Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0309(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0190/2014

Testi mressqa :

A7-0190/2014

Dibattiti :

PV 02/04/2014 - 16
CRE 02/04/2014 - 16

Votazzjonijiet :

PV 03/04/2014 - 7.5
CRE 03/04/2014 - 7.5

Testi adottati :

P7_TA(2014)0281

Testi adottati
PDF 1419kWORD 885k
Il-Ħamis, 3 t'April 2014 - Brussell Verżjoni finali
Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika ***I
P7_TA(2014)0281A7-0190/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula miżuri li jikkonċernaw is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE, 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (COM(2013)0627 – C7-0267/2013 – 2013/0309(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0627),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0267/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tar-Rappreżentanti Irlandiża u s-Senat Irlandiż, il-Parlament Malti, il-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Svediż, sostna li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014(1) ,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2014(2)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0190/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 177, 11.6.2014, p. 64.
(2) ĠU C 126, 26.4.2014, p. 53.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari 3 ta' April 2014 fir-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru ... / 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE [Em. 1]
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
P7_TC1-COD(2013)0309

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2) ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3) ,

Billi:

(1)  L-Ewropa għandha tisfrutta s-sorsi kollha ta' tkabbir biex toħroġ mill-kriżi, toħloq l-impjiegi u terġa' ssir kompetittiva. L-Istrateġija Ewropa 2020 għandha l-għan li ġġib tkabbir u toħloq l-impjiegi fl-Unjoni. Barra dan, l-Isfera Diġitali saret parti mill-ispazju pubbliku fejn jiġu stabbiliti forom ġodda ta’ kummerċ transkonfinali, u qed jinħolqu opportunitajiet ta’ negozju għall-kumpaniji Ewropej fl-ekonomija globali diġitali flimkien ma’ żvilupp tas-suq innovattiv u interazzjoni soċjali u kulturali. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2013 saħaq fuq l-importanza tas-suq uniku diġitali għat-tkabbir u talab miżuri konkreti li jistabbilixxu suq uniku fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (l-ICT) mill-aktar fis possibbli. F'konformità mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u ma' din is-sejħa, dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi jikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika billi jlesti minn ċerti aspetti, ilesti u jadatta l-Qafas Regolatorju tal-Unjoni eżistenti għall-Komunikazzjoni Elettronika (Direttivi 2002/19/KE(4) , 2002/20/KE(5) , 2002/21/KE(6) , 2002/22/KE(7) , 2002/58/KE(8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE(9) , kif ukoll Regolamenti(KE) Nru 1211/2009(10) , (UE) Nru 531/2012(11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) ), u billi jiddefinixxi l-kontenut komplessiv, l-għan u ż-żmien tar-reviżjoni li jmiss ta’ dak il-qafas . [Em. 2]

(2)  L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE), waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020, diġà għarfet ir-rwol tal-ICT u l-konnettività tan-netwerk bħala bażi vitali għall-iżvilupp tal-ekonomija u tas-soċjetà tagħna. Biex l-Ewropa tgawdi mill-benefiċċji tal-bidla diġitali, l-Unjoni teħtieġ suq uniku dinamiku fil-komunikazzjoni elettronika għas-setturi kollha u madwar l-Ewropa kollha. Dan is-suq tassew uniku tal-komunikazzjoni se jkun is-sinsla ta' ekonomija diġitali innovattiva u "intelliġenti" u s-sies ta' suq uniku diġitali li fih is-servizzi online inkunu jistgħu jaqbżu liberament il-fruniteri il-konfini f’ambjent uniku miftuħ, standardizzat u interoperabbli . [Em. 3]

(3)  F'suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika bla intoppi, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika lil kull konsumatur fl-Unjoni u d-dritt ta' kull utent finali li jagħżel l-aqwa offerta disponibbli fis-suq għandhom ikunu żgurati u ma għandhomx jixxekklu bil-frammentazzjoni tas-swieq tul il-fruntieri il-konfini nazzjonali. Il-qafas regolatorju attwali għall-komunikazzjoni elettronika , filwaqt li jirrikonoxxi u jippermetti kundizzjonijiet oġġettivament differenti fl-Istati Membri, ma jindirizzax bis-sħiħ din il-frammentazzjoni, b'reġimi tal-awtorizzazzjoni dovuta għal kawżi oħrajn, li wassal għal diverġenzi fl-implimentazzjoni nazzjonali minflok reġimi tar-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali mifruxin mal-Ewropa, bi skemi nazzjonali tal-assenjament tal-ispettru, bi prodotti tal-aċċess differenti disponibbli għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti, u b'settijiet differenti ta' regoli tal-konsumatur speċifiċi għas-settur applikabbli. Ħafna drabi, ir-regoli tal-Unjoni sempliċement jiddefinixxu linja bażi u l-Istati Membri jimplimentawhom b'modi diverġenti , u settijiet differenti ta’ regoli tal-konsumatur speċifiċi għas-settur applikabbli . Pereżempju, waqt li id-Diretiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) tillimita t-tip ta’ informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa, 12-il Stat Membru qegħdin jitolbu dettalji addizzjonali bħall-kategorizzazzjoni tat-tipi ta’ attivitajiet maħsuba, l-ambitu ġeografiku tal-attività, is-suq fil-mira, l-istruttura tal-kumpanija, inklużi l-ismijiet tal-partijiet interessati, iċ-ċertifikazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ u rekord kriminali tar-rappreżentant tal-impriża. Rekwiżiti addizzjonali bħal dawn jenfasizzaw l-importanza ta’ politika soda mill-Kummissjoni dwar il-proċedimenti ta’ ksur . [Em. 4]

(4)  Suq tassew uniku għall-komunikazzjoni elettronika għandu jippromwovi l-kompetizzjoni, il-koordinazzjoni, l-investiment u , l-innovazzjoni u kapaċità akbar f'netwerks u servizzi ġodda u mtejba billi jrawwem l-integrazzjoni tas-suq u l-offerti ta' servizz bejn il-fruntieri transkonfinali , u għandu jnaqqas kemm jista' jkun il-piżijiet regolatorji bla bżonn fuq l-impriżi . Għalhekk dan għandu jgħin biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi , u anki jinqabżu, il-miri ta' broadband b'veloċità għolja li tistabbilixxi d-DAE, u jiffavorixxi l-ħolqien taʼ servizzi u applikazzjonijiet li kapaċi jisfruttaw dejta u formati miftuħa bʼmod interoperabbli, standardizzat u sikur, filwaqt li jiġi żgurat li jkunu disponibbli bl-istess livelli funzjonali u mhux funzjonali fl-Unjoni kollha . Id-disponibbiltà dejjem akbar ta' infrastrutturi u servizzi diġitali min-naħa tagħha għandha żżid l-għażla tal-konsumaturi u l-kwalità tas-servizzi, u tgħin għal koeżjoni territorjali u soċjali, kif ukoll biex teħfief il-mobilità fl-Unjoni. [Em. 5]

(4a)  Kif enfasizzat fl-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Parlament Ewropew, (Dipartiment B-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni) intitolat “Internet, Aġenda Diġitali u Żvilupp Ekonomiku għar-Reġjuni Ewropej”, (minn issa 'l quddiem "l-istudju"), kuntest reġjonali favorevoli f’termini ta’ aċċettazjoni u ta’ riċeviment tal-ICT u tal-iżvilupp tas-soċjetà tal-informatika, huwa fattur importanti, jew anke deċiżiv, minħabba li l-livell reġjonali huwa wieħed privileġġjat għall-iżvilupp tad-domanda fil-qasam tal-ICT. [Em. 6]

(4b)  Kif ġie nnutat fl-istudju, il-livell reġjonali hu rilevanti biex jiġu identifikati l-opportunitajiet offruti mis-Soċjetà tal-Informatika u biex jitwettqu programmi maħsuba biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp tagħha. Dan l-istudju jindika wkoll li l-interazzjoni bejn il-livelli differenti ta’ governanza għandha potenzjal kbir għal tkabbir. L-inizjattivi minn fuq għal isfel u l-proġetti minn isfel għal fuq għandhom jingħaqdu, jew tal-inqas jiġu żviluppati b’mod parallel, biex jintlaħaq l-għan tal-ħolqien ta’ suq diġitali komuni. [Em. 7]

(4c)  Jekk għandu jkun stabbilit suq uniku Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u jekk għandha tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali u soċjali, il-prijorità ta' investiment (2)(a) stipulata fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru. 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) , għandha tiġi implimentata bil-għan li jitjieb l-aċċess għall-broadband u għan-netwerks b'veloċità għolja u bl-appoġġ għall-użu ta' teknoloġiji ġodda u netwerks fl-ekonomija diġitali u r-reġjuni Ewropej kollha għandu jkollhom il-possibilità li jwettqu investiment f'dan il-qasam, kif speċifikat fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament. [Em. 8]

(4d)  L-investimenti fl-infrastrutturi l-aktar reċenti, li huwa indispensabbli jekk iċ-ċittadini fl-Unjoni jridu jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi ġodda innovattivi, m’għandux ikun limitat għaż-żoni ċentrali jew b'densità kbira ta' popolazzjoni fejn ikun żgur li jinkiseb profitt. Dan l-investiment għandu jsir ukoll, fl-istess ħin, fir-reġjuni periferiċi u r-reġjuni l-iktar imbiegħda, li għandhom densità anqas ta' popolazzjoni u huma anqas żviluppati, sabiex dawn ir-reġjuni ma jaqgħux aktar lura. [Em. 9]

(5)  Il-benefiċċji li jġib suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika għandhom jitwessgħu fl-ekosistema diġitali usa' li tinkludi l-manifatturi tat-tagħmir tal-Unjoni , il-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u ta' softwer u l-ekonomija usa' li tkopri setturi bħal dawk bankarji bħall-edukazzjoni, is-settur bankarju , tal-karozzi, tal-loġistika, tal-bejgħ bl-imnut, tal-enerġija, tal-mediċina, tal-mobilità u tat-trasport, u tal-ġestjoni intelliġenti tal-emergenzi u diżastri naturali li jistrieħu fuq il-konnettività l-broadband biex itejbu l-produttività il-kwalità u l-offerta tagħhom lill-utent finali , pereżempju b'applikazzjonijiet cloud aċċessibbli kullimkien, l-analiżi avvanzata tal-big data li ġejja min-netwerks tal-komunikazzjoni, oġġetti konnessi u interoperabbli , u possibbiltajiet għall-provdiment integrat tas-servizzi lil partijiet differenti tal-kumpanija transkonfinali, bi ħsieb taʼ interoperabbiltà miftuħa u standard tas-sistemi, u fʼambjent taʼ dejta miftuħa (open data) . Iċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-settur tas-saħħa għandhom jibbenefikaw ukoll minn disponibbiltà usa' tas-servizzi tal-gvern elettroniku u tas-saħħa elettronika. L-offerta ta’ kontenut u servizzi kulturali u edukattivi , u d-diversità kulturali inġenerali, tista’ wkoll titjieb f’suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-provdiment taʼ konnettività komunikazzjonijiet bʼnetwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandu importanza partikolari għall-ekonomija usaʼ, għas-soċjetà u għall-bliet intelliġenti tal-futur tant li għandhom jiġu evitati piżijiet, regolatorji jew mod ieħor, speċifiċi għas-setturi, li mhumiex ġustifikati. [Em. 10]

(6)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jkompli jagħmel passi ’l quddiem biex jitlesta s-suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika permezz ta' azzjoni fuq tliet assi wisgħin u interrelatati. L-ewwel nett, dan għandu jiżgura jafferma l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri transkonfinali u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti, filwaqt li jibni fuq il-kunċett ta' awtorizzazzjoni unika tal-UE li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jiżguraw aktar konsistenza u prevedibbiltà fil-kontenut u l-implimentazzjoni ta' regolamentazzjoni speċifika għas-setturi madwar l-Unjoni kollha permezz tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-applikazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjoni ġenerali . It-tieni, dan hu meħtieġ biex b'termini u kundizzjonijiet aktar konverġenti għal inputs essenzjali, ikun jista' jsir aċċess għall-provdiment ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, mhux biss jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ liċenzji tal-ispettru għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, li għaliha l-ispettru liċenzjat u kif ukoll għall-użu tal-ispettru mhux liċenzjat huma importanti, iżda anke għall-konnettività tal-linja fissa .

It-tielet, bl-interessi li jiġu allinjati l-kundizzjonijiet kummerċjali u li tinbena l-kunfidenza diġitali taċ-ċittadini, dan ir-Regolament għandu jarmonizza jindirizza r-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali , l-aktar tal-konsumaturi. Dan jinkludi regoli dwar in-nondiskriminazzjoni, l-informazzjoni kuntrattwali, it-terminazzjoni ta' kuntratti u l-bidla minn provditur għal ieħor, kif ukoll regoli dwar l-aċċess għall-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi online, u dwar il-ġestjoni tat-traffiku u standards komuni u kondiviżi dwar il-privatezza, il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta tal-utenti, li ma jħarsux biss lill-utenti finali iżda fl-istess waqt jiżguraw kontinwità fil-funzjonament tal-ekosistema tal-onternet bħala mutur tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, aktar riformi fil-qasam tar-roaming, lill-utenti finali għandhom jagħtuhom il-kunfidenza biex jibqgħu konnessi meta jivvjaġġaw fl-Unjoni mingħajr ma jkunu soġġetti għal ħlasijiet addizzjonali apparti it-tariffi li jħallsu fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tagħhom . [Em. 11]

(7)  Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jikkomplementa jissupplimenta l-qafas regolatorju eżistenti tal-Unjoni u l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali applikabbli adottati f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi jistabbilixxi jintroduċi ċerti miżuri mmirati li jistabbilixxu drittijiet u obbligi speċifiċi għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika kif ukoll għall-utenti finali , billi jagħmel emendi konsegwenzjali fid-Direttivi eżistenti u fir-Regolament (UE) Nru 531/2012 sabiex jiżgura konverġenza akbar u xi tibdiliet sostantivi konsistenti f'Suq Uniku aktar kompetittiv. [Em. 12]

(8)  Il-miżuri previst f'dan ir-Regolament jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika jiġifieri li la jimponu u lanqas jiddiskriminaw favur l-użu ta' tip partikolari ta' teknoloġija.

(9)  Il-provdiment tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri għadu soġġett għal piżijiet akbar minn dawk fil-fruntieri nazzjonali. B'mod partikolari, il-provdituri transfruntieri għadhom jinnotifikaw u jħallsu l-miżati fi Stati Membri ospitanti individwali. Id-detenturi ta' awtorizzazzjoni unika tal-UE għandhom ikunu soġġetti għal sistema unika ta' notifika fl-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni tagħhom (l-Istat Membru tad-domiċilju), u għalhekk jitnaqqas il-piż amministrattiv lill-operaturi transfruntieri. L-awtorizzazzjoni unika tal-UE għandha tapplika għal kull impriża li tipprovdi jew beħsiebha tipprovdi Ċertu grad ta’ armonizzazzjoni tal-awtorizzazzjoni ġenerali, li tinvolvi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) bħala r-riċevitur tan-notifiki, għandu jiżgura b’mod ulterjuri l-effettività prattika tal-libertà li wieħed jipprovdi servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika f'aktar minn Stat Membru wieħed, u biha tkun intitolata tgawdi d-drittijiet mehmuża mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika skont dan ir-Regolament fi kwalunkwe Stat Membru.

Awtorizzazzjoni unika tal-UE li tiddefinixxi l-qafas legali applikabbli għall-operaturi tal-komunikazzjoni elettronika li jipprovdu servizzi madwar l-Istati Membri skont awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istat Membru tad-domiċilju għandha tiżgura l-effikaċja tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha fl-Unjoni kollha . Barra dan, in-notifika mhijiex mandatorja sabiex jittieħed benefiċċju mill-iskema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u mhux l-Istati Membri kollha jeħtiġuha. Billi rekwiżit ta’ notifika jimponi piż amministrattiv fuq l-operatur, l-Istati Membri li jeħtieġu notifika għandhom juru li hija ġġustifikata, f’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar l-estinzjoni ta’ piżijiet regolatorji bla bżonn. Il-Kummissjoni għandha tiġi meħtieġa tivvaluta dawn ir-rekwiżiti u, fejn ikun xieraq, tingħata s-setgħa li titlob it-tneħħija tagħhom. [Em. 13]

(10)  Il-provdiment ta' servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri jaf jieħu forom differenti, u dan jiddependi minn bosta fatturi fosthom it-tip ta' netwerk jew servizz ipprovdut, il-qies tal-infrastruttura fiżika meħtieġa jew l-għadd ta' abbonati fl-Istati Membri differenti. L-intenzjoni li jiġu pprovduti servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri jew li jiġi operat netwerk tal-komunikazzjoni elettronika f'aktar minn Stat Membru wieħed tista' tintwera b'attivitajiet bħan-negozjar ta' ftehimiet dwar l-aċċess għal netwerks fi Stat Membru partikolari jew il-kummerċjalizzazzjoni minn sit fuq l-internet fil-lingwa tal-Istat Membru mmirat. [Em. 14]

(11)  Irrispettivament minn kif il-provditur jagħżel li jopera netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jew minn kif jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bejn il-fruntieri, ir-reġim regolatorju applikabbli għal provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu jkun newtrali fil-konfront tal-għażliet kummerċjali sottostanti għall-organizzazzjoni tal-funzjonijiet u l-attivitajiet madwar l-Istati Membri. Għalhekk, irrispettivament mill-istruttura kummerċjali tal-impriża, l-Istat Membru tad-domiċilju ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu jkun dak l-Istat Membru fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi dwar il-provdiment ta' netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. [Em. 15]

(12)  L-awtorizzazzjoni unika tal-UE għandha tissejjes fuq l-awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istat Membru tad-domiċilju. Din ma għandhiex tkun soġġetta għal kundizzjonijiet li diġà huma applikabbli premezz ta' xi liġi nazzjonali eżistenti oħra li mhix speċifika għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 għandhom japplikaw ukoll għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika. [Em. 16]

(13)  Il-biċċa l-kbira tal-kundizzjonijiet speċifiċi għas-setturi, bħal pereżempju dwar l-aċċess għal netwerks jew is-sigurtà u l-integrità tagħhom jew dwar l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza, huma relatati ferm mal-post fejn jinsab dan in-netwerk jew fejn jiġi pprovdut dan is-servizz. Għalhekk, provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jaf ikun soġġett għal kundizzjonijiet applikabbli fl-Istati Membri fejn jopera, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor. [Em. 17]

(14)  Meta l-Istati Membri ikun jeħtieġu kontribuzzjoni mingħand is-settur biex jiffinanzjaw l-obbligi tas-servizz universali u l-ispejjeż amministrattivi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-kriterji u l-proċeduri biex jitqassmu l-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji fir-rigward tal-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika, sabiex ma jixxekkilx id-dħul fis-suq transfruntieri, b'mod partikolari ta' parteċipanti ġodda jew operaturi iżgħar; għalhekk il-kontribuzzjonijiet mingħand impenji individwali għandhom iqisu s-sehem tas-suq tal-kontributur mil-lat ta' fatturat li għamel fl-Istat Membru rilevanti u għandhom ikunu soġġetti għall-applikazzjoni ta' livell limitu de minimis .

(15)  Hemm bżonn ikun żgurat li f'ċirkustanzi simili ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta' kull provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika minn Stati Membri differenti u li jiġu applikati prattiċi regolatorji konsistenti fis-suq uniku, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri li huma fl-ambitu tal-Artikoli 15 jew 16 tad-Direttiva 2002/21/KE, jew tal-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE. Għalhekk il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika għandu jkollhom dritt għal trattament ugwali mill-Istati Il-prinċipju tat-trattament ugwali huwa prinċipju ġenerali tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, dan il-prinċipju jeħtieġ li sitwazzjonijiet komparabbli m’għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti m’għandhomx jiġu ttrattati fl-istess mod sakemm tali trattament huwa ġustifikat b’mod objettiv. Hemm bżonn ikun żgurat li f'ċirkustanzi simili ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta' kwalunkwe provditur tal-komunikazzjoni elettronika minn Stati Membri differenti f'sitwazzjonijiet oġġettivament ekwivalenti sabiex ikunu jistgħu isiru operazzjonijiet multiterritorjali aktar integrati. Barra minn hekk, għandu jkun hemm proċeduri speċifiċi fil-livell tal-Unjoni għar-reviżjoni ta' abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar ir-rimedji skont it-tifsira tal-Artikolu 7a u li jiġu applikati prattiki regolatorji konsistenti fis-suq uniku, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri li huma fl-ambitu tal-Artikoli 15 jew 16 tad-Direttiva 2002/21/KE f'każijiet bħal dawn, sabiex ikunu evitati diverġenzi mhux ġustifikati fl-obbligi applikabbli għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika fi Stati Membri differenti ., jew tal-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE . [Em. 18]

(16)  Għandha tiġi stabbilita allokazzjoni ta' kompetenzi regolatorji u superviżorji bejn l-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti tal-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika bil-għan li jonqsu l-ostakli għad-dħul filwaqt li jkun żgurat li jiġu infurzati kif jixraq il-kundizzjonijiet applikabbli għall-provdiment ta' servizzi u entwerks tal-komunikazzjoni elettronika minn dawn il-provdituri. Għalhekk, filwaqt li kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissorvelja l-konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli fit-territorju tagħha skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż b'sanzjonijiet u miżuri interim, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju biss għandha tkun intitolata li tissospendi jew tirtira d-drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha jew f'parti minnha. [Em. 19]

(17)  L-ispettru tar-radju hu ġid pubbliku u riżors limitat, essenzjali għall-ilħuq ta' firxa wiesgħa ta' valuri soċjali, kulturali u ekonomiċi għas-suq intern għal komunikazzjoni mobbli, broadband bla wajers, tax-xandir u bis-satellita fl-Unjoni. Il-politika dwar l-ispettru tar-radju fl-Unjoni għandha tikkontribwixxi għal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-libertà tal-opinjoni u l-libertà li wieħed jirċievi u jxerred informazzjoni u ideat, irrispettivament mill-konfini, kif ukoll il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. L-iżvilupp tal-komunikazzjoni broadband bla wajers tgħin fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u b'mod partikolari fl-għan li jkun żgurat aċċess għall-broadband b'veloċità ta’ mhux inqas minn 30 Mbps sal-2020 għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u li l-Unjoni jkollha provdiment ta' broadband bl-ogħla veloċità u kapaċità possibbli. Madankollu, filwaqt li ċerti reġjuni globali kbar oħrajn — l-Amerika ta' Fuq, l-Afrika u partijiet mill-Asja — qabżuha lill-Unjoni fejn jidħlu l-varar u l-penetrazzjoni ta' teknoloġiji tal-Unjoni huma avvanzati ħafna, kemm fir-rigward tal-miri ta’ politika tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa kif ukoll fil-livell globali, reġjuni oħra waqgħu lura . B’mod partikolari, dan huwa parzjalment ir-riżultat tal-frammentazzjoni tal-proċess tal-Unjoni biex jagħmel disponibbli spettru partikolarment adatt għal aċċess għal broadband bla wajers tal-aħħar ġenerazzjoni li hemm bżonn biex jintlaħqu ta’ veloċità għolja- frammentazzjoni li tikkomprometti l-ilħuq ta’ dawk l-għanijiet strateġiċi ta' politika għall-Unjoni kollha kemm hi .

Il-proċess frammentat biex tingħata awtorizzazzjoni u biex tkun disponibbli banda band ta' 800 MHz għal komunikazzjoni broadband bla wajers, b'aktar fejn aktar minn nofs l-Istati Membri jitolbu ngħataw deroga mill-Kummissjoni jew inkella ma jirnexxilhomx jagħmlu dan sal-iskadenza stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju23 (RSPP), jixhed l-urġenza ta' azzjoni anke fit-terminu tal-RSPP attwali. Il-miżuri Il-proċess jindika wkoll ħtieġa għal titjib fl-eżerċizzju min-naħa tal-Kummissjoni tas-setgħat tagħha, l-importanza kruċjali tal-implimentazzjoni leali tal-miżuri tal-Unjoni u ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-Istati Membri. L-isforzi qawwija min-naħa tal-Kummissjoni biex tinforza miżuri tal-Unjoni diġà adottati biex tarmonizza l-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) ma kinux biżżejjed għandhom, minnhom infushom, jikkontribwixxu b’mod sostanzjali biex jindirizzaw din il-problema. [Em. 20]

(17a)  In-negozjar u l-kiri ta’ spettru armonizzat għall-komunikazzjonijiet broadband bla wajers iżidu l-flessibbiltà u jwasslu għal allokazzjoni iktar effiċjenti tar-riżorsi tal-ispettru. Għaldaqstant dan għandu jiġi ffaċilitat u stimulat aktar, inkluż billi jiġi żgurat li d-drittijiet kollha tal-użu, inklużi dawk diġà mogħtija, jkunu ta’ tul ta' żmien suffiċjenti. [Em. 21]

(18)  L-applikazzjoni ta' bosta politiki nazzjonali toħloq inkonsistenzi u frammentazzjoni fis-suq intern li jfixklu l-varar ta' servizzi madwar l-Unjoni u t-tlestija tas-suq intern għal komunikazzjoni broadband bla wajers. B'mod partikolari din tista' toħloq kundizzjonijiet mhux indaqs għall-aċċess għal servizzi bħal dawn, ixxekkel il-kompetizzjoni bejn impenji fi Stati Membri differenti u toħnoq investimenti f'netwerks u teknoloġiji aktar avvanzati u l-ħruġ ta' servizzi innovattivi, u b'hekk iċaħħad liċ-ċittadini u lin-negozji milli jkollhom servizzi integrati ta' kwalità għolja aċessibbli kullimkien u ċċaħħad lill-operaturi tal-broadband bla wajers milli jżidu aktar l-effiċjenza permezz ta' operazzjonijiet aktar integrati fuq skala kbira. Għalhekk, azzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar ċerti aspetti tal-assenjament tal-ispettru tar-radju għandhom jakkumpanjaw l-iżvilupp ta' kopertura integrata wiesgħa ta' servizzi avvanzati tal-komunikazzjoni broadband bla wajers madwar l-Unjoni kollha. Fl-istess waqt, tinħtieġ biżżejjed flessibbiltà biex jiġu akkomodati rekwiżiti nazzjonali speċifiċi, u l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jadottaw miżuri biex jorganizzaw l-ispettru tar-radju tagħhom għal finijiet ta’ ordni pubblika, sigurtà pubblika u difiża, is-salvagwardja u l-promozzjoni ta' objettivi ta' interess ġenerali bħad-diversità lingwistika u kulturali u l-pluraliżmu tal-midja . [Em. 22]

(19)  Il-provdituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, inklużi operaturi tat-telefonija mobbli jew konsorzji ta' dawn l-operaturi, għandhom ikunu jistgħu jorganizzaw flimkien il-koperatura il-kopertura effiċjenti, teknoloġikament moderna, avvanzata u affordabbli ta' parti wiesgħa mit-territorju tal-Unjoni għall-benefiċċju fit-tul tal-utenti finali, u għalhekk jużaw l-ispettru tar-radju f'bosta Stati Membri b'kundizzjonijiet, proċeduri, spejjeż, skedar, tul taż-żmien simili f'baned f'bands armonizzati, u b'pakketti komplementari tal-ispettru tar-radju, bħal taħlita ta' frekwenzi aktar baxxi u ogħla għal kopertura f'żoni b'popolazzjoni densa u inqas densa. Inizjattivi għal aktar kordinazzjoni u konsistenza jtejbu wkoll il-prevedibbiltà tal-ambjent tal-investiment tan-netwerk. Din il-prevedibbiltà tiffavorixxiha sew politika ċara favur id-drittijiet għal żmien fit-tul tal-użu relatat mal-ispettru tar-radju, mingħajr preġudizzju għan-natura indefinita ta' drittijiet bħal dawn f'xi Stati Membri, u marbuta min-naħa tagħha ma' kundizzjonijiet ċari imtejba għat-trasferiment, il-kera jew il-kondiviżjoni ta' parti jew l-ispettru tar-radju kollu soġġett għal dritt individwali tal-użu bħal dan. [Em. 23]

(20)  Għandhom jittejbu l-koordinazzjoni u l-konsistenza tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, għallinqas għal baned li ġew armonizzati għal komunikazzjoni broadband fissa bla wajers, nomadika u mobbli . Din tinkludi l-baned l-bands identifikati fil-livell ITU għas-Sistemi Avvanzati tat-Telekomunikazzjoni Mobbli Internazzjonali (IMT), kif ukoll il-baned il-bands użati għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju (RLAN) bħal dawk ta' 2.4 GHz u 5 GHz. Din għandha titwessa' wkoll għal baned bands li jistgħu jiġu armonizzati fil-futur għal komunikazzjoni broadband bla wajers, kif previst fl-Artikolu 3(b) tal-RSPP u fl-Opinjoni tal-RSPG dwar "Strategic challenges facing Europe in addressing the growing radio spectrum demand for wireless broadband " (L-isfidi strateġiċi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa biex tindirizza d-domanda dejjem tikber tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers) adottata fit-13 ta' Ġunju 2013, bħall-baned, fil-futur qarib, ta' 700 MHz, 1.5 GHz u 3.8-4.2 GHz. Meta wieħed iqis l-impatt fuq is-soċjetà, kulturali, soċjali u ekonomiku sinifikanti li għandhom id-deċiżjonijiet dwar l-ispettru, tali deċiżjonijiet għandhom iqisu kif xieraq il-kunsiderazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2002/21/KE u, fejn rilevanti, l-objettivi ta' interess ġenerali msemmija fl-Artikolu 9(4) ta' dik id-Direttiva. [Em. 24]

(21)  Il-konsistenza bejn il-proċeduri nazzjonali differenti tal-assenjament tal-ispettru tar-radju se tingħata preferenza b'aktar dispożizzjonijiet espliċiti dwar il-kriterji rilevanti għall-iskedar tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni; għal kemm żmien ingħataw id-drittijiet tal-użu, il-miżati u l-modalitajiet kif għandhom jitħallsu; l-obbligi tal-kapaċità u tal-koperatura; definizzjoni tal-firxa tal-ispettru tar-radju u tal-blokki tal-ispettru soġġetta għal proċedura tal-għoti; rekwiżiti oġġettivi tal-livell limitu biex tiġi promossa kompetizzjoni effettiva; kundizzjonijiet għan-negozjabbiltà tad-drittijiet tal-użu, inklużi l-kundizzjonijiet tal-kondiviżjoni.

(22)  Il-limitazzjoni tal-piż tat-tariffi għal dak li teħtieġ ġestjoni ottimali tal-ispettru tar-radju, b'bilanċ bejn ħlasijiet immedjati u l-miżati perjodiċi, tħeġġeg investiment fl-infrastruttura u varar tat-teknoloġija, u tittrasferixxi l-vantaġġi tal-ispiża relatati lill-utenti finali.

(23)  Aktar assenjamenti sinkronizzati tal-ispettru tar-radju u varar konsegwenzjali tal-broadband bla wajers madwar l-Unjoni għandhom jappoġġaw il-kisba tal-effetti ta' skala fl-industriji relatati bħal tat-tagħmir tan-netwerk u tal-apparat terminali Dawn l-industriji, min-naħa tagħhom, jistgħu jqisu aktar l-inizjattivi u l-politiki tal-Unjoni dwar l-użu tal-ispettru tar-radju, milli tqiesu dan l-aħħar. Għaldaqstant għandhom jiġu stabbiliti proċedura ta' armonizzazzjoni għall-iskedi taż-żmien għall-assenjzazzjoni u tul minimu jew komuni tad-drittijiet tal-użu f'baned bħal dawn.

