Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0013(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0472/2013

Testi mressqa :

A7-0472/2013

Dibattiti :

PV 25/02/2014 - 8
PV 25/02/2014 - 10
CRE 25/02/2014 - 8
CRE 25/02/2014 - 10

Votazzjonijiet :

PV 26/02/2014 - 9.5
CRE 26/02/2014 - 9.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0152

Testi adottati
PDF 376kWORD 43k
L-Erbgħa, 26 ta' Frar 2014 - Strasburgu
Normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija ***I
P7_TA(2014)0152A7-0472/2013
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta’ intrapriżi tal-ferrovija (COM(2013)0026 – C7-0026/2013 – 2013/0013(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0026),

–  wara li kkunsidra l-Artikol 294(2) u l-Artikoli 91 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0026/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7‑0472/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92..


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija
P7_TC1-COD(2013)0013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91 u 109 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill(4) jippermetti lill-Istati Membri li jikkumpensaw 36 intrapriża ferrovjarja enumerati għall-ħlas ta’ obbligi li intrapriżi ta' modi oħra ta' trasport ma għandhomx għalfejn iġarrbuhom. L-applikazzjoni korretta tar-regoli għan-normalizzazzjoni tirriżulta f'eżenzjoni għall-Istati Membri mill-obbligi ta' notifika ta' għajnuna mill-Istat.

(2)  Sensiela ta’ miżuri leġiżlattivi ġew adottati fil-livell Ewropew, li fetħu għall-kompetizzjoni s-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u dak internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u stabbilixxew, permezz tad-Direttiva  2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), ċerti prinċipji fundamentali li jinkludu li l-intrapriżi ferrovjarji jkunu mmaniġġjati skont prinċipji li japplikaw għall-kumpaniji kummerċjali, li l-entitajiet responsabbli għall-allokazzjoni ta' kapaċità u l-impożizzjoni ta' tariffi għall-infrastruttura ferrovjarja għandhom ikunu separati minn entitajiet li jħaddmu servizzi ferrovjarji u li għandu jkun hemm separazzjoni tal-kontijiet, li kull intrapriża ferrovjarja mogħtija liċenzja skont il-kriterji tal-UE għandu jkollha aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja b'termini ġusti u nondiskriminatorji, u li l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament mill-Istat. L-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/34/UE fid-dritt nazzjonali hija s-16 ta’ Ġunju 2015. [Em. 1]

(3)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 huwa inkonsistenti u inkompatibbli ma' miżuri leġiżlattivi fis-seħħ bħalissa. B’mod partikolari, fil-kuntest ta’ suq liberalizzat fejn l-intrapriżi ferrovjarji jikkompetu direttament mal-intrapriżi ferrovjarji enumerati, ma għadux xieraq li ssir diskriminazzjoni bejn dawn iż-żewġ gruppi ta’ intrapriżi differenti.

(4)  Konsegwentement, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 biex jiġu eliminati l-inkonsistenzi fl-ordni ġuridika tal-UE u dan għandu jikkontribwixxi għas-semplifikazzjoni billi jelimina att legali li issa li ma għadux validu,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 hu mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni sentejn wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 2]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2)ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(4) Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-26 ta' Ġunju 1969 dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' impriżi ferrovjarji (ĠU L 156, 28.6.1969, p. 8).
(5)2 Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

Avviż legali - Politika tal-privatezza