Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 70kWORD 19k
Il-Ħamis, 17 ta' Jannar 2013 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq ***
P7_TA(2013)0023A7-0411/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (10209/2012 – C7-0189/2012 – 2010/0310(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10209/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (05784/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 79(3), 91, 100, 192(1), 194, 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0189/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0411/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Iraq.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Jannar 2015Avviż legali