat. F'każ li Parti B ta' Anness għal dan ir-Regolament issir applikabbli, il-Kummissjoni għandha, minkejja l-punt 4 tal-Artikolu 6(1), sal-istess data, tadotta att iddelegat f'konformità mal-Artikolu 32 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprovdi definizzjoni ta' "sajd dirett" għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Parti B f'żona tas-sajd rilevanti u għas-sajd ikkonċernat.
Sad-data ta' skadenza stabbilita fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jew sad-data ta' adozzjoni tal-att ta' delega msemmi f'dak is-subparagrafu, skont liema jiġi l-ewwel, id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-malji fil-... [jum ta' qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament*] għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward taż-żoni ta' sajd ikkonċernati.
________________________
* Jekk dan l-approċċ jiġi aċċettat, l-Artikoli 35-41 għandhom jiġu adattati matul in-negozjati mal-Kunsill, wara li jkunu ġew identifikati l-miżuri li ser jibqgħu japplikaw wara d-data indikata hawnhekk.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Fejn ikun xieraq sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS u biex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta' reġjun, miżuri tekniċi li jiddevjaw mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati fil-kuntest ta' pjan pluriennali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 l-Istati Membri jistgħu jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti li jiddefinixxu miżuri tekniċi adegwati fil-livell reġjonali li jiddevjaw mill-miżuri stipulati fil-paragrafu 1.
2.  Meta ma jkunx hemm pjan pluriennali għas-sajd inkwistjoni jew fejn il-pjan pluriennali rilevanti ma jistabbilixxix miżuri tekniċi jew proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi miżuri tekniċi adegwati fil-livell reġjonali li jiddevjaw mill-miżuri stipulati fil-paragrafu 1, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti qisien tal-malji għandhom jiġu applikati fil-livell reġjonali. Għall-fini tal-adozzjoni ta' tali atti delegati, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sa... [tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti immedjatament wara l-preżentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri, u għandha tippubblika kwalunkwe evalwazzjoni xjentifika mwettqa biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-miżuri adottati skont il-paragrafi 1a u 2 għandhom:
(a)  jimmiraw li jiksbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;
(b)  ikunu mmexxija mill-prinċipji ta' governanza tajba stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(c)  jipprovdu inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu selettiv jew jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas, inkluż permezz tal-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd; u
(d)  ikunu mill-inqas ekwivalenti għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jew, fil-każ ta’ regoli dwar id-daqsijiet tal-malji, il-miżuri applikabbli fi [il-jum ta' qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], inkwantu mudelli ta' sfruttament u l-livell ta' protezzjoni provduta għal speċijiet u ħabitats sensittivi.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  Il-miżuri tekniċi rakkomandati skont il-paragrafu 2 għandhom tal-inqas ikunu ekwivalenti, inkwantu tal-mudelli ta' sfruttament u tal-livell ta' protezzjoni provduta għal speċijiet u ħabitats sensittivi, daqs dawk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.
3.  Skont l-Artikolu18(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom jibbażaw ir-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli. Dawn il-pariri xjentifiċi għandhom jieħdu kont tal-impatt ta' tali miżuri fuq l-ispeċijiet immirati u fuq speċijiet u ħabitats sensittivi, li juru l-benefiċċji għall-konservazzjoni tal-ekosistema marittima.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Minkejja l-Artikolu 18(1) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll tali atti delegati fin-nuqqas ta' rakkomandazzjoni konġunta msemmija f'dawn il-paragrafi.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 19
Artikolu 19
imħassar
Miżuri reġjonali fil-pjanijiet multiannwali
1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi miżuri tekniċi fil-livell reġjonali bil-għan li jinkisbu objettivi ta' pjanijiet multiannwali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
2.  Miżuri stabbiliti skont il-paragrafu 1 jistgħu:
(a)  jemendaw jew jissupplimentaw il-miżuri stipulati fl-Annessi V sa XI;
(b)  jidderogaw mill-miżuri stipulati fl-Annessi V sa XI għal żona speċifika jew perjodu ta' żmien speċifiku, sakemm jista' jintwera li dawn il-miżuri ma għandhom l-ebda benefiċċju relatat mal-konservazzjoni f'dik iż-żona jew perjodu jew li l-miżuri alternattivi jiksbu l-istess objettivi.
3.  Pjan multiannwali jista' jiddefinixxi t-tip ta' miżuri tekniċi li jistgħu jiġu adottati skont il-paragrafi 1 u 2 għar-reġjun rilevanti.
4.  Il-miżuri adottati skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom
(a)  jimmiraw li jilħqu l-objettivi u l-miri stipulati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament;
(b)  ikunu mmexxija mill-prinċipji ta' governanza tajba stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; u
(c)  jipprovdu inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu selettiv jew jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas permezz tal-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.
5.  Fejn l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta' miżuri tekniċi kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu evidenza xjentifika sabiex jappoġġjaw l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri.
6.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-STECF jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 5.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jiddefinixxu rkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi, dawn għandhom jipprovdu evidenza li turi li dan l-irkaptu jissodisfa mill-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex jiddefinixxu rkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi, dawn għandhom jipprovdu evidenza li turi li dan l-irkaptu jissodisfa mill-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jemendaw iż-żoni magħluqin jew ristretti mniżżla fil-Parti C tal-Annessi V sa VIII u X u Parti B tal-Anness XI jew jistabbilixxu żoni magħluqin jew ristretti ġodda, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin fir-rigward ta' dawn iż-żoni magħluqin jew ristretti f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti:
Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex jemendaw iż-żoni magħluqin jew ristretti mniżżla fil-Parti C tal-Annessi V sa VIII u X u Parti B tal-Anness XI jew jistabbilixxu żoni magħluqin jew ristretti ġodda, jew biex jeħilsu minnhom, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin fir-rigward ta' dawn iż-żoni magħluqin jew ristretti f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti:
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)
Jekk l-Istati Membri ma jadottawx rakkomandazzjonijiet konġunti, il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 li jistabbilixxu żoni magħluqa jew ristretti fuq il-bażi tal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
1.  Meta Stati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jemendaw jew jistabbilixxu daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni mniżżla fil-Parti A tal-Annessi V sa X dawn għandhom jirrispettaw l-objettiv li tkun żgurata l-protezzjoni ta' speċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru.
1.  Meta Stati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex jemendaw jew jistabbilixxu daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni mniżżla fil-Parti A tal-Annessi V sa X dawn għandhom jirrispettaw l-objettiv li tkun żgurata l-protezzjoni ta' speċijiet tal-baħar li għadhom qed jikbru. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli u għandhom jieħdu kont tar-raġunijiet bijoloġiċi, b'mod partikolari d-daqs tal-maturità tal-ispeċijiet. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti m'għandhomx jippreġudikaw il-kontroll u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ħatt l-art u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Meta jressqu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex ikun hemm il-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra , l-Istati Membri għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
Meta jressqu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex ikun hemm il-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f'ħin reali, flimkien ma' dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra jew speċijiet sensittivi, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   F'każ li l-bastimenti ta' Stat Membru wieħed biss ikunu milquta mill-għeluq f'ħin reali jew minn spostamenti, għandhom jiġu adottati miżuri li jnaqqsu l-impatt fuq il-bażi tal-aħjar data xjentifika disponibbli.
Emendi 304 u 154
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 19 sabiex jippermettu l-użu jew jestendu l-użu ta' rkaptu innovattiv inkluż it-tkarkir bl-impuls elettriku kif deskritt f'Parti E tal-Anness V fi ħdan baċir tal-baħar speċifiku, dawn għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-impatti probabbli tal-użu ta' rkaptu bħal dan fuq l-ispeċijiet fil-mira u fuq speċijiet u ħabitats sensittivi.
1.  Meta l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18 sabiex jippermettu l-użu jew jestendu l-użu ta' rkaptu innovattiv fi ħdan baċir tal-baħar speċifiku, dawn għandhom jipprovdu valutazzjoni tal-impatti probabbli tal-użu ta' rkaptu bħal dan fuq l-ispeċijiet fil-mira u fuq speċijiet u ħabitats sensittivi.
Tali valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-użu tal-irkaptu innovattiv matul perjodu ta' prova li għandu jkun limitat għal mhux aktar minn 5 % tal-bastimenti li attwalment jinsabu f'dak il-mestier għal perjodu ta' mill-inqas erba' snin.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 3
3.  L-użu ta' rkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn dawn il-valutazzjonijiet juru li l-użu tiegħu se jwassal għal impatti negattivi fuq ħabitats sensittivi u speċi mhux fil-mira.
3.  L-użu ta' rkaptu innovattiv għandu jkun permess biss fuq skala kummerċjali fejn l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 turi li meta mqabbel ma' tekniki u rkaptu tas-sajd regolat eżistenti, l-użu tiegħu mhux se jwassal għal impatti negattivi diretti jew kumulattivi fuq ħabitats tal-baħar, inklużi ħabitats sensittivi jew speċijiet mhux fil-mira.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – inċiż 2a (ġdid)
—   tipprovdi informazzjoni dwar l-effettività ta' miżuri ta' mitigazzjoni eżistenti u arranġamenti ta' monitoraġġ;
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajjieda kkonċernati direttament minn dawn il-miżuri jiġu kkonsultati kif xieraq.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)   derogi approvati skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2
2.  Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari dawk dwar il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jewfrott tal-baħar bil-qoxra.
2.  Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u b'mod partikolari dawk dwar il-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet li għadhom qed jikbru jew riproduttivi ta' ħut jewfrott tal-baħar bil-qoxra. Tal-inqas, dawn għandhom ikunu stretti daqs il-miżuri tekniċi applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 26a (ġdid)
Artikolu 26a
Proġetti pilota dwar dokumentazzjoni sħiħa tal-qabdiet u tal-iskartar
1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jissupplimentaw dan ir-Regolament permezz ta' definizzjoni ta' proġetti pilota li jiżviluppaw sistema ta' dokumentazzjoni sħiħa tal-qabdiet u l-qbid skartat abbażi ta' miri u objettivi li jistgħu jitkejlu, bil-għan ta' ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati tas-sajd.
2.  Il-proġetti pilota msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jidderogaw mill-miżuri stabbiliti fil-Parti B tal-Annessi V sa XI għal żona speċifika u għal perjodu massimu ta' sena, sakemm ikun jista' jintwera li tali proġetti pilota jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 jikkonformaw mal-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 u, b'mod partikolari, jimmiraw li jtejbu s-selettività tal-irkaptu tas-sajd jew il-prattika kkonċernata jew inkella jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Dak il-perjodu ta' sena jista' jiġi estiż b'sena oħra taħt l-istess kondizzjonijiet. Dan għandu jkun limitat għal mhux aktar minn 5 % tal-bastimenti f'dak il-mestier għal kull Stat Membru.
3.  Fejn l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta' proġetti pilota kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu evidenza xjentifika sabiex jappoġġjaw l-adozzjoni tagħhom. L-STECF għandu jevalwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti u jippubblika dik il-valutazzjoni. Fi żmien sitt xhur mill-konklużjoni tal-proġett, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati, inkluża evalwazzjoni dettaljata tat-tibdil fis-selettività u impatti ambjentali oħrajn.
4.  L-STECF għandha tevalwa r-rapport imsemmi fil-paragrafu 3. Fejn l-STECF jikkonkludi li l-irkaptu l-ġdid jew prattika b'suċċess qed jilħqu l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta f'konformità mat-Trattat biex tippermetti l-użu ġeneralizzat ta' dak it-tagħmir jew prattika. L-evalwazzjoni tal-STECF għandha ssir pubblika.
5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' sistema għal dokumentazzjoni sħiħa ta' qabdiet u rimi msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Kapitolu IV
Kapitolu IV
imħassar
L-ORGANIZZAZZJONIJIET REĠJONALI TAL-ĠESTJONI TAS-SAJD
Artikolu 28
Il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC)
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 sabiex
(a)   tittrasponi f'liġi tal-Unjoni ċerti miżuri tekniċi li magħhom miftiehma mill-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC), inklużi listi ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u miżuri tekniċi speċifiċi marbutin mal-industriji tas-sajd tal-linarda u r-redfish definiti fir-Rakkomandazzjonijiet tal-NEAFC 05:2013, 19:2014, 01:2015, 02:2015; u
(b)   tadotta miżuri tekniċi oħrajn li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' atti leġiżlattivi li jittrasponu rakkomandazzjonijiet tal-NEAFC.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-miżuri tekniċi msemmija f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd magħmula biss għal għan ta' investigazzjonijiet xjentifiċi soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
1.  Il-miżuri tekniċi msemmija f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd magħmula fil-qafas ta' investigazzjonijiet xjentifiċi soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt b
(b)  jinbiegħu għal skopijiet li mhumiex dak tal-konsum dirett tal-bniedem.
(b)  fil-każ ta' ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, jinbiegħu għal skopijiet li mhumiex dak tal-konsum dirett tal-bniedem.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – titolu
Ripopolament u trapjantar artifiċjali
Ripopolament u trapjantar dirett
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  Il-miżuri tekniċi pprovduti f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd li jsiru biss bil-għan ta' ripopolament jew trapjantar artifiċjali ta' speċijiet tal-baħar, diment li dawn l-operazzjonijiet isiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew Stati Membri li għandhom interess dirett b'rabta mal-ġestjoni.
1.  Il-miżuri tekniċi pprovduti f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd li jsiru biss bil-għan ta' ripopolament jew trapjantar diretti ta' speċijiet tal-baħar, diment li dawn l-operazzjonijiet isiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew Stati Membri li għandhom interess dirett b'rabta mal-ġestjoni.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2
2.  Meta r-ripopolament jew trapjantar artifiċjali jsir fl-ilmijiet ta' Stat Membru jew Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u dawn l-Istati Membri kollha għandhom ikunu informati mill-anqas xahar qabel bl-intenzjoni li jitwettqu attivitajiet tas-sajd bħal dawn.
2.  Meta r-ripopolament jew trapjantar diretti jsir fl-ilmijiet ta' Stat Membru jew Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u dawn l-Istati Membri kollha għandhom ikunu informati mill-anqas xahar qabel bl-intenzjoni li jitwettqu attivitajiet tas-sajd bħal dawn.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1
1.  Fejn il-parir xjentifiku disponibbli jindika li hija meħtieġa azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex ittaffi theddid bħal dan. Dawn l-atti jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu jew fuq attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.
1.  Fejn il-parir xjentifiku disponibbli jindika li hija meħtieġa azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar jew ħabitats tal-baħar, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex ittaffi theddid bħal dan. Dawn l-atti jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, restrizzjoniijiet fuq l-użu ta' rkaptu jew fuq attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi, jew kwalunkwe miżura oħra ta' konservazzjoni meħtieġa.
Emenda 273
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  jipprovdu protezzjoni għal speċijiet u ħabitats sensittivi, jekk ikun hemm evidenza ta' theddida serja għall-konservazzjoni tagħhom.
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3
3.  Atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 32.
3.  Atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 32.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1
1.  Sal-aħħar tal-2020 u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Stati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi, fil-livell reġjonali kif ukoll fil-livell ta' Unjoni, ikkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 4.
1.  Sa ... [Tliet snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Stati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi, fil-livell reġjonali kif ukoll fil-livell ta' Unjoni, ikkontribwew biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 abbażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni stipulati fl-Artikolu 4.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
2.  Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li ma ntlaħqux l-objettivi u l-miri, fi żmien sitt xhur wara li jintbagħat ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri f'dak ir-reġjun għandhom jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li sejrin jittieħdu sabiex ikun żgurat li dawk l-objettivi u miri jistgħu jintlaħqu.
2.  Abbażi ta' dak ir-rapport, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li ma ntlaħqux l-objettivi ma jkunux intlaħqu jew livelli speċifiċi ta' qabdiet taħt il-qisien minimi għall-konservazzjoni għas-sajd prinċipali kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) jkunu nqabżu, fi żmien tnax-il xahar wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri f'dak ir-reġjun għandhom jibagħtu pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 jintlaħqu u li l-qabdiet ta' speċijiet tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jistgħu jitnaqqsu għal-livelli msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 4(1).
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta' pjan nazzjonali ta' azzjoni sabiex jindirizzaw id-diffikultajiet identifikati fl-implimentazzjoni ta' miżuri tekniċi ġodda sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw dak il-pjan ta' azzjoni.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Fejn ir-rapport juri li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu rigward il-kontroll u l-ġbir tad-data, il-Kummissjoni tista' tinterrompi jew tissospendi l-finanzjament tal-FEMS għal dak l-Istat Membru, skont l-Artikoli 100 u 101 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jitħassru l-Artikoli 3, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16 u 25;
(a)  jitħassru l-Artikoli 3, 8, 9, 10, 11, u 12, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) u l-Artikoli 14, 15, 16 u 25;
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 36
Artikolu 36
imħassar
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1098/2007
Fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jitħassru l-Artikoli 8 u 9.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b
Regolament (KE) Nru 1224/2009
Artikolu 54c – paragrafu 2 – punt a
(a)  il-bastiment ma jġorrx jew ma jużax abbord fl-istess ħin irkaptu rmunkat b'daqs tal-malja ta' inqas minn 80 mm jew tartarun tal-borża waħda jew aktar jew irkaptu simili; jew
(a)  il-bastiment ma jġorrx jew ma jużax abbord fl-istess ħin irkaptu rmunkat b'daqs tal-malja ta' inqas minn 70 mm jew tartarun tal-borża waħda jew aktar jew irkaptu simili; jew
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b
Regolament (KE) Nru 1224/2009
Artikolu 54c – paragrafu 2 – punt b – inċiż 2
il-ħut iggradat huwa ffriżat immedjatament wara li jiġi ggradat u l-ebda ħut iggradat ma jintefa' lura l-baħar; u
il-ħut iggradat huwa ffriżat wara li jiġi ggradat u l-ebda ħut iggradat ma jintefa' lura l-baħar; u
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b
Regolament (KE) Nru 1224/2009
Artikolu 54c – paragrafu 2 – punt b – inċiż 3
t-tagħmir ikun installat u jinżamm fuq il-bastiment b'tali mod li jiżgura l-iffriżar immedjat tal-ħut u ma jippermettix it-tfigħ lura fil-baħar tal-ispeċijiet tal-baħar.
t-tagħmir ikun installat u jinżamm fuq il-bastiment b'tali mod li jiżgura l-iffriżar tal-ħut u ma jippermettix it-tfigħ lura fil-baħar tal-ispeċijiet tal-baħar.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b
Regolament (KE) Nru 1224/2009
Artikolu 54c – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   L-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera għandu jiċċertifika l-pjanijiet tal-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża sabiex tiggarantixxi l-konformità tagħhom mar-regoli applikabbli.
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 38
Artikolu 38
imħassar
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011
L-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1343/2011 huwa emendat kif ġej:
(1)   jiżdied il-punt li ġej:
‘(h) miżuri tekniċi fl-Artikoli 4, 10, 12, 15, 15a, 16, 16b, 16c, 16d, 16f, 16 g, 16h, 16i, 16j u 16k.; ’
(2)   jiżdied il-paragrafu li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 27, sabiex tittrasponi fil-liġi tal-Unjoni l-miżuri tekniċi l-oħra stabbiliti mill-GFCM li jsiru obbligatorji għall-Unjoni u biex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' atti leġiżlattivi li jittrasponu r-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM dwar il-miżuri tekniċi." ’
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1
Ir-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 jitħassru.
Ir-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004, (KE) Nru 2187/2005 kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/20021a jitħassru.
____________________________
1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 tad-19 ta' Marzu 2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħażniet ta' merluzz fis-subżoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b, d, e (ĠU L 77, 20.3.2002, p. 8).
Emenda 182
Proposta għal regolament
Anness I – punt n a (ġdid)
(na)  houting (Coregonus oxyrinchus) fis-subżona ICES IVb (ilmijiet tal-Unjoni);
Emenda 183
Proposta għal regolament
Anness I – punt n b (ġdid)
(nb)  storjun tal-Adrijatiku (Acipenser naccarii) u storjun komuni (Acipenser sturio) fl-ilmijiet tal-Unjoni;
Emenda 184
Proposta għal regolament
Anness I - punt o
(o)  l-awwista tal-ilma ħelu, femminili mimlija bil-bajd (Palinuridae spp. u Homarus gammarus) fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha ħlief meta użati għal skopijiet ta' ripopolament jew trapjantar diretti;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 185
Proposta għal regolament
Anness I - punt p
(p)  id-date shell (Lithophaga lithophaga) u l-folas komuni (Pholas dactylus) f'ilmijiet tal-Unjoni fil-Mediterran.
(p)  id-date shell (Lithophaga lithophaga), nakkra tal-ħarira (Pinna nobilis) u l-folas komuni (Pholas dactylus) f'ilmijiet tal-Unjoni fil-Mediterran;
Emenda 186
Proposta għal regolament
Anness I, punt p a (ġdid)
(pa)  rizza tax-xewk twal (Centrostephanus longispinus).
Emenda 187
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 5 a (ġdid)
5a.   Id-daqs ta' għaġuża għandu jitkejjel, kif muri fil-figura 5a, tul il-linja tan-nofs mit-tarf tal-qoxra bejn l-imnaqar sat-tarf ta' wara tal-qoxra, bejn iż-żewġt uċuħ, sat-tarf ta' wara tal-qoxra.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 5 b (ġdid)
5b.   Id-daqs ta' granċ jittiekel għandu jitkejjel kif muri fil-figura 5a, billi jittieħed il-wisa' massimu tal-qoxra mkejla b'mod perpendikulari mal-linja tan-nofs ta' wara tal-qoxra.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 5 c (ġdid)
5c.   Id-daqs ta' bronja għandu jkun imkejjel kif muri fil-figura 5c, bħala t-tul tal-qoxra.
Emenda 190
Proposta għal regolament
Anness IV – punt 5 d (ġdid)
5d.   Id-daqs ta' kwlaunkwe pixxispada għandu jitkejjel, kif muri fil-figura 5d, billi jittieħed it-tul mill-furketta tax-xewka tad-denb sat-tarf tax-xedaq t'isfel.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Anness IV – Figura 5 a (ġdida)
Figura 5a Għaġuża (Maia squinada)
20180116-P8_TA(2018)0003_MT-p0000002.png
Emenda 192
Proposta għal regolament
Anness IV – Figura 5 b (ġdida)
Figura 5b Granċ jittiekel (Cancer pagarus)
20180116-P8_TA(2018)0003_MT-p0000003.png
Emenda 193
Proposta għal regolament
Anness IV – Figura 5 c (ġdida)
Figura 5c Bronja (Buccinum spp)
20180116-P8_TA(2018)0003_MT-p0000004.png
Emenda 194
Proposta għal regolament
Anness IV – Figura 5 d (ġdida)
Figura 5d Pixxispad (Xiphias gladius)
20180116-P8_TA(2018)0003_MT-p0000005.png
Emenda 195
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 14

Test propost mill-Kummissjoni

Kavalli (scomber spp.)

20 cm

Emenda

 

Kavalli (scomber spp.)

30 cm1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 196
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 15

Test propost mill-Kummissjoni

Aringa (Clupea harengus)

20 cm

Emenda

 

Aringa (Clupea harengus)

20 cm1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 197
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 16

Test propost mill-Kummissjoni

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm

Emenda

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm 1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 198
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 17

Test propost mill-Kummissjoni

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 cm jew 90 individwu kull kilo

Emenda

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 cm jew 90 individwu kull kilo1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 199
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 19

Test propost mill-Kummissjoni

Sardin (Sardina pilchardus)

11 cm

Emenda

Sardin (Sardina pilchardus)

11 cm1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 200
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 20

Test propost mill-Kummissjoni

Awwista (Homarus gammarus)

87 mm

Emenda

Awwista (Homarus gammarus)

87 mm (tul tal-karapaċa)

Emenda 201
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 1 – linja 34

Test propost mill-Kummissjoni

Awwista tal-ilma ħelu (Palinurus spp.)

95 mm

Emenda

Awwista tal-ilma ħelu (Palinurus spp.)

95 mm (tul tal-karapaċa)

Emenda 202
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 2 – linja 13

Test propost mill-Kummissjoni

L-iskampu (Nephrops norvegicus)

Tul totali 105 mm,

 

Tul tal-karapaċa 32 mm

Emenda

L-iskampu (Nephrops norvegicus)

Tul totali 105 mm,

 

Tul tal-karapaċa 32 mm

 

Dnub tal-Iskampu 59 mm

Emenda 203
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 2 – linja 14

Test propost mill-Kummissjoni

Kavalli (scomber spp.)

20 cm

Emenda

Kavalli (scomber spp.)

20 cm 1a

 

__________________

 

1a Il-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 204
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 2 – linja 15

Test propost mill-Kummissjoni

Aringa (Clupea harengus)

18 cm

Emenda

Aringa (Clupea harengus)

18 cm1a

 

__________________

 

1aIl-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 205
Proposta għal regolament
Anness V – Parti A - tabella 2 – linja 16

Test propost mill-Kummissjoni

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm

Emenda

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm1a

 

__________________

 

1aIl-qisien minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 206
Proposta għal regolament
Anness V − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-anqas 90 mm

Skagerrak u Kattegat

Għandha titqabbad pannella superjuri b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 270 mm (malja djamant) jew 140 mm1a (malja kwadra).

 

 

__________________

 

 

1a Fis-subdiviżjoni Kattegat, għandha titqabbad pannella ta' malja kwadra ta' 120 mm (fix-xbieki tat-tkarkir matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru u fit-tartarun tal-borża fil-perjodu bejn l-1 ta' Awwissu u l-31 ta' Ottubru).

Emendi 305 u 355
Proposta għal regolament
Anness V − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Mill-anqas 80 mm

Diviżjoni IVb fin-Nofsinhar ta' 54°30'N u Diviżjoni IVc tal-ICES

Sajd dirett għal-lingwata bi xbieki tat-tkarkir bi travu jew [Tkarkir bl-impuls elettriku]. Pannella b'daqs tal-malja ta' 180 mm imwaħħla fin-nofs ta' fuq tal-parti ta' quddiem tax-xibka.

 

Emenda

 

 

Mill-anqas 80 mm

Diviżjoni IVb fin-Nofsinhar ta' 54°30'N u Diviżjoni IVc tal-ICES

Sajd dirett għal-lingwata bi xbieki tat-tkarkir bi travu. Pannella b'daqs tal-malja ta' 180 mm imwaħħla fin-nofs ta' fuq tal-parti ta' quddiem tax-xibka.

Emenda 208
Proposta għal regolament
Anness V − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-anqas 40mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-klamar (85 % tal-qbid) (Lolignidae, Ommastrephidae)

Emenda 209
Proposta għal regolament
Anness V − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 6

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-inqas 16mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

 

 

Sajd dirett għall-merluzz tan-Norveġja. Għandha titqabbad gradilja li tissepara bi spazju massimu tal-vireg ta' 22 mm fis-sajd għall-merluzz tan-Norveġja.

 

 

Sajd dirett għall-Crangon crangon.Għandha titwaħħal gradilja li tissepara, xibka passatur jew tagħmir ta' selettività ekwivalenti.

Emenda

Mill-inqas 16mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar (80 % tal-qabdiet).

 

 

Sajd dirett għall-merluzz tan-Norveġja (50 % tal-qabdiet). Għandha titqabbad gradilja li tissepara bi spazju massimu tal-vireg ta' 35 mm fis-sajd għall-merluzz tan-Norveġja.

 

 

Sajd dirett għall-gamblu komuni u l-gamblu ta' Aesop (90 % tal-qabdiet). Għandha titwaħħal xibka selettiva jew gradilja li tissepara skont ir-regoli nazzjonali.

Emenda 210
Proposta għal regolament
Anness V – parti B – paragrafu 2 – titolu
2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi
2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi u l-għeżula tat-tisqif
Emenda 211
Proposta għal regolament
Annex V – parti B – paragrafu 2 – parti introduttorja
Id-daqsijiet tal-malja li ġejjin għax-xbieki statiċi għandhom japplikaw fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak/Kattegat.
Id-daqsijiet tal-malja li ġejjin għax-xbieki statiċi u għeżula tat-tisqif għandhom japplikaw fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak/Kattegat.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Anness V – Parti C – paragrafu 1 – punt 1.1
1.1  Is-sajd għaċ-ċiċċirell bi kwalunkwe rkaptu rmunkat b'qies tal-malja anqas minn 80 mm jew kwalunkwe xibka statika b'daqs tal-malja tal-manka ta' anqas minn 100 mm għandu jkun ipprojbit ġoż-żona ġeografika li tmiss mal-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra u l-Iskozja, u magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
1.1  Is-sajd għaċ-ċiċċirell bi kwalunkwe rkaptu rmunkat b'qies tal-malja anqas minn 32 mm għandu jkun ipprojbit ġoż-żona ġeografika li tmiss mal-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra u l-Iskozja, u magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
Emenda 213
Proposta għal regolament
Anness V – parti C – paragrafu 2 – punt 2.2 – inċiż 1
—  bastimenti li s-saħħa tal-magna tagħhom ma taqbiżx il-221kW li jużaw xbieki ta' tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni Daniżi;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 214
Proposta għal regolament
Anness V – Parti C – paragrafu 2 – punt 2.2 – inċiż 2
—  par bastimenti mqabbla li s-saħħa tal-magni flimkien ma taqbiżx il-221kW fi kwalunkwe ħin li jużaw par xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 215
Proposta għal regolament
Anness V – Parti C – paragrafu 2 – punt 2.2 – inċiż 3
—  bastimenti li l-qawwa tal-magna tagħhom taqbeż il-221kW għandhom ikunu permessi jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni Daniżi, u par bastimenti mqabbla li s-saħħa tal-magni flimkien taqbeż il-221kW għandhom ikunu permessi jużaw pair xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ sakemm dawn il-bastimenti ma jistadux direttament għall-barbun u l-lingwata u jirrispettaw ir-regoli tad-daqs tal-malja rilevanti li hemm fil-Parti B ta' dan l-Anness.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 216
Proposta għal regolament
Anness V – Parti C – paragrafu 6 – punt 6.2
6.2  Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2347/20021 f'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi kif deskritti fil-punt 6.1.
6.2  Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 2016/23361 f'żoni b'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond li s-sajd tagħhom huwa espliċitament ipprojbit mid-dritt tal-Unjoni, dawn għandhom jerġgħu jintefgħu lura l-baħar kemm jista' jkun malajr. Il-qabdiet ta' speċijiet ta' klieb il-baħar tal-fond soġġetti għal limiti ta' qbid għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. F'każ li Stat Membru ma jkollux kwota suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 6.1..
__________________
__________________
1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.
1 Ir-Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 1).
Emenda 274
Proposta għal regolament
Anness V – Parti D – subintestatura 2
Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fid-diviżjoni IIIa u s-sottożona IV tal-ICES
Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' mammiferi tal-baħar fid-diviżjoni IIIa u s-sottożona IV tal-ICES
Emenda 275
Proposta għal regolament
Anness V – Parti D – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Miżuri sabiex jiġu minimizzati l-qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar
1.  Għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' riċerka xjentifika fil-Baħar tat-Tramuntana biex jiġi identifikat it-trikkib ta' speċijiet sensittivi mal-irkaptu tas-sajd u l-isforz tas-sajd u jinstabu soluzzjonijiet tekniċi għal irkapti tas-sajd.
2.  Għandhom jiġu applikati miżuri spazjali fil-Baħar tat-Tramuntana fejn ir-riċerka xjentifika identifikat oqsma fejn l-għasafar tal-baħar sensittivi huma magħrufa li jinqabdu inċidentalment, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu sostitwiti b'miżuri tekniċi oħrajn.
3.  Il-bastimenti li jistadu bil-konzijiet fil-Baħar tat-Tramuntana għandhom jużaw taħlita ta' soluzzjonijiet tekniċi ttestjati xjentifikament bħal linji tori, bidliet fil-peżati, ganċ ta' lqugħ u l-issettjar ta' rkaptu tal-konz billejl bid-dawl minimu abbord meħtieġ għas-sikurezza. Il-kombinazzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta' konfigurazzjonijiet ta' rkaptu u l-ispeċijiet suxxettibbli li jinqabdu minn flotot. L-ispeċifikazzjoni għandha tkun konformi mal-istandards kif stabbiliti f'linji gwida miftiehma b'mod internazzjonali.
4.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni li ġew stabbiliti, inkluż fir-rigward tal-qbid tas-sajd u tal-isforz tas-sajd.
Emendi 306, 314, 315 u 356
Proposta għal regolament
Anness V – Parti E
Parti E
Metodi tas-sajd innovattivi
L-użu ta' tkarkir bl-impuls elettriku fid-diviżjonijiet IVb u IVc tal-ICES
imħassar
Minkejja kif stipulat fl-Artikolu 13, is-sajd bit-tkarkir bl-impuls elettriku għandu jkun permess fid-diviżjonijiet IVb u IVc tal-ICES bil-kundizzjonijiet definiti skont it-tieni inċiż tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-karatteristiċi tal-impuls użat u l-miżuri ta' monitoraġġ tal-kontroll f'posthom fin-Nofsinhar ta' linja rombu magħquda mal-punt li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84:
–  punt fuq il-kosta tal-Lvant tar-Renju Unit fil-latitudni 55°N
–  il-Lvant għal-latitudni 55°N, lonġitudni 5°E
–  it-Tramuntana għal-latitudni 56°N
–  il-Lvant għal punt fuq il-kosta tal-Punent tad-Danimarka fil-latitudni 56°N
Emenda 324
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti A - tabella – linja 14

Test propost mill-Kummissjoni

 

Kavalli (scomber spp.)

20 cm

Emenda

 

Kavalli (scomber spp.)

20 cm1a

 

___________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord ta' kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-perċentwali ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżulin jew wara li jkunu nħattew l-art.

 

Dan il-perċentwali għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10 % ma għandux jinqabeż matul it-trasferiment minn bastiment għall-ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 218
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti A - tabella – linja 15

Test propost mill-Kummissjoni

Aringa (Clupea harengus)

20 cm

Emenda

Aringa (Clupea harengus)

20 cm1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 219
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti A - tabella – linja 16

Test propost mill-Kummissjoni

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm3

 

__________________

 

3 Fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-sottożoni V, VI Tramuntana ta' 56° N u VII tal-ICES, apparti diviżjonijiet VIId, e, f tal-ICES, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 130 mm.

Emenda

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm3, 3a

 

__________________

 

3 Fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-sottożoni V, VI Tramuntana ta' 56° N u VII tal-ICES, apparti diviżjonijiet VIId, e, f tal-ICES, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' 130 mm.

 

3a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 220
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti A - tabella – linja 17

Test propost mill-Kummissjoni

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 cm jew 90 individwu kull kilo

Emenda

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12 cm jew 90 individwu kull kilo1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda 221
Proposta għal regolament
Anness VI − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 2

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 120 mm

Żona sħiħa

Xejn

Emenda

Mill-anqas 100 mm1a

Żona sħiħa

Xejn

__________________

 

 

1a Għandu jiddaħħal gradwalment fuq perjodu ta' sentejn mid-data tal-adozzjoni. Għad-Diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES għandu japplika daqs tal-malja ta' mill-anqas 100 mm.