(24)  Fir-rigward ta' kundizzjonijiet sostantivi ewlenin oħrajn li jistgħu jingħaqdu mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers, L-applikazzjoni konverġenti minn Stati Membri individwali tal-prinċipji u l-kriterji regolatorji stabbiliti f'dan ir-Regolament fil-qafas regolatorju tal-Unjoni se tingħata preferenza b'mekkaniżmu tal-kordinazzjoni li permezz tiegħu l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jkollhom l-opportunità jikkummentaw qabel Stat Membru partikolari jagħti drittijiet tal-użu u li permezz tiegħu l-Kummissjoni jkollha l-opportunità li wara li tqis il-fehmiet tal-Istati Membri, tevita l-implimentazzjoni ta' xi proposta li jidher li ma tkunx konformi mal-liġi tal-Unjoni. [Em. 25]

(25)  Iż-żieda kbira fid-domanda tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers, turi li għandhom jiġu promossi soluzzjonijiet s-soluzzjonijiet għal aċċess alternattiv għall-broadband bla wajers li jkun effiċjenti fl-użu tal-ispettru Dawn jinkludu l-użu għandhom jiġu mħeġġa u mhux evitati . Dan attwalment jinkludi, iżda mhuwiex ristrett biss għall-użu ta’ sistemi tal-aċċess bla wajers b’qawwa baxxa li jkollhom firxiet fuq żoni żgħar, bħall-hekk imsejħa “hotspots” tan-netwerks taż-żona lokali bir-radju (RLAN, magħrufa wkoll bħala “WiFi” ), kif ukoll punti ta’ aċċess ċellulari żgħar ta’ qawwa baxxa (li jissejħu wkoll femtoċelloli, pikoċelloli jew metroċelloli). L-aċċess dinamiku għall-ispettru, inkluż abbażi ta’ eżenzjoni mil-liċenzja u teknoloġiji u użijiet innovattivi oħra tal-ispettru għandhom jiġu mħeġġa u magħmula possibbli. [Em. 26]

(26)  Sistemi kumplimentari tal-aċċess bla wajers bħall-RLAN, b'mod partikolari punti tal-aċċess RLAN aċċessibbli għall-pubbliku, jippermettu dejjem aktar lill-utenti finali li jaċċessaw l-internet u jippermettu lill-operaturi tat-telefonija mobbli li jtaffu t-traffiku mobbli, għax jużaw minn riżorsi armonizzati tal-ispettru tar-radju mingħajr il-bżonn ta' awtorizzazzjoni individwali jew dritt tal-użu tal-ispettru tar-radju.

(27)  S'issa, il-biċċa l-kbira tal-punti tal-aċċess RLAN jużawhom l-utenti privati bħala estensjoni lokali bla wajers tal-konnessjoni broadband fissa tagħhom. Jekk fil-limiti tal-abbonament tal-internet tagħhom, l-utenti finali jagħżlu li jaqsmu l-aċċess RLAN tagħhom ma' oħrajn, id-disponibbiltà ta' għadd kbir ta' punti tal-aċċess bħal dawn, b'mod partikolari f'żoni b'popolazzjoni densa, għandha timmassimizza l-kapaċità tad-dejta bla wajers permezz tal-użu mill-ġdid tal-ispettru tar-radju u toħloq infrastruttura broadband bla wajers kumplimentari u kosteffikaċi li tkun aċċessibbli għal utenti finali oħra. Għalhekk, għandhom jitneħħew jew jiġu evitati restrizzjonijiet bla bżonn għall-utenti finali biex jaqsmu l-punti tal-aċċess RLAN tagħhom ma' utenti finali oħra jew biex jikkomunikaw ma' dawn il-punti tal-aċċess.

(28)  Barra minn hekk, għandhom jitneħħew ukoll restrizzjonijiet bla bżonn għall-użu u l-interkonnessjoni ta' punti tal-aċċess RLAN. L-awtoritajiet pubbliċi jew il-provdituri ta' servizzi pubbliċi qed jużaw dejjem aktar il-punti tal-aċċess RLAN fl-istabbilimenti tagħhom għall-iskop tagħhom, pereżempju biex jużahom il-persunal tagħhom, ħalli l-aċċess kosteffikaċi fuq il-post miċ-ċittadini għas-servizzi tal-gvern elettroniku ikun aktar faċli, jew biex ikun sostnut il-provdiment ta' servizzi pubbliċi intelliġenti b'informazzjoni f'ħin reali, bħal pereżempju għat-trasport pubbliku jew għall-ġestjoni tat-traffiku. Dawn il-korpi jistgħu jipprovdu wkoll aċċess għal punti tal-aċċess bħal dawn għaċ-ċittadini inġenerali bħala servizz anċillari għas-servizzi offruti lill-pubbliku f'dawn l-istabbilimenti, u għandhom jitħallew jagħmlu dan skont ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku. Li aċċess lokali għan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jsir disponibbli fi proprjetà privata jew madwarha jew f'żona pubblika limitata bħala servizz anċillari għal attività oħra li mhix dipendenti fuq dan l-aċċess, bħal pereżempju hotspots RLAN li jkunu disponibbli għall-klijenti ta' attivitajiet kummerċjali oħra jew għall-pubbliku ġenerali f'dik iż-żona, ma għandux jikkwalifika lil dan il-provditur bħala provditur tal-komunikazzjoni elettronika.

(29)  Il-punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar b'qawwa baxxa tagħmir żgħar ħafna u li ma tagħtix fil-għajn simili għar-routers tal-WiFi domestiċi, li għalihom għandhom jiġu speċifikati karatteristiċi tekniċi fil-livell tal-Unjoni għall-varar u l-użu tagħhom f'kuntesti lokali differenti soġġetti għall-awtorizzazzjoni ġenerali, mingħajr restizzjonijiet mhux xierqa minn ippjanar individwali jew permessi oħra. Il-proporzjonalità ta' miżuri li jispeċifikaw il-karatteristiċi tekniċi għal dan l-użu biex jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni ġenerali għandha tkun żgurata b'karatteristiċi li huma ferm aktar restrittivi mil-livelli limitu massimi applikabbli f'miżuri tal-Unjoni fejn jidħlu parametri bħall-output tal-enerġija.

(30)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġestjoni tal-ispettru tar-radju fil-livell nazzjonali ma jżommx lil Stati Membri oħra milli jużaw l-ispettru tar-radju li huma intitolati għalih, jew milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom fejn jidħlu l-baned li għalihom, l-użu jkun armonizzat fil-livell tal-Unjoni. Filwaqt li l-attivitajiet eżistenti tal-RSPG jkunu l-pedament, hemm bżonn mekkaniżmu tal-kordinazzjoni li jiżgura li kull Stat Membru jkollu aċċess ekwu għall-ispettru tar-radju u li r-riżultati tal-kordinazzjoni jkunu konsistenti u infurzabbli. [Em. 27]

(31)  L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE turi li d-dispożizzjonijiet eżistenti li jeżiġu l-applikazzjoni konsistenti tal-miżuri regolatorji kif ukoll l-għan ta' kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern ma ħolqux biżżejjed inċentivi biex jitfasslu prodotti tal-aċċess skont standards u proċessi armonizzati, b'mod partikolari fejn jidħlu n-netwerks fissi. Meta joperaw fi Stati Membri differenti, l-operaturi jsibuha diffiċli jsibu inputs tal-aċċess bil-livelli t-tajba tal-kwalità u tal-interoperabbiltà tan-netwerk u tas-servizz, u meta dawn ikunu disponibbli, dawn l-inputs juru karatteristiċi tekniċi differenti. Dan iżid l-ispejjeż u jkun ta' xkiel għall-provdiment tas-servizzi bejn il-fruntieri nazzjonali. [Em. 28]

(32)  L-integrazzjoni tas-suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika se tiżdied bit-twaqqif ta' qafas li jiddefinixxi ċerti prodotti virtwali Ewropej ewlenin, li huma partikolarment importanti għall-provdituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jipprovdu servizzi transfruntieri u biex jadottaw strateġija pan-Unjoni f'ambjent li qed isir dejjem aktar għalkollox bl-IPs, skont parametri ewlenin u karatteristiċi minimi. [Em. 29]

(33)  Għandhom jiġu indirizzati l-ħtiġijiet operattivi li jaqdu bosta prodotti virtwali. Il-prodotti tal-aċċess broadband virtwali Ewropej għandhom ikunu disponibbli meta operatur b'saħħa sinifikanti fis-suq ikun intalab skont it-termini tad-Direttiva Qafas u tad-Direttiva dwar l-Aċċess, biex jipprovdi aċċess fuq termini regolati f''punt tal-aċċess speċifiku fin-netwerk tiegħu. L-ewwel, għandu jeħfief id-dħul tranfruntieri effiċjenti permezz ta' prodotti armonizzati li jippermettu l-provdiment tal-bidu minn provdituri trasnfruntieri tas-servizzi lill-klijenti finali tagħhom bla dewmien u bi kwalità prevedibbli u biżżejjed, inklużi servizzi lil klijenti kummerċjali b'bosta stabbilimenti fi Stati Membri differenti, meta dan ikun meħtieġ u proporzjonat skont l-analiżi tas-suq. Dawn prodotti armonizzati għandhom ikunu disponibbli għal biżżejjed żmien biex min ifittex aċċess u l-provdituri jkunu jistgħu jippjanaw investimenti għal żmien medju u fit-tul. [Em. 30]

(34)  It-tieni, prodotti tal-aċċess virtwali sofistikati li jeħtieġu livell ogħla ta' investiment minn min ifittex aċċess u li jippermettulhom livell ogħla ta' kontroll u differenzjazzjoni, b'mod partikolari billi jipprovdu aċċess fuq livell aktar lokali, huma importantibiex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal kompetizzjoni sostenibbli fis-suq intern kollu. Għalhekk, dawn il-prodotti tal-aċċess ewlenin għall-operaturi għal netwerks tal-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA) għandhom ikunu armonizzati wkoll biex jeħfief l-investiment transfruntieri. Dawn il-prodotti tal-aċċess broadband virtwali għandhom jitfasslu bil-funzjonalitajiet ekwivalenti għad-diżaggregazzjoni fiżika, sabiex iwessgħu l-firxa ta' rimedji potenzjali għall-operaturi li jkunu jistgħu jitqiesu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità skont id-Direttiva 2002/19/KE. [Em. 31]

(35)  It-tielet nett, jeħtieġ ukoll li jiġi armonizzat prodott tal-aċċess għall-oepraturi għal segmenti tat-terminazzjoni tal-linji mikrija b'interfaċċi mtejba, ħalli jkun jista' jsir provdiment transfruntieri ta' servizzi ta' konnessjoni kritika għall-missjoni għall-aktar utenti kummerċjali eżiġenti. [Em. 32]

(35a)  Jeħtieġ li jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet għall-prodotti għall-operaturi ta’ kwalità għolja użati għall-provdiment ta’ servizzi tan-negozju biex jippermettu l-provdiment kontinwu ta’ servizzi lil korporazzjonijiet transkonfinali u multinazzjonali fl-Unjoni Ewropea kollha. Tali armonizzazzjoni jista’ jkollha rwol sinifikanti f’termini ta’ kompetittività tan-negozju tal-UE rigward il-kostijiet tal-komunikazzjoni. [Em. 33]

(36)  F'kuntest ta' migrazzjoni progressiva gћal "netwerks ibbażati għalkollox fuq l-IPs", in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti tal-konnettività bbażati fuq il-protokoll tal-IP għal klassijiet differenti ta' servizzi bi kwalità tas-servizzi żgurata li tippermetti mogħdijiet tal-komunikazzjoni bejn id-dominji tan-netwerk u bejn it-trufijiet tan-netwerk, kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom, ixekkel l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet li jistrieħu fuq l-aċċess għal netwerks oħrajn, u allura jillimita l-innovazzjoni teknoloġika. Barra minn hekk, din is-sitwazzjoni żżomm it-tixrid fuq skala usa' ta' effiċjenzi relatati mal-ġestjoni u l-provdiment ta' netwerks ibbażati fuq l-IPs u prodotti tal-konnettività b'livell żgurat ta' kwalità tas-servizzi, b'mod partikolari aktar sigurtà, affidabbiltà u flessibbiltà, kosteffikaċja u provdiment aktar malajr, li minnhom igawdu l-operaturi tan-netwerk, il-provdituri tas-servizzi u l-utenti finali. Għaldaqstant approċċ armonizzat għat-tfassil u d-disponibbiltà ta' dawn il-prodotti hu meħtieġ skont termini raġonevoli inkluż, meta tintalab, il-possibbiltà ta' provdiment inkroċjat mill-impenji tal-komunikazzjoni elettronika kkonċernati. [Em. 34]

(37)  It-twaqqif ta' prodotti tal-aċċess broadband virtwali Ewropej skont dan ir-Regolament għandu jkun rifless fil-valutazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-aktar rimedji xierqa tal-aċċess għan-netwerks tal-operaturi magħrufa li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, filwaqt li għandha tiġi evitata regolamentazzjoni żejda bil-multiplikazzjoni inutli ta' prodotti tal-aċċess għall-operaturi, kemm jekk ikunu imposti skont l-analiżi tas-suq jew jekk provduti skont kundizzjonijiet oħrajn. B'mod partikolari, l-introduzzjoni ta' prodotti tal-aċċess virtwali Ewropej ma għandux fih innifsu jwassal biex jiżdied l-għadd ta' prodotti tal-aċċess regolati imposti fuq operatur partikolari. Barra ninn hekk, il-ħtieġa biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jivvalutaw jekk prodott tal-broadband għall-aċċess virtwali għandux ikun impost minflok rimedji tal-aċċess fuq il-livell tal-operaturi,u jekk hux xieraq li jiġi impost prodott Ewropew tal-broadband għall-aċċess virtwali fil-kuntest ta' nalaiżijiet futuri tas-suq fejn isibu saħħa fis-suq sinifikanti, m'għandhiex teffettwa r-responsabbiltà tagħhom li jidndtifikaw l-aktar rimedju xieraq u effettiv biex jindirizzaw il-problema tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE. [Em. 35]

(38)  Fl-interessi tal-prevedibbiltà regolatorja, anke l-elementi ewlenin tal-prattika tad-deċiżjonijiet li qed tevolvi fil-qafas legali attwali li taffettwa l-kundizzjonijiet li skonthom il-prodotti tal-aċċess għall-operaturi, inklużi l-prodotti tal-aċċess broadband virtwali Ewropej, isiru disponibbli għan-netwerks NGA, għandhom jiġu riflessi fil-leġiżlazzjoni. Dawn għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jirriflettu l-importanza, għall-analiżi tas-swieq tal-aċċess għall-operaturi u b'mod partikolari dwar jekk hemmx bżonn kontrolli tal-prezzijiet għal dan l-aċċess għan-netwerks NGA, tar-relazzjoni bejn ir-restrizzjonijiet kompetittivi minn infrastrutturi fissi jew bla wajers alternattivi, garanziji effettivi ta' aċċess nondiskriminatorju, u l-livell attwali ta' kompetizzjoni mil-lat ta' prezz, għażla u kwalità għall-konsumaturi. Fl-aħħar mill-aħħar, din l-aħħar kunsiderazzjoni tiddetermina l-benefiċċji għall-utenti finali. Pereżempju, meta jmexxu l-valutazzjoni tagħhom skont il-każ konformi mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE u bla preġudizzju għall-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq u l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jqisu li fil-preżenza ta' żewġ netwerks NGA fissi, il-kundizzjonijiet tas-swieq huma kompetittivi biżżejjed biex imexxu l-aġġornamenti tan-netwerks u jeveolvu lejn il-forniment ta' servizzi ultraveloċi, li huwa parametru importnati tal-kompetizzjoni fuq il-livell tal-konsumaturi. [Em. 36]

(39)  Hu mistenni li ż-żieda fil-kompetizzjoni f'suq uniku twassal biex maż-żmien tonqos ir-regolamentazzjoni speċifika għas-setturi, abbażi tal-analiżi tas-suq. Fil-fatt, it-tlestija tas-suq uniku għandha twassal, fost l-oħrajn, għal xejra akbar ta' kompetizzjoni effettiva fis-swieq rilevanti, filwaqt li l-applikazzjoni ex post tal-liġi dwar il-kompetizzjoni qed kulma jmur titqies aktar biżżejjed biex tiżgura l-funzjonament tas-suq. Sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza legali u prevedibbiltà ta' approċċi regolatorji bejn il-fruntieri, għandhom jiġu pprovduti kriterji ċari u vinkolanti dwar kif għandha ssir valutazzjoni jekk suq partikolari jiġġustifikax xorta l-impożizzjoni ta' obbligi regolatorji ex-ante , b'referenza għad-durabbiltà tal-ostakli u l-prospetti tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari l-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura, u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-livell tal-konsumaturi skont parametri bħall-prezz, l-għażla u l-kwalità, li fl-aħħar minn l-aħħar huma dawk rilevanti għall-utenti finali u għall-kompetittività globali tal-ekonomija tal-UE. Dan għandu jsaħħaħ ir-reviżjonijiet suċċessivi tal-lista ta' swieq suxxettibbli għar-regolamentazzjoni ex ante u jgħin lir-regolaturi nazzjonali biex jiffokaw l-isforzi tagħhom fejn il-kompetizzjoni tkun għadha mhix effettiva u biex dan jagħmluh b'mod konverġenti. It-twaqqif ta' suq tassew uniku għall-komunikazzjoni elettronika jista' jaffettwaw ukoll l-ambitu ġeografiku tas-swieq, għall-finijiet kemm tar-regolamentazzjoni speċifika għas-setturi bbażata fuq il-prinċipji tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni innifisha.

(40)  Id-differenzi fl-implimentazzjoni nazzjonali tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li huma speċifiċi għas-setturi, joħolqu ostakli sinifikanti għas-suq diġitali uniku, b'mod partikolari fi spejjeż żejda ta' konformità għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jixtiequ joffru servizzi madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-frammentazzjoni u l-inċertezza rigward il-livell ta' protezzjoni mogħti fi Stati Membri differenti jimminaw il-fiduċja tal-utenti finali u jżommuhom lura milli jixtru servizzi tal-komunikazzjoni elettronika barra l-pajjiż. Sabiex jintlaħaq l-għan tal-Unjoni li jitneħħew l-ostakli għas-suq intern, hemm bżonn li jinbidlu l-miżuri legali nazzjonali diverġenti eżistenti f'sett uniku u armonizzat bis-sħiħ ta' regoli speċifiċi għas-setturi li joħolqu livell komuni għoli ta' protezzjoni għall-utenti finali. Din l-armonizzazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet legali ma għandhiex twaqqaf lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku milli joffru arranġamenti kuntrattwali lill-konsumaturi, li jaqbżu dak il-livell ta' protezzjoni. [Em. 37]

(41)  Billi dan ir-Regolament jarmonizza biss ċerti regoli speċifiċi għas-setturi, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, kif stabbilit minn atti mil-Liġi tal-Unjoni u l-leġislazzjoni nazzjonali li timplimentahom jimplimentawhom . [Em. 38]

(42)  Meta d-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament ikunu jirreferu għall-utenti finali, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw biss għall-konsumaturi iżda anke għal kategoriji oħrajn tal-utenti finali, primarjament il-mikrointrapriżi. Fuq talba individwali tagħhom, l-utenti finali ħlief il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiftiehmu, b'kuntratt individwali, biex jitbiegħdu minn ċerti dispożizzjonijiet. [Em. 39]

(43)  It-tlestija tas-suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika teħtieġ ukoll it-tneħħija tal-ostakli għall-utenti finali biex jiksbu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika madwar l-Unjoni kollha. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi ma għandhomx joħolqu jew iżommu ostakli għal xiri transfruntieri ta' servizzi bħal dawn. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx iċaħħdu jew jillimitaw l-aċċess jew jiddiskriminaw kontra l-utenti finali abbażi tan-nazzjonalità tagħhom jew l-Istat Membru ta' residenza. Madankollu, id-differenzjazzjoni għandha tkun tista' ssir skont differenzi ġustifikati oġġettivament fl-ispejjeż, ir-riskji u l-kundizzjonijiet tas-suq bħalma huma l-varjazzjonijiet fid-domanda u l-prezzijiet tal-kompetituri.

(44)  Jibqgħu jiddominaw differenzi sinifikanti ħafna fil-prezzijiet, kemm għal komunikazzjoni fissa kif ukoll mobbli, bejn il-komunikazzjoni domestika bil-vuċi u bl-SMS u dik li tintemm fi Stat Membru ieħor. Filwaqt li hemm differenzi sostanzjali bejn il-pajjiżi, l-operaturi u l-pakketti tat-tariffi, u bejn is-servizzi fissi u mobbli, dawn jibqgħu jaffettwaw gruppi ta' klijenti aktar vulnerabbli u joħolqu ostakli għall-komunikazzjoni bla intoppi fl-Unjoni. Dan iseħħ minkejja tnaqqis sinifikanti ħafna, u konverġenza f'termini assoluti, fir-rati tat-terminazzjoni fi Stati Membri differenti, u l-prezzijiet baxxi fis-swieq tat-tranżitu. Barra minn hekk, maż-żmien, it-tranżizzjoni għal ambjent tal-komunikazzjoni elettronika "għalkollox bl-IPs" għandha ġġib aktar tnaqqis fl-ispejjeż. Għalhekk, b'referenza għall-kriterji oġġettivi, għandha tiġi ġġustifikata kull differenza sinifikanti fit-tariffi għall-konsumaturi bejn il-komunikazzjoni fissa domestika f'distanzi twal li tkun komunikazzjoni oħra ħlief dawk f'żona lokali waħda identifikata b'kodiċi taż-żona ġeografika fil-pjan tan-numerazzjoni nazzjonali, u l-konumikazzjoni fissa li tintemm fi Stat Membru ieħor.

It-tariffi għall-konsumaturi għall-komunikazzjoni mobbli internazzjonali ma għandhomx jaqbżu l-ewrotariffi tal-vuċi u tal-SMS għal sejħiet u messaġġi tar-roaming regolati rispettivament, previsti fir-Regolament (UE) Nru 531/2012 sakemm dan ma jkunx iġġustifikat b'referenza għall-kriterji oġġettivi. Dawn il-kriterji jaf jinkludu spejjeż addizzjonali u marġini relatat raġonevoli. Fatturi oġġettivi oħrajn jistgħu jinkludu differenzi fl-elastiċità tal-prezz relatat u d-disponibbiltà faċli ta' tariffi alternattivi għall-utenti finali kollha minn provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li joffru tal-komunikazzjoni transfruntieri fl-Unjoni bi ftit ħlas jew bla ħlas, jew ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni b'funzjonalitajiet komparabbli, sakemm l-utenti finali jkunu infurmati b’mod attiv b'dawn l-alternattivi mill-provdituri tagħhom. [Em. 40]

(45)  Matul l-aħħar deċennji l-internet żviluppa fi pjattaforma miftuħa għall-innovazzjoni bi ftit xkiel għall-aċċess għall-utenti finali , għall-provdituri tal-kontenut u tal-applikazzjonijiet u għall-provdituri tas-servizzi tal-internet. Il-prinċipju tan-“newtralità tan-net” fl-internet miftuħ ifisser li t-traffiku għandu jiġi ttrattat b’mod ugwali, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, b’mod indipendenti minn min jibagħtu, minn min jirċevih, it-tip, il-kontenut, it-tagħmir, is-servizz jew l-applikazzjoni. Kif iddikjarat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Novembru 2011 dwar l-internet miftuħ u n-newtralità tan-net fl-Ewropa (15) , in-natura miftuħa tal-internet ikkostitwixxiet mutur ewlieni għall-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-innovazzjoni - li wassal għal livelli spettakolari ta’ żvilupp fl-applikazzjonijiet, kontenut u servizzi online – u, għaldaqstant, ta' tkabbir fl-offerta ta’ kontenut u servizzi, u domanda għalihom. Din in-natura għamlitu wkoll aċċelleratur ta’ importanza vitali fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-għarfien, ideat u informazzjoni, inkluż f’pajjiżi fejn l-aċċess għal midja indipendenti huwa limitat. Il-qafas regolatorju attwali għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-utenti finali li jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew li jużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi li jagħżlu huma. Madankollu, dan l-aħħar, ir-rapport tal-(BEREC) dwar prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku ppubblikat f'Mejju 2012 u studju li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa u ppubblikat f'Diċembru 2012 dwar il-funzjonament tas-suq tal-aċċess u l-provdiment tal-internet minn perspettiva tal-konsumatur, urew li għadd sinifikanti ta' utenti jfinali iġu affettwati minn prattiki tal-ġestjoni tat-traffiku li jimblukkaw jew jisslowjaw applikazzjonijiet speċifiċi. Dawn ix-xejriet jeħtieġu regoli ċari fil-livell tal-Unjoni biex jinżamm l-internet miftuħ u biex tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku minħabba miżuri ta' Stati Membri individwali. [Em. 41]

(46)  Il-libertà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni u kontenut legali , jużaw applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom hija soġġetta li tirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali kompatibbli. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-limiti għal kull restrizzjoni ta' din il-libertà minn provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku iżda hi mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar id-dritt tal-awtur u d-Direttiva 2000/31/KE . [Em. 42]

(47)  F'internet miftuħ, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku , tas-servizzi tal-aċċess għall-internet fil-limiti miftiehma fil-kuntratt dwar il-volumi tad-dejta u l-veloċitajiet għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, ma għandhomx jimblukkaw, jisslowjaw, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom ħlief għal għadd limitat ta' miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku raġonevoli. Dawn il-miżuri għandhom ikunu teknikament meħtieġa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. Ġestjoni raġonevoli tat-traffiku tinkludi prevenzjoni jew impediment minn reati kriminali serji, inklużi azzjonijiet volontarji ta' provdituri biex jipprevenu l-aċċess għall-pornografija tat-tfal u t-tixrid tagħha. It-tnaqqis kemm jista' jkun tal-effetti tal-konġestjoni tan-netwerk għandu jitqies raġonevoli sakemm il-konġestjoni tan-netwerk tkun biss temporanja jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Għandu jitħalla li tiġi indirizzata l-konġestjoni tan-netwerk sakemm il-konġestjoni tan-netwerk tkun biss temporanja jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jesiġu li provditur juri li t-trattament ugwali tat-traffiku jkun sostanzjalment anqas effiċjenti. [Em. 43]

(47a)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE. [Em. 44]

(48)  It-tariffi bbażati fuq il-volum għandhom jitqiesu kompatibbli mal-prinċipju ta' internet miftuħ sakemm dawn ikunu jippermettu lill-utenti finali biex jagħżlu t-tariffa korrispondenti għall-konsum normali tad-dejta tagħhom, skont informazzjoni ċara, trasparenti u espliċita dwar il-kundizzjonijiet u l-implikazzjonijiet ta' din l-għażla. Fl-istess waqt, dawn it-tariffi għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li tas-servizzi tal-aċċess għall-internet jadattaw aħjar il-kapaċitajiet tan-netwerks skont il-volumi tad-dejta mistennija. Hu essenzjali li l-utenti finali jkunu infurmati bis-sħiħ, qabel jaqblu ma' xi limitazzjonijiet fil-volum jew fil-veloċità tad-dejta u mat-tariffi applikabbli, li huma jistgħu jsegwu kontinwament il-konsum tagħhom u faċilment jistgħu jiksbu estensjonijiet fil-volumi tad-dejta disponibbli jekk dawn ikunu jixtiequ. [Em. 45]

(49)  L-utenti finali qed juru domanda wkoll Għandu jkun possibbli li tintlaħaq id-domanda tal-utent għal servizzi u applikazzjonijiet li jeħtieġu livell aħjar ta’ kwalità tas-servizzi li joffru l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi . Dawn is-servizzi, fost l-oħrajn, jistgħu jinkludu xandir bil-Protokoll tal-Internet (IP-TV) , mezzi ta' vidjokonferenza u ċerti applikazzjonijiet tas-saħħa. Għalhekk l-utenti finali għandhom ukoll ikunu liberi biex li jikkonkludu ftehimiet dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi aħjar ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi. Meta jiġu konklużi ftehimiet bħal dawn mal-provditur tal-aċċess għall-internet, il-provditur għandu jiżgura li s-servizz bi kwalità mtejba ma jkunx ta' dannu materjali għall-kwalità ġenerali tal-aċċess għall-internet. Barra minn hekk, il-miżuri tal-ġestjoni tat-traffiku m'għandhomx jiġu applikati b'tali mod li jiddiskriminaw bejn servizzi li qegħdin f'kompetizzjoni ma' xulxin. [Em. 46]

(50)  Barra minn hekk, hemm domanda għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jipprovdu servizzi ta' trażmissjoni bbażati fuq parametri tal-kwalità flessibbli, inklużi livelli aktar baxxi ta' prijorità għat-traffiku li ma tkunx sensittiva għall-ħin. Il-possibbiltà għall-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi biex jinnegozjaw dawn il-livelli flessibbli ta' kwalità ta' servizzi ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku hemm bżonnha tista’ tkun meħtieġa wkoll għall-provdiment ta' servizzi speċjalizzati u hu mistenni li jkollha rwol importanti fl-iżvilupp ta' ċerti servizzi ġodda bħall-komunikazzjoni M2M (bejn magna u magna). Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jibbilanċjaw aħjar it-traffiku u jipprevenu konġestjoni fin-netwerks. Għalhekk, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu ikomplu jkunu liberi li jikkonkludu ftehimiet dwar servizzi speċjalizzati b'livelli definiti ta' kwalità tas-servizzi sakemm dawn il-ftehimiet ma jkunux qed idgħajfu sostanzjalment il-kwalità ġenerali tas-servizzi l-kwalità tas-servizz tal-aċċess għall-internet. [Em. 239]

(51)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaqdu rwol essenzjali biex ikun żgurat li l-utenti finali effettivament ikunu jistgħu jeżerċitaw din il-libertà biex jużaw l-aċċess tal-internet miftuħ. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, u jiżguraw il-konformità tal-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, provdituri oħra tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u provdituri oħra tas-servizzi u d-disponibbiltà ta' servizzi tal-aċċess għall-internet nondiskriminatorji u ta' kwalità għolja li ma jiddgħajfux sostanzjalment minn servizzi speċjalizzati. Fil-valutazzjoni tagħhom ta' xkiel ġenerali possibbli għas-servizzi tal-internet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu parametri ta' kwalità bħat-timing u l-affidabbiltà (latenza, jitter, telf fil-pakketti), livelli u effetti tal-konġestjoni fin-netwerk, veleoċitajiet attwali kontra dawk riklamati, il-prestazzjoni tas-servizzi tal-aċċess tal-internet imqabbla ma' servizzi speċjalizzati , ta' kwalità mtejba, u l-kwalità kif perċepita mill-utenti aħħarin finali . L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' lmenti li jipprovdu mekkaniżmi għas-sejbien ta' rimedju effettivi, sempliċi u disponibbli faċilment għall-utenti finali u għandhom jingħataw is-setgħa jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi fuq kull provditur tas-servizzi tal-aċċess għall-internet , jew fuq uħud individwali, provdituri oħra tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew fuq uħud individwali, u provdituri oħra tas-servizzi jekk dan ikun meħtieġ biex jevita tiġi evitata degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet. [Em. 240]

(52)  Il-miżuri li jiżguraw aktar trasparenza u komparabbiltà tal-prezzijiet, it-tariffi, it-termini u l-kundizzjonijiet, u l-parametri tal-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk speċifiċi għall-provdiment tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, għandhom iżidu l-kapaċità tal-utenti finali biex jottimizzaw l-għażla tagħhom tal-provdituri u b'hekk igawdu l-kompetizzjoni bis-sħiħ. Kwalunkwe skema volontarja ta’ ċertifikazzjoni għal websajts ta’ tqabbil, gwidi jew għodod simili interattivi għandha tkun indipendenti minn kwalunkwe provditur ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, tuża lingwaġġ sempliċi u ċar, tuża informazzjoni kompleta u aġġornata, ikollha metodoloġija trasparenti, tkun affidabbli u aċċessibbli skont il-Linji Gwida għall-Aċċessibilità għall-Kontenut tal-Web 2.0 u jkollha proċedura effettiva għat-trattament tal-ilmenti. [Em. 49]

(53)  L-utenti finali għandhom ikunu infurmati kif jixraq dwar il-prezz u t-tip ta' servizz offrut qabel jixtru servizz. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll minnufih qabel il-konnessjoni tas-sejħa meta s-sejħa għal numru jew servizz speċifiċi tkun soġġetta għal kundizzjonijiet partikolari tal-prezzijiet, bħal sejħiet għal servizzi b'rata premium li bosta drabi jkunu soġġetti għal rata speċjali. Meta obbligu bħal dan ikun sproporzjonat minħabba t-tul u l-ispiża tal-informazzjoni dwar it-tariffi għall-provditur tas-servizz meta mqabbel mat-tul medju tas-sejħa u r-riskju tal-ispiża li għalih ikun espost l-utent finali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħtu deroga. L-utenti finali għandhom ikunu informati wkoll jekk numru ta' telefonata bla ħlas ikunx soġġett għal ħlasijiet addizzjonali. [Em. 50]

(54)  Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti finali kif jixraq, fost l-oħrajn dwar is-servizzi u t-tariffi tagħhom, il-parametri tal-kwalità tas-servizzi, l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza u kull limitazzjoni, u l-għażla ta' servizzi u prodotti li tfasslu għal konsumaturi b'diżabbiltà. Fil-każ ta' pjanijiet ta' tariffa b'volum predefinit ta' komunikazzjonijiet, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jgħarrfu wkoll lill-konsumaturi u utenti finali oħrajn li jkunu jixtiequ jgħaddu xi volum mhux użat mill-perjodu tal-ħlas preċedenti għall-perjodu attwali, dwar il-possibilità li jagħmlu dan. Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar u trasparenti u tkun speċifika għall-Istati Membri fejn ikunu pprovduti s-servizzi, u tiġi aġġornata meta jkollhom xi tibdil. Il-provdituri għandhom jiġu eżentati minn dawn ir-rekwiżiti tal-informazzjoni fir-rigward ta' offerti li jiġu negozjati b'mod individwali. [Em. 51]

(55)  Id-disponibbiltà ta' informazzjoni komparabbli dwar prodotti u servizzi hi importanti ħafna biex l-utenti finali ikunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni indipendenti tal-offerti. L-esperjenza turi li d-disponibilità ta' informazzjoni affidabbli u komparabbli żżid il-kunfidenza tal-utenti finali biex jużaw is-servizzi u żżidilhom ir-rieda biex jeżerċitaw l-għażla tagħhom.

