Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0006(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0086/2011

Testi mressqa :

A7-0086/2011

Dibattiti :

PV 10/05/2011 - 19
CRE 10/05/2011 - 19

Votazzjonijiet :

PV 11/05/2011 - 5.11
CRE 11/05/2011 - 5.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0218

Testi adottati
PDF 85kWORD 80k
L-Erbgħa, 11 ta' Mejju 2011 - Strasburgu Verżjoni finali
Ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti ***II
P7_TA(2011)0218A7-0086/2011
RETTIFIKI
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill adottata fl-ewwel qari bl-għan tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta' fibri tat-tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessuti u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE, id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13807/4/2010 – C7-0017/2011 – 2009/0006(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13807/4/2010 – C7–0017/2011),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2009(1) ,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0031),

–  wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' April 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0086/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 255, 22.9.2010, p.37.
(2) Testi adottati tat-18.5.2010, P7_TA(2010)0168.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-11 ta' Mejju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
P7_TC2-COD(2009)0006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1007/2011.)


ANNESS

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma konsapevoli mill-importanza li tiġi pprovduta informazzjoni preċiża lill-konsumaturi, b'mod partikolari meta l-prodotti jkunu mmarkati b'indikazzjoni tal-oriġni, sabiex jipproteġuhom kontra dikjarazzjonijiet frodulenti, impreċiżi jew qarrieqa. L-użu ta' teknoloġiji ġodda, bħat-tikkettar elettroniku, inkluża l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju, jista' jkun għodda utli biex tiġi pprovduta l-informazzjoni filwaqt li jinżamm il-pass mal-iżvilupp teknoloġiku. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni sabiex, fit-tfassil tar-rapport skont l-Artikolu 24a tar-Regolament, tikkunsidra l-impatt tagħhom fuq rekwiżiti ta' tikkettar ġodda possibbli, inkluż bl-għan li titjieb it-traċċabilità tal-prodotti tat-tessuti.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Novembru 2012Avviż legali