 

 

Emenda 223
Proposta għal regolament
Anness VI – parti B – paragrafu 2 – titolu
2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi
2.  Daqsijiet tal-malja tal-linja bażi għax-xbieki statiċi u l-għeżula tat-tisqif
Emenda 224
Proposta għal regolament
Annex VI – parti B – paragrafu 2 – parti introduttorja
Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Majjistral.
Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi u l-għeżula tat-tisqif li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Majjistral.
Emenda 225
Proposta għal regolament
Anness VI − Parti B − paragrafu 2 − tabella − linja 2

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 120 mm,1

Żona sħiħa

Xejn

Emenda

Mill-anqas 120 mm1

Żona sħiħa

Xejn

__________________

 

 

1 Għas-sajd dirett għall-petriċa (30 % tal-qbid) għandu jintuża daqs ta' malji ta' mill-anqas 220 mm. Jintuża daqs ta' malja ta' mill-inqas 110 mm fis-sajd dirett għall-pollakku u l-merluzz (50 % tal-qbid) fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES

 

 

Emenda 226
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti B – tabella - linja 4

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 50mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Emenda

Mill-anqas 50mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar (80 % tal-qbid)

 

 

Sajd dirett għat-trilja (50 % tal-qbid)

Emenda 227
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti C – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru kull sena, għandu jkun ipprojbit li ssir kwalunkwe attività tas-sajd li tuża kwalunkwe rkaptu rmunkat tal-fond jew xbieki statiċi tal-fond fiż-żona magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, imkejla skont is-sistema ta' koordinati WGS84:
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru kull sena, għandu jkun ipprojbit li ssir kwalunkwe attività tas-sajd li tuża kwalunkwe rkaptu rmunkat tal-fond jew xbieki statiċi tal-fond fiż-żona magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, imkejla skont is-sistema ta' koordinati WGS84:
Emenda 228
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti C – paragrafu 3 – punt 3.2
3.2  B'deroga mill-punt 1, fiż-żona u l-perjodu ta' żmien imsemmijin hemmhekk l-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun permess sakemm dawn ix-xbieki jitqabbdu b'tagħmir ta' selettività li ġie vvalutat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Fejn qbid sekondarju tal-bakkaljaw maqbud mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru li jopera fiż-żoni msemmijin fil-punt 3.1 jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux jistadu aktar f'dik iż-żona.
3.2  B'deroga mill-punt 1, fiż-żona u l-perjodu ta' żmien imsemmijin hemmhekk l-użu ta' xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun permess sakemm dawn ix-xbieki jitqabbdu b'tagħmir ta' selettività li ġie vvalutat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).
Emenda 229
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti C – paragrafu 9 – titolu
9.  L-użu ta' xbieki statiċi fid-diviżjonijiet Vb, VIa, VII b, c, j, k tal-ICES
9.  L-użu ta' xbieki statiċi fid-diviżjonijiet Vb, VIa, VIb, VII b, c, h, j, k tal-ICES
Emenda 230
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti C – paragrafu 9 – punt 9.2
9.2.  Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 f'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi kif deskritti fil-punt 9.1.
9.2.  Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 2016/2336 f'żoni b'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond li s-sajd tagħhom huwa espliċitament ipprojbit mid-dritt tal-Unjoni, dawn għandhom jerġgħu jintefgħu lura l-baħar kemm jista' jkun malajr. Il-qabdiet ta' speċijiet ta' klieb il-baħar tal-fond soġġetti għal limiti ta' qbid għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. F'każ li Stat Membru ma jkollux kwota suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 1..
Emenda 276
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti D – paragrafu 1 – titolu
1.  Miżuri sabiex jitnaqqsu qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fid-diviżjonijiet VIa u VIId, e, f, g, h u j tal-ICES
1.  Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' mammiferi tal-baħar fid-diviżjonijiet VI u VII tal-ICES
Emenda 277
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti D – paragrafu 2 – punt 2.1 (ġdid)
2.1.  Għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' riċerka xjentifika fl-Ilmijiet tal-Majjistral biex jiġi identifikat it-trikkib ta' speċijiet sensittivi mal-irkaptu tas-sajd u l-isforz tas-sajd u jinstabu soluzzjonijiet tekniċi għal irkapti tas-sajd.
Emenda 278
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti D – paragrafu 2 – punt 2.2 (ġdid)
2.2.  Għandhom jiġu applikati miżuri spazjali fl-Ilmijiet tal-Majjistral fejn ir-riċerka xjentifika identifikat oqsma fejn l-għasafar tal-baħar sensittivi huma magħrufa li jinqabdu inċidentalment, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu sostitwiti b'miżuri tekniċi oħrajn.
Emenda 279
Proposta għal regolament
Anness VI – Parti D – paragrafu 2 – punt 2.3 (ġdid)
2.3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni li ġew stabbiliti, inkluż fir-rigward tal-qbid tas-sajd u tal-isforz tas-sajd.
Emenda 231
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti A - tabella – linja 15

Test propost mill-Kummissjoni

Aringa (Clupea harengus)

20 cm

Emenda

Aringa (Clupea harengus)

20 ċm1a

 

__________________

 

1a Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tas-sardin, l-inċova, l-aringi, is-sawrell u l-kavalli ma japplikawx fil-limitu ta' 10 % f'piż ħaj tal-qbid totali miżmum abbord kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli ta' daqs inqas min-normal għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

 

Dan il-persentaġġ jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux ikun maqbuż matul it-trasferiment minn bastiment għal ieħor, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ;

Emenda 232
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti A - tabella – linja 18

Test propost mill-Kummissjoni

Spnott (Dicentrarchus labrax)

42 cm

Emenda

Spnott (Dicentrarchus labrax)

36 ċm

Emenda 233
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti A - tabella – linja 23

Test propost mill-Kummissjoni

Imrewħa (Chlamys spp.)

40 mm

Emenda

Imrewħa (Chlamys spp., Mimachlamys spp.)

40 mm

Emenda 234
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti A - tabella – linja 26

Test propost mill-Kummissjoni

Gandoffli tal-għonq qasir (Venerupis philippinarum)

35 mm

Emenda

Gandoffli tal-għonq qasir (Ruditapes philippinarum)

35 mm

Emenda 235
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti A - tabella – linja 34

Test propost mill-Kummissjoni

Qarnit (Octopus vulgaris)

750 gramma3

 

3 Fl-ilmijiet kollha f'dik il-parti tal-Atlantiku tal-Lvant ċentrali li fih hemm id-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2 u 34.1.3 u s-sottożona 34.2.0 taż-żona tas-sajd 34 tar-reġjun tas-CECAF għandu japplika piż tal-ħut imnaddaf ta' 450 gramma.

Emenda

Qarnit (Octopus vulgaris)

1000 gramma3

 

3 Fl-ilmijiet kollha f'dik il-parti tal-Atlantiku tal-Lvant ċentrali li fih hemm id-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2 u 34.1.3 u s-sottożona 34.2.0 taż-żona tas-sajd 34 tar-reġjun tas-CECAF għandu japplika piż tal-ħut imnaddaf ta' 450 gramma.