(56)  Il-kuntratti huma mezz importanti għall-utenti finali biex ikun żgurat livell għoli ta' trasparenza fl-informazzjoni u ċertezza legali. Lill-utent finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jagħtuh informazzjoni ċara u komprensiva dwar kull element essenzjali tal-kuntratt qabel dan jintrabat bih. L-informazzjoni għandha tkun obbligatorja u ma għandhiex tinbidel ħlief bi ftehim sussegwenti bejn l-utent finali u l-provditur Dan l-aħħar, il-Kummissjoni u bosta awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabu diskrepanzi konsiderevoli bejn il-veloċità riklamata tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u l-veloċità proprja disponibbli lill-utenti finali . Għalhekk, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jinfurmaw lill-utenti finali , qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi li huma jistgħu realistikament jipprovdu fil-post ewlieni tal-utent finali .

Għall-konnessjonijiet tad-dejta fissi u mobbli, il-veloċità normalment disponibbli hija l-veloċità ta' servizz tal-komunikazzjoni li l-konsumatur jista' jistenna li jirċievi f'ħafna miż-żmien meta jaċċessa s-servizz, irrispettivament mill-ħin tal-jum. Il-veloċità normalment disponibbli għandha tiġi kkalkulata mill-meded tal-veloċità stmati, mill-medja tal-veloċità, mill-veloċità fis-sigħat tal-akbar traffiku u mill-veloċità minima. Il-metodoloġija għandha tiġi stabbilita fil-linji gwida tal-BEREC u tiġi rieżaminata u aġġornata regolarment biex tirrifletti l-evoluzzjoni fit-teknoloġija u fl-infrastruttura. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri jippermettu li l-utenti finali jkollhom aċċess għal informazzjoni komparabbli tan-netwerks mobbli, inklużi teknoloġiji differenti fl-Istat Membru rispettiv, qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, sabiex dawk l-utenti finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar xiri. [Em. 52]

(57)  Fir-rigward ta' tagħmir terminali, il-kuntratti għandhom jispeċifikaw kull restrizzjoni imposta mill-provditur fejn jidħol l-użu tat-tagħmir, pereżempju b'apparat mobbli bis-"SIM-locking", u kull imposta dovuta għat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel id-data tal-iskadenza miftiehma. L-ebda imposta ma għandha tkun dovuta wara li jiskadi t-tul taż-żmien miftiehem tal-kuntratt. Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw ukoll it-tipi ta' servizzi wara l-bejgħ, servizzi ta' manutenzjoni u servizzi ta' appoġġ għall-konsumatur ipprovduti. Meta jkun possibbli, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll informazzjoni teknika, li tingħata meta tintalab, dwar il-funzjonament xieraq tat-tagħmir terminali magħżul mill-utent finali. Sakemm ma tiġi identifikata l-ebda inkompatibilità teknika, dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas. [Em. 53]

(58)  Biex jiġu evitati ħasdiet bil-kontijiet, għas-servizzi kollha li jitħallsu wara li jingħataw, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu jiffissaw limiti finanzjarji massimi predefiniti għall-imposti relatati ma' kemm jużaw is-servizzi tas-sejħiet u tal-aċċess għall-internet. Din il-faċilità għandha tkun disponibbli bla ħlas, b'notifika tinkludi notifika xierqa li tkun tista' terġa' tiġi kkonsultata mill-ġdid meta jinqorob il-limitu. Meta jintlaħaq il-limitu massimu, l-utenti finali ma għandhomx jibqgħu jirċievu dawk is-servizzi u ma għandhomx jibqgħu jintalbu jħallsu għalihom, sakemm dawn ma jitolbux speċifikament li jissokta l-provdiment kif miftiehem mal-provditur. [Em. 54]

(58a)  L-ipproċessar tad-dejta personali msemmi fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness għandu jikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) , li jirregola l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq fl-Istati Membri skont dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti maħtura mill-Istati Membri, u mad-Direttiva 2002/58/KE. [Em. 55]

(58b)  L-ipproċessar tad-dejta personali msemmija fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness għandu jkun b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) . [Em. 56]

(59)  L-esperjenza mill-Istati Membri u minn studju riċenti li kkummissjonat l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi u s-Saħħa wriet li perjodi twal tal-kuntratt u estensjonijiet awtomatiċi jew taċiti tal-kuntratti joħolqu ostakli sinifikanti biex wieħed ikun jista' jibdel il-provditur. Għaldaqstant hu mixtieq li bla ma jġarrbu spejjeż, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jitterminaw kuntratt sitt xhur wara l-konklużjoni tiegħu. F'dan il-każ, l-utenti finali jistgħu jintalbu jikkompensaw lill-provdituri tagħhom għall-valur residwu tat-tagħmir terminali sussidjat jew għall-valur pro rata tempore ta' xi promozzjonijiet oħrajn. Il-kuntratti li jiġu estiżi b'mod taċitu għandhom ikunu soġġetti għal terminazzjoni b'perjodu ta' avviż ta' xahar. [Em. 57]

(60)  Kull bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet kuntrattwali imposti mill-provdituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għad-detriment tal-utenti finali, pereżempju fejn jidħlu l-ispejjeż, it-tariffi, il-limitazzjonijiet fil-volum tad-dejta, il-veloċitajiet tad-dejta, il-kopertura jew l-ipproċessar tad-dejta personali, għandhom jitqiesu li jagħtu lok għad-dritt lill-utent finali biex itemm il-kuntratt mingħajr ma jġarrab spejjeż.

(61)  Raggruppamenti li jinkludu komunikazzjoni elettronika u servizzi oħra bħal xandir lineari saru dejjem aktar mifruxin u huma element importanti tal-kompetizzjoni. Meta regoli kuntrattwali diverġenti dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt u l-bidla minn provditur għal ieħor, ikunu japplikaw għas-servizzi differenti li jiffurmaw dawn ir-raggruppamenti, l-utenti finali jiġu evitati effettivament milli jaqilbu għal offerti kompetittivi għar-raġġuppament kollu jew partijiet minnu. Għalhekk, id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt u l-bidla minn provditur għal ieħor, għandhom japplikaw għal kull element ta' raggruppament bħal dan.

(62)  Sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ambjent kompetittiv, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u jibdlu minn provditur għal ieħor meta dan ikun fl-interess tagħhom. Għalhekk, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jaqilbu mingħajr ma jixxekklu minn ostakli legali, tekniċi jew proċedurali, inklużi l-kundizzjonijiet kuntrattwali u l-imposti. Il-portabbiltà tan-numri hu faċilitatur ewlieni għall-għażla tal-konsumaturi u għal kompetizzjoni effikaċi. Din għandha tiġi implimentata b'dewmien mill-anqas ħalli n-numru jiġi attivat effettivament fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta jiġi konkluż ftehim għall-portabbiltà tan-numru. L-għeluq ta' kontijiet pendenti ma għandux ikun kundizzjoni għall-eżekuzzjoni ta' talba għall-portabbiltà.

(63)  Sabiex jiġi appoġġat il-provdiment ta' one-stop-shops u sabiex l-utenti finali jsibuha eħfef biex jibdlu l-provditur bla intoppi, il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor għandu jmexxih il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku. Il-provditur il-BEREC għandu jingħata s-setgħa li jwaqqaf linji gwida li jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi tal-provditur li qed jirċievi u ta' dak li jittrasferixxi fil-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà, filwaqt li jiżgura, fost l-oħrajn , li l-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandux itawwal jtawwalx jew ixekkel il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor Għandhom jintużaw , li l-proċess ikun awtomatizzat kemm jista' jkun proċessi awtomatizzati u jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-linji gwida għandhom jindirizzaw ukoll il-kwistjoni dwar kif għandha tkun żgurata l-kontinwità fl-esperjenza tal-utenti finali, inkluż permezz ta’ identifikaturi bħall-indirizzi tal-email, permezz, pereżempju, tal-opportunità li wieħed jagħżel il-faċilità tal-forwarding tal-emails. Id-disponibbiltà ta' informazzjoni trasparenti, preċiża u f'waqtha dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, għandha żżid il-kunfidenza tal-utenti finali fil-bdil u tagħmilhom aktar disposti li jieħdu sehem b'mod attiv fil-proċess kompetittiv. [Em. 58]

(64)  Il-kuntratti mal-providituri trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiġu terminati awtomatikament wara li ssir il-bidla minn provditur għal ieħor, u l-utenti ma għandhomx jintalbu jagħmlu passi oħrajn. Fil-każ ta' servizzi mħallsa minn qabel, kull bilanċ ta' kreditu li ma jintefaqx għandu jintradd lura lil konsumatur li jkun qed jibdel il-provditur. [Em. 59]

(65)  L-utenti finali jeħtieġu l-kontinwità meta jbiddlu identifikaturi importanti bħal indirizzi tal-email. Għal dan il-għan, u biex ikun żgurat li ma jintilfux l-emails, l-utenti finali għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu faċilità tad-direzzjonar tal-emails, bla ħlas, li joffri l-provditur trasferenti tas-servizz tal-aċċess għall-internet meta l-utent finali jkollu indirizz tal-email pprovdut mill-provditur trasferenti. [Em. 60]

(66)  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jippreskrivu proċessi globali tal-portabbiltà tan-numri u tal-bidla minn provditur għal ieħor, filwaqt li jqisu l-iżvilupp teknoloġiku u l-ħtieġa li jkun żgurat proċess tal-bidla veloċi, effiċjenti u favur il-konsumatur. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu jistgħu jimponu miżuri proporzjonati biex iarsu lill-utenti finali kif jixraq tul il-proċess kollu tal-bidla minn provditur għal ieħor, inklużi sanzjonijiet xierqa li hemm bżonn biex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji ta' abbuż jew dewmien u r-riskju li l-utenti finali jinbidlu għal provditur ieħor mingħajr il-kunsens tagħhom. Dawn għandhom ikunu jistgħu wkoll jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kumpens awtomatiku għall-utenti finali f'każijiet bħal dawn.

(67)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva biex jissorveljaw u jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, inkluża s-setgħa li jimponu penali finanzjarji jew amministrattivi effettivi fil-każ ta' ksur tagħhom.

(68)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u fis-suq, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' adattament tal-Annessi. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 61]

(69)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward deċiżjoni li teżiġi lill-Istati Membri biex jadattaw il-pjanijiet tagħhom għall-konformità ma' skeda komuni biex jingħataw id-drittijiet tal-użu u l-użu proprja.

(70)  Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-armonizzazzjoni u l-kordinazzjoni l-koordinazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru tar-radju, il-karatteristiċi ta' punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar, il-koordinazzjoni bejn Stati Membri fl-allokazzjoni tal-ispettru tar-radju, aktar regoli tekniċi u metodoloġiċi dettaljati dwar il-prodotti tal-aċċess virtwali Ewropej, u s-salvagwardja ta' aċċess għall-internet u ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku u ta' kwalità tas-servizzi, u l-kriterji tal-użu ġust għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) . [Em. 62]

(71)  Sabiex tkun żgurata konsistenza bejn l-għan u l-miżuri meħtieġa biex jitlesta s-suq uniku tal-komunikazzjoni elettronika skont jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u xi dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti speċifiċi u biex ikunu riflessi elementi ewlenin tal-prattika tad-deċiżjonijiet li qed tevolvi , għandhom jiġu emendati d-Direttivi 2002/21/KE, 2002/20/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (UE) Nru 531/2012 u (KE) Nru 1211/2009, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE . Dan jinkludi li għad-Direttiva 2002/21/KE u d-Direttivi relatati li jridu jinqraw ma' dan ir-Regolament, ikunu previsti l-introduzzjoni ta' setgħat imsaħħa lill-Kummissjoni biex tiżgura konsistenza tar-rimedji imposti fuq provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq, fil-kuntest tal-mekkaniżmu Ewropew tal-konsultazzjoni, l-armonizzazzjoni tal-kriterji adottati fil-valutazzjoni tad-definizzjoni u tal-kompetittività tas-swieq rilevanti, l-adattament tas-sistema ta' notifika skont id-Direttiva 2002/20/KE fid-dawl tal-awtorizzazzjoni unika tal-UE kif ukoll ir-revoka ta' dispożizzjonijiet dwar armonizzazzjoni minima tal-utenti finali previsti fid-Direttiva 2002/22/KE li ma jibqax bżonnhom wara l-armonizzazzjoni sħiħa prevista f'dan ir-Regolament. [Em. 63]

(72)  Is-suq tal-komunikazzjoni mobbli jibqa' frammentat fl-Unjoni, u bla netwerk tat-telefonija mobbli li jkopri l-Istati Membri kollha. Minħabba f'hekk, sabiex jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni mobbli lill-klijenti domestiċi tagћhom li jivvjaġġaw fl-Unjoni, il-provdituri tar-roaming iridu jixtru servizzi tar-roaming għall-operaturi mingħand operaturi fi Stat Membru miżjur. Dawn it-tariffi għall-operaturi joħolqu impediment importanti biex jiġu pprovduti servizzi tar-roaming f'livelli ta' prezzijiet li jikkorrispondu għal servizzi mobbli domestiċi. Għalhekk għandhom jiġu adottati aktar miżuri li jiffaċilitaw it-tnaqqis ta' dawn it-tariffi. Ftehimiet kummerċjali jew tekniċi bejn il-provdituri tar-roaming li jippermettu estensjoni virtwali tal-kopertura tan-netwerk tagħhom madwar l-UE, jipprovdu mezz biex jiġu internalizzati l-ispejjeż għall-operaturi. Sabiex jiġu pprovduti inċentivi xierqa, għandhom jiġu adoatti ċerti obbligi regolatorji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) . B'mod partikolari, meta l-provdituri tar-roaming, bis-saħħa tan-netwerks tagħhom stess jew permezz ta' ftehimiet tar-roaming bilaterali jew multilaterali jiżguraw li l-klijenti tagħhom fl-Unjoni jiġu offruti tariffi tar-roaming fil-livell tat-tariffi domestiċi, l-obbligu li l-provdituri domestiċi jippermettu lill-klijenti tagħhom aċċess għal servizzi tar-roaming bl-SMS, il-vuċi u d-dejta ta' xi provditur alternattiv tar-roaming, ma għandux japplika għal dawn il-provdituri, u soġġett għal perjodu ta' tranżizzjoni meta dan l-aċċess ikun diġà ngħata. [Em. 64]

(73)  Il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar ir-roaming jistgħu jippermettu operatur tat-telefonija mobbli li jittratta r-roaming mill-klijenti domestiċi tiegħu bin-netwerks ta' msieħba, bħala li, sa ċertu livell sinifikanti, ikun ekwivalenti għall-provdiment ta' servizzi lil dawn il-klijenti bin-netwerks tiegħu, b'effetti konsegwenzjali fuq il-prezzijiet tiegħu għall-konsumaturi għal din il-kopertura virtwali fuq in-netwerk proprju madwar l-Unjoni. Arranġament bħal dan fil-livell tal-operaturi jista' jippermetti l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda tar-roaming u għalhekk iżid l-għażla u l-kompetizzjoni fil-livell tal-konsumaturi. [Em. 65]

(74)  L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u r-Regolament Nru 531/2012 jistabbilixxu l-għan strateġiku li għandha tixxejjen id-differenza bejn it-tariffi tar-roaming u dawk domestiċi. F'termini prattiċi, dan jeħtieġ li l-konsumaturi li jkunu jaqgħu f'xi kategorija osservabbli wiesgħa tal-konsum domestiku, identifikati b'referenza għall-bosta pakketti domestiċi għall-konsumaturi li toffri xi parti, ikunu jistgħu b'mod kunfidenti jirreplikaw ix-xejra tipika tal-konsum domestiku li tkun assoċjata mal-pakketti domestiċi rispettivi tagħhom għall-konsumaturi filwaqt li minn żmien għal żmien ikunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni, mingħajr spejjeż addizzjonali ma' dawk imġarrba f'ambjent domestiku. Dawn il-kategoriji wiesgħin jistgħu jiġu identifikati mill-prattika kummerċjali attwali b'referenza, pereżempju, għad-differenzjazzjoni fil-pakketti domestiċi għall-konsumaturi bejn klijenti li jħallus qabel u dawk li jħallsu wara; pakketti ta' GSM biss (jiġifieri bil-vuċi, bl-SMS); pakketti adattati għal volumi differenti ta' konsum; pakketti għan-negozji u għall-użu tal-konsumatur rispettivament; pakketti għall-konsumaturi bi prezzijiet għal kull unità kkunsmata u dawk li jipprovdu "damma" ta’ unitajiet (eż. damma ta' minuti ta' vuċi, damma ta' megabytes ta' dejta) b'miżata standard, irrispettivament mill-konsum attwali. Id-diversità tal-pjanijiet u l-pakkett ta' tariffi għall-konsumaturi li huma disponibbli għal klijenti fi swieq domestiċi tat-telefonija mobbli amdwar l-Unjoni, takkomoda d-domandi varji tal-utenti li huma assoċjati ma' suq kompetittiv. Dik il-flessibbiltà fis-swieq domestiċi għandha tkun riflessa wkoll fl-ambjent tar-roaming intra-Unjoni, filwaqt li ma għandux jintesa li l-ħtieġa ta' provdituri tar-roaming għal inputs għall-operaturi mingħand operaturi indipendenti tan-netwerk fi Stati Membri differenti, xorta tista' tiġġustifika l-impożizzjoni ta' limiti b'referenza għal użu raġonevoli jekk it-tariffi domestiċi jiġu applikati għal konsum tar-roaming bħal dan. [Em. 66]

(75)  Filwaqt li qabel xejn hu f'idejn il-provdituri l-provdituri tar-roaming li jivvalutaw huma stess il-karattru raġonevoli tal-volumi il-volumi tas-sejħiet bil-vuċi, l-SMS u d-dejta tar-roaming li jridu jkopru r-rati domestiċi f'bosta pakketti għall-konsumaturi li jkollhom, huma jistgħu, minkejja t-tneħħija tat-tariffi tar-roaming tal-konsumaturi sal-15 ta' Diċembru 2015, japplikaw "klawżola għall-użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming regolati għall-konsumatur mogħtija bil-prezz lokali applikabbli, b'referenza għall-kriterji tal-użu ġust . Dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati b'mod li l-konsumaturi jkunu jistgħu b'mod kunfidenti jirreplikaw ix-xejra tipika tal-konsum lokali li tkun assoċjata mal-pakketti lokali rispettivi tagħhom għall-konsumaturi filwaqt li minn żmien għal żmien ikunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni mingħand il-provdituri tar-roaming ta' dawn il-limiti tal-użu raġonevoli ġusti u jiżguraw li dawn ikunu definiti speċifikament b'referenza għall-informazzjoni kwantifikata dettaljata fil-kuntratti b'termini ċari u trasparenti għall-klijenti. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-gwida rilevanti tal-BEREC, abbażi tar-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika, għall-applikazzjoni ta' kriterji tal-użu ġust fil-kuntratti għall-konsumaturi li jipprovdu l-provdituri tar-roaming . Fil-gwida tiegħu, il-BEREC għandu jidentifika bosta mudelli sostanzjati bix-xejriet sottostanti tal-użu tal-vuċi, id-dejta u l-SMS fil-livell tal-Unjoni, u l-evoluzzjoni tal-aspettattivi b'mod partikolari fejn jidħol il-konsum tad-dejta bla wajers. L-ogħla limiti ewrotarrifarji massimi għandhom ikomplu jservu bħala limitu ta' salvagwardja għat-tariffi għall-konsum ogħla mil-limiti tal-użu ġust sakemm jibqa' fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 531/2012. [Em. 67]

(76)  Barra minn hekk, issa, it-tnaqqis sinifikanti fir-rati tat-terminazzjoni mobbli madwar l-Unjoni kollha fil-passat riċenti għandu jippermetti t-tneħħija ta' tariffi tar-roaming addizzjonali għal telefonati riċevuti. Sabiex jiġu pprovduti ċarezza u ċertezza tad-dritt, id-data tal-15 ta' Diċembru 2015 għandha tiġi stabbilita għall-eliminazzjoni gradwali finali tas-soprataxxi tar-roaming tal-konsumaturi li ġew introdotti bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) . Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta' Ġunju 2015, qabel dik l-abolizzjoni finali tas-soprataxxi fuq il-konsumaturi, tirrapporta dwar kwalunkwe tibdil meħtieġ għar-rati għall-operaturi jew għall-mekkaniżmi tas-suq tal-operaturi, waqt li tikkunsidra wkoll ir-rati tat-terminazzjoni tal-mobajl (MTR) applikabbli għar-roaming fl-Unjoni kollha . [Em. 68]

(77)  Sabiex tiġi pprovduta stabilità u tmexxija strateġika lill-attivitajiet tal-BEREC, il-Bord tar-Regolaturi BEREC għandu jkun irrappreżentat minn President b’impjieg sħiħ maħtur mill-Bord tar-Regolaturi, fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar il-parteċipanti fis-swieq tal-komunikazzjoni elettronika u s-swieq, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u ġestita mill-Bord tar-Regolaturi assistit mill-Kummissjoni. Għan-nomina tal-ewwel President tal-Bord tar-Regolaturi, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tasal għal lista finali ta’ kandidati fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja. Għan-nomini sussegwenti, l-opportunità li jkun hemm lista mqassra mfassla mill-Kummissjoni għandha tiġi riveduta f’rapport li għandu jiġi stabbilit skont dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-BEREC għandu għalhekk jinkludi l-President tal-Bord tar-Regolaturi, Kumitat ta’ tmexxija u Maniġer Amministrattiv. [Em. 69]

(78)  Għalhekk id-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, għandhom jiġu emendati skont dan. [Em. 70]

(79)  Il-Kummissjoni tista' dejjem għandha titlob l-opinjoni tal-BEREC skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009, meta jidhrilha li tkun meħtieġa meħtieġ għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. [Em. 71]

(79a)  Il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jiġi rieżaminat kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport ta’ Implimentazzjoni dwar il-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika (21) . Ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq valutazzjonijiet ex-post tal-impatt tal-qafas mill-2009, konsultazzjoni sħiħa u valutazzjoni ex-ante bir-reqqa tal-impatti mistennija tal-proposti li jirriżultaw mir-rieżami. Il-proposti għandhom jiġi ppreżentati fi żmien li jippermetti ħin biżżejjed biex il-leġiżlatur janalizzahom u jiddiskutihom tajjeb. [Em. 72]

(80)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva d-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment l-Artikolu 8 (il-protezzjoni tad-dejta personali), l-Artikolu 11 (il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni), l-Artikolu 16 (il-libertà li wieħed ikollu negozju), l-Artikolu 21 (in-nondiskriminazzjoni) u l-Artikolu 38 (il-protezzjoni tal-konsumatur).

(81)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji u r-regoli dettaljati meħtieġa biex jitlesta suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif jistabbilixxi l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif jistabbilixxi dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

L-għan u l-kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji u r-regoli dettaljati meħtieġa biex jitlesta suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika, li fih : [Em. 73]

(a)  il-provdituri ta' servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jkollhom id-dritt, il-kapaċità u l-inċentiv li jiżviluppaw, jestendu u jiġi faċilitat l-eżerċizzju prattiku tad-dritt tal-provdituri ta’ servizzi u netwerks tal-komunikazzjoni elettronika li joperaw in-netwerks tagħhom u li jipprovdu servizzi irrispettivament minn fejn il-provditur ikun stabbilit jew fejn fl-Unjoni jkunu jinsabu l-klijenti tiegħu permezz ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni armonizzata u ssimplifikata bbażata fuq mudell armonizzat , [Em. 74]

(b)  iċ-ċittadini u n-negozji jkollhom id-dritt u l-possibbiltà jiġi faċilitat l-eżerċizzju prattiku tad-dritt taċ-ċittadini u n-negozji li jaċċessaw servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kompetittivi, siguri u affidabbli, irrispettivament minn fejn ikunu pprovduti fl-Unjoni, b'regoli komuni li jiggarantixxu standards għolja ta' protezzjoni, privatezza u sigurtà tad-dejta personali tagħhom, mingħajr ma jixxekklu minn restrizzjonijiet transfruntieri jew spejjeż addizzjonali mhux ġustifikati. [Em. 75]

(ba)  jintlaħaq qafas tal-Unjoni aktar koordinat għal spettru tar-radju armonizzat għas-servizzi ta’ komunikazzjoni broadband mingħajr wajers; [Em. 76]

(bb)  biex tiġi indirizzata l-eliminazzjoni gradwali ta’ soprataxxi mhux ġustifikati għal komunikazzjoni tar-roaming fl-Unjoni. [Em. 77]

2.  B’mod partikolari, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji li skonthom il-Kummissjoni, il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC) u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u reġjonali għandhom jaġixxu, ilkoll fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, biex: [Em. 78]

(a)  ikunu żgurati kundizzjonijiet regolatorji simplifikati, prevedibbli u konverġenti rigward parametri amministrattivi u kummerċjali ewlenin, inkluż fir-rigward tal-proporzjonalità ta' obbligi individwali li jistgħu jiġu imposti skont l-analiżi tas-suq; [Em. 79]

(b)  tkun promossa kompetizzjoni sostenibbli fis-suq uniku u l-kompetittività globali tal-Unjoni, u biex tonqos ir-regolamentazzjoni tas-suq speċifika għas-setturi kif jixraq, meta jintlaħqu dawn l-għanijiet; [Em. 80]

(c)  jitħeġġu l-investiment u l-innovazzjoni f’infrastrutturi ġodda u msaħħa ta’ kapaċità għolja u jiġi żgurat li dawn jilħqu l-Unjoni kollha u li jkunu jistgħu jaqdu d-domanda tal-utenti finali li dejjem tevolvi, ikunu fejn ikunu l-utenti finali fit-territorju tal-Unjoni ; [Em. 81]

(d)  jiġi faċilitat provdiment tas-servizz innovattiv u ta' kwalità għolja; [Em. 82]

(e)  ikunu żgurati d-disponibbiltà u l-użu tassew effiċjenti tal-ispettru tar-radju, kemm jekk soġġett għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew tad-drittijet għall-użu individwali, għal servizzi broadband bla wajers b'appoġġ għall-innovazzjoni, l-investiment, l-impjiegi u l-ġid tal-utenti finali; [Em. 83]

(f)  jinqdew l-interessi taċ-ċittadini u l-utenti finali tal-konnettività billi jitrawmu l-kundizzjonijiet tal-investiment biex tiżdied l-għażla u l-kwalità tal-aċċess għan-netwerk u tas-servizz, u billi tkun faċilitata l-mobilità madwar l-Unjoni u l-inklużjoni kemm territorjali kif ukoll soċjali. [Em. 84]

3.  Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-prinċipji regolatorji ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-regoli dettaljati meħtieġa għal:

(a)  awtorizzazzjoni unika tal-UE għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika

(b)  aktar konverġenza tal-kundizzjonijiet regolatorji fir-rigward tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' rimedji imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika;

(c)  il-providment armonizzat fil-livell tal-Unjoni ta' ċerti prodotti għall-operaturi għal broadband skont kundizzjonijiet regolatorji konverġenti;

(d)  qafas Ewropew kordinat għall-assenjament tal-ispettru tar-radju armonizzat għal servizzi tal-komunikazzjoni broadband bla wajers, sabiex b'hekk jinħoloq spazju Ewropew bla wajers;

(e)  l-armonizzazzjoni ta' regoli relatati mad-drittijiet tal-utenti finali u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-konsumaturi, biex b'hekk jinħoloq spazju Ewropew tal-konsumaturi għall-komunikazzjoni elettronika;

(f)  it-tneħħija ta' soprataxxi mhux ġustifikati fuq il-komunikazzjonijiet intra-Unjoni u komunikazzjonijiet tar-roaming fl-Unjoni. [Em. 85]

3a.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-acquis tal-Unjoni relatat mal-protezzjoni tad-dejta u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 86]

L-Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE, 2002/22/KE u 2002/77/KE.

Għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:

(1)  "provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika" tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni li tipprovdi jew beħsiebha tipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, direttament jew minn sussidjarja waħda jew iżjed, indirizzati għal aktar minn Stat Membru wieħed u li ma tistax titqies bħala sussidjarja ta' provditur ieħor tal-komunikazzjoni elettronika; [Em. 87]

(2)  "provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser impriża li tipprovdi netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku;

(3)  "sussidjarja" tfisser impriża li fiha, impriża oħra direttament jew indirettament:

(i)  għandha s-setgħa teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew

(ii)  għandha s-setgħa taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord tas-superviżjoni, tal-bord tat-tmexxija jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża legalment, jew

(iii)  għandha d-dritt tmexxi l-affarijiet tal-impriża; [Em. 88]

(4)  "awtorizzazzjoni unika tal-UE" tfisser il-qafas legali applikabbli għal provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha skont l-awtorizzazzjoni ġenerali fl-Istat Membru tad-domiċilju u skont dan ir-Regolament; [Em. 89]

(5)  "Stat Membru tad-domiċilju" tfisser l-Istat Membru fejn il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu; [Em. 90]

(6)  "l-istabbiliment ewlieni" tfisser il-post tal-istabbiliment fl-Istat Membru fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-investimenti fi u twettiq tal-provdiment ta' servizzi jew netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni; [Em. 91]

(7)  "Stat Membru ospitant" tfisser kull Stat Membru differenti mill-Istat Membru tad-domiċilju, fejn il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika; [Em. 92]

(8)  "spettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers" tfisser l-ispettru tar-radju li għalih il-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà, l-effiċjenza u l-użu effiċjenti primarju huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari skont id-Deċiżjoni d-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE u d-Deċiżjoni  676/2002/KE, u jintuża għal servizzi tal-komunikazzjoni elettronika ħlief għax-xandir; [Em. 93]

(9)  “punt tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar” tfisser tagħmir żgħir tal-aċċess għal netwerk bla wajers b’qawwa baxxa li jaħdem f'distanzi qosra, bl-użu ta’ spettru liċenzjat jew ta' taħlita ta’ spettru liċenzjat jew eżentat mil-liċenzjar, li jista’ jkun jew ma jkunx parti minn netwerk tal-komunikazzjoni mobbli terrestri pubbliku, u li jkollu antenna b'impatt viżiv baxx, waħda jew aktar, biex il-pubbliku jkollu aċċess bla wajers għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika irrispettivament mit-tipoloġija tan-netwerk sottostanti; [Em. 94]

(10)  "netwerk taż-żona lokali bir-radju" (RLAN) tfisser sistema tal-aċċess bla wajers b'qawwa baxxa, li topera f'medda qasira, li għandha riskju baxx ta' interferenza ma' sistemi oħra bħalha li jkunu qed jużaw utenti finali fil-viċinanzi, u li tuża spettru fuq bażi mhux esklussiva eżentat mil-liċenzjar li għalih il-kundizzjonijiet tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti għal dan il-għan ikunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni; [Em. 95]

(11)  "aċċess virtwali għal broadband" tfisser tip ta' aċċess għall-importaturi għal netwerks broadband li jikkonsisti f'link tal-aċċess virtwali għal xi arkitettura tan-netwerk tal-aċċess, ħlief id-diżaggregazzjoni fiżika (tar-raggruppamenti), kif ukoll servizz ta' trażmissjoni lejn sett definit ta' punti tat-trasferiment, u inklużi elementi speċifiċi tan-netwerk, funzjonalitajiet speċifiċi tan-netwerk u sistemi tal-IT anċillari; [Em. 96]

(12)  "prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ)" tfisser prodott li jsir disponibbli fl-exchange tal-protokoll tal-internet (IP), li bih il-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu link tal-komunikazzjoni bl-IP bejn punt tal-interkonnessjoni u wieħed jew bosta punti fissi tat-terminazzjoni tan-netwerk, u jippermetti livelli definiti tal-prestazzjoni tan-netwerk bejn tarf u ieħor għall-provdiment ta' servizzi speċifiċi lill-utenti finali skont it-twassil ta' kwalità garantita speċifikata tas-servizz, skont parametri speċifikati; [Em. 97]

12a.  “newtralità tan-net” tfisser il-prinċipju li skontu t-traffiku kollu tal-internet jiġi ttrattat b’mod ugwali, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, b’mod indipendenti minn min jibagħtu, minn min jirċevih, it-tip, il-kontenut, it-tagħmir, is-servizz jew l-applikazzjoni tiegħu; [Em. 234 u 241]

(13)  "komunikazzjoni f'distanzi twal" tfisser servizzi tal-vuċi jew il-messaġġi li jintemmu barra mill-exchange lokali u miż-żoni reġjonali tal-imposti kif jidentifika l-kodiċi taż-żona ġeografika fil-pjan tan-numerazzjoni nazzjonali; [Em. 98]

(14)  "servizz tal-aċċess għall-internet" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jipprovdi konnettività mal-internet skont il-prinċipju tan-newtralità tan-net , u allura konnettività bejn virtwalment kull punt finali virtwalment konness mal-internet , tal-internet irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk użata jew it-tagħmir terminali użati ; [Em. 235 u 242]

(15)  "servizz speċjalizzat" tfisser servizz tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz ieħor li jipprovdi l-kapaċità ta' aċċess ottimizzat għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, u li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu huma kontrollati minn tarf għal ieħor jew jipprovdi l-kapaċità li tintbagħat jew tasal dejta lejn jew mingħand għadd determinat ta' partijiet jew punti terminali; ipprovdut b'kapaċità distinta loġikament u li jiddependi minn kontroll ta' aċċess strett, joffri funzjonalità li tirrikjedi kwalità msaħħa minn tarf sa tarf u li ma jkunx kummerċjalizzat jew użat ħafna ma jistax jintuża bħala sostitut għal servizz tal-aċċess għall-internet; [Em. 235 u 242]

(16)  "provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li lilu jiġi trasferit in-numru tat-telefown jew is-servizz; [Em. 101]

(17)  "provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li mingħandu jiġi trasferit in-numru tat-telefown jew is-servizz. [Em. 102]

Kapitolu II

Awtorizzazzjoni unika tal-UE

Artikolu 3

Il-libertà li tiġi provduta komunikazzjoni elettronika mal-Unjoni

1.  Kwalunkwe provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu d-dritt li jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha u li jeżerċita d-drittijiet relatati mal-provdiment ta' dawn in-netwerks u s-servizzi f'kull Stat Membru fejn jopera skont awtorizzazzjoni unika tal-UE li hi soġġetta biss għar-rekwiżiti ta' notifika previsti fl-Artikolu 4 . [Em. 103]

2.  Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika hu soġġett għar-regoli u l-kundizzjonijiet applikati f'kull Stat Membru kkonċernat f'konformità mal-liġi tal-Unjoni sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 531/2012. [Em. 104]

3.  B'deroga mill-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE, provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jkun soġġett biex iħallas miżati amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti biss jekk ikollu fatturat annwali għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f'dak l-Istat Membru aktar minn 0,5% tal-fatturat totali nazzjonali tal-komunikazzjoni elettronika. Meta jiġu imposti dawn l-imposti, għandu jitqies biss il-fatturat għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Istat Membru kkonċernat. [Em. 105]

4.  B'deroga mill-Artikolu 13(1)(b) tad-Direttiva 2002/22/KE, provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jkun soġġett għall-kontribuzzjonijiet imposti biex jaqsam il-kost nett tal-obbligi universali tas-servizz fl-Istat Membru ospitanti biss jekk ikollu fatturat annwali għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f'dak l-Istat Membru aktar minn 3% tal-fatturat totali nazzjonali tal-komunikazzjoni elettronika. Meta tiġi imposta din il-kontribuzzjoni, għandu jitqies biss il-fatturat fl-Istat Membru kkonċernat. [Em. 106]

5.  Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettroniċka għandu jkun intitolat għal trattament ugwali mill-awtoritajiet L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' Stati Membri differenti għandhom jittrattaw lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika b’mod ugwali f'sitwazzjonijiet oġġettivament ekwivalenti kumparabbli, irrispettivament mill-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom . [Em. 107]

6.  Fil-każ ta' tilwim bejn impenji li jinvolvi provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika rigward l-obbligi applikabbli skont id-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 fi Stat Membru ospitanti, il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jikkonsulta lill-awtorità regolatorja kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju li tista' tagħti opinjoni bil-ħsieb li jkun żgurat l-iżvilupp tal-prattiċi regolatorji konsistenti. Meta tiddeċiedi dwar tilwim, l-awtorità regolatorja nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti għandha tqis sew l-opinjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju. [Em. 108]

7.  Il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika li, meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, ikollhom id-dritt li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f'aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom iressqu n-notifika prevista fl-Artikolu 4 sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2016. [Em. 109]

Artikolu 4

Il-proċedura tan-notifika għall-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika

1.  Provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika għandu jressaq notifika waħda skont dan ir-Regolament biss lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju, qabel jibda l-attività f'mill-anqas Stat Membru wieħed.

2.  In-notifika għandu jkun fiha dikjarazzjoni dwar il-provdiment jew dwar l-intenzjoni li jinbeda l-provdiment ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u magħha jkollha biss din l-informazzjoni:

(a)  isem il-provditur, l-istatus u l-forma legali tiegħu, in-numru ta' reġistrazzjoni, fejn il-provditur ikun reġistrat f'negozju jew reġistru pubbliku simili ieħor, l-indirizz ġeografiku tal-istabbiliment ewlieni, persuna ta' kuntatt, deskrizzjoni qasira tan-netwerks jew tas-servizzi pprovduti jew li beħsiebhom jiġu pprovduti, inkluża l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju;

(b)  l-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn ikunu pprovduti jew beħsiebhom jiġu pprovduti s-servizzi u n-netwerks direttament jew minn sussidjarji u, fil-każ tal-aħħar, l-isem, l-istatus u l-forma legali tiegħu, l-indirizz ġeografiku, in-numru ta' reġistrazzjoni, fejn il-fornitur ikun reġistrat f'negozju jew reġistru pubbliku simili ieħor fl-Istat Membru ospitanti, u l-punt ta' kuntatt ta' kull kumpanija sussidjarja kkonċernata u ż-żoni rispettivi fejn topera. Meta kumpanija sussidjarja jikkontrollawha konġuntament żewġ provdituri tal-komunikazzjoni elettronika jew aktar li jkollhom l-istabbilimenti ewlenin tagħhom fi Stati Membri differenti, il-kumpanija sussidjarja għandha tindika l-Istat Membru tad-domiċilju rilevanti minn fost dawk tal-kumpaniji azzjonarja għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandha tiġi notifikata mill-kumpanija azzjonarja b'dak l-Istat Membru tad-domiċilju kif xieraq.

In-notifika għandha titressaq bil-lingwa jew bil-lingwi applikabbli fl-Istat Membru tad-domiċilju u fl-Istat Membru ospitanti.

3.  Kull modifika fl-informazzjoni mressqa skont il-paragrafu 2 għandha tkun disponibbli lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju fi żmien xahar mill-modifika. Fil-każ li l-modifika li trid tiġi notifikata jkollha x'taqsam mal-intenzjoni li jiġu pprovduti netwerks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru ospitanti li mhux kopert minn notifika preċedenti, il-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika jista' jibda l-attività f'dak l-Istat Membru ospitanti man-notifika.

4.  Kull nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit ta' notifika stabbilit f'dan l-Artikolu għandu jitqies bħala ksur tal-kundizzjonijiet komuni applikabbli għall-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika fl-Istat Membru tad-domiċilju.

5.  L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħaddi l-informazzjoni li taslilha skont il-paragrafu 2 u kull modifika f'dik l-informazzjoni skont il-paragrafu 3 lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati u lill-Uffiċċju BEREC fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi dik il-informazzjoni jew xi modifika.

L-Uffiċċju BEREC għandu jżomm reġistru aċċessibbli għall-pubbliku bin-notifiki li jsiru skont dan ir-Regolament.

6.  Meta jitlobha l-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha toħroġ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/20/KE li tispeċifika li l-impriża inkwistjoni hi soġġetta għall-awtorizzazzjoni unika tal-UE.

7.  Jekk waħda jew aktar mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi Stati Membri differenti jidhrilha li l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju f'notifika li ssir skont il-paragrafu 2 jew kull modifika fiha li ssir skont il-paragrafu 3, ma tkunx jew ma tibqax tikkorrispondi mal-istabbiliment ewlieni tal-impriża skont dan ir-Regolament, din għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni, filwaqt li tissostanzja r-raġunijiet li fuqhom issejjes l-evalwazzjoni tagħha. Kopja tar-riferiment għandha tintbagħat lill-Uffiċċju BEREC għall-informazzjoni. Wara li tkun tat l-opportunità lill-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika rilevanti u lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju kkontestat biex jesprimu l-fehmiet tagħhom, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni biex tiddetermina l-Istat Membru tad-domiċilju tal-impriża inkwistjoni skont dan ir-Regolament fi żmien tliet xhur mir-riferiment tal-kwistjoni. [Em. 110]

Artikolu 5

Konformità mal-awtorizzazzjoni unika tal-UE

1.  L-awtorità regolatorja nazzjonali ta' kull Stat Membru kkonċernat għandha tissorvelja u tiżgura, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha li timplimenta l-proċeduri previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/20/KE, li l-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika jikkonformaw mar-regoli u mal-kundizzjonijiet applikabbli fit-territorju tagħha skont l-Artikolu 3.

2.  L-awtorità regolatorja nazzjonali ta' Stat Membru ospitanti għandha tgħaddi lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju, kull informazzjoni rilevanti dwar miżuri individwali adottati fir-rigward ta' provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika bil-ħsieb li tkun żgurata konformità mar-regoli u mal-kundizzjonijiet applikabbli fit-territorju tagħha skont l-Artikolu 3. [Em. 111]

Artikolu 6

Is-sospensjoni u l-irtirar tad-drittijiet tal-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdu komunikazzjoni elettronika

1.  Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom x'jaqsmu mas-sospensjoni jew l-irtirar tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru jew tan-numri mogħtija minn xi Stat Membru kkonċernat u l-miżuri interim adottati skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju biss tista' tissospendi jew tirtira d-drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdi netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha jew f'parti minnha skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2002/20/KE.

2.  F'każijiet ta' ksur serju jew ripetut tar-regoli u tal-kundizzjonijiet applikabbli fi Stat Membru ospitanti skont l-Artikolu 3, meta jkunu fallew il-miżuri maħsuba biex jiżguraw konformità li tadotta l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 5, din għandha tgħarraf lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju u titlobha tadotta l-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

3.  Sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tadotta deċiżjoni finali dwar talba skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti tista' tieħu miżuri interim urġenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2002/20/KE meta jkollha evidenza li nkisru r-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli fit-territorju tagħha skont l-Artikolu 3. B'deroga mit-tliet xhur limitu taż-żmien previst fl-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2002/20/KE, dawn il-miżuri interim jistgħu jkunu validi sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tadotta deċiżjoni finali.

Il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju u Stati Membri ospitanti oħra għandhom jiġu informati bil-miżura interim adottata fi żmien debitu.

4.  Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju jidhrilha li għandha tieħu deċiżjoni biex tissospendi jew tirtira d-drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont il-paragrafu 1, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew meta titlobha l-awtorità regolatorja nazzjonali ta' Stat Membru ospitanti, din għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' kull Stat Membru ospitanti li jintlaqat b'din id-deċiżjoni. L-awtorità regolatorja nazzjonali ta' Stat Membru ospitanti tista' tagħti opinjoni fi żmien xahar.

5.  Filwaqt li tqis sew kull opinjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tadotta deċiżjoni finali u tgħaddiha lill-Kummissjoni, lill-BEREC u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti li jintlaqtu b'deċiżjoni bħal din, fi żmien ġimgħa mill-adozzjoni tagħha.

6.  Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tiddeċiedi li tissospendi jew tirtira drittijiet ta' provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont il-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja nazzjonali ta' xi Stat Membru ospitanti kkonċernat għandha tieħdu l-miżuri xierqa biex lill-provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika tipprevenih milli jibqa' jipprovdi aktar servizzi jew netwerks ikkonċernati b'din id-deċiżjoni, fit-territorju tiegħu. [Em. 112]

L-Artikolu 7

Il-kordinazzjoni tal-miżuri ta' infurzar

1.  Meta jiġi applikat l-Artikolu 6, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tieħu miżuri ta' superviżjoni jew infurzar relatati ma' servizz jew netwerk tal-komunikazzjoni elettronika pprovdut fi Stat Membru ieħor jew li kkawża danni fi Stat Membru ieħor bl-istess diliġenza daqslikieku s-servizz jew in-netwerk tal-komunikazzjoni elettronika kkonċernat ġie pprovdut fl-Istat Membru tad-domiċilju.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorji tagħhom jistgħu jiġu serviti d-dokumenti legali relatati mal-miżuri li ttieħdu skont l-Artikoli 5 u 6. [Em. 113]

Kapitolu III

Inputs Ewropej

Taqsima 1

Kordinazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju fis-suq uniku

L-Artikolu 8

Il-kamp ta' applikazzjoni u dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Din it-taqsima għandha tapplika għall-ispettru tar-radju armonizzat għal komunikazzjoni broadband bla wajers skont id-Direttiva 2002/21/KE, id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE . [Em. 114]

2.  Din it-taqsima għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jibbenefikaw minn tariffi imposti sabiex ikun żgurat l-aqwa użu tar-riżorsi tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE u sabiex l-ispettru tar-radju tagħhom jorganizzawh u jużawh għall-ordni pubblika, is-sigurtà pubblika u d-difiża, filwaqt li jissalvagwardjaw objettivi ta' interess ġenerali bħad-diversità kulturali u l-pluraliżmu tal-midja . [Em. 115]

3.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija f'din it-taqsima, il-Kummissjoni għandha tqis sew kull opinjoni rilevanti li ta l-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE(22) u kwalunkwe waħda mill-aħjar prattiki regolatorji, kwalunkwe rapport jew parir maħruġ mill-BEREC dwar kwistjonijiet fil-kompetenzi tiegħu . [Em. 116]

Artikolu 8a

L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti relatati mat-trasferiment jew il-kiri tad-drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju u t-tul ta’ żmien tagħhom

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/21/KE jew għall-applikazzjoni ta’ regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi, għandu japplika dan li ġej fir-rigward tat-trasferiment jew il-kiri ta’ drittijiet tal-użu tal-ispettru, jew partijiet ta’ dan, identifikati fl-Artikolu 6(8) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE:

(a)  L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dettalji attwali ta’ dawn id-drittijiet kollha tal-użu disponibbli għall-pubbliku f’format elettroniku standardizzat;

(b)  l-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw il-permess biex dawn id-drittijiet għall-użu jiġu trasferiti jew jinkrew lil detentur eżistenti;

(c)  f’każijiet mhux koperti mill-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw trasferiment biss meta jinstab li jkun hemm riskju ċar li d-detentur il-ġdid ma jkunx jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet eżistenti għad-dritt għall-użu;

(d)  f’każijiet mhux koperti mill-punt (b), l-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw kiri meta min ikun qed jittrasferixxi jimpenja ruħu li jibqa’ responsabbli għall-ilħuq tal-kundizzjonijiet eżistenti għad-dritt għall-użu.

2.  Kwalunkwe miżata amministrattiva imposta fuq l-impriżi fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għat-trasferiment jew il-kiri ta’ spettru għandha, fit-total, tkopri biss l-ispejjeż amministrattivi, inklużi l-passi anċillari bħall-ħruġ ta’ dritt ġdid għall-użu, involuti fl-ipproċessar tal-applikazzjoni. Kwalunkwe miżata bħal din għandha tiġi imposta b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonali li jimminimizza l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali u l-miżati fuq min ikun inkarigat. L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/20/KE għandu japplika għall-miżati imposti skont dan il-paragrafu.

3.  Id-drittijiet kollha tal-użu tal-ispettru għandhom jingħataw b’tul ta’ żmien minimu ta’ 25 sena, u fi kwalunkwe każ għal tul ta’ żmien xieraq li jinċentiva l-investiment u l-kompetizzjoni, u jiskoraġġixxi n-nuqqas ta’ użu jew l-“akkumular” tal-ispettru. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet tal-użu għal tul ta’ żmien indefinit.

4.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu rtirar proporzjonat u nondiskriminatorju tad-drittijiet, inklużi dawk b’tul ta’ żmien minimu ta’ 25 sena, sabiex jiżguraw l-użu effiċjenti tal-ispettru, inkluż, iżda mhux limitat għal finijiet ta’ ġestjoni tal-ispettru, ta' sigurtà nazzjonali, ta' ksur ta' liċenzja, ta' bidla armonizzata fl-użu ta' band u ta' nuqqas ta' ħlas tat-tariffi;

5.  It-tul ta’ żmien tad-drittijiet eżistenti kollha tal-użu tal-ispettru b’dan qed jiġi estiż għal 25  sena mid-data tal-għotja tagħhom, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra konnessi mad-dritt tal-użu u ma’ drittijiet tal-użu ta’ tul ta’ żmien indefinit.

6.  L-introduzzjoni ta’ tul ta’ żmien minimu tal-liċenzja ta’ 25 sena ma għandux iżomm milli r-regolaturi jkunu jistgħu joħorġu liċenzji temporanji u liċenzji għal użijiet sekondarji f’band armonizzata. [Em. 117]

Artikolu 9

L-użu tal-Ispettru tar-Radju għall-komunikazzjoni broadband bla wajers: il-prinċipji regolatorji

1.  Mingħajr preġudizzju għall-objettivi ta’ interess ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-ispettru tar-radju għandhom jgħinu fl-iżvilupp ta’ spazju bla wajers li fih jikkonverġu l-kundizzjonijiet tal-investiment u kompetittivi għall-komunikazzjoni broadband bla wajers b’veloċità għolja u li bih ikunu jistgħu jsiru ppjanar u provdiment ta' netwerks u servizzi multiterritorjali integrati, interoperabbli u miftuħa u jinkisbu l-ekonomiji ta’ skala, ħalli b’hekk jitkattru l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-benefiċċju fit-tul tal-utenti finali.

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jieqfu japplikaw proċeduri jew jimponu kundizzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju li jtellfu lill-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika milli jipprovdu netwerks u servizzi integrati tal-komunikazzjoni elettronika f'bosta Stati Membri jew madwar l-Unjoni kollha. Dawn għandhom jiżguraw li l-iżvilupp ta' tali spazju bla wajers ma jimpedixxix b'mod eċċessiv, permezz tal-ħolqien ta' interferenzi, l-operat ta' servizzi jew applikazzjonijiet eżistenti fil-bands tal-ispettru kkonċernati kif ukoll f'bands maġenb xulxin. [Em. 118]

2.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom japplikaw l-inqas sistema tal-awtorizzazzjoni oneruża possibbli sabiex jippermettu l-użu tal-ispettru, skont kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, b'tali mod li jimmassimizzaw il-flessibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru tar-radju u jippromwovu kundizzjonijiet komparabbli madwar l-Unjoni kollha għal investimenti u operazzjonijiet multiterritorjali integrati mill-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika. [Em. 119]

3.  Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u proċeduri għall-użu tal-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal trattament ugwali lit-trattament oġġettiv, trasparenti u nondiskriminatorju bejn l-operaturi eżistenti u potenzjali u bejn il-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika u impenji oħrajn , kif ukoll lill-użu kollettiv, kondiviż u mhux liċenzjat tal-ispettru . L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiżguraw ukoll il-koeżistenza bejn l-utenti tal-ispettru tar-radju eżistenti u dawk ġodda. Għal dan il-fini, huma għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt komprensiva kif ukoll konsultazzjonijiet li jinvolvu l-partijiet interessati kollha . [Em. 120]

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iqisu u, meta meħtieġ, għandhom jirrikonċiljaw dawn il-prinċipji regolatorji meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u l-proċeduri għad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju:

(a)  massimizzazzjoni tal-interess tal-utenti finali, inkluż l-interess tal-utenti finali fl-investiment effiċjenti fit-tul u fl-innovazzjoni f'netwerks u servizzi bla wajer u f'kompetizzjoni effettiva;

(b)  li jkun żgurat l-aktar użu effiċjenti u ġestjoni effettiva tal-ispettru tar-radju kif ukoll id-disponibbiltà tal-ispettru mhux liċenzjat ;

(c)  li jkunu żgurati kundizzjonijiet prevedibbli u komparabbli sabiex ikun jista' jsir l-ippjanar ta' ikunu jistgħu jsiru investimenti fit-tul fin-netwerks u servizzi fuq bażi multiterritorjali u jinkisbu l-ekonomiji ta' skala;

(d)  li jkunu żgurati l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-kundizzjonijiet imposti, inkluż permezz ta' valutazzjoni oġġettiva u trasparenti ta' jekk ikunx ġustifikat li jiġu imposti kundizzjonijiet addizzjonali li jaf ikunu favur jew ta' detriment għal ċerti operaturi;

(e)  li jkunu żgurati kopertura territorjali wiesgħa ta' netwerks broadband bla wajers b'veloċità għolja u livell għoli ta' penetrazzjoni u konsum tas-servizzi relatati, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interess pubbliku u l-valur soċjali, kulturali u ekonomiku tal-ispettru kollu kemm hu .

(ea)  li jkun żgurat li kwalunkwe tibdil fil-politika rigward l-użu effiċjenti tal-ispettru jikkunsidra l-impatt tiegħu fuq l-interess pubbliku f’termini ta’ interferenza u spejjeż li huma ta' ħsara. [Em. 121]

5.  Meta jiġu biex iqisu jekk jimponux xi kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju msemmijin fl-Artikolu 10, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-kriterji stabbiliti f'dak l-Artikolu.

5a.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u fil-proċeduri għall-użu tal-ispettru tar-radju, u jippermettu lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom matul il-proċess. [Em. 122]

Artikolu 10

Kriterji rilevanti li jridu jitqiesu għall-użu tal-ispettru tar-radju

1.  Meta jiġu biex jiddeterminaw l-ammont u t-tip ta' spettru tar-radju li għandu jiġi assenjat fi proċedura partikolari biex jingħataw drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iqisu:

(a)  il-karatteristiċi tekniċi tal-baned kif ukoll l-użu attwali u ppjanat tal-bands tal-ispettru tar-radju disponibbli differenti; [Em. 123]

(b)  il-taħlita possibbli ta' baned komplementari fi proċedura unika; u

(c)  ir-rilevanza ta' portafolli koerenti tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju fi Stati Membri differenti għall-provdiment ta' netwerks jew servizzi lis-suq kollu tal-Unjoni jew parti sinifikanti minnu.

2.  Meta jiġu biex jiddeterminaw jekk għandux jiġi speċifikat xi ammont minimu jew massimu ta' spettru tar-radju, li jiġi definit skont dritt tal-użu ta' banda partikolari jew taħlita ta' baned kumplimentari, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiżguraw:

(a)  l-aktar użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4)(b), filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-banda jew baned u l-użu attwali u ppjanat tal-band jew bands ikkonċernati; [Em. 124]

(b)  investiment effiċjenti fin-netwerk skont l-Artikolu 9(4)(a).

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5 fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jiddefinixxu ammonti massimi tal-ispettru tar-radju.

3.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiżguraw li l-imposti għad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju ta’ kull tip , jekk ikun hemm:

(a)  ikunu jirriflettu kif jixraq il-valur soċjali, kulturali u ekonomiku tal-ispettru tar-radju, inklużi l-esternalitajiet ta' benefiċċju;

(b)  jevitaw sottoutilizzazzjoni u jkattru l-investiment fil-kapaċità, il-kopertura u l-kwalità tan-netwerks u tas-servizzi;

(c)  jevitaw diskriminazzjoni u jiżguraw ugwaljanza tal-opportunità bejn l-operaturi, anke bejn l-operaturi eżistenti u potenzjali;

(d)  jilħqu l-aqwa distribuzzjoni bejn ħlasijiet immedjat bil-quddiem u, jekk ikun hemm preferibbilment , ħlasijiet perjodiċi, wara li b'mod partikolari titqies, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi inċentivat il-varar malajr tan-netwerk u l-użu tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4)(b) u (e).

(da)  jitħallsu mhux aktar minn sena qabel l-operaturi jkunu jistgħu jibdew jużaw l-ispettru tar-radju.

Il-kundizzjonijiet tekniċi u regolatorji marbuta mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għandhom ikunu definiti u disponibbli għall-operaturi u l-partijiet interessati qabel il-bidu tal-proċess tal-irkant. [Em. 125]

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5 fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jwasslu għal miżati differenzjati bejn l-operaturi li jiġu stabbiliti bil-ħsieb li jippromwovu kompetizzjoni effettiva.

4.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jimponu obbligi biex tinkiseb kopertura territorjali minima biss meta jkunu meħtieġa u proporzjonati, skont l-Artikolu 9(4)(d), biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi ta' interess ġenerali stabbiliti fil-livell nazzjonali. Meta jiġu biex jimponu obbligi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iqisu:

(a)  kull kopertura pre-eżistenti tat-territorju nazzjonali mis-servizzi rilevanti, jew minn servizzi tal-komunikazzjoni elettronika oħrajn;

(b)  il-minimizzazzjoni tal-għadd ta' operaturi potenzjalment soġġetti għal obbligi bħal dawn;

(c)  il-possibbiltà ta' kondiviżjoni u reċiproċità tal-piż fost il-bosta operaturi, inklużi l-provdituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika oħrajn;

(d)  l-investimenti meħtieġa biex tinkiseb kopertura bħal din u l-ħtieġa biex dawn jiġu riflessi fit-tariffi applikabbli;

(e)  l-adegwatezza teknika tal-baned rilevanti għal provdiment effiċjenti ta' kopertura territorjali wiesgħa;

5.  Meta jiġu biex jiddeterminaw jekk għandhomx jimponu xi waħda mill-miżuri biex tiġi promossa kompetizzjoni effettiva previsti fl-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet tas-suq u l-punti ta' riferiment disponibbli, għandhom isejsu d-deċiżjoni tagħhom fuq evalwazzjoni prospettiva oġġettiva ta':

(a)  jekk hux probabbli li tinżamm jew tinkiseb kompetizzjoni effettiva meta ma jkunx hemm miżuri bħal dawn, u

(b)  l-effett probabbli ta' miżuri temporanji bħal dawn, fuq l-investimenti eżistenti u futuri mill-operaturi tas-suq.

6.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li skonthom l-impenji jkunu jistgħu jittrasferixxu jew jikru lil impenji oħra, id-drittijiet individwali tagħhom kollha jew parti minnhom tal-użu tal-ispettru tar-radju, inkluż il-kondiviżjoni ta' dan l-ispettru tar-radju. Meta jiġu biex jiddeterminaw dawn il-kundizzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iqisu:

(a)  l-ottimizzazzjoni tal-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju skont l-Artikolu 9(4)(b).

(b)  li jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta' kondiviżjoni li jkunu ta' benefiċċju;

(c)  li jiġu rikonċiljati l-interessi tad-detenturi tad-dritt eżistenti u potenzjali;

(d)  li jinħoloq suq aktar likwidu li jiffunzjona aħjar, għall-aċċess għall-ispettru tar-radju.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni lill-impenji.

7.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jawtorizzaw il-kondiviżjoni ta' infrastruttura passiva u attiva u l-varar konġunt ta' infrastruttura għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, filwaqt li jqisu:

(a)  il-qagħda tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura u kull kompetizzjoni oħra bbażata fuq is-servizzi;

(b)  ir-rekwiżiti tal-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju;

(c)  aktar għażla u aktar kwalità tas-servizzi għall-utenti finali;

(d)  l-innovazzjoni teknoloġika.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni lill-impenji.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mal-kundizzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju

1.  Meta l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, jagħmluha possibbli li jintuża l-ispettru tar-radju rilevanti skont reġim ta' awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jevitaw milli jimponu kundizzjoni addizzjonali u għandhom jipprevenu li xi użu alternattiv ifixkel l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-reġim armonizzat. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(8). [Em. 126]

2.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni li permezz tagħhom tkun tista' tiġi revokata jew titħassar awtorizzazzjoni individwali jew dritt tal-użu, meta jkun hemm nuqqas persistenti ta' użu tal-ispettru tar-radju. Ir-revoka jew it-tħassira tista' tkun soġġett għal kumpens xieraq jekk in-nuqqas ta' użu tal-ispettru tar-radju jkun minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-operatur, u dan ikun ġustifikat oġġettivament.

3.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iqisu l-ħtieġa li f'konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni u bil-ħsieb li jinħeles fil-ħin jew jiġi kondiviż biżżejjed spettru tar-radju armonizzat f'baned kosteffikaċi għal servizzi broadband bla wajers ta' kapaċità għolja, jistabbilixxu:

(a)  kumpens xieraq jew ħlasijiet ta' inċentiv lil utenti eżistenti jew lil detenturi tad-dritt tal-użu tal-ispettru tar-radju, fost l-oħrajn, b'inkorporazzjoni fis-sistema tal-offerti jew ammont fiss għad-drittijiet tal-użu; jew

(b)  ħlasijiet ta' inċentiv li jridu jitħallsu minn utenti eżistenti jew minn detenturi tad-dritt tal-użu tal-ispettru tar-radju.

4.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iqisu il-ħtieġa li jiffissaw livell ta' prestazzjoni teknoloġika minima xierqa għal baned differenti skont l-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE bil-ħsieb li tittejjeb l-effiċjenza spettrali u mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

Meta jiffissaw dawk il-livelli, b'mod partikolari dawn għandhom:

(a)  iqisu ċ-ċikli tal-iżvilupp teknoloġiku u tat-tiġdid tat-tagħmir, b'mod partikolari t-tagħmir terminali; u

(b)  japplikaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika biex jintlaħaq il-livell ta' prestazzjoni speċifikat, f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE.

Artikolu 12

L-armonizzazzjoni ta' ċerti kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni relattivi għall-komunikazzjoni broadband bla wajers

1.  Waqt li jikkunsidraw bis-sħiħ id-Direttiva 2002/21/KE, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 8a, 9 u 9a tagħha, id-Deċiżjoni Nru 676/2002/UE u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 5 u 6 tagħha, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jistabbilixxu skedi taż-żmien għall-għoti jew l-assenjament mill-ġdid tad-drittijiet tal-użu, jew għat-tiġdid ta' dawk id-drittijiet skont it-termini tad-drittijiet eżistenti, li għandhom japplikaw għall-ispettru tar-radju armonizzat għall-komunikazzjoni broadband bla wajers . [Em. 127]

It-tul tad-drittijiet tal-użu jew id-dati għal tiġdid sussegwenti għandhom jiġu stabbiliti sew qabel il-proċedura rilevanti inkluża fl-iskeda taż-żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu. L-iskedi taż-żmien, it-tul u ċ-ċikli tat-tiġdid għandhom iqisu l-ħtieġa ta' ambjent prevedibbli tal-investiment, il-possibbiltà effettiva li tiġi rilaxxata xi banda ġdida rilevanti tal-ispettru tar-radju għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, u l-perjodu għall-amortizzazzjoni ta' investimenti relatati skont kundizzjonijiet kompetittivi. [Em. 128]

2.  Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni koerenti tal-paragrafu 1 madwar l-Unjoni kollha u b'mod partikolari għal disponibbiltà sinkronizzata tas-servizzi bla wajers fl-Unjoni, il-Kummissjoni b'atti ta' implimentazzjoni, tista' li għandhom jiġu adottati fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha :

(a)  tistabbilixxi skeda taż-żmien komuni għall-Unjoni kollha, jew skedi taż-żmien li jkunu jixirqu għaċ-ċirkostanzi ta' kategoriji differenti ta' Stati Membri, id-data/i sa meta għandhom jingħataw id-drittijiet tal-użu ta' banda band armonizzata jew taħlita ta' baned bands armonizzati komplimentari u sa meta l-użu proprja tal-ispettru tar-radju għandu jkun permess għal provdiment esklussiv jew kondiviż ta' komunikazzjoni broadband bla wajers fl-Unjoni kollha;

(b)  tistabbilixxu tul taż-żmien minimu ta' mhux anqas minn 25 sena, għad-drittijiet mogħtija fil-baned fil-bands armonizzati, u fi kwalunkwe każ għal tul ta’ żmien xieraq biex jiġu inċentivati l-investiment u l-kompetizzjoni, u jiġi skoraġġit in-nuqqas ta’ użu jew “l-akkumular” tal-ispettru ; jew tistabbilixxi li d-drittijiet għandhom jingħataw għal tul ta’ żmien indefinit ;

(c)  tistabbilixxi, fil-każ ta' drittijiet li ma jkunux ta’ karattru indefinit, data sinkronizzata tal-iskadenza jew tat-tiġdid għall-Unjoni kollha;

(d)  tistabbilixxi d-data tal-iskadenza ta' kull dritt eżistenti tal-użu tal-baned sa meta, fil-bands armonizzati ħlief għall-komunikazzjoni broadband bla wajers, jew, fil-każ ta' drittijiet ta' tul taż-żmien indefinit, id-data sa meta għandu jiġi emendat id-dritt tal-użu eżistenti tal-użu tal-ispettru , sabiex ikun jista' jsir provdiment tal-komunikazzjoni broadband bla wajers.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2) kif ukoll mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva 2002/21/KE . [Em. 129]

3.  Soġġett għall-Artikolu 8a(4), il-Kummissjoni tista' għandha wkoll tadotta atti ta' implimentazzjoni fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li tarmonizza d-data jarmonizzaw id-data tal-iskadenza jew tat-tiġdid tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers f'baned f’bands armonizzati, li diġà jeżistu fid-data tal-adozzjoni ta' dawn l-atti, bil-ħsieb li madwar l-Unjoni kollha tkun sinkronizzata d-data tat-tiġdid jew tal-assenjament mill-ġdid tad-drittijiet tal-użu ta' baned bands bħal dawn, inkluża sinkronizzazzjoni possibbli mad-data tat-tiġdid jew tar-riassenjament ta' baned bands oħra armonizzati b'miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 2 jew dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Meta l-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan il-paragrafu jistabbilixxu data armonizzata tat-tiġdid jew tar-riassenjament tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru li tkun tiġi wara d-data tal-iskadenza jew tat-tiġdid ta' xi drittijiet individwali eżistenti tal-użu ta' spettru tar-radju bħal dan f'xi wieħed mill-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jestendu d-drittijiet eżistenti sad-data armonizzata skont l-istess , it-tul ta’ żmien ta’ dawk id-drittijiet tal-użu għandu jiġi estiż mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni sostantivi li kienu japplikaw qabel, inklużi xi ħlasijiet perjodiċi applikabbli oħra marbuta ma' dawk id-drittijiet .

Meta l-estensjoni tal-perjodu mogħtija f'konformità mat-tieni subparagrafu tkun sinifikanti meta mqabbla mat-tul taż-żmien oriġinali tad-drittijiet tal-użu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jissoġġettaw l-estensjoni tad-drittijiet għal xi adattamenti tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni li kienu japplikaw qabel u li jkun hemm bżonn fid-dawl taċ-ċirkostanzi mibdula, inkluża l-impożizzjoni ta' ħlasijiet addizzjonali. Dawn il-ħlasijiet addizzjonali għandhom jissejsu fuq applikazzjoni pro rata temporis ta' xi miżata inizjali għad-drittijiet oriġinali tal-użu li kienet ġiet ikkalkulata espressament b'referenza għat-tul taż-żmien previst oriġinarjament. [Em. 130]

L-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan il-paragrafu ma jeħtiġux li jiqsar it-tul taż-żmien tad-drittijiet eżistenti tal-użu f'xi Stat Membru ħlief f'konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2002/20/KE u ma għandhomx japplikaw għad-drittijiet eżistenti ta' tul taż-żmien indefinit.

Meta l-Kummissjoni tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2, din tista' tapplika d-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu mutatis mutandis għal kwalunkwe drittijiet tal-użu tal-band armonizzata kkonċernata għall-broadband bla wajers.

4.  Meta tiġi biex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a)  il-prinċipji regolatorji stabbiliti fl-Artikolu 9;

(b)  varjazzjonijiet oġġettivi madwar l-Unjoni fil-ħtiġijiet għal aktar spettru tar-radju għall-provdiment ta' broadband bla wajers, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tal-ispettru tar-radju komuni għal netwerks integrati li jkopru bosta Stati Membri;

(c)  il-prevedibbiltà tal-kundizzjonijiet operattivi għal min juża l-ispettru tar-radju eżistenti;

(d)  iċ-ċikli tal-adozzjoni, l-iżvilupp u l-investiment ta' ġenerazzjonijiet suċċessivi ta' teknoloġiji broadband bla wajers;

(e)  id-domanda tal-utenti finali għal komunikazzjoni broadband bla wajers ta' kapaċità għolja.

Meta tiġi biex tistabbilixxi l-iskedi taż-żmien għal kategoriji differenti ta' Stati Membri li jkun għadhom ma tawx drittijiet individwali tal-użu u ppermettew l-użu proprju tal-banda armonizzata inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha tqis sew kull sottomissjoni li jagħmlu l-Istati Membri dwar il-mod kif ingħataw storikament id-drittijiet tal-ispettru tar-radju, ir-raġunijiet għal restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva 2002/21/KE, il-ħtieġa possibbli li titbattal il-banda inkwistjoni, l-effetti fuq il-kompetizzjoni jew ir-restrizzjonijiet ġeografiċi jew tekniċi, filwaqt li jitqies l-effett fuq is-suq intern. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni ma tiġix deferita kif mhux xieraq u kull varjazzjoni fl-iskedi taż-żmien bejn l-Istati Membri ma twassalx għal differenzi mhux xierqa fis-sitwazzjonijiet kompetittivi jew regolatorji bejn l-Istati Membri.

5.  Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jagħtu drittijiet tal-użu għal u biex jippermettu l-użu proprju ta' banda armonizzata qabel l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dik il-banda, soġġett għal konformità mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jew qabel id-data armonizzata li jistabbilixxi att ta' implimentazzjoni għal dik il-banda.

Meta l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jagħtu d-drittijiet tal-użu f'banda f’band armonizzata qabel l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dik il-banda il-band , għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta' dan l-għoti, u partikolarment dawk relatati mat-tul ta' żmien , b'tali mod li l-benfiċjari tad-drittijiet tal-użu ikunu konxji mill-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 li jistabbilixxi tul ta' żmien minimu ta' drittijiet bħal dawn jew ċiklu sinkronizzat ta' skadenza jew tiġdid għall-Unjoni kollha kemm hi. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-għoti tad-drittijiet b'tul taż-żmien indefinit. [Em. 131]

6.  Għal meded bands armonizzati li għalihom tkun ġiet stabbilita skeda taż-żmien komuni għall-għoti tad-drittijiet tal-użu u li tippermetti l-użu proprju, f'att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata biżżejjed u f'waqtha lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet tagħhom biex jiżguraw il-konformità.Il-Kummissjoni tista' għandha tadotta atti att ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu jiddefinixxi l-format u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-informazzjoni fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament . Dawk l-atti Dak l-att ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). [Em. 132]

Jekk meta tivvaluta dawn il-pjanijiet dettaljati li taha Stat Membru, il-Kummissjoni tqis li hu oġġettivament improbabbli li l-Istat Membru inkwistjoni se jkun jista' jikkonforma mal-iskeda taż-żmien applikabbli għalih, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni b'att ta' implimentazzjoni biex teżiġi li dak l-Istat Membru jadatta l-pjanijiet tiegħu kif jixraq biex jiżgura din il-konformità.

Artikolu 12a

Proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali għall-użu tal-ispettru tar-radju

1.  Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw flimkien, u mal-Kummissjoni, sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni bil-ħsieb li jiġi stabbilit proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali għall-użu tal-ispettru tar-radju, f’konformità, fejn applikabbli, ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien komuni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 12(2). Il-proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)  il-proċessi ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali individwali għandhom jinbdew u jiġu implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont skeda ta’ żmien komuni;

(b)  dan għandu jipprovdi, fejn xieraq, kundizzjonijiet u proċeduri komuni għall-għażla u l-għoti ta’ drittijiet individwali fost l-Istati Membri konċernati;

(c)  għandu jipprovdi, fejn xieraq, kundizzjonijiet komuni jew komparabbli li għandhom ikunu marbuta mad-drittijiet tal-użu individwali fost l-Istati Membri konċernati, fost l-oħrajn billi jippermetti li l-operaturi jingħataw portafolli tal-ispettru konsistenti fir-rigward tal-blokki tal-ispettru li ser jiġu assenjati.

2.  Fejn l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom, b’mod simultanju, jagħmlu l-abbozz tal-miżuri tagħhom aċċessibbli għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

3.  Għall-Istati Membri l-oħra għandu jkun hemm miftuħ proċess ta' awtorizzazzjoni konġunta fi kwalunkwe ħin. [Em. 133]

Artikolu 13

Il-kordinazzjoni tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ispettru tar-radju għall-broadband bla wajers fis-suq intern

1.  Meta awtorità kompetenti nazzjonali jkun beħsiebha tissoġġetta l-użu tal-ispettru tar-radju għal awtorizzazzjoni ġenerali jew tagħti drittijiet individwali tal-użu tal-ispettru tar-radju, jew li temenda d-drittijiet u l-obbligi dwar l-użu tal-ispettru tar-radju f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE, din ngħandha tagħmel aċċessibbli l-abbozz tal-miżura tagħha kif ukoll ir-raġunijiet tagħha, fl-istess ħin lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti għall-ispettru tar-radju tal-Istati Membri l-oħra, malli titlesta l-konsultazzjoni pubblika msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE, jekk applikabbli, u f'kull każ biss waqt xi stadju tal-preparazzjoni tagħha li fih tkun tista' tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, informazzjoni biżżejjed u stabbli dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha.

L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tipprovdi informazzjoni li għallinqas, meta applikabbli, tkun tinkludi:

(a)  it-tip ta' proċess tal-awtorizzazzjoni;

(b)  l-iskedar tal-proċess tal-awtorizzazzjoni;

(c)  it-tul taż-żmien tad-drittijiet tal-użu, li m'għandux ikun inqas minn 25 sena, u fi kwalunkwe każ adegwat sabiex jinċentiva l-investiment u l-kompetizzjoni, u jiskoraġġixxi n-nuqqas ta’ użu jew “l-akkumular” tal-ispettru ; [Em. 134]

(d)  it-tip u l-ammont ta' spettru tar-radju disponibbli, b'mod ġenerali jew għal xi impriża partikolari;

(e)  l-ammont u l-istruttura ta' xi tariffi li jridu jitħallsu;

(f)  il-kumpens jew l-inċentivi meta l-utenti eżistenti jbattlu jew jaqsmu bejniethom l-ispettru tar-radju;

(g)  l-obbligi tal-koperatura;

(h)  ir-rekwiżiti tar-roaming nazzjonali jew reġjonali għall-aċċess għall-operaturi;

(i)  ir-riżerva tal-ispettru tar-radju għal ċerti tipi ta' operaturi, jew l-esklużjoni ta' ċerti tipi ta' operaturi;

(j)  il-kundizzjonijiet relattivi għall-assenjament, ir-riassenjament, it-trasferiment jew l-akkumulazzjoni ta’ drittijiet tal-użu; [Em. 135]

(k)  il-possibbiltà li l-ispettru tar-radju jintuża b'mod kondiviż;

(l)  il-kondiżivjoni tal-infrastruttura;

(m)  il-livell minimi tal-prestazzjoni teknoloġika;

(n)  ir-restrizzjoni applikati skont l-Artikolu 9(3) u 9(4) tad-Direttiva 2002/21/KE;

(o)  revoka jew irtirar ta' wieħed jew bosta drittijiet tal-użu jew emenda tad-drittijiet jew tal-kundizzjonijiet relatati ma' dawn id-drittijiet li ma tistax titqies żgħira skont it-tifsira tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2002/20/KE.

2.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu kummenti lill-awtorità kompetenti kkonċernata fi żmien xahrejn. Il-perjodu ta' xahrejn ma għandux jiġi estiż.

Meta tiġi biex tivvaluta l-abbozz tal-miżura skont dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tqis:

(a)  id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2002/20/KE u 2002/21/KE u tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE;

(b)  il-prinċipji regolatorji stabbiliti fl-Artikolu 9;

(c)  il-kriterji rilevanti għal ċerti kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 10 u d-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 11;

(d)  kull att l-atti ta' implimentazzjoni adottat adottati skont l-Artikolu 12; [Em. 136]

(e)  il-koerenza mal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni riċenti, pendenti jew ippjanati fi Stati Membri oħra, u l-effetti possibbli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Jekk f'dan il-perjodu, il-Kummissjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq intern jew li għandha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-liġi tal-Unjoni, l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat għal perjodu ieħor ta' xahrejn. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bil-pożizzjoni li ħadet dwar l-abbozz tal-miżura.

3.  Fil-perjodu addizzjonali ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jidentifikaw l-iktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, filwaqt li jqisu kif jixraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti.

4.  F'kull stadju waqt il-proċedura, l-awtorità kompetenti tista' temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura tagħha filwaqt li tqis sew in-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2.

5.  Waqt il-perjodu addizzjonali ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista':

(a)  tippreżenta abbozz ta' deċiżjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjoni li jeżiġi lill-awtorità kompetenti kkonċernata biex tirtira l-abbozz tal-miżura. L-abbozz tad-deċiżjoni għandu jkun akkompanjat b'analiżi ddettaljata u oġġettiva dwar ir-raġuni għalfejn il-Kummissjoni qed tqis li l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat kif notifikat, u flimkien ma' proposti speċifiċi li jemendaw l-abbozz tal-miżura, meta meħtieġ. jew

(b)  tieħu deċiżjoni li tibdel il-pożizzjoni tagħha dwar l-abbozz tal-miżura kkonċernat.

6.  Meta l-Kummissjoni ma tippreżentax abbozz tad-deċiżjoni kif jissemma fil-paragrafu 5(a) jew tieħu deċiżjoni kif jissemma fil-paragrafu 5(b), l-awtorità kompetenti kkonċernata tista' tadotta l-abbozz tal-miżura.

Meta l-Kummissjoni tippreżenta abbozz tad-deċiżjoni msemmi skont il-paragrafu 5(a), l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat mill-awtorità kompetenti għal perjodu li mhux itwal minn sitt xhur minn meta n-notifika tintbagħat lill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibdel il-pożizzjoni tagħha dwar l-abbozz tal-miżura kkonċernata f'kull stadju tal-proċedura, anki wara li jitressaq abbozz tad-deċiżjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjoni.

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li teżiġi lill-awtorità kompetenti biex tirtira l-abbozz tal-miżura tagħha permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

8.  Meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 7, l-awtorità kompetenti għandha temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura fi żmien sitt xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Meta l-abbozz tal-miżura jiġi emendat, l-awtorità kompetenti għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika meta jixraq, u l-abbozz tal-miżura għandha tagħmlu aċċessibbli għall-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

9.  L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tqis sew il-kummenti tal-awtoritajiet al-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni, u ħlief fil-każijiet koperti bit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, bit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 u bil-paragrafu 7, tista' tadotta l-abbozz tal-miżura li jirriżulta u, meta tagħmel dan, għandha tibagħtu lill-Kummissjoni.

10.  L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-proċedura li magħha għandha x'taqsam il-miżura, meta titlesta dik il-proċedura.

Artikolu 14

Aċċess għal netwerks tal-aċċess lokali bir-radju

1.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jippermettu l-provdiment ta' aċċess minn netwerks tal-aċċess lokali bir-radju għan-netwerk ta' provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u l-użu tal-ispettru tar-radju armonizzat għal dan il-provdiment, soġġetti biss għal awtorizzazzjoni ġenerali.

2.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma għandhomx jipprevenu provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku milli jippermettu aċċess lill-pubbliku għan-netwerks tagħhom, minn netwerks taż-żona lokali bir-radju, li jistgħu jkunu qegħdin fil-bini tal-utent finali, soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali u l-ftehim infurmat minn qabel tal-utent finali.

3.  Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx jirrestrinġu unilateralment:

(a)  id-dritt tal-utenti finali li jkollhom aċċess għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju li jagħżlu huma u li jipprovdu partijiet terzi;

(b)  id-dritt tal-utenti finali li b'mod reċiproku jew b'mod aktar ġenerali jippermettu utenti finali oħra li jaċċessaw in-netwerks ta' dawn il-provdituri minn netwerks taż-żona lokali bir-radju, anki abbażi ta' inizjattivi ta' parti terza li jiffederaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku n-netwerks taż-żona lokali bir-radju ta' utenti finali differenti.

4.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma għandhomx jirrestrinġu d-dritt tal-utenti finali li b'mod reċiproku jew b'mod aktar ġenerali jippermettu utenti finali oħra li jaċċessaw in-netwerks taż-żona lokali bir-radju, anki abbażi ta' inizjattivi ta' partijiet terzi li jiffederaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku n-netwerks tal-aċċess lokali bir-radju ta' utenti finali differenti.

5.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma għandhomx jirrestrinġu l-provdiment ta' aċċess pubbliku għal netwerks taż-żona lokali bir-radju:

(a)  minn awtoritajiet pubbliċi fil-viċinanza immedjata ta' bini okkupat minn dawn l-awtoritajiet pubbliċi, meta dan ikun anċillari għas-servizzi pubbliċi provduti f'dan il-bini;

(b)  minn inizjattivi ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi jew awtoritajiet pubbliċi biex jiffederaw u jagħmlu aċċessibbli b'mod reċiproku jew b'mod aktar ġenerali n-netwerks taż-żona lokali bir-radju ta' utenti finali differenti, inklużi, meta applikabbli, in-netwerks taż-żona lokali bir-radju li għalihom jiġi pprovdut aċċess pubbliku skont is-subpunt (a).

6.  Impriża, awtorità pubblika jew utent finali ieħor ma għandhomx jitqiesu bħala provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku unikament għax jipprovdu aċċess pubbliku għal netwerks taż-żona lokali bir-radju, meta dan il-provdiment ma jkollux natura kummerċjali, jew hu sempliċiment anċillari għal attività kummerċjali oħra jew servizz pubbliku li ma jiddependix fuq it-twassil tas-sinjali f'dawn in-netwerks.

Artikolu 15

Il-varar u t-tħaddim ta' punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar

1.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jippermettu l-varar, il-konnessjoni u t-tħaddim ta' punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar u li ma jagħtux fil-għajn skont ir-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali u ma għandhomx jirrestrinġu kif mhux xieraq dawk il-varar, il-konnessjoni u t-tħaddim minħabba permessi individwali tal-ippjanar tal-art jew b'mod ieħor, meta dan l-użu jkun konformi mal-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 2.

Dan il-paragrafu hu mingħajr preġudizzju għal ir-reġim tal-awtorizzazzjoni għall-ispettru tar-radju użat biex jitħaddmu punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar.

2.  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni uniformi tar-reġim tal-awtorizzazzjoni ġenerali għall-varar, il-konnessjoni u t-tħaddim ta’ punti tal-aċċess bla wajers f’żoni żgħar skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, b'att ta’ implimentazzjoni tista' li għandu jiġi adottat fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament , tispeċifika karatteristiċi tekniċi għad-disinn, il-varar u t-tħaddim ta’ punti tal-aċċess bla wajers f’żoni żgħar, li l-konformità miegħu għandha tiżgura li dawn ma jkunux jagħtu fil-għajn meta jintużaw f'kuntesti lokali differenti. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika dawk il-karatteristiċi tekniċi b'referenza għall-karatteristiċi massimi tad-daqs, il-qawwa, elettromanjetiċi, kif ukoll l-impatt viżiv tal-punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar varati. Dawk il-karatteristiċi tekniċi għall-użu ta' punti tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar għallinqas għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/35/UE(23) u mal-livelli limitu definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nru 1999/519/KE(24) . [Em. 137]

Il-karatteristiċi tekniċi speċifikati sabiex il-varar, il-konnessjoni u t-tħaddim ta' punt tal-aċċess bla wajers f'żoni żgħar jibbenefikaw mill-paragrafu 1, għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relattiva għat-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti(25) . [Em. 138]

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 16

Il-kordinazzjoni tal-ispettru tar-radju fost l-Istati Membri

1.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom skont ftehimiet internazzjonali rilevanti, inklużi r-Regolamenti dwar ir-Radju ITU, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-użu tal-ispettru tar-radju ikun organizzat fit-territorju tagħhom, u b'mod partikolari għandhom jieħdu l-miżuri kollha għall-allokazzjoni u l-assenjament tal-ispettru tar-radju, sabiex ebda Stat Membru ieħor ma jinżamm milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-użu tal-banda armonizzata speċifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkoperaw flimkien f'kordinazzjoni transfruntiera tal-użu tal-ispettru tar-radju sabiex jiżguraw konformità mal-paragrafu 1 u sabiex jiżguraw li ebda Stat Membru ma jinżamm milli jkollu aċċess ekwu għall-ispettru tar-radju.

3.  Kull Stat Membru kkonċernat jista' jistieden lill-Grupp tal-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju biex juża s-servizzi tiegħu biex jassisti lilu u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor ħalli jikkonformaw ma' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex tiżgura li r-riżultati kordinati jirrispettaw ir-rekwiżit ta' aċċess ekwu għall-ispettru tar-radju fost l-Istati Membri rilevanti, sabiex tissolva kull inkonsistenza prattika bejn riżultati kordinati distinti fost Stati Membri differenti, jew biex tiżgura l-infurzar ta' soluzzjonijiet kordinati skont il-liġi tal-Unjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). [Em. 139]

Taqsima 2

Il-prodotti Ewropej tal-aċċess vitwali

Artikolu 17

Il-prodott Ewropew tal-aċċess broadband vitwali

1.  Il-provdiment ta' prodott tal-aċċess broadband virtwali impost skont l-Artikoli 8 u 12 tad-Direttiva 2002/19/KE għandu jitqies bħala provdiment ta' prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali jekk dan jiġi pprovdut skont il-parametri minimi elenkati f'waħda mill-Offerti stabbiliti fl-Anness I u jekk b'mod kumulattiv jissodisfa dawn ir-rekwiżiti sostantivi:

(a)  il-kapaċità li jkun offrut bħala prodott ta' kwalità għolja kullimkien fl-Unjoni;

(b)  il-grad massimu tal-interoperabilità tan-netwerks u tas-servizzi, u l-ġestjoni nondiskriminatorja tan-netwerk bejn l-operaturi b'mod konsistenti mat-topoloġija tan-netwerk;

(c)  il-kapaċità li jaqdi lill-utenti finali mil-lat kompetittiv;

(d)  il-kosteffikaċja, filwaqt li titqies il-kapaċità li jiġi implimentat f'netwerks eżistenti u mibnijin ġodda u li jkun jeżisti ma' prodotti oħra tal-aċċess li jaf jiġu pprovduti fl-istess infrastruttura tan-netwerk;

(e)  l-effikaċja operattiva, b'mod partikolari fir-rigward li jiġu limitati kemm jista' jkun l-ostakli fl-implimentazzjoni u l-ispejjeż għat-varar lil provdituri tal-aċċess broadband virtwali u lil min ifittex aċċess broadband virtwali;

(f)  l-osservanza tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, id-dejta personali, is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 ħalli jiġi adattat l-Anness I fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u teknoloġiċi, sabiex jibqa' jissodisfa r-rekwiżiti sostantivi elenkati fil-paragrafu 1. [Em. 140]

Artikolu 17a

Prodotti ta' aċċess għall-operaturi ta’ kwalità għolja li jippermettu l-provdiment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni għan-negozju

1.  L-awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom jikkunsidraw il-proporzjonalità li l-provdituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika maħtura skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) bħala dawk li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq f’suq rilevanti relatat mal-provdiment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika ta’ kwalità għolja għall-operaturi, jiġu imposti l-obbligu li jippubblikaw offerta ta’ referenza għall-operaturi filwaqt li jiġu kkunsidrati l-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 2. Din il-kunsiderazzjoni għandha ssir fi żmien xahar wara l-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-BEREC.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2015 il-BEREC, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati u f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi linji gwida li jispeċifikaw l-elementi li għandhom jiġu inklużi fl-offerta ta' referenza. Bħala minimu, il-linji gwida għandhom ikopru l-partijiet dwar it-terminazzjoni tal-linji mikrija u jistgħu jkopru prodotti oħra ta' aċċess tan-negozju għall-operaturi li l-BEREC iqis li huma adatti filwaqt li jiġu kkunsidrati d-domanda għall-konsumaturi u għall-operaturi kif ukoll l-aħjar prattiki regolatorji. L-ARN jistgħu jesiġu l-inklużjoni ta' elementi addizzjonali fl-offerta ta' referenza. Il-BEREC għandu jirrevedi dawn il-linji gwida fuq bażi regolari, skont l-iżviluppi fis-suq u dawk teknoloġiċi. [Em. 141]

Artikolu 18

Il-kundizzjonijiet regolatorji relatati ma' prodott Ewropew tal-aċċess broadband vitwali

1.  Awtorità regolatorja nazzjonali li qabel tkun imponiet fuq operatur skont l-Artikoli 8 u 12 tad-Direttiva 2002/19/KE, xi obbligu biex jipprovdi aċċess għall-operaturi għal netwerk tal-ġenerazzjoni li jmiss, għandha tivvaluta jekk ikunx proporzjonat li minflok timponi obbligu għall-provdiment ta' prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali li għallinqas jipprovdi funzjonalitajiet ekwivalenti għall-prodott tal-aċċess għall-operaturi li bħalissa hu imposti.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jissemmew fl-ewwel subparagrafu għandhom jagħmlu valutazzjoni meħtieġa tar-rimedji eżistenti tal-aċċess għall-operaturi, malajr kemm jista' jkun malli dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, irrispettivament minn meta ssir l-analiżi tas-swieq rilevanti skont l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2002/21/KE.

Meta awtorità regolatorja nazzjonali li qabel kienet imponiet obbligu biex jiġi pprovdut aċċess broadband virtwali, ikun jidhrilha li, wara l-valutazzjoni tagħha skont l-ewwel subparagrafu, prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali ma jkunx xieraq fiċ-ċirkostanzi speċifiċi, din għandha tipprovdi spjegazzjoni raġunata fl-abbozz tal-miżura tagħha skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE.

2.  Meta awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha timponi obbligu fuq operatur biex jipprovdu aċċess fuq il-livell tal-operatur għal netwerk tal-ġenerazzjoni li jmiss skont l-Artikoli 8 u 12 tad-Direttiva 2002/19/KE, għandha tivvaluta partikolarment, minbarra l-fatturi stipulati fl-Artikolu 12(2) ta' dik id-Direttiva, il-merti rispetti tal-impożizzjoni ta'

(i)  input passiv fuq il-livell tal-operaturi, bħall-aċċess fiżiku diżassoċjat għal-loop ew is-sub-loop lokali;

(ii)  input mhux fiżiku jew virtwali fuq il-livell tal-operaturi li joffri funzjonalitajiet ekwivalenti, u partikolarment prodott Ewropew tal-aċċess għall-broadband virtwali li jissodisfa r-rekwiżiti u l-parametri sostantivi stipulat fl-Artikolu 17(1) u fl-Anness I, punt 1, ta' dan ir-Regolament.

3.  B'deroga mill-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2002/19/KE, awtorità regolatorja nazzjonali li qabel kienet imponiet fuq operatur, obbligu li jipprovdi aċċess broadband virtwali skont l-Artikoli 8 u 12 ta' dik id-Direttiva, din għandha timponi obbligu għall-provdiment ta' prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali li jkollu l-aktar funzjonalitajiet rilevanti biex tiġi ssodisfata l-ħtieġa identifikata fil-valutazzjoni tagħha. Meta awtorità regolatorja nazzjonali jkun jidhrilha li prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali ma jkunx xieraq fiċ-ċirkostanzi speċifiċi, din għandha tipprovdi spjegazzjoni raġunata fl-abbozz tal-miżura tagħha skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE.

4.  Meta tiġi biex tivvaluta skont il-paragrafi 1, 2 jew 3 jekk għandhiex timponi prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali minflok xi prodott tal-aċċess għall-operaturi ieħor possibbli, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis l-interess f'kundizzjonijiet regolatorji konverġenti madwar l-Unjoni kollha għal rimedji tal-aċċess għall-operaturi, il-qagħda attwali u prospettiva tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq lejn provdiment netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss li jikkompetu, l-investimenti li għamlu rispettivament l-operatur magħruf li għandu saħħa sinifikanti fis-suq u dawk li qed ifittxu aċċess, u l-perjodu ta' amortizzazzjoni għal dawn l-investimenti.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni biex tissostitwixxi prodott eżistenti tal-aċċess għall-operaturi bi prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali, jekk ikun meħtieġ.

5.  B'deroga mill-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2002/19/KE, meta operatur ikollu l-obbligi skont l-Artikoli 8 u 12 ta' dik id-Direttiva li jipprovdi prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' offerta referenza li għallinqas ikollha l-elementi stabbiliti fil-punti 1, 2 jew 3 tal-Anness I, skont il-każ.

6.  B'deroga mill-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, awtorità regolatorja nazzjonali ma għandhiex timponi perjodu obbligatorju ta' avviż qabel tirtira minn obbligu impost qabel biex jiġi offrut prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali li jissodisfa r-rekwiżiti sostantivi u l-parametri stabbiliti fl-Artikolu 17(1) u fil-punt 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, jekk l-operatur ikkonċernat volontarjament jimpenja ruħu li jagħmel dan il-prodott disponibbli meta jitolbuh partijiet terzi b'termini ġusti u raġonevoli għal perjodu ulterjuri ta' tliet snin.

7.  Meta awtorità regolatorja nazzjonali, fil-kuntest ta' valutazzjoni skont il-paragrafi 2 jew 3, tkun qed tqis jekk għandhiex jew le timponi jew iżżomm kontrolli tal-prezzijiet skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE għal aċċess għall-operaturi għal netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, b'wieħed mill-prodotti Ewropej tal-aċċess broadband virtwali jew b'mod ieħor, din għandha tqis il-qagħda tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-prezzijiet, l-għażla u l-kwalità tal-prodotti offruti fil-livell tal-konsumaturi. Din għandha tqis l-effikaċja tal-protezzjoni mid-diskriminazzjoni fil-livell tal-operaturi u l-qagħda tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura minn netwerks oħrajn tal-linja fissa jew bla wajers, filwaqt li tagħti importanza xierqa lir-rwol tal-kompetizzjoni eżistenti bbażata fuq l-infrastruttura fost in-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss biex tibqa' titjieb il-kwalità għall-utenti finali, sabiex jinstab jekk kontrolli tal-prezzijiet għal aċċess għall-operaturi ma jkunux meħtieġa jew proporzjonati fil-każ speċifiku. [Em. 142]

Artikolu 19

Prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ)

1.  Kull operatur għandu jkollu d-dritt li jipprovdi prodott Ewropew tal-konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ) kif jispeċifika l-paragrafu 4.

2.  Kull operatur għandu jissodisfa kull talba raġonevoli biex jipprovdi prodott Ewropew ta' konnettività ASQ kif jispeċifika l-paragrafu 4, li titressaq bil-miktub minn provditur awtorizzat tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. Kull rifjut milli jiġi pprovdut prodott Ewropew ta' konnettività ASQ għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi. L-operatur għandu jiddikjara r-raġunijiet għal kull rifjut fi żmien xahar minn meta ssir it-talba bil-miktub.

Tkun raġuni oġġettiva għal rifjut jekk il-parti li qed titlob provdiment ta' prodott Ewropew ta' konnettività ASQ ma tkunx tista' jew ma tkunx tixtieq li fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi tagħmel disponibbli wkoll prodott Ewropew tal-konnettività ASQ lill-parti li ssirilha t-talba b'termini raġonevoli, jekk din tal-aħħar titlob hekk.

3.  Meta t-talba tiġi rifjutata jew ma jkunx intlaħaq ftehim dwar termini u kundizzjonijiet speċifiċi, inkluż il-prezz, fi żmien xahrejn minn meta ssir it-talba bil-miktub, kull parti hi intitolata tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/21/KE. F'dan il-każ, jista' japplika l-Artikolu 3(6) ta' dan ir-Regolament.

4.  Il-provdiment ta' prodott tal-konnettività għandu jitqies bħala provdiment ta' prodott Ewropew ta' konnettività ASQ jekk dan jiġi pprovdut skont il-parametri minimi elenkati fl-Anness II u jekk b'mod kumulattiv jissodisfa dawn ir-rekwiżiti sostantivi:

(a)  il-kapaċità li jkun offrut bħala prodott ta' kwalità għolja kullimkien fl-Unjoni;

(b)  bih, il-pprovdituri tas-servizz ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti finali tagħhom;

(c)  il-kosteffikaċja, filwaqt li jitqiesu soluzzjonijiet eżistenti li jistgħu jiġu pprovduti fl-istess netwerks;

(d)  l-effikaċja operattiva, b'mod partikolari fir-rigward li jiġu limitati kemm jista' jkun l-ostakli fl-implimentazzjoni u l-ispejjeż tal-varar għall-konsumaturi; u

(e)  ikun żgurat li jiġu osservati r-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, id-dejta personali, is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 ħalli jiġi adattat l-Anness II fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u teknoloġiċi, sabiex jibqa' jissodisfa r-rekwiżiti sostantivi elenkati fil-paragrafu 4. [Em. 143]

Artikolu 20

Miżuri relatati mal-prodotti Ewropej tal-aċċess

1.  Sal-1 ta' Jannar 2016 il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu aktar regoli metodoloġiċi u tekniċi uniformi għall-implimentazzjoni ta' prodott Ewropew tal-aċċess broadband virtwali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 u tal-Anness I, il-punt 1, f'konformità mal-kriterji u l-parametri speċifikati fih u sabiex tiżgura l-ekwivalenza tal-funzjonalità ta' dan il-prodott tal-aċċess virtwali għall-operaturi għal netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss ma' dik tal-prodott tal-aċċess diżaggregat fiżiku. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli metodoloġiċi u tekniċi uniformi għall-implimentazzjoni ta' wieħed jew bosta prodotti Ewropej tal-aċċess skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 19 u tal-Anness I, il-punti 2 u 3, u tal-Anness II, f'konformità mal-kriterji u l-parametri rispettivi speċifikati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). [Em. 144]

Kapitolu IV

Drittijiet armonizzati Id-drittijiet tal-utenti aħħarin għal aċċess għall-internet miftuħ [Em. 146]

Artikolu 21

Ebda restrizzjoni jew diskriminazzjoni

1.  Il-libertà tal-utenti finali li jużaw netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li tipprovdi impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor, ma għandhiex tkun ristretta mill-awtoritajiet pubbliċi.

2.  Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx japplikaw rekwiżiti diskriminatorji jew kundizzjoni tal-aċċess jew l-użu lill-utenti finali abbażi tan-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tal-utenti finali sakemm dawn id-differenzi ma jkunux ġustifikati oġġettivament.

3.  Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx japplikaw tariffi għal komunikazzjonijiet intra-Unjoni li jintemmu fi Stat Membru ieħor, sakemm dawn ma jkunux ġustifikati oġġettivament:

a)  fir-rigward ta' komunikazzjoni fissa, minn tariffi għal komunikazzjoni domestiċi f'distanzi twal;

b)  fir-rigward ta' komunikazzjoni mobbli, minn ewrotariffi għal komunikazzjoni regolata tar-roaming bil-vuċi u bl-SMS, rispettivament, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 531/2012. [Em. 145]

Artikolu 22

Soluzzjoni għal tilwim transfruntieri

Il-proċeduri straġudizzjarji stabbiliti skont l-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom japplikaw ukoll għal tilwim relatat ma' kuntratti bejn il-konsumaturi, u utenti finali oħra safejn dawn il-proċeduri straġudizzjarji jkunu disponibbli wkoll għalihom, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor. Għal tilwimiet fl-ambitu tad-Direttiva 2013/11/UE (26) , japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva. [Em. 147]

Artikolu 23

Il-libertà li jiġi pprovdut u jintuża aċċess miftuħ għall-internet, u l-ġestjoni raġonevoli tat-traffiku [Em. 148]

1.  L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw u jipprovdu applikazzjonijiet u servizzi u jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom mis-servizz irrispettivament mill-post fejn jinsab l-utent finali jew il-provditur, jew il-post, l-oriġini u d-destinazzjoni tas-servizz, l-informazzjoni jew il-kontenut, permezz tas-servizz tal-aċċess għall-internet tagħhom.

L-utenti finali għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet dwar il-volumi u l-veloċitajiet tad-dejta ma' provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u biex, f'konformità ma' ftehimiet bħal dawn relattivi għall-volumi tad-dejta, jużaw offerti tal-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet.

2.  L-utenti finali għandhom ikunu liberi wkoll biex jiftiehmu ma' provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jew ma' provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi dwar il-provdiment ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi.

Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati lill-utenti finali, il-provdituri tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi, u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom ikunu liberi biex jagħmlu ftehimiet flimkien ħalli jittrażmettu l-volumi jew it-traffiku tad-dejta relatati bħala servizzi speċjalizzati bi kwalità tas-servizzi definita jew b'kapaċità dedikata. Il-provdiment ta' dawn is-servizzi speċjalizzati ma għandux qed idgħajjef sostanzjalment il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet. Il-provdituri tal-aċċess għall-internet, tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku u l-provdituri ta' kontenut, applikazzjonijiet u servizzi għandhom ikunu liberi li joffru servizzi speċjalizzati lill-utenti finali. Tali servizzi għandhom jiġu offruti biss jekk il-kapaċità tan-netwerk tkun suffiċjenti biex tipprovdihom b'mod addizzjonali għal servizzi tal-aċċess għall-internet u ma jkunux ta' dannu għad-disponibilità jew il-kwalità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet. Il-provdituri tal-aċċess għall-internet lill-utenti finali m'għandhomx jiddiskriminaw bejn servizzi u applikazzjonijiet funzjonalment ekwivalenti.

3.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali relatata mal-legalità tal-informazzjoni, il-kontenut, l-applikazzjoni jew is-servizzi trażmessi.

4.  L-eżerċizzju tal-libertajiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandu jeħfief billi tingħata informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 26(2), u l-Artikolu 27(1) u (2).

L-utenti finali għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2002/22/KE, inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku applikati li jistgħu jaffettwaw l-aċċess għal informazzjoni, kontenut, applikazzjonijiet u servizzi, kif ukoll id-distribuzzjoni tagħhom, kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

5.  Fil-limiti tal-volumi Il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u l-utenti finali jistgħu jiftiehmu li jiffissaw limiti fuq il-volumi jew il-veloċitajiet tad-dejta miftiehma f'kuntratt għas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ma għandhomx jirrestrinġu l-libertajiet previsti fil-paragrafu 1 billi jimblukkaw, jisslowjaw ibiddlu, jiddegradaw jew jiddiskriminaw kontra kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kontra klassijiet speċifiċi tagħhom, ħlief meta dan ikun meħtieġ biex jiġu applikati miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku. Il-miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa biex:

(a)  tiġi implimentata dispożizzjoni leġiżlattiva jew ordni tal-qorti, jew biex jiġu evitati jew impediti reati kriminali serji ;

(b)  jinżammu l-integrità u s-sigurtà fin-netwerk, is-servizzi pprovduti minn dan in-netwerk, u t-terminali tal-utenti finali;

(c)  tkun evitata t-trażmissjoni ta' komunikazzjoni mhux mitluba lill-utenti finali li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel għal dan il-miżuri restrittivi;

(d)  jiġu minimizzati evitati jew imtaffija l-effetti ta' konġestjoni eċċezzjonali jew u temporanja fin-netwerk sakemm tipi ekwivalenti ta' traffiku jkunu trattati bl-istess mod.

Il-ġestjoni raġonevoli Il-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku għandha tinvolvi biss l-ipproċessar ta' dejta meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu m'għandhomx jinżammu aktar minn kemm hu neċessarju .

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE, il-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku għandhom jinvolvu biss l-ipproċessar ta' dejta personali li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, u għandhom ikunu wkoll suġġetti għad-Direttiva 2002/58/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet.

Il-provdituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati, ċari, miftuħa u effiċjenti, immirati sabiex jindirizzaw l-ilmenti dwar allegat ksur ta' dan l-Artikolu. Tali proċeduri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti finali li jirreferu l-kwistjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali. [Em. 236 u 243]

Artikolu 24

Is-salvagwardji għall-kwalità tas-servizzi

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw l-abilità effettiva tal-utenti finali biex igawdu l-libertajiet previsti fl-Artikolu 23(1) u (2), il-konformità mal-Artikolu 23(5), Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 30a fir-rigward tal-Artikolu 23, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità mal-Artikolu 23(5) u d-disponibilità kontinwa ta' servizzi nondiskriminatorji tal-aċċess għall-internet b'livelli ta' kwalità li jixhdu l-avvanzi fit-teknoloġija u li ma jiddgħajfux minħabba servizzi speċjalizzati . F'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-effetti tas-servizzi speċjalizzati fuq id-diversitàkulturali id-diversità kulturali u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw jippubblikaw rapporti kull sena lill-Kummissjoni u lill-BEREC dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom, u jipprovdu dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni u l-BEREC . [Em. 153]

2.  Sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni ġenerali fil-kwalità tas-servizzi għal servizzi tal-aċċess għall-internet jew biex tiġi salvagwardjata l-abbiltà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu kontenut jew informazzjoni, jew jużaw applikazzjonijiet u servizzi u softwer tal-għażla tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jimponu rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizzi, u fejn ikun xieraq, parametri oħrajn tal-kwalità tas-servizz, kif definit mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

Kmieni biżżejjed qabel jimponu dawn ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarju tar-raġunijiet għall-azzjoni, ir-rekwiżiti maħsuba u l-pjan ta' azzjoni propost. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-BEREC. Wara li tkun eżaminat din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tista' tagħti kummenti jew rakkomandazzjonijiet dwarha, b'mod partikolari biex tiżgura li r-rekwiżiti maħsuba ma jolqtux ħażin il-funzjonament tas-suq intern. Ir-rekwiżiti maħsuba ma għandhomx jiġu adottati waqt perjodu ta' xahrejn minn meta l-Kummissjoni taslilha l-informazzjoni sħiħa sakemm il-Kummissjoni u l-awtorità regolatorja nazzjonali ma jkunux ftiehmu mod ieħor bejn, jew sakemm il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtorità regolatorja nazzjonali b'perjodu mqassar ta' eżami, jew sakemm il-Kummissjoni tkun tat il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu sew il-kummenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u għandhom jikkomunikaw ir-rekwiżiti adottati lill-Kummissjoni u lill-BEREC. [Em. 154]

3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni Fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' dan ir-regolament, il-BEREC, wara li jikkonsulta lill-partijiet interessati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi linji gwida ġenerali li jiddefinixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont dan l-Artikolu Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). , inkluż fir-rigward tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku u għall-monitoraġġ tal-konformità . [Em. 155]

Artikolu 24a

Eżami

Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BEREC, għandha teżamina l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi speċjalizzati u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta u tippreżenta kwalunkwe proposta adegwata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [daħħal id-data, tliet snin wara d-data tal-applikabilità ta' dan ir-regolament]. [Em. 156]

Artikolu 25

It-trasparenza u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni

1.  Ħlief għall-offerti li jiġu negozjati b'mod individwali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, xierqa u aġġornata dwar:

(a)  l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt tagħhom;

(b)  għal kull pjan ta' tariffa, is-servizzi offruti u l-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizzi, il-prezzijiet applikabbli (għall-konsumaturi inklużi t-taxxi) u kull imposta applikabbli (l-aċċess, l-użu, il-manutenzjoni u kull miżata addizzjonali), kif ukoll spejjeż għat-tagħmir terminali;

(c)  it-tariffi applikabbli rigward xi numru jew servizz soġġett għal kundizzjonijiet partikolari tal-prezzijiet;

(d)  il-kwalità tas-servizzi tagħhom, skont l-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 2;

(e)  is-servizzi tal-aċċess għall-internet, meta offruti, li jispeċifikaw:

(i)  il-veloċità tad-dejta proprjament disponibbli għad-download u l-upload fl-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali, inkluża fil-ħin bl-aktar użu;

(ii)  il-livell tal-limitazzjonijiet applikabbli fil-volum tad-dejta, jekk ikun hemm; il-prezzijiet biex jiżdied il-volum tad-dejta disponibbli fuq bażi ad hoc jew dejjiema; il-veloċità tad-dejta, u prezzha, disponibbli wara konsum sħiħ tal-volum tad-dejta applikabbli, jekk ikunu limitat; u l-mezzi biex meta jridu, l-utenti finali jkunu jistgħu jsegwu l-livell attwali tal-konsum tagħhom;

(iii)  spjegazzjoni ċara u komprensiva dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità proprja disponibbli u parametri oħra tal-kwalità, u l-użu f'daqqa ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi, jistgħu prattikament iħallu impatt fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

(iv)  informazzjoni dwar kull proċedura li jistabbilixxi l-provditur biex ikejjel u jdawwar it-traffiku ħalli jevita konġestjoni fin-netwerk, u dwar kif dawk il-proċeduri jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tad-dejta personali;

(f)  il-miżuri li ttieħdu biex tkun żgurata l-ekwivalenza fl-aċċess għal utenti finali b'diżabbiltà, inkluża informazzjoni aġġornata regolarment li tagħti dettalji dwar il-prodotti u s-sevizzi maħsuba għalihom;

(g)  it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt standard tagħhom inkluż kull perjodu kuntrattwali minimu, il-kundizzjonijiet u kull imposta għat-terminazzjoni ta' kuntratt, il-proċeduri u l-miżati diretti relatati mal-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħra, u l-arranġamenti għal kumpens minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor;

(h)  l-aċċess għal servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post mnejn tkun ġejjin t-telefonata għal kull servizz offrut, kull limitazzjoni fil-provdiment tas-servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE, u kull bidla fih;

(i)  id-drittijiet dwar is-servizz universali, inklużi, meta jixraq, il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2002/22/KE.

L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata b'mod ċar u komprensiv u tkun faċilment aċċessibbli fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru fejn jiġi offrut is-servizz, u għandha tiġi aġġornata regolarment. Meta jintalab, l-informazzjoni għandha tingħata wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti qabel tiġi ppubblikata. Kull differenzjazzjoni fil-kundizzjonijiet applikati għall-konsumaturi u utenti finali oħra għandha tkun espliċita.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-metodi biex titkejjel il-veloċità tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-parametri tal-kwalità tas-servizzi u l-metodi biex dawn jitkejlu, u l-kontenut, il-forma u l-mod tal-informazzjoni li trid tiġi ppublikata, inklużi mekkaniżmi possibbli ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità. Il-Kummissjoni tista' tqis il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodi tal-kejl stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2002/22/KE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

3.  L-utenti aħħarin għandhom ikollhom aċċess għal għodod indipendenti tal-evalwazzjoni li jippermettulhom iqabblu l-prestazzjoni tal-aċċess u s-servizzi tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika u l-kost ta' xejriet alternattivi tal-użu. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema volontarja ta'ġ ċertifikazzjoni għal siti, gwidi jew għodod simili interattivi. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tingħata skont rekwiżiti oġġettivi, trasparenti u proporzjonati, partikolarment l-indipendenza minn kull provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubblika, l-użu ta' lingwaġġ ċar, l-għoti ta' informazzjoni kompluta u aġġornata, u t-tħaddim ta' proċedura effettiva għat-trattament tal-ilmenti. Meta l-faċilitajiet ċertifikati tat-tqabbil ma jkunux disponibbli fis-suq bla ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra għandhom jagħmlu dawn il-faċilitajiet disponibbli huma stess jew mingħand partijiet terzi konformi mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni. L-informazzjoni ppubblikata mill-provdituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku għandhom ikunu aċċessibblii u bla ħlas sabiex ikunu disponibbli l-faċilitajiet tat-tqabbil.

4.  Meta jitolbuhom l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom iqassmu bla ħlas lill-utenti finali informazzjoni li tinteressa lill-pubbliku, meta jixraq, bl-istess mezzi li kienu jużaw is-soltu biex jikkomunikaw mal-utenti finali. F'dan il-każ, dik l-informazzjoni għandhom jipprovduha l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku f'format standardizzat u fost l-oħrajn għandha tkopri dawn is-suġġetti:

(a)  l-aktar użu komuni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew ixerred kontenut dannuż, b'mod partikolari fejn dan jista' jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; u

(b)  il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali u mill-aċċess illegali għad-dejta personali meta jintużaw is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. [Em. 157]

Artikolu 26

Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kuntratti

1.  Qabel kuntratt dwar il-provdiment ta' konnessjoni ma' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni elettronika jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jsir vinkolanti, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom għallinqas jipprovdu din l-informazzjoni lill-konsumaturi, u lil utenti finali oħra, sakemm huma ma jkunux ftiehmu espliċitament mod ieħor:

(a)  l-identità, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt tal-provditur u, jekk ikunu differenti, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt għal kull ilment;

(b)  il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi pprovduti, inklużi b'mod partikolari:

(i)  għal kull pjan ta' tariffi, it-tipi ta' servizzi offruti, il-volumi inklużi tal-komunikazzjoni u kull parametru rilevanti tal-kwalità tas-servizzi, inkluż meta se ssir il-konnessjoni tal-bidu;

(ii)  jekk hux qed jiġi pprovdut aċċess għal servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post mnejn tkun ġejjin t-telefonata, u f'liema Stati Membri, jekk hemmx xi limitazzjonijiet fil-provdiment tas-servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE;

(iii)  it-tipi ta' servizzi ta' wara l-bejgħ, servizzi tal-manutenzjoni u s-servizzi ta' appoġġ għall-klijenti li huma pprovduti, u l-kundizzjonijiet u t-tariffi għal dawn is-servizzi, u l-metodi ta' kuntatt għal dawn is-servizzi;

(iv)  kull restrizzjoni li jimponi l-provditur fuq l-użu tat-tagħmir terminali pprovdut, inkluża l-informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull imposta involuta jekk jiġi tterminat il-kuntratt qabel jintemm il-perjodu minimu tal-kuntratt;

(c)  dettalji dwar il-prezzijiet u t-tariffi (għall-konsumaturi inklużi t-taxxi u imposti addizzjonali possibbilment dovuti) u l-mezzi li bihom issir disponibbli informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-imposti kollha applikabbli;

(d)  il-metodi tal-ħlas offruti u kull differenza fl-ispejjeż minħabba l-metodu tal-ħlas, u l-faċilitajiet disponibbli li jissalvagwardjaw it-trasparenza fil-kontijiet u jissorveljaw il-livell tal-konsum;

(e)  it-tul tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet biex jiġġedded u jintemm, inklużi:

(i)  kull użu u tul minimu meħtieġ biex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali;

(ii)  kull imposta relatata mal-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħra, inklużi l-arranġamenti għal kumpens minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor;

(iii)  kull imposta dovuta bit-terminazzjoni kmieni tal-kuntratt, inkluż kull irkupru tal-ispejjeż fejn jidħol it-tagħmir terminali (abbażi tal-metodi tas-soltu għad-deprezzament) u vantaġġi promozzjonali oħra (fuq bażi pro tempore rata );

(f)  kull arranġament għal kumpens u rifużjoni, inkluża referenza espliċita għad-drittijiet statutorji tal-utent finali, li japplikaw jekk ma jintlaħqux il-livelli tal-kwalità tas-servizzi fil-kuntratt;

(g)  meta jkun hemm obbligu skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2002/22/KE, l-alternattivi għall-utenti finali jekk idaħħlux jew le d-dejta personali tagħhom fid-direttorju, u d-dejta kkonċernata;

(h)  għal utenti finali b'diżabbiltà, id-dettalji dwar il-prodotti u s-sevizzi maħsuba għalihom;

(i)  il-mezzi biex jinbdew proċeduri għal soluzzjoni tat-tilwim, inkluż it-tilwim transfruntieri, skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE u l-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament;

(j)  it-tip ta' azzjoni li jista' jieħu l-provditur b'reazzjoni għal inċidenti ta' sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet.

2.  Apparti dak tal-paragrafu 1, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom għallinqas jipprovdu lill-utenti finali, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor minn utent finali li mhux konsumatur, din l-informazzjoni dwar is-servizzi tagħhom tal-aċċess għall-internet:

(a)  il-livell tal-limitazzjonijiet applikabbli fil-volum tad-dejta, jekk ikun hemm; il-prezzijiet biex jiżdied il-volum tad-dejta disponibbli fuq bażi ad hoc jew dejjiema; il-veloċità tad-dejta, u prezzha, disponibbli wara konsum sħiħ tal-volum tad-dejta applikabbli, jekk ikunu limitat; u l-mezzi biex meta jridu, l-utenti finali jkunu jistgħu jsegwu l-livell attwali tal-konsum tagħhom;

(b)  il-veloċità tad-dejta attwalment disponibbli biex ittella' u tniżżel id-dejta fil-lok ewlieni tal-utneti aħħari, inkluż ċifri attwali għal meded tal-veloċità, medji tal-veloċità u veloċità fis-sigħat tal-akbar traffiku, inkluż l-impatt potenzjali tal-fatt li jiġi permess l-aċċess lil partijiet terzi permezz ta' netwerk taż-żona lokali bir-radju;

(c)  parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi;

(d)  informazzjoni dwar kull proċedura li jistabbilixxi l-provditur biex ikejjel u jdawwar it-traffiku ħalli jevita konġestjoni fin-netwerk, u informazzjoni dwar kif dawk il-proċeduri jistgħu jħallu impatt fuq il-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tad-dejta personali;

(e)  spjegazzjoni ċara u komprensiva dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità proprja disponibbli u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, u l-użu f'daqqa ta' servizzi speċjalizzati bi kwalità aħjar tas-servizzi, jistgħu prattikament iħallu impatt fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata b'mod ċar u komprensiv u tkun faċilment aċċessibbli fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali, u għandha tiġi aġġornata regolarment. Din għandha tifforma parti integrali mill-kuntratt u ma għandhiex tinbidel sakemm il-partijiet ma jaqblux espressament mod ieħor. L-utent finali għandu jirċievi kopja tal-kuntratt bil-miktub.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni elenkati fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

5.  Meta jitolbu l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, il-kuntratt għandu jkun fih ukoll kull informazzjoni li jipprovdu dawn l-awtoritajiet għal dan l-iskop dwar l-użu ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex wieħed jidħol f'attivitajiet illegali jew ixerred kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali, l-ipproċessar illegali tad-dejta personali, imsemmija fl-Artikolu 25(4) u rilevanti għas-servizz ipprovdut. [Em. 158]

Artikolu 27

Il-kontroll tal-konsum

1.  Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffru lill-utenti finali l-opportunità li jagħżel, bla ħlas, faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika differenti mogħtija fil-munita li biha jkun il-kont tal-utent finali. Din il-faċilità għandha tiżgura li, mingħajr il-kunsens tal-utent finali, in-nefqa akkumulata tul perjodu speċifiku tal-użu ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat li stabbilixxieh l-utent finali.

2.  Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiżguraw li lill-utent finali tintbagħatlu notifika xierqa meta l-konsum tas-servizzi jkun laħaq 80% tal-limitu finanzjarju stabbilit skont il-paragrafu 1. In-notifika għandha tindika l-proċedura li trid tiġi segwita biex jissokta l-provdiment ta' dawk is-servizzi, inklużi l-ispejjeż tagħhom. Il-provditur għandu jieqaf jipprovdi s-servizzi speċifikati u jieqaf jimponi miżati lill-utent finali għalihom jekk il-limitu finanzjarju jinqabeż mod ieħor, sakemm l-utent finali ma jkunx talab li jissokta jew jiġġedded il-provdiment ta' dawn is-servizzi. Wara li jkunu laħqu l-limitu finanzjarju, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jirċievu telefonati u messaġġi SMS u jaċċessaw in-numri tat-telefown bla ħlas u s-servizzi ta' emerġenza billi jċemplu n-numru ta' emerġenza Ewropew 112 bla ħlas sa tmiem il-perjodu tal-ħlas miftiehem.

3.  Minnufih qabel tiġi konnessa t-telefonata, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jippermettu lill-utenti finali jaċċessaw faċilment u bla ma jġarrbu spejjeż kull informazzjoni tal-ispejjeż dwar it-tariffi applikabbli rigward numru jew servizz soġġett għal kundizzjonijiet partikolari tal-prezzijiet sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tat deroga minn qabel għal raġunijiet ta' proporzjonalità. Kull informazzjoni bħal din għandha tingħata b'mod komparabbli għal kull numru jew servizz bħal dan.

4.  Lill-utenti finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom l-opportunità li bla ħlas jaċċettaw li jirċievu kontijiet dettaljati. [Em. 159]

Artikolu 28

It-terminazzjoni tal-kuntratt

1.  Il-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandhomx jobbligaw perjodu minimu ta' kuntratt li jaqbeż l-24 xahar. Lill-utenti finali, il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffrulhom il-possibilità li jidħlu f'kuntratt li ma jtulx aktar minn 12-il xahar.

2.  Il-konsumaturi, u utenti finali oħra sakemm ma jkunux ftiehmu mod ieħor, għandu jkollhom dritt jitterminaw kuntratt b'perjodu ta' avviż ta' xahar, meta jkunu għaddew sitt xhur jew aktar minn meta sar il-kuntratt. Ebda kumpens ma għandu jkun dovut ħlief għall-valur residwu tat-tagħmir sussidjat mogħti mal-kuntratt meta sar il-kuntratt u rimborż pro rata tempore għal kull vantaġġ promozzjonali ieħor ikkumerċjalizzat bħala tali waqt li kien qed isir il-kuntratt. Il-provditur għandu jneħħi bla ħlas kull restrizzjoni fuq l-użu tat-tagħmir terminali f'netwerks oħra, mhux aktar tard minn meta jitħallas dan il-kumpens.

3.  Meta l-kuntratti jew il-liġi nazzjonali jipprovdu għal perjodi tal-kuntratt biex ikunu jistgħu jiġu estiżi b'mod taċitu, il-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jinforma lill-utent finali fi żmien debitu ħalli l-utent finali jkollu mill-inqas xahar żmien biex jopponi l-estensjoni taċita. Jekk l-utent finali ma jopponix, il-kuntratt għandu jitqies bħala kuntratt permanenti li l-utent finali jista' jitterminah kull meta jrid b'perjodu ta' avviż ta' xahar u bla ma jġarrab spejjeż.

4.  L-utenti finali għandu jkollhom id-dritt jitterminaw il-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż meta jiġu avżati b'modifiki fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku sakemm il-modifiki proposti ma jkunux esklussivament għall-benefiċċju tal-utenti finali. Lill-utenti finali, il-provdituri għandhom jagħtuhom perjodu ta' avviż adegwat, mhux iqsar minn xahar, għal dawn il-modifiki, u fl-istess waqt għandhom jinfurmawhom bid-dritt tagħhom li jistgħu jitterminaw il-kuntratt bla ma jġarrbu spejjeż jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis .

5.  Kull diskrepanza sinifikanti u mhux temporanja bejn il-prestazzjoni proprja fejn jidħlu l-veloċità u parametri oħra tal-kwalità, u l-prestazzjoni li jindika l-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku skont l-Artikolu 26, għandha titqies bħala nuqqas ta' konformità tal-prestazzjoni għall-finijiet biex jinstabu rimedji għall-utenti finali skont il-liġi nazzjonali.

6.  Abbonament għal servizzi addizzjonali li jipprovdi l-istess provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandux jerġa' jibda mill-ġdid il-perjodu tal-kuntratt tal-bidu sakemm il-prezz tas-servizz(i) addizzjonali ma jkunx jaqbeż b'mod sinifikanti l-prezz tas-servizzi tal-bidu jew sakemm ma jkunux offruti servizzi addizzjonali bħal dawn bi prezz promozzjonali speċjali relatat mat-tiġdid tal-kuntratt eżistenti.

