• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - E-003229/2014Mistoqsija Parlamentari
E-003229/2014

Id-divulgazzjoni tal-oriġini ta' minerali ta' kunflitt

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-003229-14
lill-Kummissjoni
Artikolu 117 tar-Regoli ta’ Proċedura
David Casa (PPE)

Dan l-aħħar il-Kummissjoni pproponiet li l-UE titlob lill-importaturi Ewropej ta' deheb, landa, tungstenu u tantalju — erba' metalli u minerali li frekwentement jinsabu f'żoni ta' gwerra — biex jiddivulgaw l-oriġini tal-istokkijiet tagħhom[1]. Madankollu, il-proposta ma tindika ebda obbligu għall-importaturi li jagħmlu dan, li wassal għall-ħolqien ta' kritika minn korpi oħrajn tal-UE.

Fl-2010 l-Istati Uniti tal-Amerika adottat liġi simili, iżda aktar ħarxa, li tirrikjedi lill-importaturi tal-erba' metalli msemmija hawn fuq biex jiddivulgaw l-oriġini tagħhom.

Għalfejn il-Kummissjoni naqset milli tinkludi kwalunkwe obbligu fil-proposta?

ĠU C 335, 25/09/2014