Emenda 242
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti C – paragrafu 4 – punt 4.2
4.2.  Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 f'żoni b'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. Meta l-qabdiet aċċessorji ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi kif deskritti fil-punt 1.
4.2.  Sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2336 f'żoni b'fond ta' anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment klieb il-baħar tal-fond li s-sajd tagħhom huwa espliċitament ipprojbit mid-dritt tal-Unjoni, dawn għandhom jerġgħu jintefgħu lura l-baħar kemm jista' jkun malajr. Il-qabdiet ta' speċijiet ta' klieb il-baħar tal-fond soġġetti għal limiti ta' qbid għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu kontra l-kwoti. F'każ li Stat Membru ma jkollux kwota suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Meta l-qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta' kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 1.
Emenda 243
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti C – paragrafu 4 – punt 4.2 a (ġdid)
4.2a.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-STECF, li teskludi ċerti tipi ta' sajd fiż-żoni tal-ICES VIII, IX u X mill-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 4.1 jekk jintwera permezz ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri jew l-implimentazzjoni ta' ġestjoni speċifika bl-użu ta' reġjonalizzazzjoni, li jistgħu jinvolvu tnaqqis tal-bastimenti li joperaw fiż-żona, tnaqqis fix-xhur tas-sajd eċċ., jew ta' pjanijiet pluriennali, li dak is-sajd għandu livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar jew ta' rimitagħhom.
Emenda 280
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti D – paragrafu 1 – titolu
1.  Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fis-sottożoni VIII u IXa tal-ICES
1.  Miżuri sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta' mammiferi tal-baħar fis-sottożoni VIII u IX tal-ICES
Emenda 281
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti D – paragraph 2 – punt 2.1 (ġdid)
2.1.  Għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' riċerka xjentifika fl-Ilmijiet tal-Lbiċ biex jiġi identifikat it-trikkib ta' speċijiet sensittivi mal-irkaptu tas-sajd u l-isforz tas-sajd u jinstabu soluzzjonijiet tekniċi għal irkapti tas-sajd.
Emenda 282
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti D – paragrafu 2 – punt 2.2 (ġdid)
2.2.  Għandhom jiġu applikati miżuri spazjali fl-Ilmijiet tal-Lbiċ meta r-riċerka xjentifika identifikat żoni li fihom l-għasafar tal-baħar huma magħrufa li jinqabdu inċidentalment sakemm ma jkunu jistgħu jiġu sostitwiti b'miżuri tekniċi oħrajn.
Emenda 283
Proposta għal regolament
Anness VII – Parti D – paragrafu 2 – punt 2.3 (ġdid)
2.3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni li ġew stabbiliti, inkluż fir-rigward tal-qbid tas-sajd u tal-isforz tas-sajd.
Emenda 247
Proposta għal regolament
Anness VIII − Parti B − paragrafu 2 − tabella − linja 2

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 157 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għas-salamun

Emenda

imħassar

 

 

Emenda 284
Proposta għal regolament
Anness VIII – parti D – paragrafu 1 – titolu
1.  Miżuri sabiex jitnaqqsu qabdiet inċidentali ta' ċetaċji
1.  Miżuri sabiex jitnaqqsu qabdiet inċidentali ta' mammiferi tal-baħar
Emenda 285
Proposta għal regolament
Anness VII – parti D – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Miżuri sabiex jiġu minimizzati l-qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar
1.1.  Għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' riċerka xjentifika fil-Baħar Baltiku biex jiġi identifikat it-trikkib ta' speċijiet sensittivi mal-irkaptu tas-sajd u l-isforz tas-sajd u jinstabu soluzzjonijiet tekniċi għal irkapti tas-sajd.
1.2.  Għandhom jiġu applikati miżuri spazjali fil-Baħar Baltiku meta r-riċerka xjentifika identifikat żoni li fihom l-għasafar tal-baħar huma magħrufa li jinqabdu inċidentalment sakemm ma jkunu jistgħu jiġu sostitwiti b'miżuri tekniċi oħrajn.
1.3  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni li ġew stabbiliti, inkluż fir-rigward tal-qbid tas-sajd u tal-isforz tas-sajd.
Emenda 251
Proposta għal regolament
Anness IX − Parti B − paragrafu 1 − tabella − linja 2

Test propost mill-Kummissjoni

Manki b'malji kwadri ta' 40 mm2

Żona sħiħa

Manka b'malji forma ta' djamant ta' 50mm2 tista' tintuża bħala alternattiva għall-manka b'malji kwadri ta' mill-anqas 44 mm fuq talba ġġustifikata tal-kaptan tal-bastiment

 

 

________________

 

 

2 Tip wieħed biss ta' xibka (jew bil-malji kwadri ta' 40 mm jew bil-malji forma ta' djamant ta' 50 mm) huwa permess li jinżamm abbord jew jintuża.

Emenda

Manki b'malji kwadri ta' 40 mm2

Żona sħiħa

Manka b'malji forma ta' djamant ta' 50mm2 tista' tintuża bħala alternattiva għall-manka b'malji kwadri ta' mill-anqas 40 mm fuq talba ġġustifikata tal-kaptan tal-bastiment

 

 

________________

 

 

2 Tip wieħed biss ta' xibka (jew bil-malji kwadri ta' 40 mm jew bil-malji forma ta' djamant ta' 50 mm) huwa permess li jinżamm abbord jew jintuża.

Emenda 254
Proposta għal regolament
Anness IX – Parti B – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Id-derogi eżistenti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 1a u 2 ta' din il-Parti mill-irkapti tat-tidwir affettwati minn pjan ta' ġestjoni li jirreferi għalih l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u li huma adottati skont l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor taħt l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 255
Proposta għal regolament
Anness IX – Parti C – paragrafu 5
Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jiġu ssettjati aktar minn 250 nassa jew kavetta għal kull bastiment sabiex jinqabdu krustaċji tal-qiegħ (inklużi Plesionika spp., Pasiphaea spp. jew speċijiet simili).
Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jiġu ssettjati aktar minn 250 nassa jew kavetta għal kull bastiment sabiex jinqabdu krustaċji tal-fond.
Emenda 256
Proposta għal regolament
Anness IX – Parti C – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)
Flotot lokalizzati ħafna bl-użu ta' rkaptu artiġjanali għandhom ikunu awtorizzati jaqbdu krustaċji tal-qiegħ (inklużi Plesionika spp., Pasiphaea spp. jew speċijiet simili).
Emenda 257
Proposta għal regolament
Anness IX – Parti C – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Restrizzjonijiet ta' sajd bil-foxxna fis-sajd ta' taħt il-baħar
Huwa pprojbit is-sajd bil-foxxna ta' taħt il-baħar permezz ta' għadis bl-aqualung u matul il-lejl, minn inżul ix-xemx saż-żerniq.
Emenda 286
Proposta għal regolament
Anness IX – Parti D – paragrafu 1 – titolu
1.  Miżuri sabiex jitnaqqsu qabdiet inċidentali ta' ċetaċji
1.  Miżuri sabiex jitnaqqsu qabdiet inċidentali ta' mammiferi tal-baħar
Emenda 287
Proposta għal regolament
Anness IX – Parti D – paragrafu 2 – punt 2.1 (ġdid)
2.1.  Għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' riċerka xjentifika fil-Mediterran biex jiġi identifikat it-trikkib ta' speċijiet sensittivi mal-irkaptu tas-sajd u l-isforz tas-sajd u jinstabu soluzzjonijiet tekniċi għal irkapti tas-sajd.
Emenda 288
Proposta għal regolament
Anness IX – Parti D – paragrafu 2 – punt 2.2 (ġdid)
2.2.  Għandhom jiġu applikati miżuri spazjali fil-Mediterran meta r-riċerka xjentifika identifikat żoni li fihom l-għasafar tal-baħar huma magħrufa li jinqabdu inċidentalment sakemm ma jkunu jistgħu jiġu sostitwiti b'miżuri tekniċi oħrajn.
Emenda 289
Proposta għal regolament
Anness IX – Parti D – paragrafu 2 – punt 2.3 (ġdid)
2.3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni li ġew stabbiliti, inkluż fir-rigward tal-qbid tas-sajd u tal-isforz tas-sajd.
Emenda 259
Proposta għal regolament
Anness X – Parti B – paragrafu 1 – tabella – linja 2

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-inqas 50 mm

Żona sħiħa

Bħala alternattiva jistgħu jintużaw manki b'malji kwadri ta' 40 mm

Emenda

Mill-inqas 40 mm

Żona sħiħa

Jistgħu jintużaw manki b'malji forma ta' djamant ta' 50 mm1a bħala alternattiva għall-manka b'malji kwadri ta' 40 mm fuq talba debitament ġustifikata ta' sid il-bastiment.

 

 

__________________

 

 

1a Tip wieħed biss ta' xibka (jew bil-malji kwadri ta' 40 mm jew bil-malji forma ta' djamant ta' 50 mm) huwa permess li jinżamm abbord jew jintuża.

Emenda 260
Proposta għal regolament
Anness X – Parti B – paragrafu 2 – tabella – linja 2

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 400 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-barbun imperjali

Emenda

Mill-anqas 400 mm

Żona sħiħa

Sajd għall-barbun imperjali b'għeżula tat-tisqif tal-fond

Emenda 261
Proposta għal regolament
Anness X – Parti C
Parti C
imħassar
Żoni magħluqin jew ristretti
Għeluq Staġunali għall-protezzjoni tal-barbun imperjali
Sajd dirett, trasbord, ħatt u l-ewwel bejgħ ta' barbun imperjali għandhom ikunu permessi mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju kull sena fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar Iswed.
Emenda 290
Proposta għal regolament
Anness X – Parti D – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Miżuri sabiex jiġu minimizzati l-qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar
1a.1.  Għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' riċerka xjentifika fil-Baħar l-Iswed biex jiġi identifikat it-trikkib ta' speċijiet sensittivi mal-irkaptu tas-sajd u l-isforz tas-sajd u jinstabu soluzzjonijiet tekniċi għal irkapti tas-sajd.
1a.2.  Għandhom jiġu applikati miżuri spazjali fil-Baħar l-Iswed meta r-riċerka xjentifika identifikat żoni li fihom l-għasafar tal-baħar huma magħrufa li jinqabdu inċidentalment sakemm ma jkunu jistgħu jiġu sostitwiti b'miżuri tekniċi oħrajn.
1a.3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-effettività tal-miżuri ta' mitigazzjoni li ġew stabbiliti, inkluż fir-rigward tal-qbid tas-sajd u tal-isforz tas-sajd.
Emenda 262
Proposta għal regolament
Anness XI – Parti A – titolu
Daqsijiet tal-malja bażiċi għal irkaptu rmunkat
1.  Daqsijiet tal-malja bażiċi għal irkaptu rmunkat
Emenda 263
Proposta għal regolament
Anness XI – Parti A – paragrafu 1 – parti introduttorja
Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fir-Reġjuni Ultraperiferiċi.
Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fl-Atlantiku tal-Punent
Emenda 264
Proposta għal regolament
Anness XI – Parti A - tabella – linja 3

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 45 mm

L-ibħra kollha barra mill-kosta tad-dipartiment Franċiż ta' Guyana li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Franza.

Sajd dirett għall-gamblu (Penaeus subtilis, Penaeus brasiliensis, Xiphopenaeus kroyeri).

Emenda

Mill-anqas 45 mm

L-ibħra kollha barra mill-kosta tad-dipartiment Franċiż ta' Guyana li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Franza.

Sajd dirett għall-gamblu (Penaeus subtilis, Penaeus brasiliensis, Xiphopenaeus kroyeri) (15 % tal-qbid)

Emenda 265
Proposta għal regolament
Anness XI – Parti A - tabella – linja 4

Test propost mill-Kummissjoni

Mill-anqas 14 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar bi xbieki tat-tidwir

Emenda

imħassar

 

 

Emenda 266
Proposta għal regolament
Anness XI – parti A – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Daqs tal-malja ta' referenza għat-tartarun tal-borża
Għandhom jiġu applikati d-daqsijiet tal-malja li ġejjin għat-tartarun tal-borża fl-ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fl-Atlantiku tal-Punent
Emenda 267
Proposta għal regolament
Anness XI – parti A – paragrafu 1a (ġdid) – tabella (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kundizzjonijiet

Mill-anqas 14 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar bi xbieki tat-tidwir

Emenda 291
Proposta għal regolament
Anness XI – Parti Ba (ġdida)
Parti Ba.
Miżuri ta' mitigazzjoni għal speċijiet sensittivi
1.  Miżuri sabiex jitnaqqsu qabdiet inċidentali ta' mammiferi tal-baħar
1.1.  Huwa projbit għal bastimenti li jużaw xbieki statiċi, għeżula tat-tisqif, xbieki tat-tkarkir pelaġiċi jew xbieki tat-tkarkir b'apertura kbira vertikali jew sistemi oħra ta' sajd fejn ġew identifikati qabdiet inċidentali fir-Reġjuni Ultraperiferiċi, mingħajr l-użu simultanju ta' teknoloġija ta' mitigazzjoni pprovata. L-eżenzjonijiet għandhom ikunu possibbli biss għal dak is-sajd b'qabdiet inċidentali kumulattivi negliġibbli.
1.2.  Il-punt 1 m'għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa bl-għan uniku ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bl-awtorizzazzjoni u bl-awtorità tal-Istati Membri jew l-Istati Membri kkonċernati u li għandhom l-għan li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda sabiex inaqqsu l-qbid inċidentali jew il-qtil ta' ċetaċji.
1.3.  L-Istati Membri, permezz ta' skemi annwali speċifiċi ta' monitoraġġ, għandhom jissorveljaw u jivvalutaw, permezz ta' studji xjentifiċi jew proġetti pilota, l-effikaċja tat-tagħmir ta' mitigazzjoni kif deskritt fil-punt 1.1 fl-attivitajiet tas-sajd u fiż-żoni kkonċernati.
2.  Miżuri sabiex jiġu minimizzati l-qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar
2.1.   Għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' riċerka xjentifika fir-Reġjuni Ultraperiferiċi biex jiġi identifikat it-trikkib ta' speċijiet sensittivi mal-irkaptu tas-sajd u l-isforz tas-sajd u jinstabu soluzzjonijiet tekniċi għal irkapti tas-sajd.
2.2.  Għandhom jiġu applikati miżuri spazjali fir-Reġjuni Ultraperiferiċi meta r-riċerka xjentifika identifikat żoni li fihom l-għasafar tal-baħar huma magħrufa li jinqabdu inċidentalment sakemm ma jkunu jistgħu jiġu sostitwiti b'miżuri tekniċi oħrajn.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0381/2017).

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza