Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0117(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0326/2013

Testi mressqa :

A7-0326/2013

Dibattiti :

PV 20/11/2013 - 4
CRE 20/11/2013 - 4

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2013 - 8.23
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0494

Testi adottati
PDF 300kWORD 99k
L-Erbgħa, 20 ta' Novembru 2013 - Strasburgu
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward ir-regolamenti dwar il-pagamenti diretti, l-iżvilupp rurali u lfinanzjament, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-PAK ***I
P7_TA(2013)0494A7-0326/2013
RETTIFIKI
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru [RD] rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru [DP], (UE) Nru [HR] u (UE) Nru [OKS unika] fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (COM(2013)0226 – C7-0104/2013 – 2013/0117(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0226),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0104/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0326/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regoalment (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014
P7_TC1-COD(2013)0117

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1310/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI DWAR L-IŻVILUPP RURALI

Il-Kummissjoni tiddikjara li se tikkoopera b'mod kostruttiv mal-Istati Membri fit-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programmi ġodda għall-iżvilupp rurali bl-għan li tiżgura tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn il-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, anke għal miżuri mhux koperti mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Tranżizzjoni.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri li se jagħmlu użu mill-possibilità skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Tranżizzjoni li jippermettilhom jieħdu impenji legali ġodda għall-operazzjonijiet ta' irrigazzjoni biex jagħmlu dan b'mod konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti għal operazzjonijiet bħal dawn fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament il-ġdid dwar l-Iżvilupp Rurali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Avviż legali - Politika tal-privatezza