Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0297(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0400/2017

Testi mressqa :

A8-0400/2017

Dibattiti :

PV 17/01/2018 - 20
CRE 17/01/2018 - 20

Votazzjonijiet :

PV 18/01/2018 - 6.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0016

Testi adottati
PDF 255kWORD 48k
Il-Ħamis, 18 ta' Jannar 2018 - Strasburgu
It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet pubblikati għal persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ***
P8_TA(2018)0016A8-0400/2017

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi Mod Ieħor Għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (12629/2017 – C8-0375/2017 – 2014/0297(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12629/2017),

–  wara li kkunsidra t-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet pubblikati għal persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat (5905/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 114 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0375/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Frar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0400/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tat-Trattat ta' Marrakexx;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO).

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Frar 2017, 3/15, ECLI:EU:C:2017:114.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza