Mistoqsija Parlamentari - E-2337/2007Mistoqsija Parlamentari
E-2337/2007

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 79/409/KEE

MISTOQSIJA BIL-MIKTUB E-2337/07
minn Simon Busuttil (PPE-DE) u David Casa (PPE-DE)
lill-Kummissjoni

L-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Għasafar Selvaġġi (79/409/KEE) jippermetti lill-Istati Membri li japplikaw deroga, fi ħdan il-limiti preskritti mill-Artikolu, u li jiġġustifikaw applikazzjoni bħal din mal-Kummissjoni.

Kemm-il ġustifikazzjoni bħal din dwar l-applikazzjoni tad-deroga msemmija rċeviet il-Kummissjoni mill-Istati Membri minn Jannar ta’ l-2004 u f’rabta ma’ liema pajjiżi u ma’ liema prattiki tal-kaċċa?

Il-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-fehmiet tagħha dwar derogi bħal dawn?

ĠU C 45, 16/02/2008