Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2078(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0051/2014

Testi mressqa :

A7-0051/2014

Dibattiti :

PV 26/02/2014 - 16
CRE 26/02/2014 - 16

Votazzjonijiet :

PV 27/02/2014 - 10.10

Testi adottati :

P7_TA(2014)0173

Testi adottati
PDF 562kWORD 274k
Il-Ħamis, 27 ta' Frar 2014 - Strasburgu Verżjoni finali
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2012)
P7_TA(2014)0173A7-0051/2014

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2012 (2013/2078(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'l isfel imsejjaħ "Trattat UE"), b’mod partikulari t-tieni inċiż u mir-raba’ sas-seba’ inċiżi tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(3), it-tieni inċiż, u l-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli relatati mar-rispett, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE, kemm fit-TUE kif ukoll fit-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000 (minn hawn 'l isfel imsejħa "il-Karta"), ipproklamata fit-12 ta' Diċembru 2007 fi Strasburgu u li daħlet fis-seħħ mat-Trattat ta' Lisbona f'Diċembru 2009,

–  wara li kkunsidra s-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, il-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, tal-Kumitat tal-Ministri, tal-kummissarju għad-drittijiet tal-bniedem u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, kif riveduta fl-1996, u l-ġurisprudenza tal-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li l-UE hija parti minna, flimkien ma' kważi l-Istati Membri kollha,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji gwida dwar il-faqar estrem u d-drittijiet tal-bniedem, adottati fis-27 ta’ Ottubru 2012 mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (A/HRC/21/39);

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "Rispett u promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea" (COM(2003)0606), dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-drittijiet fundamentali mill-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573), dwar l-orjentamenti operattivi rigward ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-analiżi tal-impatt (SEC(2011)0567),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar l-azzjonijiet u l-inizjattivi tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, adottati mill-Kunsill fit-23 ta' Mejju 2011, u d-Direttivi tal-Kunsill dwar l-istadji metodoloġiċi li għandhom jiġu segwiti biex tiġi verifikata l-kompatibilità tad-drittijiet fundamentali mal-livell tal-korpi preparatorji tal-Kunsill(1) ,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (COM(2013)0271) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal mehmuża magħhom,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2013 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE: Id-drittijiet tiegħek, il-futur tiegħek’ (COM(2013)0269),

–  wara li kkunsidra l-“Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini”(2) ,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (COM(2011)0173) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Passi 'l quddiem fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom" (COM(2013)0454) u l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (COM(2013)0460),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija(3) ,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċit(4) , id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħolfn (5) u l-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjun jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ din id-data(6) ,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(7) ,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-każistika tal-qrati kostituzzjonali nazzjonali, li għalihom il-Karta hija wieħed mid-dokumenti ta' riferiment ewlenin tagħhom fl-interpretazzjoni tal-liġi nazzjonali,

–  wara li kkunsidra d-diskors tas-Sur Barroso dwar l-istat tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew fil-11 ta' Settembru 2013 u d-diskors tas-Sna. Reding dwar l-Unjoni Ewropea u l-istat tad-dritt fl-4 ta' Settembru 2013 fiċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS) (Brussell),

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-6 ta’ Marzu 2013 mibgħuta mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, id-Danimarka u l-Finlandja lill-President tal-Kummissjoni, is-Sur Barroso, fejn jitolbu mekkaniżmu biex titrawwem il-konformità mal-valuri fundamentali fl-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 u s-7 ta' Ġunju 2013 dwar id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-konferenza dwar "Ewropa ta' ċittadini ugwali: ugwaljanza, drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt", organizzata mill-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill fid-9 u l-10 ta' Mejju 2013;

–  wara li kkunsidra r-raba' simpożju tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tas-7 ta' Ġunju 2013, bl-isem "Nippromwovu l-istat tad-dritt fl-UE",

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tat-13 ta' Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-attivitajiet, ir-rapporti annwali, l-istudji u l-opinjonijiet tal-FRA, u partikolarment ir-Rapport Annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-FRA, tal-UNDP, tal-Bank Dinji u tal-Kummissjoni "The situation of Roma in 11 EU Member States - Survey results at a glance" (Is-Sitwazzjoni tar-Rom fi 11-il Stat Membru: Daqqa t’għajn lejn ir-riżultati tal-istħarriġ), ippubblikat f’Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport, ippubblikat f’April 2013, tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, bl-isem "Management of the external borders of the European Union and its impact on the human rights of migrants" (Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti),

–  wara li kkunsidra r-rapporti u l-istudji tal-NGOs dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istudji rilevanti mitluba mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u b'mod partikolari l-istudju dwar ‟Ir-relazzjoni trijangolari bejn id-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-Istat tad-Dritt fl-UE - lejn mekkaniżmu UE Kopenħagen”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-Drittijiet Fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona(8) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2010-2011)(9) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2004 dwar ir-riskji tal-vjolazzjoni, fl-UE u speċjalment fl-Italja, tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni (l-Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)(10) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2005 dwar il-ħarsien tal-minoranzi u politiki kontra d-diskriminazzjoni f’Ewropa akbar(11) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensiment tar-Rom fuq bażi tal-etniċità fl-Italja(12) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-Liġi Litwana dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika(13) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2010 dwar il-qagħda tar-Roma u dwar il-libertà tal-moviment fl-Unjoni Ewropea(14) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2011 dwar il-ksur tal-libertà ta' espressjoni u diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali fil-Litwanja(15) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma(16) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-liġi Ungeriża dwar il-midja(17) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar il-Karta tal-UE: iffissar ta’ standards għal-libertà tal-midja fl-UE kollha(18) ,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar il-ġlieda kontra l-omofobija fl-Ewropa(19) ,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u r-reati ta’ mibegħda(20) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni(21) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport finali)(22) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta’ Frar 2012)(23) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar l-allegat trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA: segwitu tar-rapport tal-Kumitat TDIP tal-Parlament Ewropew(24) u r-riżoluzzjoni ta' segwitu tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013(25) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu ta’ estinzjoni u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea(26) ,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill f'Marzu 2011,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 intitolata ‘Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015’ (COM(2010)0491),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tas-7 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta’ qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa(27) u tas-6 ta' Frar 2013 dwar is-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW) tan-NU: L-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u t-tfajliet(28) ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali(29) ,

–  wara li kkunsidra d-dokumenti ta' ħidma I u II dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2012 (rapporteur Louis Michel),

–  wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku li sar fil-5 ta' Novembru 2013 mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar ‟Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea: kif insaħħu d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-UE”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0051/2014),

A.  whereas European integration is a political project born out of the ashes of the Second World War and the persecution and repression of individuals by totalitarian regimes, and whereas its aim has been to anchor European states to democracy and the rule of law in order to respect and promote human rights, fundamental rights, equality and the protection of minorities, on the basis of the Universal Declaration of Human Rights (UDHR), the European Convention on Human Rights (ECHR) and other instruments on human rights and fundamental freedoms, and avoid a return to any kind of authoritarian regime; billi l-integrazzjoni Ewropea hija proġett politiku li nibet mill-qerda tat-Tieni Gwerra Dinjija u l-persekuzzjoni u l-oppressjoni mir-reġimi totalitarji, u bl-għan li jiġu stabbiliti d-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Istati Ewropej u sabiex jiġu rispettati u promossi d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza u l-protezzjoni tal-minoranzi, abbażi tad-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u strumenti oħra għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u jiġi evitat ritorn ta' kwalunkwe tip lejn reġim awtoritarju;

B.  billi l-individwu, ċittadin jew resident, għandu jkun iċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea u li d-drittijiet fundamentali jipproteġu lil kull individwu kontra l-interferenzi, l-abbużi u l-vjolenza possibbli mill-awtoritajiet – fuq kull livell – fuq l-isfera tal-ħajja privata tiegħu u tal-libertajiet u d-drittijiet tiegħu; u billi r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali, tad-demokrazija u tal-valuri u l-prinċipji kif stabbiliti fit-Trattat tal-UE u l-istrumenti internazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem (l-UDHR, il-KEDB, l-ICCPR, l-ICESCR, eċċ.) għandhom ikunu ċ-ċentru tal-integrazzjoni Ewropea;

C.  billi l-Unjoni Ewropea żviluppat acquis fundamentali bl-għan li jiġu garantiti r-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp tal-"kriterji ta’ Kopenħagen", l-inklużjoni tal-Artikoli 2, 6 u 7 fit-Trattat UE, il-Karta tad-Drittijiet fundamentali, l-obbligu ta’ adeżjoni għall-konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll id-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri;

D.  billi, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Karta bidlet valuri u prinċipji fi drittijiet konkreti u opponibbli u billi għandha l-istess valur tat-Trattat ta’ Lisbona, din saret legalment vinkolanti għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll għall-Istati Membri fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE,

E.  billi għandha tiġi żviluppata, promossa u msaħħa kultura reali tad-drittijiet fundamentali kemm fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri, b’mod partikolari meta japplikaw u jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni kemm internament kif ukoll fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi; billi l-implimentazzjoni ta’ dawn il-valuri u prinċipji għandha wkoll tiddependi fuq kontroll effettiv tar-rispett tad-drittijiet fundamentali garantiti fil-Karta, inklużi mit-tfassil tal-proposti leġiżlattivi; billi kunsiderazzjonijiet oħrajn ma jistgħux jieħdu preċedenza fuq ir-rispett u l-iżgurar tad-drittijiet fundamentali msemmijin, b’riskju li jiġu skreditati r-rwol u r-reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem partikolarment fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi;

F.  billi l-Unjoni Ewropea topera abbażi tal-preżunzjoni u l-fiduċja reċiproka li l-Istati Membri tal-UE jikkonformaw mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fil-KEBD u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp ta' Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u t-tħaddim tal-prinċipji ta' rikonoxximent reċiproku;

G.  billi l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku jwassal għal sitwazzjoni fejn persuni jistgħu jiġu trasferiti minn ġurisdizzjoni għal oħra, mingħajr l-ebda skrutinju minn qabel tad-drittijiet tal-bniedem tad-deċiżjonijiet rispettivi;

H.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea enfasizzat fil-każijiet konġunti C-411/10 u C-493/10 li tali preżunzjoni ta' konformità mad-drittijiet fundamentali bħal din għandha tkun konfutabbli u li għalhekk l-imħallfin għandhom jikkontrollaw jekk hemmx raġunijiet sostanzjali biex jemmnu li hemm nuqqasijiet sistematiċi fis-sistema ġudizzjarja tal-Istati Membri l-oħra;

I.  billi huwa konsegwentament meħtieġ li jkun żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom evidenza biżżejjed disponibbli sabiex jieħdu deċiżjoni informata dwar jekk hemmx nuqqasijiet sistematiċi jew le fis-sistemi ġudizzjarji ta' Stat Membri oħra;

J.  billi l-korruzzjoni tikkawża ħsara soċjali u ksur tad-drittijiet fundamentali, minħabba li gruppi ta' kriminalità organizzata jużawha biex jikkommettu reati serji oħra, bħat-traffikar tal-bnedmin; billi sistema ġudizzjarja effiċjenti, indipendenti u imparzjali hija essenzjali għall-istat tad-dritt u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ċivili taċ-ċittadini fl-Ewropa;

K.  billi l-Unjoni Ewropea għaddejja minn perjodu ta' kriżi ekonomika u finanzjarja, iżda wkoll demokratika u kostituzzjonali, kif urew l-avvenimenti reċenti f'ċerti Stati Membri, u billi dawn it-tensjonijiet urew li hemm nuqqas ta' strumenti adegwati biex tiġi ffaċċjata din il-kriżi, kif ukoll in-nuqqas ta' rieda politika u d-diffikultajiet biex jiġu applikati l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ, valutazzjoni u sanzjonament previsti mit-trattati attwali u b'mod partikolari r-rekwiżiti skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 7 tat-Trattat UE;

L.  billi l-Parlament Ewropew bosta drabi esprima ruħu favur it-tisħiħ tal-mekkaniżmi għall-garanzija tar-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni, imħabbra fl-Artikolu 2 tat-Trattat UE u biex tingħeleb il-kriżi fi ħdan l-Unjoni u l-Istati Membri, u billi għaddej dibattitu dwar il-ħolqien ta' "mekkaniżmu ġdid", fejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri se jingħaqdu mal-Parlament u l-NGOs f'dan ir-rigward;

M.  billi l-FRA enfasizzat fit-taqsima tal-fokus tar-Rapport Annwali tagħha dwar l-2012 iddedikat għall-‟Unjoni Ewropea bħala Komunità ta' valuri: nissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali fi żminijiet ta' kriżi” l-fatt li fehim komuni tal-valuri u l-obbligi legali tal-Artikolu 2 huwa aspirazzjoni li jistieden stabbiliment ta' djalogu regolari fi ħdan l-UE;

N.  billi l-Kummissjoni indikat li tixtieq issaħħaħ l-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u li tista’ tipproponi l-użu ta’ avviżi ta’ tqegħid fil-mora fil-kuntest tal-Artikolu 7(1) tat-Trattat UE skont it-Trattat attwali; billi hija semmiet ukoll il-bżonn li jiġu modifikati t-trattati u ħabbret li tista’ tipproponi emendi qabel tmiem l-2013, u anke fil-bidu tal-2014, sabiex jiġi organizzat dibattitu fi żmien l-elezzjonijiet (inkluż dwar l-Artikolu 7) u jitfittex kunsens dwar dawn il-proposti li l-objettiv tiegħu għandu jkun li jiġi garantit li l-politika Ewropea dwar id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea tiddependi fuq regoli u mekkaniżmi ċari; indikaturi, dejta u provi oġġettivi;

O.  billi kwalunkwe deċiżjoni f’dan ir-rigward għandha tippermetti li tiġi garantita mingħajr dewmien l-applikazzjoni kif xieraq tal-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat UE u li jiġi żgurat li kull deċiżjoni meħuda tkun ibbażata fuq kriterji u evalwazzjoni oġġettivi, u b’hekk jingħelbu l-kritiki dwar in-nuqqas ta’ indikaturi u ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni, ta’ differenzi fit-trattament u ta’ parzjalità politika;

P.  billi għadhom qed iseħħu bosta każijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, kif indikat fir-rapporti (annwali u speċifiċi) tal-Kummissjoni Ewropea, l-FRA, il-Kunsill tal-Ewropa (rapporti annwali u sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, id-dokumenti u r-rapporti tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, id-dokumenti tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa), dokumenti tan-NU (inklużi d-dokumenti u r-rapporti tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, tar-Rapporteurs Speċjali, eċċ.), dokumenti tal-NGOs (bħall-Human Rights Watch, l-Amnesty International, l-Open Society Institute, ILGA-Europe, ECRE, ir-Reporters without Borders, il-Freedom House, FIDH, eċċ.), etc.; Billi ksur ta' dan it-tip jirrikjedi rispons adegwat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Istati Membri, dovut għas-serjetà u r-rikorrenza tagħhom;

Q.  billi dawn il-korpi rrappurtaw u esprimew it-tħassib tagħhom, partikolarment fir-rigward tas-sitwazzjoni tar-Rom, tal-migranti, tal-applikanti għall-asil u tar-refuġjati, tal-minoranzi u tal-persuni LGBT, tal-midja u tal-ġurnalisti, l-azzjonijiet tal-forzi ta’ sigurtà, tal-pulizija, tas-servizzi sigrieti u tal-inkjesti neċessarji sabiex dawk responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem jitressqu quddiem il-ġustizzja u jiġu kastigati, għal parteċipazzjoni tal-Istati f’każijiet ta’ tortura u abbuż f’pajjiżi terzi u l-użu ta’ provi miksuba b’dan il-mod, ta’ kundizzjonijiet ta’ arrest u abbuż;

R.  Billi l-preambolu tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 8, 9, 10, 19 u 21 tal-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-każistika stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu l-importanza tad-drittijiet soċjali fundamentali billi bħala simboli tal-prinċipji trażversali tad-dritt Komunitarju, u b'hekk huwa ċar li l-UE għandha tiggrantixxi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, bħad-drittijiet sindakali, id-dritt għall-istrajk u d-dritt għall-assoċjazzjoni u l-assemblea, eċċ., kif definit fil-Karta Soċjali Ewropea, u billi l-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fih riferiment espliċitu għad-drittijiet soċjali fundamentali, bħal dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea;

S.  billi l-Artikoli 2 u 3 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jirrikonoxxu d-dritt għall-ħajja u d-dritt għall-integrità tal-bniedem;

T.  billi fl-Unjoni Ewropea jgħixu madwar 100 miljun tifel u tifla u madwar 80 miljun persuna Ewropea b’diżabbiltà; billi persuni b'diżabilità u b'mod partikolari tfal għadhom qed ibatu minn nuqqas ta' assistenza u appoġġ fir-rigward tal-inklużjoni tagħhom fi skejjel, u qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-aċċess għal bini jew servizzi u problemi sabiex jinstemgħu u jipparteċipaw f'deċiżjonijiet li jaffettwaw ħajjithom; billi l-UE, bħala parti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, għandha l-obbligu li tippromwovi, tipproteġi u tirrispetta d-drittijiet ta' persuni b'diżabilitajiet, kif tgħid il-Konvenzjoni, u li tadotta strateġija għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u li tiżgura li l-politiki u l-liġi primarja u sekondarja eżistenti u futura tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni;

U.  billi n-nisa u l-bniet huma l-vittmi ewlenin ta' vjolenza sessista, għaliex skont estimi fl-UE, 20-25 % tan-nisa ġarrbu vjolenza fiżika mill-anqas darba f'ħajjithom; billi mijiet ta' eluf ta' nisa li jgħixu fl-Ewropa ġew soġġetti għal mutilazzjoni ġenitali u eluf ta' bniet huma fir-riskju;

V.  billi n-nisa fl-UE jaqilgħu madwar 16 % inqas fis-siegħa mill-irġiel;

W.  billi l-faqar, l-inugwaljanza bejn is-sessi u l-isterjotipi tas-sessi jżidu r-riskju tal-vjolenza u forom oħra ta’ sfruttament, inkluż it-traffikar tan-nisa u l-prostituzzjoni, u jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fl-oqsma kollha tal-ħajja;

X.  billi l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-opportunitajiet indaqs għandhom jiġu garantiti għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea; billi madankollu, il-protezzjoni ta' minoranzi nazzjonali u lingwi reġjonali u minoritarji f'UE mkabbra hija kwistjoni ewlenija, li mhux se tissolva sempliċiment bil-ġlieda kontra l-ksenofobija u d-diskriminazzjoni, iżda billi jiġu adottati reġimi u trattamenti legali, lingwistiċi, kulturali, soċjali speċifiċi;

1.  Jenfasizza l-fatt li l-proġett politiku, storiku u etiku tal-UE huwa li jiġu assoċjati l-Istati li għandhom l-istess valuri Ewropej komuni u li jippromwovuhom, bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll fil-KEDB, b’mod partikolari ir-rispett tad-dinjità tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza, il-libertà, in-non diskriminazzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi, li huma marbuta mill-qrib u li jikkostitwixxu prekundizzjonijiet reċiproċi, u jqis għalhekk li pilastru fundamentali tal-identità Ewropea huwa u għandu jkun il-promozzjoni interna u esterna tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tad-demokrazija, li huma valuri Ewropej;

2.  Jirrakkomanda li l-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill jirrikonoxxu l-eżistenza ta’ obbligi pożittivi biex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li r-rispett tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali jimplika azzjonijiet f’livelli differenti; jenfasizza r-rwol li għandhom f'dan il-qasam l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-NGOs u s-soċjetà ċivili u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill itejbu l-kooperazzjoni tagħhom ma’ dawn l-atturi;

3.  Ifakkar lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri kollha dwar il-ħtieġa li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jinnota li l-parteċipazzjoni fi trattati internazzjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tista’ sservi biss biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE;

4.  Jikkundanna t-tendenzi inkwetanti fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet fundamentali ġewwa l-Unjoni Ewropea, partikolarment fir-rigward tal-immigrazzjoni u l-asil, tad-diskriminazzjonijiet u l-intolleranza partikolarment lejn ċerti popolazzjonijiet (minoranzi u migranti), tas-sigurtà u t-terroriżmu, tal-libertà tal-istampa, tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni, tad-drittijiet soċjali u tal-organizzazzjoni; jinnota żieda fin-nuqqas mill-Istati Membri ta’ rispett ta’ dawn il-libertajiet u drittijiet fundamentali, partikolarment fir-rigward tar-Rom, tan-nisa, tal-LGBT, tal-applikanti għal asil, tal-migranti, u ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli oħrajn;

Kwistjonijiet istituzzjonali

5.  Ifakkar li huwa fundamentali għall-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tagħha u għall-Istati Membri li jiggarantixxu r-rispett tal-valuri Ewropej stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u li huwa urġenti l-bżonn li jiġu applikati u implimentati l-istrumenti kollha attwalment previsti mit-trattati f’dan ir-rigward, kif ukoll li jitħejju modifiki lit-trattati meta dawn ikunu meħtieġa; jenfasizza li l-obbligu li jiġu ssodisfati l-kriterji ta' Kopenħagen ma jiskadix wara s-sħubija, iżda jibqa' responsabilità tal-Istati Membri, li d-drittijiet fundamentali huma parti mil-liġi primarja tal-Unjoni u li dawn għandhom jiġu rispettati meta jiġi applikat d-dritt tal-Unjoni minn kwalunkwe qorti jew awtorità, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali. b'rabta ma' dan, jiddispjaċih b'mod partikolari dwar it-tul tan-negozjati ta’ adeżjoni għall-KEDB u jiddispjaċih li l-adeżjoni tal-UE għall-KEDB għadha ma ġietx ikkumpletata;

6.  Ifakkar lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri li kull politika dwar id-drittijiet fundamentali għandha tevita qabel xejn li jsir ksur, partikolarment permezz ta’ strumenti aċċessibbli ta’ prevenzjoni u rikors qabel ma tittieħed deċiżjoni jew miżura, sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati u ġġudikati każijiet partikolari fl-iqsar żmien possibbli u b’mod effiċjenti, ġust, ekwu, mingħajr diskriminazzjoni;

7.  Jikkunsidra li ċ-ċittadini huma aktar impenjati li jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet fundamentali, kif muri mill-mobilizzazzjoni u ż-żieda fl-attenzjoni għall-każijiet ta’ ksur, abbuż jew inugwaljanza, fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll fil-każijiet simboliċi jew magħrufin, kif ukoll grazzi għall-moviment imtejjeb tal-informazzjoni permezz tat-teknoloġiji ġodda, in-netwerks soċjali u l-midja; ifakkar li kull ksur, abbuż jew inugwaljanza huwa ta’ ħsara għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt kif ukoll għall-fiduċja taċ-ċittadini lejn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tagħhom, partikolarment l-uffiċjali responsabbli politiċi; jenfasizza li l-istituzzjonijiet u l-uffiċjali responsabbli politiċi għandhom iqisu u jappoġġjaw din id-dinamika demokratika, billi jistabbilixxu mekkaniżmi ġodda ta’ djalogu maċ-ċittadini u billi jinfurzaw il-kontroll taċ-ċittadini, parlamentari, ġudizzjarju u tal-midja fuq l-awtoritajiet tal-Istat, li għandhom ikunu aktar onesti u trasparenti, sabiex jaqdu aħjar l-interessi taċ-ċittadini;

8.  Iqis li, biex jittieħed benefiċċju sħiħ mill-potenzjal tat-trattati, jeħtieġ li:

   (a) Jiġi kkompletat il-proċess ta’ adeżjoni għall-konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u li jiġu stabbiliti diġà l-istrumenti meħtieġa biex jitwettaq dan id-dmir stabbilit fit-trattati, billi dan jipprovdi mekkaniżmu addizzjonali għall-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini tal-Unjoni, inter alia bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tal-UE tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u partikolarment is-"sentenzi pilota; jaċċedi, kif mitlub mill-Kunsill tal-Ewropa, għall-Karta Soċjali Ewropea, iffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u riveduta fi Strasburgu fit-3 ta' Mejju 1996; u biex l-Istati Membri jaċċedu għal u jirratifikaw il-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u sabiex jimplimentaw l-istrumenti diġà eżistenti tal-acquis communautaire u sabiex jikkunsidraw mill-ġdid l-esklużjonijiet, li jistgħu jaffettwaw id-drittijiet taċ-ċittadini tagħhom;
   (b) jiġi żgurat li l-proposti u l-politiki leġiżlattivi jkunu konformi mal-Karta u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, billi jittieħdu passi tanġibbli lejn l-iżgurar li dawn jitqabblu mal-Karta fil-fażijiet kollha tat-tfassil tal-leġiżlazzjoni, u li l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri jiġi eżaminat b'mod sistematiku fir-rapporti ta' valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, kif ukoll fir-rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE;
   (c) jiġi żgurat li l-Kummissjoni - u l-Kunsill, meta dan jagħti bidu għal leġiżlazzjoni - fejn hu xieraq jagħmlu użu mill-għarfien espert indipendenti estern tal-FRA;
   (d) jintensifika l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif ukoll mal-Parlament Ewropew u mal-parlamenti nazzjonali, sabiex ikun hemm implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;
   (e) jiġi żgurat li t-tfassil u t-traspożizzjoni tad-dritt tal-UE dwar u li jiżviluppa d-drittijiet fundamentali jiġu msaħħa u applikati korrettament, billi tiġi segwita politika rigoruża ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ, u billi jinbdew proċedimenti ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari f'oqsma fejn l-UE għandha kompetenza, bħan-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza, il-ġeneru, id-diżabilità, il-protezzjoni tad-dejta, l-asil u l-immigrazzjoni;
   (f) tiġi żgurata l-promozzjoni ta' approċċ ta' stat tad-dritt sostanzjali li jikkunsidra kif id-drittijiet fundamentali huma protetti fil-prattika;
   (g) ikun rikonoxxut li hemm ħtieġa għal rieda politika b'saħħitha sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet b'mod partikolari fi żminijiet ta' kriżi ekonomika u finanzjarja;
   (h) tissaħħaħ u tiġi żgurata t-trasparenza fid-djalogu interistituzzjonali dwar id-drittijiet fundamentali jew meta jkunu involuti l-interessi taċ-ċittadini Ewropej;
   (i) jiġi żgurat li l-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-mekkaniżmi eżistenti u li tniedi evalwazzjonijiet oġġettivi u tibda proċedimenti ta' ksur jekk każ ikun ibbażat fis-sod, u b’hekk tevita standards doppji, kull meta Stat Membru jikser id-drittijiet stabbiliti fil-Karta waqt l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE;
   (j) jiġu previsti politiki u programmi ta’ azzjoni ambizzjużi, effikaċi u wesgħin b'rabta mad-drittijiet fundamentali u l-valuri Ewropej komuni, partikolarment sabiex ikun hemm konformità proattiva u sistematika mal-obbligi tal-UE dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza msemmijin fl-Artikoli 8 u 10 tat-TFUE u fl-Artikolu 21 tal-Karta;
   (k) ikun hemm kooperazzjoni iktar sistematika u kkoordinata fil-livelli kollha, b'mod partikolari mal-Kunsill tal-Ewropa u ma’ istituzzjonijiet internazzjonali oħra, biex jiġi evitat kwalunkwe impjieg doppju abbażi tal-għarfien espert speċifiku;
   (l) tiġi simplifikata l-multipliċità ta' mekkaniżmi diġà disponibbli sabiex jiġi evitat ksur tad-drittijiet fundamentali fl-UE, jiġi trattat ksur tad-drittijiet fundamentali u jiġi evitat forum shopping u jissaħħaħ ir-rwol li jista’ jkollhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali, flimkien mal-organizzazzjonijiet għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
   (m) jiġu ppreparati tabelli komparattivi u sommarji għal kull pajjiż, li skonthom il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar politika ta' drittijiet fundamentali, bħalma tagħmel għall-politika ekonomika UE27; il-Kunsill għandu japprova jew jemenda dawn ir-rakkomandazzjonijiet kif ukoll il-proposti tal-Kummissjoni rigward ksur sfaċċat ta' drittijiet fundamentali, sas-summit tal-Kunsill Ewropew li jmiss;
   (n) jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' evalwazzjoni bejn il-pari bil-parteċipazzjoni ta' korpi nazzjonali ta' drittijiet tal-bniedem, simili għad-DAC tal-OECD: kull Stat Membru jiġi evalwat mill-pari kull tlieta jew erba' snin, bl-objettivi ewlenin li jgħinu l-pajjiż jifhem fejn jista' jtejjeb l-istrateġija u l-istrutturi tad-drittijiet fundamentali tiegħu; u biex jidentifika u jaqsam prattika tajba fil-politika u strateġija fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE;
   (o) jiġi stabbilit ‟mekkaniżmu ta' Kopenħagen ġdid” favur ir-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

9.  Jenfasizza li dan il-'mekkaniżmu ġdid ta' Kopenħagen', bl-għan li tiġi monitorata l-konformità mal-kriterji ta' Kopenħagen minn kull Stat Membru b'mod effikaċi u vinkolanti, jista' jiġi attivat immedjatament, abbażi ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni, bl-involviment sħiħ tal-Parlament, u li għandu:

   (a) jistabbilixxi indikaturi - abbażi ta' standards tad-drittijiet fundamentali eżistenti jew li diġà ġew żviluppati u rikonoxxuti - bħal dawk żviluppati fil-livell tan-NU u tal-Kunsill tal-Ewropa, billi jitqiesu l-pariri tal-NGOs li joperaw fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali (FRA u Kummissjoni);
   (b) ikunu bbażati fuq dejta u informazzjoni objettiva u ta' min joqgħod fuqha strutturata madwar dawn l-indikaturi, li se jkunu żviluppati aktar permezz ta' proċess trasparenti u kredibbli (FRA, Kummissjoni);
   (c) jiżgura s-segwitu tas-sitwazzjoni fl-UE u l-Istati Membri individwali permezz ta' proċess regolari u oġġettiv (FRA, Kummissjoni, Parlament Ewropew u parlamenti nazzjonali);
   (d) Iwettaq evalwazzjonijiet oġġettivi, komparattivi u regolari, skont id-dritt fundamentali u/jew skont is-suġġett u għal kull istituzzjoni u Stat Membru - filwaqt li jħabbrek għall-massimu tal-komparabilità -, anke abbażi tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa minn mekkaniżmi ta' monitoraġġ eżistenti tal-Kunsill tal-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti, u l-istituzzjonijiet u korpi tal-UE, flimkien mal-informazzjoni sottomessa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (rapporti tal-FRA, rapporti annwali tal-Kummissjoni, rapporti annwali tal-Parlament, rapporti annwali tal-Kunsill) u abbażi ta’ dan joħroġ rakkomandazzjonijiet;
   (e) jistabbilixxi ċiklu politiku Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tat-Trattat UE (demokrazija, stat tad-dritt, drittijiet fundamentali, ugwaljanza) li jistabbilixxi dawn l-istadji fuq bażi annwali u pluriennali u forum annwali interistituzzjonali miftuħ dwar dawn il-valuri Ewropej, partikolarment il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;
   (f) iġib id-dejta u l-analiżi eżistenti kollha minn korpi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali flimkien sabiex jagħmel l-informazzjoni eżistenti rilevanti għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-ugwaljanza aktar aċċessibbli u viżibbli;
   (g) jiżgura li d-DĠ Ġustizzja u l-grupp ta' ħidma FREMP fil-Kunsill jaħdmu mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament sabiex jistabbilixxu djalogu strutturat regolari bejn dawn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali fl-UE;
   (h) jiżviluppa u jistabbilixxi sett ta’ rakkomandazzjonijiet flimkien ma' sanzjonijiet effettivi u proporzjonati li jaġixxu bħala element dissważiv effikaċi (pereżempju s-sospensjoni temporanja tal-impenji tal-Fond, l-applikazzjoni ta’ ċerti atti, eċċ.) biex jiġi trattat il-ksur tal-Artikoli 2 u 7 tat-Trattat UE u jiżgura li d-drittijiet stabbiliti bit-trattat jiġu rispettati b'suċċess;
   (i) jintegra sistema ta’ twissija bikrija, ta’ djalogu politiku u tekniku, ta’ avviżi ta’ tqegħid fil-mora u ta’ ‟proċediment ta’ ffriżar” - kif diġà mitlub mill-Parlament, biex ikun żgurat li l-Istati Membri, fuq talba mill-istituzzjonijiet tal-UE, jissospendu l-adozzjoni tal-liġijiet li jistgħu jinjoraw jew jiksru drittijiet fundamentali jew l-ordinament ġuridiku tal-UE; Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat fuq livell tekniku mas-servizzi tal-Istat Membru kkonċernat iżda ma tikkonkludi l-ebda negozjati f’oqsma politiki minbarra dawk relatati mal-Artikolu 2 tat-TUE sakemm tiġi żgurata konformità sħiħa mal-Artikolu 2 tat-TUE;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, b’kollaborazzjoni mal-FRA, tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi ‟mekkaniżmu ta' Kopenħagen ġdid” bħal dan, kif għamlet għas-segwitu fil-qasam tal-korruzzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, kif ukoll reviżjoni tar-regolament tal-FRA biex jingħataw setgħat u kompetenzi miżjuda;

11.  Jitlob għat-twaqqif, preferibbilment taħt ftehim interistituzzjonali, ta' ‟Kummissjoni ta' Kopenħagen” magħmula minn esperti dwar id-drittijiet fundamentali indipendenti ta' livell għoli, li għandhom jiġu maħtura inter alia mill-Parlament, li l-għan tagħhom għandu jkun li jiżguraw konformità mill-Istati Membri kollha mal-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, il-konformità kontinwa mal-‟Kriterji ta' Kopenħagen” u jagħtu pariri u jirrapportaw b'rabta mal-kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jistennew l-emenda tar-Regolament dwar il-FRA biex l-Aġenzija jkollha setgħat ikbar u mandat iktar wiesgħa, inkluż il-monitoraġġ ta' Stati Membri individwali fil-kamp tad-drittijiet fundamentali, kif mitlub bosta drabi mill-Parlament;

12.  Jirrakkomanda l-ftuħ ta’ djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u Stat Membru fejn hemm riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri tal-UE u l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu rakkomandazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 7(1) tat-Trattat UE; jappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni li jintużaw avviżi ta' tqegħid fil-mora f'dan il-kuntest;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jistabbilixxu flimkien mal-Parlament grupp ta' kuntatt biex isegwi l-implimentazzjoni effettiva tal-valuri tal-Unjoni, u biex iwettaq speċifikament valutazzjonijiet konġunti tas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali f'każijiet speċifiċi li ġew innutati bi tħassib minn kwalunkwe wieħed minn dawn it-tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni; jistieden ukoll lil dawn l-istituzzjonijiet biex jikkunsidraw ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

14.  Jilqa' l-istqarrijiet magħmula mill-President tal-Kummissjoni u mill-Viċi-President Reding fejn iħabbru komunikazzjoni li tistabbilixxi tibdil possibbli fit-Trattati, flimkien mal-għażliet disponibbli skont it-Trattati attwali, u jistieden lill-kumitati kompetenti sabiex jeżaminaw il-proposti li ġejjin bir-reqqa, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-Trattati tal-UE:

   reviżjoni tal-Artikolu 7 tat-Trattat UE, biż-żieda ta' ‟applikazzjoni tal-Artikolu 2 tat-Trattat UE” u billi tiġi separata l-fażi ta’ ‟riskju” u dik ta’ ‟ksur”, bi standards differenti għall-maġġoranzi previsti, it-tisħiħ tal-analiżi teknika u oġġettiva (u mhux biss politika) u djalogu msaħħaħ mal-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u varjetà usa’ ta’ sanzjonijiet dettaljati u prevedibbli, applikabbli tul il-proċedura;
   biex jitfassal koordinament dettaljat tad-drittijiet fundamentali u mekkaniżmu ta' sorveljanza abbażi tal-Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
   l-estensjoni tal-possibilitajiet għal rimedju u tal-poteri tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja;
   referenza għall-FRA fit-Trattati, inkluża bażi legali li tippermetti li tiġi emendejta r-regolamentazzjoni bażi mhux b'unanimità bħalma jsir bħalissa iżda permezz ta' proċedura leġiżlattiva ordinarja;
   It-tħassir tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;
   Il-possibbiltà li l-Parlament iniedi proċeduri dwar il-ksur tal-Artikolu 2 tat-TUE b'ugwaljanza mal-Kummissjoni u mal-Kunsill u li l-FRA tkun tista’ tagħti l-appoġġ speċjalizzat meħtieġ tagħha fil-proċedura;
   jiġi rivedut ir-rekwiżit għal unanimità fl-oqsma relatati mar-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, b'rabta mal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni (pereżempju l-Artikolu 19 tat-TFUE);

Jistieden ukoll lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jiċċara l-applikazzjoni, u eventwalment ir-reviżjoni, tal-proċedura relatata mal-attivazzjoni mill-Parlament tal-Artikolu 7 tat-TUE;

15.  Jistieden lill-FRA sabiex toħloq website pubbliku li jiġbor flimkien informazzjoni u dokumenti relatati ma' kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali mfassla min-NU, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE, l-NGOs, il-FRA, il-Parlament Ewropew, il-qrati, il-kumitati tal-parlamenti nazzjonali, l-ombudsmen, eċċ; Iqis li informazzjoni bħal din għandha tkun tista' tiġi rkuprata permezz ta' data, stat, awtur u dritt, sabiex jiġu provduti sorsi u informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE u l-Istati Membri tagħha;

Drittijiet speċifiċi, abbażi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali

Dinjità

16.  Jesprimi l-inkwiet tiegħu dwar il-persistenza ta' każijiet ta’ ksur tad-dinjità tal-bniedem fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha, li l-vittmi tagħhom jinkludu l-minoranzi, b'mod partikolari r-Rom, il-persuni li jitolbu l-asil, il-migranti, il-persuni sospettati li għandhom rabtiet mat-terroriżmu u l-persuni mnaqqsa mil-libertà, kif ukoll gruppi vulnerabbli u persuni foqra; jissottolinja li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jirrispettaw il-projbizzjoni assoluta tat-tortura u tat-trattamenti krudili, inumani jew degradanti u jistħarrġu fil-fond u b’mod veloċi, effikaċi u indipendenti dwar kwalunkwe ksur billi l-persuni ħatja jinġiebu quddiem il-ġustizzja;

17.  Jinsab imħasseb dwar il-bosta każijiet ta’ trattament ħażin li jsir min-naħa tal-pulizija u l-forzi tal-liġi u l-ordni, partikolarment b’rabta mal-użu sproporzjonat tas-saħħa kontra parteċipanti paċifiċi u ġurnalisti matul protesti, l-użu eċċessiv tal-armi mhux letali, bħal-lembubi, il-balal tal-lastku u t-"tasers"; jitlob li l-Istati Membri jiżguraw l-ilbies ta’ elementi ta’ identifikazzjoni fuq l-uniformijiet tal-forzi ta’ sigurtà u ma jagħtux lok għall-impunità; jitlob it-tmiem tal-kontrolli tal-pulizija bbażati fuq it-tfassil ta’ profil etniku u razzjali; Jesprimi tħassib dwar iż-żieda fl-għadd ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-assemblea u ta' protesta paċifika u jirrimarka li d-dritt tal-assemblea, tal-assoċjazzjoni u l-libertà tal-espressjoni huma l-bażi tad-dritt għall-protesta; Jitlob lill-Istati Membri ma jieħdux miżuri li jipperikolaw jew jikkriminalizzaw l-eżerċizzju min-naħa tal-persuni tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tagħhom, iħeġġiġhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-forza tintuża biss f'każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq minn theddida reali u serja għall-ordni pubbliku, u jfakkar li r-rwol primarju tal-forzi tal-pulizija huwa li jiggarantixxu s-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni;

18.  Jerġa’ jafferma l-pożizzjoni tiegħu favur inizjattiva Ewropea li tiżgura li d-drittijiet fundamentali tal-persuni mingħajr il-libertà tagħhom tiġi żgurata u li d-detenzjoni tista’ tiżgura d-dħul mill-ġdid tal-ħabsin fis-soċjetà; jitħasseb dwar il-pjaga tal-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs li tolqot numru kbir ta’ Stati Membri, tal-kundizzjonijiet ħżiena tal-priġunerija u t-trattament tal-ħabsin u jitlob li titnieda inizjattiva Ewropea sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Ewropew kontra t-Tortura u s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż fl-għases tal-pulizija, fiċ-ċentri ta’ immigrazzjoni, u l-isptarijiet psikjatriċi; jirrakkomanda li jittieħdu miżuri sabiex titnaqqas il-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs, bħal pereżempju jiġi evitat l-użu eċċessiv tad-detenzjoni preventiva, jiġu previsti pieni alternattivi għall-ħabs, titqies id-dekriminalizzazzjoni ta’ ċerti azzjonijiet u/jew jitnaqqsu l-limiti ta’ detenzjoni;

19.  Itenni t-talba tiegħu li jinxteħed dawl fuq il-kollaborazzjoni tal-istati Ewropej fil-programm tal-Istati Uniti u s-CIA dwar il-"konsenji straordinarji", is-serq u l-ħabsijiet sigrieti fit-territorju tal-Unjoni, u jinsisti mal-Istati Membri biex isiru inkjesti effikaċi, imparzjali, approfonditi, indipendenti u trasparenti f'waqthom, u biex ma jkunx hemm post għall-impunità; Ifakkar lill-Istati Membri li l-projbizzjoni tat-tortura hija assoluta u li, għalhekk, is-sigriet statali ma jistax jiġi invokat biex jiġi limitat l-obbligu tal-istati li jwettqu inkjesti fuq il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ta' hawn fuq, ir-reputazzjoni u l-fiduċja tal-Istati Membri fl-impenn tagħhom biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali huma fil-periklu;

20.  Jenfasizza li l-klima tal-impunità fir-rigward tal-programm tas-CIA ppermettiet il-prosekuzzjoni tal-ksur tad-drittijiet fundamentali fil-politiki ta’ ġlied kontra t-terroriżmu tal-UE u tal-Istati Uniti, kif misjub fost oħrajn mill-attivitajiet ta’ spjunaġġ tal-massa tal-programm ta’ sorveljanza tal-Aġenzija Nazzjonali Amerikana ta’ Sigurtà u l-korpi ta’ sorveljanza f’diversi Stati Membri u li qed jiġu eżaminati bħalissa mill-Parlament; jitlob ir-reviżjoni tal-liġijiet relatati mal-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri li jintervjenu fil-qasam tas-sigurtà u tal-informazzjoni dwar il-kontroll ġudizzjarju ex ante u parlamentari u d-dritt għal rikors u għar-rettifika tad-dejta miġbura, miżmuma jew proċessata minn dawn l-aġenziji;

21.  Jistieden lill-Istati Membri, li għadhom ma għamlux dan, sabiex jittrasponu bis-sħiħ u jimplimentaw id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu u sabiex jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw li vittmi tat-traffikar tal-bnedmin huma assistiti u protetti b'mod xieraq, it-traffikanti huma mħarrka, jittieħdu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt li jkunu fis-seħħ ukoll miżuri ta' prevenzjoni;

22.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jittrasponu bis-sħiħ id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi istandards fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, filwaqt li jadottaw miżuri xierqa biex ikunu żgurati assistenza u protezzjoni adegwata għall-vittmi tal-kriminalità;

23.  Jitlob għar-rispett tad-dinjità fl-aħħar tal-ħajja, b’mod partikolari billi jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet espressi f’testmenti ħajjin jiġu rikonoxxuti u rispettati;

24.  Jirrikonoxxi li s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (SDSR) huma element essenzjali tad-dinjità tal-bniedem, li jeħtieġu li jkunu indirizzati fil-kuntest aktar wiesa' ta' diskriminazzjoni strutturali u inugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Istati Membri jissalvagwardjaw l-SDSR permezz tal-FRA u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), mhux l-inqas billi jipprovdu għal programmi u servizzi relatati mas-saħħa riproduttiva, inklużi t-tipi ta' kura u mediċini essenzjali għall-ippjanar tal-familja volontarju u s-saħħa materna u tat-trabi tat-twelid, u billi jżommu l-viġilanza fuq il-politiki u/jew il-leġiżlazzjoni li jistgħu jiksru s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi;

Libertajiet

25.  Jenfasizza li d-demokrazija u l-istat tad-dritt huma bbażati fuq ir-rispett tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali u li kwalunkwe azzjoni u kwalunkwe azzjoni jew miżura kontra t-terroriżmu jewil-kriminalità organizzata, u l-kooperazzjoni internazzjonali b’dan l-għan m’għandhomx jipperikolaw ir-regoli Ewropej fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u għandhom jirrispettawhom b’mod strett partikolarment b'rabra mal-preżunzjoni ta’ innoċenza, proċess ġust, drittijiet tad-difiża, protezzjoni tal-ħajja privata u tad-dejta personali, eċċ.; Jenfasizza l-bżonn għal skrutinju demokratiku iktar b'saħħtu, u l-protezzjoni u r-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni transkonfinali f'dawn l-oqsma, b'mod partikolari fid-dawl ta' ġbir u użu dejjem ikbar tad-dejta personali min-naħa tal-awtoritajiet; jistidinhom għalhekk jadottaw miżuri li jiżguraw il-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali f'dan il-qasam;

26.  Jiddispjaċih minħabba l-orjentazzjoni lejn is-sigurtà tal-istrateġija ta' sigurtà interna (ISS) a skapitu tal-libertajiet ċivili, id-drittijiet fundamentali u l-adozzjoni ta’ miżuri preventivi; jiddispjaċih dwar id-distakk li qed jiżdied bejn l-objettivi ddikjarati u l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki; iqis li l-Parlament Ewropew għandu jkollu rwol determinanti fil-valutazzjoni u d-definizzjoni tal-politiki ta’ sigurtà interna, li jkollhom konsegwenzi gravi fuq il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kollha li joqogħdu fl-Unjoni Ewropea, sabiex jiġu żgurati s-sorveljanza u l-kontroll demokratiċi tal-politiki ta’ sigurtà, inklużi l-attivitajiet ta’ informazzjoni, u jekk neċessarju r-reviżjoni tagħhom sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

27.  Jinsab imħasseb dwar ir-rivelazzjonijiet b’rabta mal-ksur ċar tad-dritt għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali mwettqa minn programmi sigrieti ta’ sorveljanza massiva taċ-ċittadini Ewropej, mingħajr awtorizzazzjoni ġudizzjarja skont il-każ, u mingħajr kontroll parlamentari adegwat, li qed iseħħu f’ċerti stati Ewropej u mhux Ewropej; Jikkundanna prattiki bħal dawn u jħeġġeġ lil dawn l-istati jtemmu dan il-ksur mingħajr dewmien; jitlob li jinxteħet dawl sħiħ fuq il-kontenut ta’ dawn il-programmi, fuq il-kollaborazzjoni internazzjonali eventwali f’dan il-kuntest u li jiġu riveduti immedjatament; Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu inizjattivi qawwija lejn dawk l-istati li jiksru d-dritt fundamentali għall-ħajja privata billi jwettqu spjunaġġ fuq il-komunikazzjonijiet taċ-ċittadini, tar-rappreżentanti u tal-atturi istituzzjonali, politiċi u ekonomiċi Ewropej; Jinsab imħasseb dwar il-fatt li s-servizzi sigrieti ħarbu l-kontroll demokratiku, parlamentari u ġudizzjarju, billi wettqu programmi u operazzjonijiet sigrieti mingħajr approvazzjoni politika; konsegwentament jitlob reviżjoni urġenti tal-mekkaniżmi għas-sorveljanza ġudizzjarja u parlamentari ta' servizzi sigrieti sabiex is-servizzi tal-intelligence jiġu marbuta mad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, kif mitlub mill-Artikolu 2 tat-TUE; jikkundanna l-kollaborazzjoni sigrieta tal-impriżi privati fis-sorveljanza massiva; jenfasizza li l-UE għandha tirreaġixxi b'mod iktar b'saħħtu u għandha tippromwovi miżuri fuq livell internazzjonali sabiex jiġi żgurat li r-regoli Ewropej għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta jiġu rispettati u infurzati, u jiġu promossi teknoloġiji li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet Ewropej;

28.  Jiddeplora l-fatt li d-diskussjonijiet dwar l-adozzjoni ta' abbozz ta' regolament u direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta personali qed jiġu blukkati fil-Kunsill, minkejja l-fatt li l-Parlament esprima appoġġ qawwi għal regoli iktar strett; Juri dispjaċir tiegħu rigward id-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Ewropew tal-24/25 ta' Ottubru 2013 li jitlesta s-Suq Uniku Diġitali sal-2015 biss, li għaldaqstant se ddewwem l-adozzjoni tal-Pakkett tal-Protezzjoni tad-Dejta, u jistieden lill-Kunsill sabiex jimxi l-quddiem bin-negozjati tad-direttiva u r-regolament dwar il-protezzjoni tad-dejta sabiex il-pakkett tal-protezzjoni tad-dejta jiġi adottat qabel it-tmiem ta' dan it-terminu parlamentari;

29.  Jemmen li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jadottaw sistema ta' protezzjoni tal-informaturi għall-persuni li jiżvelaw ksur serju tad-drittijiet fundamentali mis-servizzi sigrieti li ħarbu kull tip ta' skrutinju demokratiku, parlamentari u ġudizzjarju;

30.  Jenfasizza li l-evoluzzjoni rapida tad-dinja diġitali (inkluż iż-żieda fl-użu tal-Internet, tal-applikazzjonijiet u tan-netwerks soċjali) teħtieġ żieda fil-protezzjoni tad-dejta personali u tal-ħajja privata sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tagħhom;

31.  Jilqa’ l-għadd dejjem jikber ta’ Stati Membri li jiżguraw ir-rispett tad-dritt li wieħed jibni familja permezz taż-żwieġ, is-sħubija ċivili jew il-koabitazzjoni rreġistrata u l-adozzjoni mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-orjentament sesswali, u jitlob lill-Istati Membri l-oħra jieħdu miżuri simili; jilqa’ s-sentenza riċenti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ Vallianatos u oħrajn vs Il-Greċja li tafferma li l-unjonijiet ċivili ma jistgħux jeskludu l-koppji tal-istess sess; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha jipproponu u jadottaw leġiżlazzjonijiet u politiki għall-ġlieda kontra l-omofobija, it-transfobija u r-reati abbażi tal-mibegħda u jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni 2/2013 tal-FRA dwar id-Deċiżjoni Qafas dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija – b’attenzjoni partikolari għad-drittijiet tal-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Moviment Liberu mingħajr diskriminazzjoni lejn l-orjentament sesswali; itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi regolament ambizzjuż dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-effetti tad-dokumenti dwar l-istat ċivili;

32.  Huwa mħasseb ħafna dwar in-numru ta' suiċidji fost iż-żgħażagħ li jsiru vittmi tal-omofobija; ifakkar fis-sejbiet tal-istħarriġ tal-LGBT tal-UE tal-FRA li wera li 26 % ta' dawk kollha li rrispondew ġew attakkati jew mhedda bi vjolenza d-dar jew xi mkien ieħor, figura li titla' għal 35 % fost il-persuni transgender li rrispondew, filwaqt li 19 % ta' dawk li rrispondew ħassew diskriminazzjoni kontrihom ix-xogħol jew waqt li kienu qed ifittxu mpjieg, minkejja l-protezzjoni legali taħt il-liġi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni għalhekk sabiex tuża dawn is-sejbiet bħala bażi għal rispons Ewropew komprensiv għall-problemi tad-drittijiet fundamentali ta' persuni LGBT, fil-forma ta' pjan direzzjonali tal-UE għall-ugwaljanza abbażi ta' orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru, kif mitlub ripetutament mill-Parlament u l-NGOs;

33.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proċeduri ta' rikonoxximent tal-ġeneru legali għal persuni transgender għadhom jinkludu sterilizzazzjoni obbligatorja f'14-il Stat Membru; jistieden lill-Istati Membri sabiex jirrevedu dawn il-proċeduri sabiex dawn jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt ta' persuni transgender għad-dinjità u integrità tal-ġisem; jikkongratula lill-Kummissjoni għall-impenn tagħha biex taħdem mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex ineħħu d-diżordnijiet tal-identità tal-ġeneru mil-lista ta' diżordnijiet mentali u tal-imġiba, u biex jiżguraw riklassifikazzjoni li ma tqishomx bħala patoloġiji fin-negozjati dwar il-ħdax-il verżjoni tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD-11);

34.  Itenni l-libertà tal-ħsieb, ta’ kuxjenza, ta’ reliġjon, ta’ twemmin u ta’ nuqqas ta’ twemmin, ta’ prattika tar-reliġjon magħżula, li tinbidel ir-reliġjon; jikkundanna kull forma ta' diskriminazzjoni u intolleranza u jqis li s-sekulariżmu definit bħala s-separazzjoni stretta bejn l-awtoritajiet politiċi mhux reliġjużi u l-awtoritajiet reliġjużi, kif ukoll l-imparzjalità tal-istat, huma l-aħjar mod biex jiġu żgurati n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn ir-reliġjonijiet kif ukoll bejn il-persuni li jemmnu u li ma jemmnux; Jistieden lill-Istati Membri jipproteġu l-libertà ta’ reliġjon jew twemmin, inkluża l-libertà ta’ dawk mingħajr reliġjon biex ma jbatux diskriminazzjoni bħala riżultat ta’ eżenzjonijiet eċċessivi għar-reliġjonijiet mil-liġijiet dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni;

35.  Ifakkar li l-liġijiet nazzjonali li jikkriminalizzaw id-dagħa jillimitaw l-espressjoni marbuta ma' twemmin reliġjuż jew twemmin ieħor, li huma spiss applikati sabiex jippersegwitaw, jimmaltrattaw, jew jintimidaw persuni li jappartjenu għal minoranzi reliġjużi jew oħrajn, u li jista’ jkollhom effett serju ta' inibizzjoni fuq il-liberta ta' espressjoni u l-libertà ta' reliġjon jew twemmin; jirrakkomanda lill-Istati Membri sabiex jiddekriminalizzaw reati bħal dawn;

36.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li ż-żgħażagħ f’uħud mill-Istati Membri għadhom qed jiġu pproċessati u mogħtija sentenzi ta’ priġunerija peress li d-dritt ta’ oġġezzjoni kuxjenzjuża kontra s-servizz militari għadu mhuwiex rikonoxxut b’mod adegwat u jistieden lill-Istati Membri biex iwaqqfu l-persekuzzjoni ta' u d-diskriminzzjoni kontra dawk li joġġezzjonw b'mod kuxjenzjuż;

37.  Ifakkar li l-libertajiet tal-espressjoni, tal-informazzjoni u tal-midja huma fundamentali biex tiġi żgurata d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni għal reviżjoni tad-direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżivi skont il-linji indikati mill-Parlament fir-rapport tiegħu dwar dan is-suġġett; jesprimi l-kundanna qawwija tiegħu tal-vjolenzi, il-pressjonijiet jew it-theddid kontra l-ġurnalisti u l-midja, inkluż b’rabta mad-divulgazzjoni tas-sorsi tagħhom u ta’ informazzjoni dwar il-ksur tad-drittijiet fundamentali mwettaq mill-gvernijiet u mill-istati; Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw, jiggarantixxu, jipproteġu u jippromwovu d-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, u għaldaqstant sabiex joqogħdu lura milli jeżerċitaw jew jiżviluppaw mekkaniżmi li jfixklu dawn il-libertajiet;

38.  Huwa mħasseb dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika fl-Ewropa dwar is-sjieda tas-swieq tal-midja u l-prospett ta' privatizzazzjoni ta' midja tas-servizz pubbliku f'xi Stati Membri; jitlob lill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw l-indipendenza tal-midja tas-servizz pubbliku u jirrispettaw id-dmir istituzzjonali tagħhom sabiex jissalvagwardjaw il-pluraliżmu tal-midja u jipprovdu informazzjoni ta' kwalità għolja, diversifikata, preċiża u affidabbli; jemmen li l-proprjetà u l-ġestjoni tal-midja għandhom ikunu trasparenti u ma jkunux ikkonċentrati; Jisħaq li t-trasparenza tal-proprjetà tal-midja hija kruċjali għall-monitoraġġ ta' investimenti ta' midja intra-UE, u investituri mhux Ewropej li jinfluwenzaw dejjem aktar l-informazzjoni li hija provduta fl-Istati Membri;

39.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu rispettati u protetti d-drittijiet tar-refuġjati u l-migranti, u jenfasizza l-fatt li għandha tingħata attenzjoni speċjali lil migranti nisa u tfal; jinsab imħasseb dwar il-bosta każijiet ta’ ksur tad-dritt għall-asil u tal-obbligu li jiżguraw protezzjoni f’każ ta’ tbegħid, tkeċċija u estradizzjoni tal-migranti kollha; jenfasizza b’mod partikolari l-obbligu tar-rispett tal-konvenzjonijiet internazzjonali b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-konvenzjoni tan-NU b'rabta mal-Istejtus tar-Refuġjati u l-prinċipju tan-non-refoulement, li jingħata sokkors lill-persuni fil-baħar li jinsabu f’riskju sabiex dawn jidħlu fl-UE, li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ lqugħ u proċeduri denji u rispettużi tad-drittijiet fundamentali tal-persuni; Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jemendaw jew jirrevedu kwalunkwe leġiżlazzjoni li tikkriminalizza n-nies li jassistu lill-migranti li jsibu ruħhom f'diffikultà fuq il-baħar; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE li tiddefinixxi s-sanzjonijiet f'każ ta' ffaċilitar ta' dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati sabiex tiċċara l-fatt li l-għotja ta' għajnuna umanitarja lill-migranti fil-baħar li jinsabu f'diffikultà tkun milqugħa u mhux azzjoni li għandha qatt twassal għal xi forma ta' sanzjoni;

40.  Jilqa' t-tlestija tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) u jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu r-riformi leġiżlattivi u amministrattivi meħtieġa sabiex jimplimentawh b’mod effettiv sabiex jiżguraw li s-SEKA hija stabbiliti bis-sħiħ kif ippjanat u tipprovdi aċċess aħjar għall-proċedura tal-asil għal dawk li jfittxu l-protezzjoni u twassal għal deċiżjonijiet dwar l-asil aktar ġusti, mgħaġġla u ta' kwalità aħjar u tipprovdi kundizzjonijiet dinjitużi u diċenti kemm għal dawk li japplikaw għal asil kif ukoll dawk li jingħataw protezzjoni internazzjonali fl-UE; jiddispjaċih madankollu li t-tfal għadhom jistgħu jitqiegħdu f’detenzjoni, u jitlob li dawn jiġu esklużi b’mod sistematiku mill-proċeduri aċċellerati; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tfassal linji gwida strateġiċi bbażati fuq l-aħjar prattiki għall-istabbiliment ta' regoli minimi komuni għall-ilqugħ u l-protezzjoni tat-tfal; Jenfasizza l-fatt li s-salvagwardji proċedurali għandhom ikunu adegwati u xierqa; Jitlob l-applikazzjoni tas-sentenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddikjara li applikanti LGBT għall-asil jistgħu jikkostitwixxu grupp soċjali partikolari li jista' jiġi ppersegwitat abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu u li l-eżistenza ta' terminu ta' priġunerija fil-pajjiż tal-oriġini li jissanzjona atti omosesswali jista' jikkostitwixxi att ta' persekuzzjoni fih innifsu;

41.  Jikkundanna l-fatt li numru kbir ta’ migranti li qed jippruvaw jilħqu l-Unjoni Ewropea għadhom imutu fuq il-baħar minkejja d-diversi modi tekniċi numerużi offruti mill-Istati Membri u mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-sorveljanza u l-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE; Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' April 2012, bl-isem ‘Ħajjiet Mitlufa fil-Baħar Mediterran: min hu responsabbli?’(30) ; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li ħassret id-Deċiżjoni 2010/252/UE;

42.  Jisħaq fuq il-vulnerabbiltà ta' persuni li qed jaqsmu l-fruntieri tal-baħar ta' nofsinhar tal-Ewropa, jitlob soluzzjoni vjabbli tal-kwistjoni ġenerali tal-immigrazzjoni fil-Mediterran b'rispett sħiħ tal-prinċipju ta' non-refoulement u jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jikkunsidraw l-opinjonijiet riċenti tal-FRA dwar kif l-aħjar jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tal-immigranti fil-kuntest ta' sorveljanza marittima;

43.  Jilqa' l-manwal dwar il-liġi Ewropea marbuta mal-asil, il-fruntieri u l-immigrazzjoni magħmul mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) flimkien mal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bħala kontribut konkret li jassisti l-professjonisti legali fl-Ewropa sabiex jiddefendu d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem;

44.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kunsill sabiex iħaffu x-xogħol tal-grupp ta’ ħidma għall-Mediterran sabiex tkun żgurata espansjoni sinifikanti ta' kapaċità ta' salvataġġ fil-baħar u sabiex jitnieda pjan komprensiv dwar il-migrazzjoni u l-asil, ibbażat fuq kondiviżjoni ta' solidarjetà u responsabbiltà, li jiffoka fuq l-aspetti rilevanti kollha bħar-reviżjoni tal-liġijiet tal-UE u l-Istat Membru li jippermettu l-kriminalizzazzjoni ta' assistenza umanitarja għal persuni f'periklu fil-baħar, l-iżvilupp ta' rotot siguri u legali għal refuġjati u migranti fl-Ewropa kif ukoll l-iżvilupp, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sabiex tissaħħaħ id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt sabiex ikun żgurat li traġedji bħal dawk li seħħew f'Lampedusa ma jerġgħu qatt iseħħu;

45.  Jikkundanna ż-żieda fil-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-migranti u partikolarment dawk imkeċċija lejn pajjiżi terzi kif imressaq mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-migranti fir-rapport speċjali tiegħu ppubblikat fl-24 ta’ April 2013(31) , kif ukoll mir-rapport tal-FRA(32) ; jenfasizza f’dan ir-rigward il-bżonn li tiġi vvalutata realment id-Direttiva dwar ir-Ritorn, il-ftehimiet ta’ riammissjoni kif ukoll l-azzjoni tal-Frontez fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali; jitlob lill-Kummissjoni tagħti kontinwazzjonijiet konkreti għar-rapport kritiku tagħha dwar il-ftehimiet u l-miżuri ta’ riammissjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi ppubblikat fl-2011; jikkundanna l-politiki restrittivi tal-Istati Membri dwar l-għoti tal-viża liċ-ċittadini ta’ ċerti Stati terzi;

46.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki li jħeġġu l-migrazzjoni legali u jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familji tagħhom;

Ugwaljanza

47.  Jenfasizza li l-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi huma fost il-pedamenti ta' soċjetà demokratika; Iqis li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-qasam tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-protezzjoni tad-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni anzjani, id-drittijiet tal-persuni diżabbli, id-drittijiet tal-persuni LGBT u d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali;

48.  jistieden lill-Istati Membri jadottaw qafas leġiżlattiv nazzjonali biex jindirizzaw il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u jiggarantixxu l-implimentazzjoni effikaċi tal-qafas legali eżistenti tal-UE, inkluż bit-tnedija tal-proċedimenti ta' ksur; Jiddeplora l-imblukkar fin-negozjati tal-Kunsill dwar il-proposta għal direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali u jtenni għal darb'oħra t-talba tiegħu biex il-Kunsill jadotta l-proposta; Jilqa' l-pożizzjoni tal-Presidenza Litwana tal-Kunsill li tappoġġja l-proposta u jistieden lill-Istati Membri l-oħra biex isegwu dan l-eżempju; jilqa' b'rabta ma' dan l-opinjoni ta’ FRA 1/2013 dwar is-sitwazzjoni ta’ ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea 10 snin wara l-implimentazzjoni tal-bidu tad-direttivi dwar l-ugwaljanza; Iqis li d-diskriminazzjoni fuq bażi lingwistika għandha tiġi ttrattata wkoll;

49.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(33) li titlob għar-rispett sħiħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

50.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li persuni b'diżabilità għadhom jiffaċċjaw d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni, li jxekklu l-abbiltà tagħhom li jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom fuq bażi ugwali mal-oħrajn; Jitlob lill-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE biex jibqgħu jimplimentaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) fl-oqsma rispettivi ta' kompetenza tagħhom; Jinnota li l-iżvilupp ulterjuri tal-liġi u l-politika tal-UE fil-qasam tan-nondiskriminazzjoni jista' jkollu rwol fil-proċess tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni mas-CRPD fl-UE kollha, pereżempju fir-rigward tal-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi; inkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki b'riżorsi xierqa sabiex jintegraw aħjar persuni b'diżabilità u jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, it-trasport pubbliku u l-faċilitajiet, u l-parteċipazzjoni fil-proċess politiku, partikolarment permezz tal-abolizzjoni ta' diskriminazzjoni legali u prattika u restrizzjonijiet għad-drittijiet tagħhom għall-vot u biex joħorġu għall-elezzjonijiet; Jiddispjaċih li ċerti persuni b’diżabilità huma sfurzati li jgħixu f’istituzzjonijiet speċjalizzati, f’nuqqas ta’ alternattivi disponibbli fil-komunità, u jitlob lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom sabiex joffru aċċess akbar lil persuni b’diżabilità għal ħajja indipendenti;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq reviżjoni komprensiva tal-leġiżlazzjoni u politiki tal-UE sabiex tiġi evalwata l-konformità tagħhom mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; Jemmen li l-proċeduri leġiżlattivi u t-tfassil tal-politika tal-UE għandhom jiġu adattati sabiex jiżguraw ir-rispett, u jipprovdu għall-implimentazzjoni tas-CRPD; Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tadotta linji gwida ta' valutazzjoni tal-impatt speċifiċi għal dak il-għan u biex tibgħat l-abbozz tar-rapport ta' progress tal-UE dwar l-implimentazzjoni tas-CRPD fl-UE lill-Parlament; Jemmen li l-Parlament għandu jorganizza dibattiti regolari u jifformula rakkomandazzjonijiet permezz ta' riżoluzzjoni dwar il-progress miksub fir-rispett tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità mħaddna fis-CRPD, inkluż abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni; Jappoġġa l-inizjattivi li qed iseħħu bħalissa għat-twaqqif ta' task force fil-Parlament dwar l-implimentazzjoni tas-CRPD sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet tal-Parlament fil-monitoraġġ u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni jkunu komprensivi u konsistenti;

52.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jipproteġu, jippromwovu u jinfurzaw id-drittijiet tat-tfal fl-azzjonijiet u politiki interni u esterni kollha li għandhom impatt fuqhom; Jinsab imħasseb dwar tfal li jsofru vjolenza u sfruttament sesswali u jistieden lill-Istati Membri biex ilestu t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal; Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-FRA sabiex ikomplu bl-isforzi tagħhom sabiex jevalwaw il-mod li bih huma ttrattati t-tfal waqt proċeduri ġudizzjarji; Iqis li f’każ ta’ separazzjoni jew divorzju tal-ġenituri, ir-rispett tal-aħjar interess tal-minuri għandu jitqies dejjem u li kull minuri għandu jkun jista’ jkollu rapporti regolari u kuntatti diretti maż-żewġ ġenituri;

53.  Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tar-Roma fl-Unjoni Ewropea u l-bosta każijiet ta’ persekuzzjoni, vjolenza, stigmatizzazzjoni, diskriminazzjoni, tkeċċija, rilokazzjonijiet u tkeċċija furzata illegali, reġistrazzjoni illegali u profiling etniku min-naħa tal-awtoritajiet tal-infurzar, li jmorru kontra d-drittijiet fundamentali u d-dritt tal-Unjoni Ewropea; Itenni l-pożizzjoni tiegħu iddikjarata fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom(34) u jitlob għal darb'oħra għal implimentazzjoni effettiva ta' strateġiji għat-trawwim ta' inklużjoni reali u għal azzjoni msaħħa għall-promozzjoni tal-integrazzjoni, b'mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, l-impjieg, id-djar u l-kura tas-saħħa, u l-ġlieda kontra l-vjolenza, id-diskors li jqajjem il-mibgħeda u d-diskriminazzjoni tar-Rom; Jitlob biex jintemmu t-tkeċċijiet furzati illegali, iż-żarmar ta' insejdamenti mingħajr ma jiġu pprovduti alternattivi għal djar, u s-segregazzjoni tat-tfal Roma fl-iskejjel u t-tpoġġija llegali tagħhom fi skejjel speċjali; f’dan ir-rigward, jitlob li l-Istati Membri jużaw aktar fondi Ewropej offruti lilhom sabiex jimplimentaw proġetti ta’ integrazzjoni, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali, l-ewwel nett fil-ġestjoni ta’ kuljum ta’ wasliet ġodda fit-territorju tagħhom;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jipprovdu rispons effettiv għall-esklużjoni tar-Roma billi jiżviluppaw politiki integrati u jimplimentaw il-miżuri stipulati fl-istrateġiji u jiffokaw fuq miżuri ta’ antidiskriminazzjoni u miżuri li għandhom l-għan li jżidu l-impjegabilità tagħhom u l-aċċess għas-suq tax-xogħol f'kooperazzjoni ma' rappreżentanti tal-popolazzjoni tar-Roma, filwaqt li tkun żgurata wkoll il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fil-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' proġetti li jaffettwaw il-komunitajiet tagħhom, kif ukoll li jkunu allokati riżorsi ta' baġit biżżejjed għal dan il-għan u tkun żgurata l-effiċjenza tal-infiq; Jitlob ukoll li l-Kummissjoni u l-FRA jippreżentaw indikaturi komuni, paragunabbli u affidabbli għall-monitoraġġ tal-progress fl-Istati Membri;

55.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni f'każijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tar-Rom fl-Istati Membri, speċjalment bil-ftuħ ta' proċedimenti ta' ksur f'każ li ma jitħallewx jaċċedu għal u jeżerċitaw id-drittijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, id-dritt għal-libertà tal-moviment u tar-residenza, id-dritt għall-kwalità u n-nondiskriminazzjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali; Jitlob lill-Kummissjoni twaqqaf mekkaniżmu ta' monitoraġġ dwar reati ta' mibgħeda kontra r-Rom, u jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta' reġistrazzjoni tat-twelid u ta' ċertifikati tat-twelid għal Rom li jirrisjedu fl-UE; Itenni t-talba tiegħu għal approċċ immirat għall-inklużjoni soċjali ta' nisa Roma sabiex tkun evitata diskriminazzjoni multipla; Jistieden l-iżvilupp tal-Qafas Ewropew għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fi Strateġija Ewropea żviluppata għalkollox;

56.  Jenfasizza li huwa essenzjali li jiġu rispettati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni li huma parti minn minoranzi nazzjonali jew etniċi, reliġjużi jew lingwistiċi; Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, fil-ħajja ta' kuljum, il-persuni li jagħmlu parti minn dawn il-minoranzi jiffaċċjaw ostakli fil-ġustizzja, fis-saħħa u fis-servizzi soċjali, kif ukoll fl-edukazzjoni u l-kultura, u li dan jipperikola d-drittijiet u d-dinjità tagħhom bħala bnedmin u bħala ċittadini tal-Unjoni, u jwassal għal sitwazzjonijiet fejn huma jiġu trattati bħala ċittadini tat-tieni kategorija mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom stess; Iqis li dawn il-minoranzi għandhom ħtiġijiet speċifiċi li huma differenti minn gruppi ta' minoranzi oħra, li politiki pubbliċi għandhom ikunu aktar iffokati u li l-Unjoni stess għandha tindirizza dawn il-ħtiġijiet b'mod aktar xieraq;

57.  Iqis li ma teżistix soluzzjoni unika sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni ta' dawn il-minoranzi fl-Istati Membri kollha, iżda li għandhom jiġu żviluppati xi objettivi komuni u minimi għall-awtoritajiet pubbliċi fl-UE, filwaqt li jitqiesu l-istandards legali internazzjonali rilevanti u l-prattiki tajba eżistenti; Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistema legali tagħhom tiggarantixxi li ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni kontra persuni li jappartjenu għal minoranza nazzjonali rikonoxxuta, u jadottaw miżuri adegwati biex jippromwovu ugwaljanza effikaċi, abbażi tal-prattiki tajbin u n-normi internazzjonali rilevanti, inter alia l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa; Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi standard politiku għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali, inklużi komunitajiet minoritarji indiġeni, etniċi tradizzjonali u lingwistiċi, billi wieħed iqis li dawn jikkostitwixxu 'l fuq minn 10 % tal-popolazzjoni totali tal-UE, sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta' standards doppji li jiddiferenzjaw bejn il-pajjiżi kandidati u l-Istati Membri; Jenfasizza l-bżonn għal sistema ta' protezzjoni komprensiva tal-UE għall-minoranzi nazzjonali tradizzjonali, gruppi lingwistiċi reġjonali u reġjuni kostituzzjonali akkumpanjati minn mekkaniżmu ta' monitoraġġ operattiv, skont l-eżempju tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma; Jitlob lill-Istati Membri jipprovdu dejta komprensiva dwar ksur tad-drittijiet fundamentali tal-minoranzi, sabiex il-FRA u l-UE jkunu jistgħu jiżguraw ġbir u rappurtaġġ tad-dejta;

58.  Jindika li miżuri pożittivi implimentati bl-għan li jkunu protetti persuni u gruppi minoritorji, filwaqt li jitrawwem l-iżvilupp xieraq tagħhom u jkun żgurat li jingħataw drittijiet u trattament ugwali meta mqabbla mal-bqija tal-popolazzjoni fl-oqsma amministrattivi, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali u fi sferi oħra ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala diskriminazzjoni;

59.  Jikkundanna l-vjolenzi razzisti, anti-Semitiċi, omofobiċi/transfobiċi, ksenofobiċi u kontra l-migranti, il-minoranzi reliġjużi u gruppi etniċi, li laħqu livelli allarmanti, b'mod partikolari l-internet, fin-nuqqas ta’ azzjonijiet qawwija min-naħa tal-awtoritajiet li jiġġieldu kontra dawn it-tipi ta' vjolenza; Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tad-dritt kriminali, jindirizzaw id-diskriminazzjoni, jiżguraw l-investigazzjonijiet ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda, jadottaw leġiżlazzjoni kriminali li tipprojbixxi l-inċitament għall-mibegħda fuq kwalunkwe bażi inkluża l-orjentazzjoni sesswali, u jiżguraw li jkun hemm protezzjoni effikaċi kontra r-razziżmu, l-anti-Semitiżmu, l-antiżingariżmu, il-ksenofobija u l-omofobija u li l-vittmi jiġu offruti assistenza xierqa; Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tniedi proċedimenti ta' ksur kontra Stati Membri li jonqsu milli jimplimentaw id-deċiżjoni qafas b'mod korrett mill-1 ta' Diċembru 2014; Jitlob ir-reviżjoni tad-deċiżjoni qafas biex jiżgura li tkopri wkoll diskors ta' mibegħda u atti ta' antisemitiżmu, Iżlamofobija u intolleranza reliġjuża, antiżingariżmu, omofobija u transfobija, u tissaħħaħ l-applikazzjoni tagħha; Jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva mnedija mill-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-intolleranza u jistieden lill-Kunsill sabiex ikompli xogħol kostruttiv bħal dan;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iniedu azzjoni koordinata u komprensiva sabiex jiġġieldu kontra u jipprevjenu r-reati ta' mibegħda b'mod sistematiku fl-UE u biex jagħmlu r-reati ta' mibegħda viżibbli permezz ta' dejta, li tiżgura li din id-dejta tkun kumparabbli sabiex tippermetti evalwazzjoni tal-UE tas-sitwazzjoni, billi jaħdmu flimkien mal-FRA sabiex tittejjeb il-ġabra ta' dejta dwar reati ta' mibegħda u armonizzazzjoni ta' dejta; Jikkundanna diskors li jqajjem il-mibgħeda li jistigmatizza gruppi ta' persuni minħabba l-oriġini soċjali, kulturali, reliġjuża jew barranija u inċitament għall-mibgħeda razzjali, partikolarment meta dan iseħħ minn persuni pubbliċi; Jindika li l-Opinjoni tal-FRA 2/2013, fuq id-Deċiżjoni Qafas dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija u jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità, u b'mod partikolari f'każijiet ta' reati ta' mibegħda;

61.  Jistieden lill-Istati Membri, filwaqt li jirrikonoxxu li l-edukazzjoni hija vitali fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, sabiex jiżguraw li l-istrateġiji ta' integrazzjoni tagħhom jiffokaw fuq ir-riforma ta' kurrikuli nazzjonali sabiex jinkludu l-ksenofobija, ir-razziżmu u l-antiżingariżmu fis-sillabi u sabiex jistabbilixxu dan bħala forma ta' diskriminazzjoni fid-diskors pubbliku minn età żgħira;

62.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex:

   jiżguraw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jipprevjenu, jiġġieldu kontra u jġibu quddiem il-ġustizzja kull forma ta’ vjolenza fuq in-nisa bħala ksur tad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġu żgurati l-appoġġ u l-protezzjoni għall-vittmi;
   Jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (Konvenzjoni ta' Istanbul), u sabiex jistabbilixxu sistema ta' ġbir ta' dejta biex jappoġġjaw il-partiti fil-Konvenzjoni billi jipprovdu dejta preċiża u kumparabbli dwar il-livell, il-forom u l-konsegwenzi tal-vjolenza kontra n-nisa;
   isaħħu l-impenn tagħhom biex jiksbu l-objettivi tal-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2011-2020), u sabiex jieħdu miżuri adegwati biex jittrattaw il-forom kollha ta' diskriminazzjoni diretti u indiretti kontra n-nisa, b'mod bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, is-segregazzjoni okkupazzjonali, l-isterjotipar, u kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa, billi n-nisa għadhom qed ibatu minħabba d-diskriminazzjoni multipla f’diversi oqsma tal-ħajja ta’ kuljum, minkejja l-leġiżlazzjoni fis-seħħ rigward il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;
   Jippromwovu l-edukazzjoni dwar l-ugwaljanza dwar il-ġeneri, il-mainstreaming tal-ġeneri u biżżejjed mekkaniżmi ta' monitoraġġ għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-ġeneri;
   jieħdu azzjoni b’mod iżjed qawwi kontra t-traffikar tal-persuni biex jiġi eliminat l-isfruttament sesswali, fejn speċjalment in-nisa huma l-iżjed affettwati, u x-xogħol sfurzat;
   Jiżguraw implimentazzjoni adegwata tad-direttivi eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż billi jibdew proċedimenti ta' ksur;
   jipproponu strateġija Ewropea ta’ ġlieda kontra l-vjolenza lejn in-nisa b’segwitu għall-impenn tagħha f’dan il-qasam u bi ttweġiba għad-diversi domandi tal-Parlament; Jilqa', b'rabta ma' dan, it-Tolleranza Żero għall-vjolenza kontra n-nisa tal-Kummissjoni; Jitlob madankollu li tittieħed aktar azzjoni inkluża strateġija relatata għall-UE kollha sabiex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa, kif imħabbar fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Marzu 2010, li tkun tinkludi strumenti vinkolanti u azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni;
   Iżommu l-kwistjoni tal-vjolenza fuq in-nisa - inkluża l-vjolenza f’relazzjonijiet mill-qrib, il-vjolenza sesswali (l-istupru, l-attakki u l-fastidju sesswali), l-isfruttament sesswali u prattiki tradizzjonali dannużi, bħaż-żwieġ furzat u ‘d-delitti tal-unur’ - fuq quddiem tal-aġenda, billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija kemm konsegwenza tal-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll ostaklu għall-ugwaljanza. Għalhekk m’għandux jiġi tollerat;
   Japplikaw politika ta' tolleranza żero għall-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili;
   Jieħdu miżuri u jillanċjaw proġetti għal rikonċiljazzjoni aħjar tal-ħajja professjonali u privata għall-ġenerazzjonijiet kollha ta' nisa, filwaqt li jilqa' d-deċiżjoni li l-2014 tiġi ddikjarata s-Sena Ewropea għall-Bilanċ bejn il-Ħajja tax-Xogħol u tal-Familja;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-ħtiġijiet u l-interessi tan-nisa billi, fost l-oħrajn, jikkollaboraw mas-soċjetà ċivili u l-NGOs tan-nisa meta jfasslu l-leġiżlazzjoni u janalizzaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE; jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea relatata mal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istati Membri;

64.  Jitlob lill-Istati Membri jiggarantixxu pagi u pensjonijiet diċenti, inaqqsu d-differenza fil-pagi bejn is-sessi, joħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja għan-nisa kif ukoll jippermettu li n-nisa jibbenefikaw minn servizzi pubbliċi ta’ standard għoli u jtejbu d-dispożizzjonijiet dwar is-servizz soċjali;

65.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni għall-ġlieda kontra l-kawżi ekonomiċi u soċjali li jrawmu l-vjolenza kontra n-nisa, bħan-nuqqas ta’ impjieg, pagi u pensjonijiet baxxi, nuqqas ta’ akkomodazzjoni, faqar u servizzi pubbliċi li ma jeżistux jew li mhumiex adegwati, b’mod partikolari s-servizzi tas-saħħa pubblika, l-edukazzjoni u s-sigurtà soċjali;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-azzjonijiet tagħha kontra l-ksur tad-drittijiet fundamentali tat-tfajliet, speċifikament kontra l-industrija li tipperċepixxi lit-tfajliet bħala oġġetti sesswali u li tikkawża żieda fit-traffikar sesswali tat-tfajliet fl-UE;

67.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali dwar ir-rispett u l-protezzjoni tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa (SRHRs); jinsisti fuq ir-rwol tal-Unjoni fil-qawmien tal-kuxjenza u l-promozzjoni tal-aqwa prattiki dwar din il-kwistjoni, minħabba li s-saħħa hi dritt tal-bniedem fundamentali essenzjali għall-eżerċizzju ta' drittijiet tal-bniedem oħra;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal qafas legali dwar il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali;

69.  Iqis li s-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u tan-negozju jikkostitwixxi defiċit; jistieden għaldaqstant lill-Istati Membri jintroduċu miżuri ta’ diskriminazzjoni pożittiva bħal leġiżlazzjoni għal sistemi tal-parità u kwoti tas-sessi;

70.  Jenfasizza li l-progress fit-tnaqqis fid-differenza fil-pagi bejn is-sessi miexi b'pass bil-mod ħafna; jirrimarka li l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta’ valur ugwali hi kruċjali għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi mingħajr dewmien id-Direttiva 2006/54/KE u tipproponi emendi għaliha skont l-Artikolu 32 tad-direttiva u abbażi tal-Artikolu 157 tat-TFUE b’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-anness tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Mejju 2012;

71.  Jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis fis-servizzi pubbliċi li jipprovdu l-kura tat-tfal għandu impatt dirett fuq l-indipendenza ekonomika tan-nisa; Jirrimarka li fl-2010, 28.3% tan-nuqqas ta’ attività u tal-parteċipazzjoni f'xogħol part time tan-nisa kien spjegat minħabba nuqqas ta’ servizzi tal-kura, meta mqabbla ma' 27.9% fl-2009; Jirrimarka li fl-2010, ir-rata tal-impjiegi tan-nisa bi tfal żgħar fl-UE kienet ta’ 12.7 % inqas minn dik tan-nisa bla tfal, żieda minn 11.5 % fl-2008;

72.  Jikkundanna l-fatt li d-drittijiet fundamentali tan-nisa anzjani qed jinkisru ta’ spiss, inkluż numru kbir ta’ każijiet ta’ vjolenza, abbuż fiżiku, abbuż emozzjonali u abbuż finanzjarju f’bosta Stati Membri tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjonijiet ulterjuri sabiex jipproteġu lin-nisa anzjani minn kull forma ta’ abbuż, inkluż trattament ħażin fid-djar tal-kura għall-anzjani;

73.  Iqis li n-nisa b’diżabilitajiet isofru minn diskriminazzjoni doppja minħabba l-ġeneru u d-diżabilità tagħhom; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jissalvagwardjaw u jipproteġu d-drittijiet fundamentali tan-nisa b’diżabilità fl-UE;

74.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b’mod aktar sod sabiex jintemmu l-istereotipi sessisti mrawma mill-midja, b’mod partikolari fir-riklami, minħabba r-rwol kruċjali li jista’ jkollhom biex jinbidlu r-rappreżentazzjonijiet kollettivi dwar ir-rwoli tal-irġiel u tan-nisa;

75.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-kuxejnza u l-għarfien taċ-ċittadini rigward id-drittijiet kollha tagħhom stabbiliti fil-Karta u jinkoraġġixxu demokrazija parteċipattiva billi jinżamm djalogu kontinwu mas-soċjetà ċivili, NGOs rilevanti u organizzazzjonijiet tan-nisa; Jistieden l-organizzazzjonijiet tan-nisa b'mod partikolari, sabiex jaqsmu l-kompetenzi imprezzabbli tagħhom rigward l-isterjotipar u d-diskriminazzjoni persistenti minħabba li huma dejjem kienu l-aktar vittmi vulnerabbli;

76.  Jitlob involviment akbar mill-istituzzjonijiet tal-UE u djalogu bejn il-partijiet interessanti mtejjeb dwar l-isfidi li jiffaċċjaw persuni anzjani fl-applikazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom;

Solidarjetà

77.  Jenfasizza li l-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-miżuri meħuda biex din tiġi ffaċċjata kellhom konsegwenzi qawwija fuq l-iktar oqsma foqra u żvantaġġjati tas-soċjetà, spiss b'effetti serji ħafna, kif rifless fil-karta dwar il-kwistjoni mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem bl-isem 'Salvagwardjar tad-drittijiet fundamentali fi żminijiet ta’ kriżi', li fiha jsir riferiment għall-gruppi li jinsabu f'riskju ta' marġinalizzazzjoni soċjali, bħall-migranti, il-persuni li jfittxu l-asil, ir-Rom, in-nisa u t-tfal; Jirrimarka li fl-2012, kwart tal-popolazzjoni fl-UE 28 kienet tinsab f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari u jittieħdu miżuri adegwati, iktar inċiżivi u effettivi biex jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni u jiġu miġġielda l-inugwaljanzi u l-faqar; jikkundanna l-proposti tal-persuni politiċi li jwaħħlu kollox f’dawn il-popolazzjonijiet; Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-kriżijiet ekonomiċi u soċjali poġġew id-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u l-valuri demokratiċi taħt stress, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll sovranazzjonali;

78.  Jenfasizza l-fatt li d-drittijiet soċjali u fundamentali, kif rikonoxxut mit-trattati internazzjonali, il-KEDB, il-Karta tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u l-Karta Soċjali Ewropea; Jenfasizza li dawn id-drittijiet għandhom jiġu protetti kemm fid-dritt kif ukoll fil-prattika biex tiġi żgurata ġustizzja soċjali, partikolarment f'perjodi ta' kriżi ekonomika u miżuri ta' awsterità; Jenfasizza l-importanza tad-dritt għad-dinjità, il-libertà okupazzjonali u d-dritt għax-xogħol, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, inkluż abbażi tan-nazzjonalità, protezzjoni f'każ ta' tkeċċija inġustifikata, id-dritt għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali, id-dritt għall-kura tas-saħħa, il-libertà tal-moviment u r-residenza, id-dritt għal protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, permezz tal-provvista ta' aċċess effettiv għall-impjieg, djar adegwati, taħriġ, edukazzjoni, kultura u assistenza soċjali u mediċi, u b'rabta mar-remunerazzjoni u l-benefiċċji soċjali, filwaqt li jiġi garantit standard deċenti ta' għajxien għall-ħaddiema u l-membri tal-familji tagħhom, kif ukoll kundizzjonijiet oħra ta' impjieg u ta' xogħol, awtonomija tas-sieħba soċjali, u libertà li wieħed jingħaqad ma' assoċjazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali għall-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi u soċjali tal-ħaddiema u għan-negaozjati soċjali;

79.  Jenfasizza li l-fatt li wieħed jinsab qiegħed jew f'sitwazzjoni ta' faqar jew marġinalizzazzjoni soċjali għandu effetti konsiderevoli, u anki diżastrużi, fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-iktar drittijiet u libertajiet ipperikolati fosthom huma: id-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-ewwel Artikolu), il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol (Artikolu 15), id-dritt għan-nondiskriminazzjoni (Artikolu 21), il-protezzjoni f'każ ta' tkeċċija inġustifikata (Artikolu 30), id-dritt għas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali (Artikolu 34), id-dritt għall-kura tas-saħħa (Artikolu 35) u l-libertà tal-moviment u tas-soġġorn (Artikolu 45); jindika barra minn hekk li l-fatt li wieħed ikun qiegħed jew ikun qed jgħix f'sitwazzjoni ta' faqar jew marġinalizzazzjoni soċjali għandu ukoll konsegwenzi fil-qasam tal-aċċess għas-servizzi bażiċi, soċjali, finanzjarji, eċċ.;

80.  Ifakkar li s-sistemi li jirrikonoxxu l-ġustizzja soċjali bħala prinċipju importanti implimentat minn leġiżlazzjoni solida jikkostitwixxu l-aqwa difiża kontra l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi ekonomika u finanzjarja;

81.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jneħħu r-riservi li fadal fir-rigward tal-Karta Soċjali Ewropea mill-aktar fis possibbli; Iqis li l-Parlament għandu jistimula djalogu permanenti dwar il-progress magħmul f'dan ir-rigward; Jemmen li r-referenza għall-ESC fl-Artikolu 151 tat-TFUE għandha tintuża b’mod aktar effettiv, pereżempju, billi jiġi inkluż test tad-drittijiet soċjali fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni u l-Parlament;

82.  Jitlob azzjoni aktar b'saħħitha biex jiġu megħjuna persuna bla djar u jiġu provduti b'kenn u appoġġ, jiġu kkundanatti – partikolarment f'waqt meta l-kriżi ekonomika u soċjali persistenti qed twassal dejjem iktar persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli biex jgħixu fit-toroq – liġijiet u politiki fuq livell nazzjonali jew lokali li jikkriminalizzaw lil dawn il-persuni, li huma aktar fil-bżonn, għaliex dan jammonta għal vjolazzjoni inumana u li tispikka tad-drittijiet fundamentali,

83.  Jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata l-kompatibilità ta' miżuri ta' rimedju tal-kriżijiet mal-valuri u l-objettivi tal-Unjoni, u partikolarment sabiex ikun żgurat ir-rispett tal-istat tad-dritt b'rabta mal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi l-aktar milquta mill-effetti tal-kriżi fiż-żona euro;

84.  Itenni b’urġenza l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jinkludi s-suġġett ‘Aċċess lill-aktar gruppi fqar għad-drittijiet fundamentali kollha tagħhom’ fl-oqsma tematiċi tal--qafas pluriennali li jmiss tal-FRA;

85.  Jiddeplora l-fatt li f'uħud mill-Istati Membri għadhom jeżistu regoli tranżitorji dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema; jenfasizza li biżgħat imqanqla mill-impatti negattivi tal-migrazzjoni tax-xogħol ma għandhomx bażi; jindika li l-istimi juru żieda fit-tul ta' kważi 1 % fil-PGD tal-pajjiżi tal-UE15 sforz il-mobbiltà wara t-tkabbir (bejn l-2004 u l-2009)(35) ;

86.  Jinnota li d-dibattiti reċenti li jiddeskrivu l-moviment liberu bħala migrazzjoni f'sistemi ta' sigurtà soċjali mhumiex imsejsa fuq il-fatti(36) ; jenfasizza l-fatt li d-diskriminazzjoni hija xkiel kbir biex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet fundamentali; jagħmel enfasi li ċ-ċittadini tal-Unjoni li jgħixu b'mod permamenti fi Stat Membru ieħor għandhom jibbenefikaw mid-dritt għal trattament indaqs fejn tidħol is-sigurtà soċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004;

87.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsaħħu l-ħidma tagħhom fir-rigward tal-iżvilupp u jagħtu garanzija tad-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet fundamentali soċjali, bħala pass kruċjali sabiex jiġi żgurat li fl-Unjoni Ewropea jkun hemm trattament indaqs. impjiegi u salarji deċenti;

88.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li d-dritt tal-ħaddiema għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u sani, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Karta Soċjali Ewropea, huwa essenzjali għall-ħaddiema biex ikollhom l-opportunità li jgħixu ħajja diċenti u biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tagħhom jiġu rispettati;

89.  Jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-imsieħba soċjali fin-negozjar kollettiv biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet fundamentali u t-trattament ugwali tal-ħaddiema, b'mod partikolari fejn jidħlu ż-żgħażagħ, in-nisa, il-persuni b'diżabilità u gruppi oħra soċjalment żvantaġġati fis-suq tax-xogħol;

Ċittadinanza

90.  Jenfasizza li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll l-aspettattivi dejjem jiżdiedu taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili - kif muri mill-falliment tal-ACTA u l-iskandli tas-sorveljanza -, jagħmlu neċessarji t-tisħiħ u ż-żieda fit-trasparenza u l-ftuħ demokratiċi u istituzzjonali tal-UE, b'mod partikolari l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha u l-Istati Membri tagħha; Huwa tal-opinjoni li t-trasparenza u l-onestà huma prinċipji ewlenin li għandhom jissaħħu u jiġu promossi aħjar sabiex tkun żgurata governanza tajba u parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE;

91.  Jiddispjaċih dwar l-imblukkar interistituzzjonali tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew; Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jissoktaw bil-ħidma tagħhom fuq ir-reviżjoni ta' dan ir-Regolament, abbażi tal-proposti tal-Parlament biex jiggarantixxu iktar trasparenza fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE kif ukoll aċċess imtejjeb għad-dokumenti għaċ-ċittadini tal-UE; Jistieden lill-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-UE sabiex jimplimentaw bis-sħiħ ir-Regolament 1049/2001 kif meħtieġ mit-Trattat ta' Lisbona u jinnota, fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u ilmenti mal-Ombudsman, li dan mhuwiex il-każ; jitlob fl-istess ħin lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-iżgurar tat-trasparenza fl-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar kif qed jintuża l-finanzjament li ngħata lill-Istati Membri mill-baġit tal-UE;

92.  Jenfasizza li d-dritt għal amministrazzjoni soda jimplika wkoll dmir tal-awtoritajiet li jinfurmaw liċ-ċittadini dwar id-drittijiet fundamentali tagħhom u li jispjegaw lill-persuni l-aktar foqra d-drittijiet tagħhom u jappoġġjawhom sabiex jiġu rispettati;

93.  Ifakkar li ċ-ċittadinanza tinvolvi d-dritt ta’ kull persuna li tipparteċipa fl-affarijiet pubbliċi tal-pajjiż li fih tirrisjedi skont l-Artikolu 21 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR); ifakkar li ċ-ċittadinanza Ewropea mhijiex limitata għad-drittijiet tal-vot u eliġibilità għall-elezzjonijiet muniċipali u Ewropej, u lanqas għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom, iżda hija essenzjali wkoll biex dawn jiġu eżerċitati f’termini ta’ moviment liberu u residenza; jenfasizza għalhekk, li ċ-ċittadinanza Ewropea timplika l-kapaċità ta’ kull resident fit-territorju tal-Unjoni li jipparteċipa b’mod attiv u mingħajr l-ebda tip ta’ diskriminazzjoni fil-ħajja demokratika, politika, soċjali u kulturali tal-Istat Membru li fih jirrisjedi u li jeżerċita d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kollha politiċi, ċivili, ekonomiċi, kulturali u soċjali rikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea;

94.  Jitlob attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu organizzati kampanji ta' sensibilizzazzjoni u informattivi, sabiex jiġu promossi fost iċ-ċittadini l-valuri u l-objettivi tal-Unjoni, u speċifikament jitlob għat-tixrid l-aktar wiesa' possibbli tat-test tal-artikoli rilevanti tat-TUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

95.  Jilqa' d-deċiżjoni li l-2013 tiġi ddikkjarata bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini; madankollu jistieden lill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri biex ikomplu jinformaw liċ-ċittadini tal-UE rigward id-drittijiet tagħhom, sabiex ikunu jistgħu igawdu bis-sħiħ iċ-ċittadinanza tal-UE tagħhom;

96.  Jitlob lill-Istati Membri jniedu kampanji ta’ informazzjoni biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-UE dwar id-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu għal elezzjoni; jitlob li ssir riforma neċessarja tal-proċeduri elettorali Ewropej biex isiru f’kull Stat Membru sabiex tiġi promossa ċittadinanza attiva tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini permezz ta’ inizjattivi taċ-ċittadini u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ petizzjoni u d-dritt li wieħed iressaq ilmenti lill-Ombudsman Ewropew;

97.  Ifakkar fl-importanza tax-xogħol tal-Ombudsman Ewropew għad-drittijiet tal-individwi; jenfasizza l-importanza tal-indipendenza tiegħu sabiex tiġi żgurata l-kredibilità tiegħu u b’hekk jitlob li l-istatus tiegħu jiġi modifikat sabiex jeskludi b’mod formali li jkun jista’ jintgħażel mill-eletturi tiegħu, antiki jew maħtura;

98.  Jenfasizza li d-dritt għall-moviment liberu, għax-xogħol u ta’ soġġorn taċ-ċittadini Ewropej u tal-familja tagħhom, kif ukoll il-libertà li jagħżlu impjieg u d-dritt li jaħdmu, stabbilit fit-trattati u garantit mid-Direttiva dwar il-moviment liberu, huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Ewropej u jirrappreżenta benefiċċju ekonomiku importanti għall-pajjiżi ospitanti, billi jikkontribwixxi għall-indirizzar tad-diskrepanza bejn il-ħiliet u x-xogħol u jgħin sabiex jiġi kkumpensat id-defiċit demografiku tal-Unjoni Ewropea; Jenfasizza l-fatt li d-direttiva diġà tipprovdi għal eċċezzjonijiet u restrizzjonijiet għad-dritt tal-moviment liberu; Jikkundanna kwalunkwe tentattiv ta’ reviżjoni ta’ dan l-acquis u jitlob li kwalunkwe ksur tar-regoli jinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

Ġustizzja

99.  Jenfasizza li amministrazzjoni tal-ġustizzja indipendenti, ġusta, effikaċi, imparzjali u li taħdem bi skadenzi raġonevoli hija fundamentali għad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għall-kredibilità ta’ dawn; Jinsab imħasseb dwar il-bosta każijiet ta' ksur f'dan il-kuntest, kif juri l-għadd ta' kundanni kontra l-istati min-naħa tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; Jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-Qorti; Jenfasizza li kull impunità dovuta għal pożizzjoni ta' poter, ta' forza jew ta' influwenza fuq il-persuni, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew politiċi ma tistax tiġi tollerata fl-UE;

100.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' - flimkien mal-qrati - l-istituzzjonijiet nonġudizzjarji u kważiġudizzjarji għall-aċċess għall-ġustizzja, bħal istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, korpi ta' ugwaljanza, istituzzjonijiet ta' ombudsperson, u awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dejta kif ukoll istituzzjonijiet oħra simili b’mandat tad-drittijiet tal-bniedem; Jenfasizza f'dan il-kuntest li l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu maħtura jew stabbiliti fl-Istati Membri kollha bl-għan tal-akkreditazzjoni sħiħa tagħhom taħt l-hekk imsejħa Prinċipji ta' Pariġi (Prinċipji relatati mal-istatus u l-funzjonament ta' istituzzjonijiet nazzjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni ta' drittijiet tal-bniedem, Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/48/134, 20 ta' Diċembru 1993); Jisħaq li rekwiżit għal indipendenza sħiħa jkun ta' benefiċċju wkoll għal istituzzjonijiet oħra b’mandat tad-drittijiet tal-bniedem;

101.  Jitlob lill-FRA twettaq studju dwar il-liġijiet u l-proċeduri straordinarji motivati mill-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-konformità tagħhom mad-drittijiet fundamentali, f’kollaborazzjoni mar-rapporteur speċjali tan-NU dwar dan is-suġġett; Jirrifjuta kull proċedura eċċezzjonali li tiżbilanċja biċ-ċar il-pożizzjoni tagħha tal-akkuża u tad-difiża fil-proċedura ġudizzjarja, bħas-smigħ sigrieti jew is-sentenzi sigrieti, jew li jagħtu setgħat speċjali ta’ ċensura tal-midja lill-gvern jew li tiġi permessa sorveljanza sigrieta tal-popolazzjoni; jisħaq u jikkundanna li l-politiki ta’ ġlieda kontra t-terroriżmu huma estiżi progressivament għal numru akbar ta’ reati u delitti li partikolarment b’konsegwenza taż-żieda fil-proċeduri ġudizzjarji mgħaġġla, fil-pieni minimi inkompressibbli u ż-żieda fil-ġbir tad-dejta personali tal-popolazzjonijiet;

102.  Jitlob lill-Kummissjoni tkompli x-xogħol tagħha fir-rigward tal-ġustizzja kriminali u tal-applikazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-garanziji proċedurali u lill-Istati Membri jadottaw pożizzjoni aktar ambizzjuża f’dan ir-rigward;

103.  Jilqa' r-rapport tal-FRA dwar l-aċċess għall-ġustizzja f'każijiet ta' diskriminazzjoni fl-UE u jisħaq li l-aċċess għall-ġustizzja huwa ta' spiss ikkumplikat u ta’ xkiel; Jemmen li t-titjib jista' jinkludi proċeduri faċilitati, u appoġġ imsaħħaħ għal dawk li qed ifittxu l-ġustizzja;

104.  Jieħu nota tat-tabella ta' valutazzjoni tal-ġustizzja mnedija mill-Kummissjoni li sfortunatament tkopri biss kwistjonijiet ta' ġustizzja ċivili, kummerċjali u amministrattivi, minkejja l-fatt li l-Parlament kien talab li din tkopri wkoll il-ġustizzja ċivili u kriminali, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt; jitlob għalhekk li din tiġi żviluppata biex tkopri wkoll dawn l-oqsma; jenfasizza li t-tabella ta' valutazzjoni għandha tiddaħħal fil-mekkaniżmu ta' Kopenħagen ġdid u fiċ-ċiklu politiku Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tat-TUE; jinsisti wkoll li t-titjib tal-funzjonament tas-sistemi tal-ġustizzja ma jistax ikollu bħala objettiv uniku li titjieb l-attrattività ta’ pajjiż għall-investituri u biex isir in-negozju, u jimmira essenzjalment l-effettività tal-proċeduri ġudizzjarji, iżda għandu wkoll jiżgura s-salvagwardja tad-dritt għal proċess ġust u r-rispett tad-drittijiet fundamentali;

105.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina l-implimentazzjoni effettiva fl-UE tad-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja fil-kuntest tad-dritt ta' kull persuna tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri li tgħix f'ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-benessri tiegħu jew tagħha;

106.  Jinsab imħasseb dwar il-politiċizzazzjoni tal-qrati kostituzzjonali f'ċerti Stati Membri u jiftakar fl-importanza kruċjali ta' sistema ġudizzjarja indipendenti;

o
o   o

107.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.

(1) Id-dokument 10140/11 tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2011.
(2) ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.
(3) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(4) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(5) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(8) ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 49.
(9) Testi adottati, P7_TA(2012)0500.
(10) ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 1026.
(11) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 405.
(12) ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 54.
(13) ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 18.
(14) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 73.
(15) ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 50.
(16) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112.
(17) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 154.
(18) Testi adottati, P7_TA(2013)0203.
(19) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 54.
(20) Testi adottati, P7_TA(2013)0090.
(21) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 121.
(22) Testi adottati, P7_TA(2013)0444.
(23) Testi adottati, P7_TA(2013)0315.
(24) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 1.
(25) Testi adottati, P7_TA(2013)0418.
(26) Testi adottati, P7_TA(2013)0350.
(27) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
(28) Testi adottati, P7_TA(2013)0045.
(29) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 75.
(30) Ir-Riżoluzzjoni 1872(2012) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa adottat fl-24 ta’ April 2012.
(31) Studju reġjonali: il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea u l-implikazzjonijiet tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Migranti, François Crépeau, 24 ta’ April 2013, A/HRC/23/46
(32) Rapport tal-FRA dwar id-Drittijiet Fundamentali għall-Fruntieri Marittimi tan-Nofsinhar tal-Ewropa, Marzu 2013
(33) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.
(34) Testi adottati, P7_TA(2013)0594.
(35) Żviluppi fl-Impjiegi u Soċjali fl-Ewropa (2011), Kapitolu 6: Mobbiltà tax-xogħol fi ħdan l-UE u l-impatt tat-tkabbir, p. 274
(36) Ara "A fact finding analysis on the impact on the Member States' social security systems of the entitlements of non-active intra-EU migrants to special non-contributory cash benefits and healthcare granted on the basis of residence", DĠ Impiegi, Rapport finali ppreżentat mill-ICF GHK flimkien ma' Milieu Ltd., l-14 ta' Ottubru 2013.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Ġunju 2017Avviż legali