7.  Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom japplikaw kundizzjonijiet u proċeduri għat-terminazzjoni tal-kuntratt li ma joħolqux ostakli jew diżinċentivi milli wieħed jibdel il-provditur tas-servizz. [Em. 160]

Artikolu 29

Offerti raggruppati

Jekk raggruppament ta' servizzi offrut lill-konsumaturi ikun fih mill-inqas konnessjoni ma' netwerk tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz wieħed tal-komunikazzjoni elettronika, għandhom japplikaw l-Artikolu 28 u 30 ta' dan ir-Regolament għal kull element tar-raggruppament. [Em. 161]

Kapitolu V

Il-faċilitazzjoni tal-bidla tal-fornitur

Artikolu 30

Il-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà tan-numri

1.  Kull utent finali b'numri minn pjan tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali, li jitlob dan, għandu jkollu d-dritt li jżomm in-numru/i tiegħu indipendentement mill-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jipprovdi s-servizz skont il-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 2002/22/KE, sakemm il-provditur ikun provditur tal-komunikazzjoni elettronika fl-Istat Membru li miegħu jirrelatat il-pjan ta' numerazzjoni nazzjonali jew sakemm il-provditur ikun provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika li nnotifika lill-awtorità regolatorja kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar il-fatt li hu jipprovdi jew beħsiebu jipprovdi dawn is-servizzi fl-Istat Membru li miegħu hu relatat il-pjan tan-numerazzjoni nazzjonali.

2.  L-ipprezzar bejn il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku relatat mal-provdiment tal-portabbiltà tan-numru għandu jkun orjentat lejn l-ispiża, u l-miżati diretti għall-utenti finali, jekk ikun hemm, ma għandhomx iservu ta' diżinċentiv għall-utenti finali milli jbiddlu l-provditur tas-servizz.

3.  Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli. Biex l-utenti finali jagħmlu ftehim dwar il-portabbiltà ta' numru lejn provditur ġdid, dak in-numru għandu jiġi attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta jsir dan il-ftehim. It-telfien tas-servizz waqt il-proċess tal-portabbiltà, jekk ikun hemm, ma għandux itul aktar minn minn ġurnata tax-xogħol.

4.  Il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jmexxi l-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà. L-utenti finali għandhom jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, qabel u waqt il-proċess tal-bidla, u anki minnufih wara li din issir. Lill-utenti finali ma għandux jinbidlilhom il-provditur kontra r-rieda tagħhom.

5.  Il-kuntratti tal-utenti finali mal-providituri trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jiġu tterminati awtomatikament wara li ssir il-bidla minn provditur għal ieħor. Il-providituri trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom jirrifondu l-kreditu kollu li jkun baqa' lill-kunsumaturi li jkunu jużaw servizzi mħallsin minn qabel.

6.  Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jdumu jew jabbużaw fil-bidla minn provditur għal ieħor, inkluż billi ma jagħmlux disponibbli fil-ħin l-informazzjoni meħtieġa għall-portabbiltà, għandhom jiġu obbligati jikkumpensaw lill-utenti finali li jġarrbu dan id-dewmien jew l-abbuż.

7.  Meta l-utent finali li jagħmel bidla għal provditur ġdid tas-servizzi tal-aċċess għall-internet ikollu indirizz tal-email ipprovdut mill-providitur trasferenti, dan tal-aħħar, jekk jitolbu l-utent finali, għandu jibgħat f'indirizz tal-email li jagħtih l-utent finali, bla ħlas, kull komunikazzjoni bl-email mibgħuta lill-utent finali fuq l-email preċedenti għal perjodu ta' 12-il xahar. Dan is-servizz tad-direzzjonar tal-emails għandu jinkludi tweġiba awtomatika lil kull min jibgħat email biex jinfurmah bl-indirizz tal-email il-ġdid tal-utent finali. L-utent finali għandu jkollhom l-alternattiva li jitolbu li l-indirizz tal-email il-ġdid ma jingħadx fil-messaġġ tat-tweġiba awtomatika.

Wara l-ewwel perjodu ta' 12-il xahar, il-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jagħti l-alternattiva lill-utent finali biex bi ħlas, jekk ikun hemm bżonn, jiġi estiż il-perjodu tas-servizz tad-direzzjonar tal-emails. Il-provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku ma għandux jalloka l-indirizz tal-email tal-bidu tal-utenti finali lil utent finali ieħor qabel jgħaddu sentejn mit-terminazzjoni tal-kuntratt, u f'kull każ matul il-perjodu li għalih ġie estiż is-servizz tad-direzzjonar tal-emails.

8.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jistabbilixxu proċessi globali tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà, inkluż provdiment ta' sanzjonijiet xierqa fuq il-provdituri u kumpensi għall-utenti finali. Dan għandhom iqisu l-protezzjoni meħtieġa tal-utent finali waqt il-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u l-l-ħtieġa li tkun żgurata l-effiċjenza f'dan il-proċess. [Em. 162]

Artikolu 30a

Superviżjoni u infurzar

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom ir-riżorsi neċessarji biex jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorji tagħhom.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod li jippermetti li l-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għaliha.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jesiġu mill-impriżi soġġetti għall-obbligi skont dan ir-Regolament li jipprovdu kull informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minnufih meta mitluba, u skont l-iskadenzi u l-livell ta’ dettall meħtieġa mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jintervjenu fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

5.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati, ċari, miftuħa u effiċjenti biex jindirizzaw ilmenti dwar allegat ksur tal-Artikolu 23. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrispondu għall-ilmenti mingħajr dewmien bla bżonn.

6.  Meta awtorità regolatorja nazzjonali ssib li kien hemm ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, hi għandha tesiġi t-terminazzjoni immedjata ta’ tali ksur. [Em. 163]

Kapitolu VI

Dispożizzjonijiet organizzattivi u finali

Artikolu 31

Il-penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2016 u għandhom jinnotifikawhom bla dewmien ta' xi emenda sussegwenti li taffettwahom.

Fejn jidħlu l-provdituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika, il-penali għandhom jiġu imposti skont il-Kapitolu II dwar il-kompetenzi rispettivi tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti nazzjonali fl-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti. [Em. 164]

Artikolu 32

Id-delega tas-setgħat

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], biex tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 17(2) u 19(5)

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 17(2) u 19(5) tista' titneħħa f'kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' delega tista' ttemm id-delega tas-setgħat imsemmija f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 19(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 165]

Artikolu 33

Il-komitoloġija

1.  Il-Kummissjoni għandu jassistiha l-Kumitat tal-Komunikazzjoni stabbilit bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE. Dak il-kumitati għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 34

Emendi fid-Direttiva 2002/20/KE

1.   Fl-Artikolu 3(2), jitħassar it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej : [Em. 166]

(a)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: "

2. Il-forniment ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jista', mingħajr preġudizzju għall-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2) jew għad-drittijiet ta' użu msemmija fl-Artikolu 5, biss ikun suġġett għal awtorizzazzjoni ġenerali. Meta Stat Membru jidhirlu li rekwiżit ta’ notifika huwa ġustifikat, dak l-Istat Membru jista' jesiġi li l-impriżi jippreżentaw notifika lill-BEREC iżda m’għandux jesiġi li jiksbu deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv ieħor mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn kwalunkwe awtorità oħra qabel ma jeżerċitaw id-drittijiet li joħorġu mill-awtorizzazzjoni. Man-notifika lill-BEREC, fejn meħtieġa, impriża tista' tibda l-attività, fejn meħtieġ suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta' użu fl-Artikoli 5, 6 u 7."; [Em. 167]

"

(b)  il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: "

"3. Notifika msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tinvolvi aktar minn dikjarazzjoni dwar mudell armonizzat fil-forma stabbilita fil-parti D tal-Anness minn persuna ġuridika jew fiżika lill-BEREC tal-intenzjoni li tibda l-forniment ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sottomissjoni tal-informazzjoni minima li hija meħtieġa li tippermetti lill-BEREC u lill-awtorità regolatorja nazzjonali li jżommu reġistru jew lista tal-fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri ma jistgħu jimponu l-ebda rekwiżit ta’ notifika addizzjonali jew separat."; [Em. 168]

"

(c)  għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: "

"3a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’notifika motivata fi żmien 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru [.../...]* jekk iqisu li rekwiżit ta’ notifika jkun ġustifikat. Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika u, fejn ikun xieraq, tadotta deċiżjoni f’perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika biex titlob lill-Istat Membru inkwistjoni jabolixxi r-rekwiżit tan-notifika.

______________

* Regolament (UE) Nru [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... li jistabbilixxi miżuri dwar is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE (ĠU L... , p. ...).". [Em. 169]

"

(2)   Fl-Artikolu 10, għandu jiżdied il-paragrafu 6a ġdid li ġej: "

‘6a. Awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinnotifika lill-BEREC dwar kwalunkwe miżura li jkollha l-ħsieb li tieħu skont il-paragrafi 5 u 6. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi n-notifika, li matulhom l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tistax tadotta miżura finali, il-BEREC għandu jadotta opinjoni motivata jekk huwa jqis li l-abbozz ta' miżura joħloq ostakolu għas-suq uniku. Il-BEREC għandu jgħaddi kull opinjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-Kummissjoni. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkunsidra bis-sħiħ kull opinjoni mill-BEREC u għandha tgħarraf lill-BEREC dwar kull miżura finali. Il-BEREC għandu jaġġorna r-reġistru tiegħu skont dan.". [Em. 170]

"

(3)  Fl-Anness, għandha tiżdied il-parti D li ġejja: "

'D. L-informazzjoni meħtieġa f’notifika skont l-Artikolu 3

In-notifika għandu jkun fiha dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni li jinbeda l-provdiment ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u magħha għandu jkollha biss din l-informazzjoni:

1.  l-isem tal-provditur,

2.  l-istatus u l-forma ġuridika tal-provditur u n-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu, u fejn il-provditur ikun irreġistrat f'reġistru kummerċjali jew f'reġistru pubbliku simili ieħor,

3.  l-indirizz ġeografiku tal-istabbiliment ewlieni tal-provditur,

4.  persuna ta’ kuntatt,

5.  deskrizzjoni fil-qosor tan-netwerks jew tas-servizzi li jkunu maħsuba li jiġu pprovduti,

6.   l-Istati Membri kkonċernati, u

7.  stima tad-dejta tal-bidu tal-attività.". [Em. 171]

"

Artikolu 34a

Emendi għad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE

Fl-Artikolu 6(8) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: "

'L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew il-kiri ta’ kwalunkwe bands armonizzati addizzjonali fuq l-istess bażi ta’ dawk innumerati fl-ewwel subparagrafu.'. [Em. 172]

"

Artikolu 35

Emendi fid-Direttiva 2002/21/KE

Id-Direttiva 2002/21/KE hi emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 1, jiżdied dan il-paragrafu 6: "

"Din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi għandhom jiġu interpretati u applikati flimkien mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru [XX/2014]." [Em. 173]

"

(1a)  Fl-Artikolu 2, il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej: "

ʻ"national regulatory authority" means the body charged by a Member State with the regulatory tasks assigned in this Directive and the Specific Directives;ʼ. [Am. 174]

"

(1b)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3a jinbidel b’dan li ġej: "

ʻ3a . Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun responsabbli għal tal-inqas regolazzjoni tas-suq ex-ante skont l-Artikoli 7, 7a, 15 u 16 ta’ din id-Direttiva u l-Artikoli 9 sa 13b tad-Direttiva 2002/19/KE; għan-numerar, it-tismija u l-indirizzar, il-kolokazzjoni u l-kondiviżjoni tal-elementi u l-faċilitajiet assoċjati tan-netwerk u għar-riżoluzzjoni ta’ bejn impriżi skont l-Artikoli 10, 12, 20 u 21 ta’ din id-Direttiva u għall-affordabbiltà tat-tariffi, il-kwalità tas-servizz tal-impriżi maħtura, il-kost tal-obbligu tas-servizz universali, il-kontrolli regolatorji fuq is-servizzi għall-konsumaturi, il-kuntratti, it-trasparenza u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, il-kwalità tas-servizz, l-iżgurar tal-ekwivalenza fl-aċċess u l-għażla għall-utenti finali b’diżabilità, is-servizzi ta’ emerġenza u n-numru tat-telefon uniku Ewropew f'każ ta' emerġenza, l-aċċess għan-numri u s-servizzi, il-provdiment ta’ faċilitajiet addizzjonali u l-faċilitazzjoni tat-tibdil tal-provditur skont l-Artikoli 9, 11, 12, 17, 20, 20a, 21, 21a, 22, 23a, 26, 26a, 28, 29 u 30 tad-Direttiva 2002/22/KE, kwistjonijiet relatati mal-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2002/20/KE, kif ukoll tad-Direttiva 2002/58/KE.

Kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha taġixxi indipendentement u m’għandhiex tfittex jew tieħu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilha skont il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli, il-membri tal-korp kolleġjali li jkopri dik il-funzjoni f’awtorità regolatorja nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jew is-sostituti tagħhom ikunu jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jissodisfawx iktar il-kondizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta’ dmirijiethom li jkunu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli biex jitkeċċew il-membri tal-korp kolleġjali li jkopri dik il-funzjoni għandha ssir pubblika fiż-żmien tat-tkeċċija. Il-kap imkeċċi tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli l-membri tal-korp kolleġjali li jkopri dik il-funzjoni, għandhom jirċievu dikjarazzjoni ta’ raġunijiet u għandu jkollhom id-dritt jitolbu l-pubblikazzjoni tagħha, jekk din ma tkunx ser issir, f'liema każ hija tiġi pubblikata.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu jkollhom baġits annwali separat u li l-baġits ikunu biżżejjed għat-twettieq tal-kompiti tagħhom. Il-baġits u l-kontijiet awditjati annwali għandhom jiġu ppubblikati minn kull awtorità regolatorja nazzjonali. Kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun organizzata u operata sabiex tissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha u għandu jkollha għadd ta’ membri tal-persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha għat-twettieq tajjeb tal-kompiti tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi umani u finanzjarji xierqa sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem b’mod attiv fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) 1 , kif ukoll jagħtu l-kontribut tagħhom lil dan il-Korp.

__________________

1 Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċjuʼ. [Em. 175]

"

(2)  L-Artikolu 7a huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: "

1. Meta miżura maħsuba koperta bl-Artikolu 7(3) ikollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu minn fuq operatur bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16, ta' din id-Direttiva flimkien mal-Artikolu 5 u l-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva dwar is-Servizz Universali), fi żmien xahar kif previst fl-Artikolu 7(3) ta' din id-Direttiva l-Kummissjoni tista' tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata u lill-BEREC bir-raġunijiet tagħha biex tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq uniku jew bid-dubji serji tagħja fejn tidħol il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, filwaqt li tqis kif xieraq kull Rakkomandazzjoni adottata skont l-Artikolu 19(1) ta' din id-Direttiva dwar l-applikazzjoni armonizzata ta' dispożizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi. F'dan il-każ, l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat għal tliet xhur oħra wara n-notifika tal-Kummissjoni. [Em. 176]

"

(b)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: "

'2. Fi żmien tliet xhur kif jissemma fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jidentifikaw l-iktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, filwaqt li jqisu b'mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti. Meta l-miżura maħsuba jkollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu minn fuq provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont it-tifsira tar-Regolament [XXX/2014] fi Stat Membru ospitanti, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tista' wkoll tieħu sehem fil-proċess ta' koperazzjoni.' [Em. 177]

"

(c)  fil-paragrafu 5, jiddaħħal dan il-punt (aa): "

"(aa) tieħu deċiżjoni biex teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz tal-miżura, flimkien ma' proposti speċifiċi biex dan jiġi emendat, meta l-miżura maħsuba jkollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu minn fuq provditur Ewropew tal-komunikazzjoni elettronika skont it-tifsira tar-Regolament [XXX/2014]." [Em. 178]

"

(d)  fil-paragrafu 6, jiżdied dan is-subparagrafu: "

"L-Artikolu 7(6) għandu japplika meta l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 5(aa)." [Em. 179]

"

(2a)  Fl-Artikolu 8(4), il-punt (g) huwa mħassar. [Em. 180]

(2b)  Fl-Artikolu 9b(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: "

'3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri addattati implimentattivi biex tiffaċilita t-trasferiment jew il-kiri tad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju bejn l-impriżi. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati fi żmien 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament [.../...]*. Dawk il-miżuri m’għandhomx ikopru frekwenzi li jintużaw għax-xandir.

_____________

* Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...... li jistabbilixxi miżuri dwar is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE(ĠU L ..., ..., p. ).' [Em. 181]

"

(3)  L-Artikolu 15 hu emendat kif ġej:

(a)  Għandu jiddaħħlu dan is-subparagrafu bejn l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1:"

"Waqt li tivvaluta jekk suq partikolari għandux karatteristiċi li jistgħu jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta' obbligi regolatorji ex-ante, u allura jistax jiddaħħal fir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod partikolari l-ħtieġa ta' regolamentazzjoni konverġenti madwar l-Unjoni kollha, il-ħtieġa li ssir promozzjoni tal-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti fl-interess tal-utenti finali u fl-interess tal-kompetittività globali, u r-rilevanza li għandu s-suq ikkonċernat, flimkien ma' fatturi oħrajn bħall-kompetizzjoni eżistenti bbażata fuq l-infrastruttura fil-livell tal-konsumaturi, għall-kompetizzjoni dwar il-prezzijiet, l-għażla u l-kwalità tal-prodotti offruti lill-utenti finali. Il-Kummissjoni għandha tqis kull restrizzjoni kompetittiva rilevanti, irrispettivament jekk in-netwerks, is-servizzi jew l-applikazzjonijiet li jimponu dawn ir-restrizzjonijiet ikunux netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, jew tipi oħra ta' servizz jew applikazzjoni li huma komparabbli mill-perspettiva tal-utent finali, sabiex issib jekk, bħala kwistjoni ġenerali fl-Unjoni jew f'parti sinifikanti minnha, humiex qed jiġu ssodisfati dawn it-tliet kriterji f'daqqa:

   (a) il-preżenza ta' ħafna ostakli regolatorji jew legali, strutturali, mhux tranżitorji għad-dħul;
   (b) l-istruttura tas-suq ma xxeqlibx lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien rilevanti, wara li jitqiesu l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura u kompetizzjoni oħra li jkun hemm wara l-ostakli għad-dħul;
   (c) il-liġi tal-kompetizzjoni waħedha mhix biżżejjed biex tindirizza sew in-nuqqas(ijiet) tas-suq ikkonċernat."

"

(b)  fil-paragrafu 3, jiżdied dan is-subparagrafu:"

"Waqt li tkun qed teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk it-tliet kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex jintlaħqu b'mod kumulattiv meta tkun qed tiġi rivalutata l-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni ta' abbozz tal-miżura li jikkonkludi li:

   (a) suq partikolari li mhux identifikat fir-Rakkomandazzjoni għandu karatteristiċi li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta' obbligi regolatorji, fiċ-ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi; jew
   (b) suq identifikat fir-Rakkomandazzjoni ma għandux bżonn regolamentazzjoni fiċ-ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.'.

"

(4)  L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 hu emendat kif ġej:"

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva u tal-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva tal-Awtorizzazzjoni), meta l-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, fid-Direttivi Speċifiċi u fir-Regolament Nru [.../2014], jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, il-Kummissjoni wara li qris tqis sew il-fehma tal-BEREC, tista' għandha toħroġ rakkomandazzjoni jew deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva, fid-Direttivi Speċifiċi u fir-Regolament Nru [.../2014] sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8.' [Em. 182]

"

Artikolu 36

Emendi għad-Direttiva 2002/22/KE

1.  B'effett mill-1 ta’ Lulju 2016, id-Direttiva 2002/22/KE hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 1(3), l-ewwel sentenza hija mħassra.

(1a)  Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin: "

“(fa) provditur riċeventi ta' komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser il-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li lilu jiġi trasferit in-numru tat-telefown jew is-servizz.”;

   (fb) "provditur trasferenti tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku" tfisser provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li mingħandu jiġi trasferit in-numru tat-telefown jew is-servizz. [Em. 183]

"

(1b)  It-titolu tal-Artikolu 20 huwa sostitwit bi: "

'Rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-kuntratti'; [Em. 184]

"

(1c)  Fl-Artikolu 20, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: "

'-1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1a tingħata qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt u b’mod ċar, komprensiv u aċċessibbli faċilment u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva dwar id-Direttiva 2011/83/UE* rigward kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju jew mill-bogħod. Il-konsumatur u utenti finali oħrajn, li jitolbu dan, għandu jkollhom aċċess għal kopja tal-kuntratt f'format li jibqa'.

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti tal-lingwa dwar l-informazzjoni kuntrattwali, sabiex jiżguraw li din l-informazzjoni tinftiehem b’mod faċli mill-konsumatur jew mill-utent finali li qed jitlob dan.

_________________

* Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).'. [Em. 185]

"

(1d)  L-Artikolu 20(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "

'1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jabbonaw għal servizzi li jipprovdu konnessjoni lil network ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli, konsumaturi, u utenti finali oħra li hekk jitolbu, għandhom dritt għal kuntratt ma’ impriża jew impriżi li jipprovdu tali konnessjoni u/jew servizzi. Il-kuntratt għandu mill-anqas jispeċifika l-informazzjoni li ġejja:

   (a) l-identità, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt tal-impriża u, jekk ikunu differenti, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt għal kwalunkwe ilment;
   (b) il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi provduti, inkluż b'mod partikolari:
   (i) il-pjan jew pjanijiet tat-tariffi speċifiċi li għalihom japplika l-kuntratt u, għal kull pjan ta’ tariffa bħal dan, it-tipi ta’ servizzi offruti, inklużi l-volumi tal-komunikazzjonijiet;
   (ii) aċċess għal informazzjoni dwar servizzi ta' emerġenza u dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata u/jew għal kull servizz rilevanti offrut, kwalunkwe limitazzjonijiet fuq l-għoti ta' servizzi ta' emerġenza skont l-Artikolu 26,
   (iii) il-livelli ta' kwalità minimi tas-servizzi offruti, inkluż iż-żmien meħtieġ għall-konnessjoni inizjali u, jekk ikun il-każ, parametri oħra ta’ kwalità tas-servizz, kif definiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,
   (iv) it-tipi ta' servizzi ta' wara l-bejgħ, ta' servizzi ta’ manutenzjoni u s-servizzi ta’ appoġġ għall-klijenti pprovduti, inklużi, meta jkun fattibbli, informazzjoni teknika għall-funzjonament tajjeb tat-tagħmir terminali magħżul mill-utent finali, il-kundizzjonijiet u l-imposti għal dawk is-servizzi, u l-mezzi ta’ kuntatt ma’ dawk is-servizzi,
   (v) kwalunkwe restrizzjonijiet imposti mill-fornitur dwar l-użu ta’ tagħmir terminali pprovdut, inkluża l-informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull imposta involuta jekk jiġi tterminat il-kuntratt qabel jintemm il-perjodu minimu tal-kuntratt;
   (vi) kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq il-konsum ta' servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi mogħtija bil-prezz lokali applikabbli, b'riferenza għall-kriterji tal-użu ġust, inkluża informazzjoni dettaljata dwar kif dawn il-kriterji tal-użu ġust huma applikati fir-rigward tal-ipprezzar ewlieni, il-volum jew parametri oħrajn tal-pjan tariffarju inkwistjoni;
   (c) meta jeżisti obbligu skont l-Artikolu 25, l-għażliet tal-abbonat dwar jekk tiġi inkluża jew le d-dejta personali tiegħu jew tagħha f’direttorju, u l-kapaċità tagħhom li jivverifikaw, jikkoreġu jew jirtiraw dak li jkunu daħħlu;
   (d) dettalji tal-prezzijiet u t-tariffi,inklużi t-taxxi u l-imposti addizzjonali li jistgħu possibilment jintalbu, u l-mezzi li bihom tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet tal-manutenzjoni kollha applikabbli;
   (da) il-metodi tal-ħlas offruti u kwalunkwe differenza fl-ispejjeż minħabba l-metodu tal-ħlas magħżul, u l-faċilitajiet disponibbli li jissalvagwardjaw it-trasparenza fil-kontijiet u jissorveljaw il-livell tal-konsum;
   (e) it-tul tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, inkluż:
   (i) kwalunkwe użu jew tul minimu meħtieġ sabiex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali,
   (ii) kwalunkwe tariffa relatata mal-bidla minn provditur għal ieħor u l-portabbiltà mal-portabbiltà ta’ numri u identifikaturi oħra, inklużi l-arranġamenti għal kumpens u rifużjoni minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor;
   (iii) kwalunke tariffa dovuti mat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluż kwalunkwe rkupru ta' spiża fir-rigward ta' tagħmir terminali, abbażi tal-metodi tas-soltu għad-deprezzament u vantaġġi promozzjonali oħra fuq bażi pro rata temporis,
   (f) kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti għal rifużjoni, inkluż, fejn japplika, referenza espliċita għad-drittijiet statutorji tal-konsumatur li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi b’kuntratt ma jintlaħqux;
   (g) il-mezz ta’ kif jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim, inkluż tilwim transfruntier, skont l-Artikolu 34;
   (ga) dettalji dwar kif utenti finali b’diżabbiltà jistgħu jiksbu informazzjoni dwar prodotti u servizzi maħsuba għalihom;
   (h) it-tip ta’ azzjoni li tista’ tittieħed mill-impriża b’reazzjoni għal inċidenti ta’ sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-kuntratt jinkludi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi provduta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal dan l-iskop dwar l-użu ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerdu kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u dejta personali, imsemmija fl-Artikolu 21(4) u rilevanti għas-servizz ipprovdut.' [Em. 186]

"

(1e)  Fl-Artikolu 20, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: "

'1a. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk il-kuntratt jinkludi l-provdiment ta' servizzi tal-aċċess għall-internet, dak il-kuntratt għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

   (a) dettalji tal-pjanijiet tal-ipprezzar tal-unità tad-dejta, pjanijiet tal-ipprezzar tad-dejta bl-ingrossa u kwalunkwe limitu applikabbli relatat mal-pjan ta’ tariffa jew pjanijiet ta’ tariffa speċifiċi li għalihom japplika l-kuntratt. Għal volumi tad-dejta ’l fuq mil-limiti, l-ipprezzar bl-unità jew bl-ingrossa fuq bażi ad hoc jew dejjiema u kwalunkwe limitazzjoni ta’ veloċità tad-dejta li tista’ tiġi applikata għall-pjan ta’ tariffa jew pjanijijiet ta’ tariffa speċifiċi li għalihom japplika l-kuntratt;
   (b) kif l-utenti finali jistgħu jissorveljaw il-livell attwali tal-konsum tagħhom, u jekk u kif jista’ jkun stabbilit kwalunkwe limitu volontarju;
   (c) għal links tad-dejta fissi, il-veloċità tad-download u l-upload normalment disponibbli u minima fil-post ewlieni tal-utent finali;
   (d) għal links tad-dejta mobbli, il-veloċità tad-download u tal-upload stmata u minima meta l-konnessjoni tkun permezz tan-netwerk bla wajers fl-Istat Membru ta’ residenza tal-utent finali;
   (e) parametri oħrajn ta' kwalità tas-servizzi, kif stipulat skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) .../... (27) ;
   (f) informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura stabbilita mill-provditur biex jitkejjel u jiġi ġestit it-traffiku inklużi indikazzjoni tal-metodi tal-ispezzjoni tal-komunikazzjoni sottostanti użati għal miżuri ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku u informazzjoni dwar kif dawk il-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz, il-privatezza tal-utenti finali u l-protezzjoni tad-dejta personali; u
   (g) spjegazzjoni ċara u komprensibbli dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, jistgħu, fil-prattika, ikollhom impatt fuq is-servizzi tal-aċċess għall-internet, b'mod partikulari l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi. [Em. 187]

"

(1f)  L-Artikolu 20(2) għandu jitħassar [Em. 188]

(1g)  Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "

'2a. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni kuntrattwali fir-rigward ta' kuntratti li għalihom japplika dan l-Artikolu.'; [Em. 189]

"

(1h)  Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "

'2b. Il-BEREC għandu joħroġ linji gwida għall-istabbilment ta’ mudelli kuntrattwali standard li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali dwar il-kontenut, il-forma u l-manjiera tal-informazzjoni kuntrattwali li trid tiġi ppubblikata, inklużi, b'mod partikulari, il-veloċitajiet stmati tal-kunsinna tad-dejta, filwaqt li jitqiesu bl-akbar reqqa l-linji gwida tal-BEREC għall-metodi biex jitkejlu l-veloċità u għall-kontenut, il-forma u l-manjiera tal-informazzjoni għall-ppubblikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 21(3a).'. [Em. 190]

"

(1i)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "

'Artikolu 20a

Tul u terminazzjoni tal-kuntratt

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul massimu tal-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jkun 24 xahar. Il-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandhom joffru lill-utenti finali l-possibbiltà ta’ kuntratti ta’ 12-il xahar.

2.  Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju fi żmien 14-il ġurnata wara l-konklużjoni tiegħu skont id-Direttiva 2011/83/UE.

3.  Meta kuntratt jew liġi nazzjonali jipprovdu li perjodi tal-kuntratt b’terminu fiss (b'kuntrarju għal terminu minimu) jiġu estiżi awtomatikament, il-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jinforma b'dan lill-konsumatur fi żmien dovut sabiex il-konsumatur ikollu mill-inqas xahar żmien biex jopponi din l-estensjoni awtomatika. Jekk il-konsumatur ma jopponix din l-estensjoni awtomatika, il-kuntratt għandu jitqies bħala kuntratt permanenti li l-utent finali jista’ jtemm kull meta jrid b’perjodu ta’ avviż ta’ xahar u bla ma jġarrab ebda spiża ħlief il-prezz tas-servizz provdut matul il-perjodu ta’ avviż.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom id-dritt itemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu ebda spiża meta jirċievu l-avviż ta' tibdil fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku sakemm il-modifiki proposti ma jkunux esklussivament għall-benefiċċju tal-utenti finali. Il-provdituri għandhom jagħtu lill-utenti finali perjodu ta’ avviż adegwat, mhux iqsar minn xahar, ta' dan it-tibdil, u fl-istess waqt għandhom jgħarrfuhom bid-dritt tagħhom li jtemmu l-kuntratt bla ma jġarrbu spejjeż jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet kuntrattwali l-ġodda. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis.

5.  Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti li tkun kontinwa jew li sseħħ regolarment, bejn il-prestazzjoni proprja fejn jidħlu l-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizz, u l-prestazzjoni indikata mill-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku skont l-Artikolu 20, għandha titqies bħala nuqqas ta’ konformità tal-prestazzjoni għall-finijiet biex jiġu determinati r-rimedji disponibbli għall-konsumatur skont il-liġi nazzjonali.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li abbonament għal servizzi addizzjonali li jipprovdi l-istess provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku m'għandux jerġa’ jibda mill-ġdid il-perjodu tal-kuntratt inizjali, sakemm is-servizzi addizzjonali ma jkunux offruti bi prezz promozzjonali speċjali li jkun disponibbli biss bil-kundizzjoni li l-perjodu kuntrattwali eżistenti jerġa' jinbeda.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku japplikaw kundizzjonijiet u proċeduri għat-terminazzjoni tal-kuntratt li ma joħolqux ostakli jew diżinċentivi biex wieħed jibdel il-provdituri tas-servizz.

8.  Jekk pakkett ta' servizzi offrut lill-konsumaturi jkun fih mill-inqas konnessjoni ma' netwerk tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz wieħed tal-komunikazzjoni elettronika, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett.

9.  L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti addizzjonali biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' kuntratti li għalihom japplika dan l-Artikolu.'; [Em. 191]

"

(1j)  L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej: "

Artikolu 21

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, adegwata u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe ħlasijiet minħabba t-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt u informazzjoni dwar termini u kondizzjonijiet standard fir-rigward tal-aċċess u l-użu tas-servizzi tagħhom pprovduti minnhom lill-utenti finali skont l-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli u għandha tkun aġġornata regolarment. Kwalunkwe differenzazzjoni fil-kundizzjonijiet applikati għall-konsumaturi u utenti finali oħra li jitolbu hekk għandha tkun espliċita.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali rigward il-forma li fiha tali informazzjoni għandha tiġi pubblikata, li b’mod partikolari tista’ tinkludi l-introduzzjoni tar-rekwiżiti tal-lingwa sabiex ikun żgurat li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħrajn li jitolbu dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku jkunu obbligati li fuq talba jipprovdu l-informazzjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, qabel ma tiġi ppubblikata.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-konsumaturi u utenti finali oħrajn li hekk jitolbu, ikollhom aċċess għal għodod indipendenti tal-evalwazzjoni li jippermettulhom iqabblu l-prestazzjoni tal-aċċess u s-servizzi tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika u l-kost tax-xejriet tal-użu alternattivi. Meta dawn il-faċilitajiet ma jkunux disponibbli fis-suq mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kapaċi jagħmlu tali linji gwida u tali teknika disponibbli huma stess jew billi jinkarigaw partijiet terzi. Il-partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas l-informazzjoni pubblikata mill-impriżi li jipprovdu networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli, għall-finijiet li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli tali għodod ta' valutazzjoni indipendenti.

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, taħt il-gwida tal-BEREC u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, jistabbilixxu skema volontarja ta’ ċertifikazzjoni għal siti ta’ tqabbil, gwidi jew għodod simili interattivi, ibbażata fuq rekwiżiti oġġettivi, trasparenti u proporzjonati, inkluż, b’mod partikolari, indipendenza minn kwalunkwe provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku biex inter alia:

   (a) jipprovdu lill-utenti finali informazzjoni applikabbli dwar it-tariffi rigward kwalunkwe numru jew servizz suġġett għal kondizzjonijiet ta’ prezzar partikolari; fir-rigward ta’ kategoriji individwali ta’ servizzi li awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeħtieġu li tali informazzjoni tiġi provduta immedjatament qabel ma tiġi konnessa s-sejħa;
   (b) jipprovdu lill-utenti finali informazzjoni dwar l-aċċess għal servizzi ta’ emerġenza u informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata għas-servizz kollha rilevanti offruti, u kwalunkwe limitazzjoni fil-provdiment tas-servizzi ta’ emerġenza skont l-Artikolu 26, u biex jiżguraw li kull bidla tiġi nnotifikata mingħajr dewmien;
   (da) jipprovdu informazzjoni dwar is-servizzi tal-aċċess għall-internet, meta offruti, li tispeċifika dan li ġej:
   (i) għal links tad-dejta fissi, il-veloċità tad-download u l-upload normalment disponibbli u minima fl-Istat Membru ta' residenza tal-utent finali; għal links tad-dejta mobbli, il-veloċità tad-download u tal-upload stmata u minima meta l-konnessjoni tkun permezz tan-netwerk bla wajers fl-Istat Membru ta’ residenza tal-utent finali;
   (ii) dettalji tal-pjanijiet ta’ prezzar tal-unità tad-dejta, pjanijiet ta’ prezzar tad-dejta bl-ingrossa u kwalunkwe limiti applikabbli. Għal volumi tad-dejta ’l fuq mil-limiti: l-ipprezzar bl-unità jew bl-ingrossa fuq bażi ad hoc jew bażi dejjiema u kwalunkwe limitazzjoni ta’ veloċità tad-dejta li tista’ tiġi applikata;
   (iii) kif l-utenti finali jistgħu jissorveljaw il-livell attwali tal-konsum tagħhom, u jekk u kif tista’ tkun stabbilita kwalunkwe limitazzjoni volontarja;
   (iv) spjegazzjoni ċara u komprensibbli dwar kif xi limitazzjoni fil-volum tad-dejta, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, jistgħu, fil-prattika, ikollhom impatt fuq l-użu tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, b'mod partikulari l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;
   (v) informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura stabbilita mill-provditur biex ikejjel u jimmaniġġja t-traffiku, kif definit fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) .../... (28) , inkluża indikazzjoni tal-metodi sottostanti tal-ispezzjoni tal-komunikazzjoni użati għal miżuri ta’ ġestjoni raġonevoli tat-traffiku u dwar kif dawk il-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz, il-privatezza tal-utenti finali u l-protezzjoni tad-dejta personali;
   (e) jinformaw lill konsumaturi, u lill-utenti finali, fejn applikabbli, bid-dritt tagħhom li jiddeterminaw jekk jinkludux jew le dejta personali tagħhom f’direttorju u t-tipi ta’ dejta konċernata f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE; kif ukoll
   (f) jinfurmaw regolarment lil konsumaturi b’diżabbiltà, u lil utenti finali oħrajn, meta applikabbli, bid-dettalji tal-prodotti u servizzi maħsuba għalihom u bil-miżuri meħuda biex ikun żgurat aċċess indaqs;

Jekk jitqies xieraq, awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awto-regolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali dwar il-kontenut, il-forma u l-manjiera tal-informazzjoni għall-pubblikazzjoni, filwaqt li jqisu bir-reqqa l-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 3a ta’ dan l-Artkolu.

3a.  Sa ... (29) , il-BEREC, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi linji gwida ġenerali għall-metodi tal-kejl tal-veloċità, il-kwalità tal-parametri tas-servizz li għandhom jitkejlu (fost l-oħrajn veloċitajiet attwali meta mqabbla ma’ dawk riklamati; il-kwalità kif perċepita mill-utenti), u l-metodi għall-kejl tagħhom maż-żmien, kif ukoll il-kontenut, il-forma u l-mod kif l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata, inklużi mekkaniżmi possibbli ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità, sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali, inkluzi l-utenti finali b’diżabbiltà, ikollhom aċċess għal informazjoni komprensiva, komparabbli, affidabbli u faċli għall-utent. Fejn ikun il-każ, il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodi tal-kejl mogħtija fl-Anness III jistgħu jintużaw.

4.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li impriżi msemmijin fil-paragrafu 3 jiddistribwixxu informazzjoni ta’ interess pubbliku lill-utenti finali, fejn xieraq, permezz tal-istess mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-utenti finali. F’dak il-każ tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti lill-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku f’format standardizzat u, tista' inter alia, tkopri s-suġġetti li ġejjin:

   (a) l-użu l-aktar komuni ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerdu kontenut dannuż, b’mod partikolari fejn huwa jista’ jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur ta' drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; kif ukoll
   (b) il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-dejta personali fl-użu ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.' [Em. 192]

"

(1k)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "

‘Artikolu 21a

Kontroll tal-konsum

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provdituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi joffru lill-konsumaturi u lill-utenti finali l-faċilità li jissorveljaw u jikkontrollaw l-użu tagħhom tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jitħallsu abbażi tal-konsum bil-ħin jew bil-volum. Din il-faċilità għandha tinkludi:

   (a) għas-servizzi mħallsa minn qabel u dawk li jitħallsu wara, l-aċċess għal informazzjoni fil-pront u bla ħlas dwar il-konsum tas-servizz;
   (b) għal servizzi li jitħallsu wara li jingħataw, l-abbiltà li jiġi ffissat bla ħlas limitu finanzjarju predeterminat fuq l-użu tagħhom, li jitolbu notifika meta jintlaħaq proporzjon predeterminat tal-limitu u meta jintlaħaq il-limitu nnifsu, il-proċedura li għandha tiġi segwita biex ikomplu l-użu jekk jinqabeż il-limitu, u l-pjanijiet tal-ipprezzar applikabbli;
   (c) kontijiet dettaljati fuq mezz li jservi fit-tul.

2.  Il-BEREC għandu jadotta linji gwida għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Wara li jkunu laħqu l-limitu finanzjarju, l-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jirċievu telefonati u messaġġi SMS u jaċċessaw in-numri tat-telefown bla ħlas u s-servizzi ta' emerġenza billi jċemplu n-numru ta' emerġenza Ewropew "112" bla ħlas sa tmiem il-perjodu tal-ħlas miftiehem.' [Em. 193]

"

(2)  L-Artikoli 20, 21, 22 u 30 huma L-Artikolu 22 huwa mħassar [Em. 194]

(2a)  L-Artikolu 26 jiġi sostitwit b'dan li ġej: "

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-utenti aħħarin kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi l-utenti ta’ telefons pubbliċi bi ħlas, ikunu jistgħu jċemplu lis-servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas , billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta’ sejħiet ta’ emerġenza, in-numru "112" u numri nazzjonali ta' sejħiet ta' emerġenza speċifikati mill-Istati Membri.

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti kollha tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika privati jkunu jistgħu jċemplu lis-servizzi tal-emerġenza, jew, fejn ikun il-każ, lis-servizzi ta' emerġenza interni, mingħajr ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew għall-emerġenza, "112" kif ukoll kwalunkwe numru nazzjonali ieħor ta' sejħiet ta' emerġenza speċifikati mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, servizzi tal-emerġenza u fornituri, għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu lill-utenti aħħarin b’servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għal sejħiet ta’ oriġini nazzjonali lil numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni telefonika nazzjonali, jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ emerġenza.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejħiet fuq in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” għandhom jitwieġbu b’mod xieraq u ttrattati bil-mod l-aktar adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza. Dawn is-sejħiet għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati malajr u effiċjentement almenu daqs li kieku kienu sejħiet fuq in-numru jew numri nazzjonali ta’ emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.

Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, għandha tadotta rakkomandazzjoni dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru Ewropew ta’ emerġenza "112" u dwar il-funzjonament tal-indikaturi tal-prestazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2015 u kull sentejn wara dik id-data.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-utenti aħħarin b’diżabbiltà għal servizzi ta’ emerġenza jkun daqs dak li minnu jgawdu utenti aħħarin oħrajn. Miżuri meħuda biex jiġi żgurat li l-utenti b’diżabbiltà jkun jista’ jkollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, għandhom ikunu possibbli bbażati fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), u m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali biex isegwu l-għanijet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jagħmlu l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa disponibbli mingħajr ħlas lill-awtorità li titratta sejħiet ta’ emerġenza malli s-sejħa tidħol għand l-awtorità. Dan għandu japplika għas-sejħiet kollha għan-numru uniku Ewropew ta' sejħiet ta' emerġenza "112". L-Istati Membri jistgħu jestendu dawn l-obbligi biex ikopru sejħiet għal numri nazzjonali ta’ emerġenza. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa skont il-paragrafu 7 u filwaqt li tqis sewwa l-linji gwida tal-BEREC.

Sa ... (30) il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jistabbilixxi linji gwida għall-kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa pprovduta lis-servizzi tal-emerġenza. Dawk il-linji gwida għandhom iqisu l-fattibilità li jintuża terminal mobbli mgħammar b'tagħmir GNSS ta' terminali mobbli sabiex jitjiebu l-preċiżjoni u l-affidabilità tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa lejn il-"112".

6.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta’ emerġenza “112”, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja u tikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri.

7.  Sabiex ikun żgurat l-aċċess effettiv għas-servizzi ta’ “112” fl-Istati Membri, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37a rigward kriterji ta' lokazzjoni tas-sejħa u indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin dwar l-aċċess għall-“112”. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza, li għandhom jibqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, u m’għandu jkollhom l-ebda impatt fuqhom.

7a.  Il-Kummissjoni għandha żżomm bażi ta' dejta tan-numri E.164 tas-servizzi ta’ emerġenza Ewropej, sabiex tiżgura li dawn ikunu kapaċi jagħmlu kuntatt minn Stat Membru għal ieħor.’ [Em. 195]

"

(2b)  L-Artikolu li ġej huwa miżjud: "

‘Artikolu 26a

Sistema tal-komunikazzjoni “112”invertita tal-UE

Mhux aktar tard minn [sena wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibilità li titwaqqaf sistema tal-komunikazzjoni “112” invertita tal-UE bl-użu ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika eżistenti, li tkopri l-Unjoni kollha, tkun universali, multilingwali, aċċessibbli, sempliċi u effettiva sabiex il-pubbliku jiġi mwissi f'każ ta' diżastru jew stat ta' emerġenza kbira imminenti jew li jkunu qed iseħħu.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEREC u lis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, u teżamina l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għat-twaqqif tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1. Meta tkun qed tħejji dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis is-sistemi nazzjonali u reġjonali eżistenti tal-"112" u għandha tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta privata. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.’; [Em. 196]

"

(2c)  L-Artikolu 30 jiġi sostitwit b'dan li ġej: "

‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni telefonika jistgħu jżommu, jekk jitolbu dan, in-numru/i tagħhom indipendentement mill-provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li jipprovdi s-servizz skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti C ta' l-Anness I.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prezz bejn l-operaturi u/jew il-fornituri tas-servizz relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru ikun orjentat lejn l-ispejjeż u li l-ħlasijiet diretti għall-abbonati, jekk ikun hemm, ma’ jkunx ta’ diżinċentiv għall-abbonati għall-bdil minn fornitur għall-ieħor.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jimponu tariffi bl-imnut għall-portabilità tan-numri b'mod li jgħawġu il-kompetizzjoni, bħal per eżempju billi jiffissaw tariffi bl-imnut speċifiċi jew komuni.

4.  Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli. Biex l-utenti finali li jkunu kkonkludew ftehim dwar il-portabilità ta' numru għal provditur ġdid, dak in-numru għandu jiġi attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol.

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-proċess globali tal-bidla u tal-portabbiltà tan-numri, filwaqt li jqisu l-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 4b. Huma għandhom iqisu l-protezzjoni tal-utent finali neċessarja matul il-proċess tal-bidla kollu, il-bżonn li tkun żgurata l-effiċjenza ta’ dan il-proċess għall-utent finali, u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz lill-utent finali u l-ħtieġa li jkun żgurat li l-proċessi ta’ bidla ma jkunux ta’ ħsara għall-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-porting m’għandux jeċċedi ġurnata xogħol. Lill-utenti finali ma għandux jinbidlilhom il-provditur kontra r-rieda tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti sanzjonijiet xierqa fuq l-impriżi, inkluż l-obbligu li jagħtu kumpens lill-abbonati fil-każ ta’dewmien fil-portabilità, fil-każ li ma jagħmlux disponibbli fil-pront l-informazzjoni meħtieġa għall-portabilità, jew abbuż waqt li ssir il-portabilità minnhom jew f’isimhom.

4a.  Il-provditur riċeventi tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku għandu jmexxi l-proċess tal-bidla minn provditur għal ieħor u tal-portabbiltà. L-utenti finali għandhom jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-bidla minn provditur għal ieħor, qabel u waqt il-proċess tal-bidla, u anki minnufih wara li din issir.

4b.  Il-BEREC għandu jistipola linji gwida dwar il-modalitajiet u l-proċeduri kollha fil-proċess tal-bidla u tal-portabilità, b'mod partikulari r-responsabilitajiet rispettivi tal-provditur riċeventi u l-provditur trasferenti fil-proċess tal-bidla u tal-portabilità, l-informazzjoni li trid tingħata lill-konsumaturi matul dak il-proċess, it-tmiem fil-pront ta' kuntratt eżistenti, ir-rifużjoni ta' kull pagamenti minn qabel u servizzi effikaċi ta' forwarding ta' emails.

4c.  Jekk pakkett ta' servizzi offrut lill-konsumaturi ikun fih mill-inqas konnessjoni ma' netwerk tal-komunikazzjoni elettronika jew servizz wieħed tal-komunikazzjoni elettronika, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett.’; [Em. 197]

"

(2d)  Fl-Artikolu 34, il-paragrafu li ġej huwa miżjud: "

‘1a. Il-proċeduri straġudizzjarji stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal tilwim relatat ma’ kuntratti bejn il-konsumaturi, u għal utenti finali oħra safejn dawn il-proċeduri straġudizzjarji jkunu disponibbli wkoll għalihom, u għall-provdituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor. Fil-każ ta’ tilwim li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 2013/11/UE*, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

________________________

* Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63). [Em. 198]

"

(2e)  Jiġi inserit l-Artikolu 37a li ġej: "

‘Artikolu 37a

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 26 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ... (31) .

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 26 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 199]

"

(2f)  Fl-Anness II, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: "

‘1. Isem/ismijiet, indirizz(i) u l-informazzjoni tal-kuntatt tal-impriża/i

Ismijiet u l-indirizzi tal-uffiċċju prinċipali tal-impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefonċi pubblikament disponibbli. [Em. 200]

"

(2g)  Fl-Anness II, il-punt 2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "

‘2.2. Għal kull pjan ta’ tariffa, is-servizzi pprovduti u l-kwalità rilevanti tal-parametri tas-serviżż, il-pjan(ijiet) tat-tariffi applikabbli u, għal kull pjan ta’ tariffa bħal dan, it-tipi ta’ servizzi offruti, inkluzi l-volumi ta’ komunikazzjoni, u kull ħlas applikabbli (aċċess, użu, manutenzjoni u kwalunkwe ħlas addizjonali), kif ukoll spejjeż fir-rigward ta’ tagħmir terminali.’ [Em. 201]

"

(2h)  Fl-Anness II, jiddaħħal il-punt li ġej: "

‘2.2.a. Informazzjoni addizzjonali dwar is-servizzi tal-aċċess għall-internet, fejn offruti, inklużi b’mod partikolari dettalji dwar l-ipprezzar tad-dejta, il-veloċitajiet tal-upload u tad-download tad-dejta u kwalunkwe limitazzjoni tal-veloċità applikabbli, dwar il-possibiltajiet għas-sorveljanza tal-livelli tal-konsum, fi kwalunkwe proċedura applikabbli tal-ġestjoni tat-traffiku u l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tas-servizz, dwar il-privatezza tal-utent finali u dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.’. [Em. 202]

"

(2i)  Fl-Anness II, il-punt 2.5 huwa sostitwit b’dan li ġej: "

‘2.5. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt standard, inkluż kwalunkwe perjodu kuntrattwali minimu, il-kundizzjonijiet u kull imposta għat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt, u ħlasijiet diretti relatati mal-bidla minn provditur għal ieħor u mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti, u l-arranġamenti għal kumpens minħabba dewmien jew abbuż fil-bidla minn provditur għal ieħor. [Em. 203]

"

2.  L-Istati Membri għandhom iħallu fis-seħħ sal-1 ta' Jannar 2016 kull miżura li tittrasponi d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 37

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 531/2012

Regolament (UE) Nru 531/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 1(1), jiddaħħal dan it-tielet subparagrafu: "

"Dan ir-Regolament għandu japplika għal servizzi tar-roaming ipprovduti fl-Unjoni lill-utenti finali li l-provditur domestiku tagħhom ikun provditur tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku fi Stat Membru." [Em. 204]

"

(2)  Fl-Artikolu 2(2), jiddaħħal dan il-punt (r): "

(r) "ftehim bilaterali jew multilaterali dwar ir-roaming" tfisser ftehim kummerċjali jew tekniku, wieħed jew bosta, li jsir bejn il-provdituri tar-roaming li jippermetti l-estensjoni virtwali tal-kopertura tan-netwerk domestiku u l-provdiment sostenibbli minn kull parti għal dan il-ftehim ta' servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi bl-istess livell ta' prezz bħal tas-servizzi domestiċi tal-komunikazzjoni mobbli rispettivi tagħhom." [Em. 205]

"

(3)  Fl-Artikolu 4, jiżdied dan il-paragrafu 7: "

'7. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-provdituri tar-roaming li jipprovdu servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi skont l-Artikolu 4a.' [Em. 206]

"

(4)  Jiddaħħal dan l-Artikolu 4a: "

Artikolu 4a

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika għal provdituri tar-roaming li:

   (a) japplikaw, awtomatikament u f'kull pakkett rispettiv tagħhom għall-konsumaturi li jkun fih servizzi tar-roaming regolati, ir-rata applikabbli tas-servizz domestiku kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati madwar l-Unjoni, daqslikieku s-servizzi tar-roaming regolati kienu kkonsmati fin-netwerk domestiku. u
   (b) jiżguraw li, sew jekk minn netwerks tagħhom stess jew permezz ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali tar-roaming ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt (a) minn mill-inqas provditur wieħed tar-roaming fl-Istati Membri kollha.

2.  Il-paragrafi 1, 6 u 7 ma għandhomx jipprekludu l-limitazzjoni minn provditur tar-roaming għall-konsum ta' servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi, bir-rata applikabbli tas-servizz domestiku b'referenza għal kriterju tal-użu raġonevoli. Kull kriterju tal-użu raġonevoli għandu jiġi applikat b'tali mod li l-konsumaturili ħadu vantaġġ mill-bosta pakketti domestiċi għall-konsumaturi tal-provditur tar-roaming, ikunu jistgħu b'mod kunfidenti jirreplikaw ix-xejra tipika tal-konsum domestiku li tkun assoċjata mal-pakketti domestiċi rispettivi tagħhom għall-konsumaturi filwaqt li minn żmien għal żmien ikunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni. Provditur tar-roaming li juża din il-possibbiltà għandu jippubblika, skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament XXX/2014, u jinkludi fil-kuntratti tagħha, skont l-Artikolu 26(1)(b) u (c) ta' dak ir-Regolament, informazzjoni kwantifikata dettaljata dwar kif jiġi applikat il-kriterju tal-użu raġonevoli, b'referenza għall-parametri ewlenin tal-ipprezzar, il-volum jew oħrajn tal-pakkett għall-konsumaturi inkwistjoni.

Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-BEREC wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jistabbilixxu linji gwida ġenerali għall-applikazzjoni ta' kriterji tal-użu raġonevoli fil-kuntratti għall-konsumaturi li jipprovdu l-provdituri tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu. Il-BEREC għandu jiżviluppa dawn il-linji gwida b'referenza għall-għan ġenerali stabbilit fl-ewwel subparagrafu, u għandu jqis b'mod partikolari l-evoluzzjoni tax-xejriet fil-prezzijiet u fil-konsum fl-Istati Membri, għall-grad ta' konverġenza tal-livelli domestiċi tal-prezzijiet madwar l-Unjoni, għal kwalunkwe effett osservabbli tar-roaming b'rati domestiċi tas-servizzi fuq l-evoluzzjoni ta' dawn ir-rati, u għall-evoluzzjoni tar-rati tar-roaming fuq il-livell tal-operaturi għal traffiku żbilanċjat bejn il-provdituri tar-roaming.

L-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għandha timmonitorja u tissorvelja l-applikazzjoni tal-kriterji tal-użu raġonevoli, filwaqt li tqis sew il-linji gwida ġenerali tal-BEREC ġaladarba jiġu adottati, u għandha tiżgura li ma jiġux applikatit termini mhux raġonevoli.

3.  L-utenti finali individwali moqdija minn provditur tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jagħmlu għażla deliberata u espliċita li jirrinunzjaw il-benefiċċju tal-applikazzjoni għal servizzi tar-roaming regolati tar-rata applikabbli tas-servizz domestiku f'pakkett partikolari għall-konsumaturi bi skambju għal vantaġġi oħra li joffri dak il-provditur. Il-provditur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk l-utent finali bin-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b'hekk jintilfu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw b'mod partikolari jekk il-provdituri tar-roaming li qed jużaw dan l-Artikolu humiex jieħdu sehem fi prattiki kummerċjali li jfissru evitazzjoni tar-reġim prestabbilit.

4.  L-imposti tar-roaming regolati għall-konsumaturi stabbiliti l-Artikoli 8, 10 u 13 ma għandhomx japplikaw għal servizzi tar-roaming offruti minn provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu safejn dawn huma imposti fil-livell tar-rata applikabbli tas-servizz domestiku.

Meta provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu japplika imposti differenti mir-rata applikabbli tas-servizz domestiku għall-konsum ta' servizzi tar-roaming regolati li jmorru lil hinn mill-użu raġonevoli ta' servizzi bħal dawn skont il-paragrafu 2, jew meta utent finali individwali espliċitament jirrinunzja l-benefiċċju ta' rati tas-servizz domestiku għal servizzi tar-roaming regolati skont il-paragrafu 3, l-imposti għal dawn is-servizzi tar-roaming regolati ma għandhomx jaqbżu l-miżati tar-roaming għall-konsumaturi stabbiliti fl-Artikoli 8, 10 u 13.

5.  Provditur tar-roaming li jixtieq jagħmel użu minn dan l-Artikolu għandu jinnotifika d-dikjarazzjoni tiegħu stess u kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming li bis-saħħa tiegħu jwettaq il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, jew xi bidliet għalih, lill-Uffiċju BEREC. Il-provditur tar-roaming notifikanti għandu jinkludi fin-notifika tiegħu prova tal-ftehim għal din in-notifika minn kull sieħeb kuntrattwali għal ftehimiet bilaterali jew multilaterali tar-roaming.

6.  Fil-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2016, dan l-Artikolu għandu japplika għall-provdituri tar-roaming li ma jissodisfawx bis-sħiħ il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, meta jirrispettaw dawn il-kundizzjonijiet:

   (a) il-provditur tar-roaming jinnotifika id-dikjarazzjoni tiegħu stess u kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming lill-Uffiċju BEREC skont il-paragrafu 5, filwaqt li jagħmel referenza speċifika għal dan il-paragrafu;
   (b) il-provditur tar-roaming jiżgura li, ikunx min-netwerks tiegħu stess jew bis-saħħa ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mall-kundizzjonijiet tal-punti (c), (d) u (e) f'mill-inqas 17-il Stat Membru li jirrapreżentaw 70% tal-popolazzjoni tal-Unjoni;
   (c) il-provditur tar-roaming u kwalunkwe sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) jimpenjaw ruħhom li, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2014, jew mid-data tan-notifika, skont liema waħda tiġi aktar tard, jagħmlu disponibbli u joffru b'mod attiv mill-anqas pakkett wieħed għall-konsumaturi b'għażla ta' tariffa li skontha r-rata applikabbli tas-servizz domestiku tkun tapplika kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati madwar l-Unjoni, daqslikieku s-servizzi tar-roaming regolati kienu kkonsmati fin-netwerk domestiku;
   (d) il-provditur tar-roaming u kwalunkwe sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) li, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015, jew mid-data tan-notifika, skont liema waħda tiġi aktar tard, jagħmlu disponibbli u joffru b'mod attiv dawn l-għażliet ta' tariffa f'pakketti għall-konsumaturi li, fl-1 ta' Jannar ta' dik is-sena, ikunu ntużaw minn mill-anqas 50% tal-bażi tal-klijenti rispettivi tagħha;
   (e) il-provditur tar-roaming u kwalunkwe sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) jimpenjaw ruħhom li, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2016, timpenja ruħha li tikkonforma mal-paragrafu 1(b) f'kull pakkett rispettiv tagħha għall-konsumaturi.

Il-provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu u kwalunkwe sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) jistgħu, bħala alternattiva għall-impriża msemmija fil-punt (d), jimpenjaw ruħhom li mill-1 ta' Lulju 2015, jew mid-data tan-notifika, skont liema minnhom tkun aktar tard, kull soprataxxa tar-roaming applikata addizzjonalment għar-rata applikabbli tas-servizz domestiku fil-bosta pakketti għall-konsumaturi li jkollha, tkun, b'mod aggregat, mhux aktar minn 50% ta' dawk applikabbli f'dawk il-pakketti fl-1 ta' Jannar 2015, irrispettivament minn jekk dawn is-soprataxxi jkunux ikkalkulati skont l-unitajiet, bħal minuti ta' vuċi jew megabytes, ta' perjodi bħall-ġranet u l-ġimgħat tar-roaming, jew skont xi modi oħra jew taħlit tagħhom. Il-provdituri tar-roaming li jinvokaw dan il-punt għandhom juru konformità mar-rekwiżit ta' tnaqqis ta' 50% lill-awtorità regolatorja nazzjonali u għandhom jipprovdu kull evidenza meħtieġa ta' appoġġ li jintalbu.

Meta l-provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu jinnotifika d-dikjarazzjoni tiegħu u kull ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming lill-Uffiċċju BEREC skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u b'hekk jaqa' taħt dan il-paragrafu, il-provditur tar-roaming notifikanti u kull sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) għandhom ikunu marbuta li jikkonformaw mal-impenji rispettivi tagħhom skont il-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, inkluża kull impriża alternattiva għal dik prevista fil-punt (d) ta' dak is-subparagrafu, mill-inqas sal-1 ta' Lulju 2018.

7.  Fil-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2016, dan l-Artikolu għandu japplika għall-provdituri tar-roaming li ma jissodisfawx bis-sħiħ il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, meta jirrispettaw dawn il-kundizzjonijiet:

   (a) il-provditur tar-roaming jinnotifika id-dikjarazzjoni tiegħu stess u kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming lill-Uffiċju BEREC skont il-paragrafu 5, filwaqt li jagħmel referenza speċifika għal dan il-paragrafu;
   (b) il-provditur tar-roaming jiżgura li, ikunx min-netwerks tiegħu stess jew bis-saħħa ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) f'mill-inqas 10 Stati Membri li jirrapreżentaw 30 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2014, jew mid-data tan-notifika, skont liema tkun l-aktar tard;
   (c) il-provditur tar-roaming jiżgura li, ikunx min-netwerks tiegħu stess jew bis-saħħa ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) f'mill-inqas 14-il Stat Membriu li jirrapreżentaw 50 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015, jew mid-data tan-notifika, skont liema tkun l-aktar tard;
   (d) il-provditur tar-roaming jiżgura li, ikunx min-netwerks tiegħu stess jew bis-saħħa ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' provdituri oħra tar-roaming, li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) f'mill-inqas 17-il Stat Membriu li jirrapreżentaw 70 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2016.

Meta provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu jinnotifika d-dikjarazzjoni tiegħu u kull ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming lill-Uffiċċju BEREC skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u b'hekk jaqa' taħt dan il-paragrafu, il-provditur tar-roaming notifikanti u kull sieħeb kuntrattwali għas-sens tat-tifsira tal-punt (b) għandhom ikunu marbuta li jikkonformaw mal-impenji rispettivi tagħhom skont il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1(a), mill-inqas sal-1 ta' Lulju 2018.

8.  Il-provdituri tar-roaming għandhom jinnegozjaw in bona fede arranġamenti biex jistabbilixxu ftehimiet bilaterali jew multilaterali tar-roaming, skont termini ġusti u raġonevoli li jqisu l-għan li ftehimiet bħal dawn ma' provdituri oħra tar-roaming għandhom jippermettu l-estensjoni virtwali tal-kopertura tan-netwerk domestiku u l-provdiment sostenibbli minn kull provditur tar-roaming li jagħmel użu minn dan l-Artikolu għal servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi bl-istess livell ta' prezz bħal tas-servizzi domestiċi tal-komunikazzjoni mobbli rispettivi tagħhom.

9.  B'eċċezzjoni għall-paragrafu 1(a), wara l-1 ta' Lulju 2016, dan l-Artikolu għandu japplika provdituri tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu meta dawn il-provdituri tar-roaming juru li ppruvaw in bona fede jistabbilixxu jew jestendu ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar ir-roaming skont termini ġusti u raġonevoli f'kull Stat Membru fejn għandhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' 1 u ma setgħu jiksbu ebda ftehim bilaterali jew multilaterali tar-roaming ma' provditur tar-roaming f'wieħed jew bosta Stati Membri, sakemm dawn ikunu jikkonformaw mal-kopertura minima tan-netwerk imsemmija fil-paragrafu 6(b) u ma' kull dispożizzjoni rilevanti oħra ta' dan l-Artikolu. F'dawk il-każijiet, il-provdituri tar-roaming li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu għandhom ikomplu jfittxu li jistabbilixxu termini raġonevoli għall-konklużjoni ta' ftehim tar-roaming ma' provditur tar-roaming minn kwalunkwe Stat Membru mhux rappreżentat.

10.  Meta provditur tar-roaming alternattiv diġà jkun ingħata aċċess għall-klijenti ta' provditur domestiku skont l-Artikolu 4(1) u diġà jkun investa kif meħtieġ biex jaqdi lil dawk il-klijenti, waqt perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin ma għandux japplika l-Artikolu 4(7) għal dan il-provditur domestiku. Il-perjodu ta' tranżizzjoni hu mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi rispettat kull perjodu kuntrattwali itwal miftiehem mal-provditur tar-roaming alternattiv.

11.  Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni għal ftehimiet bilaterali u multilaterali dwar ir-roaming." [Em. 207]

"

(4a)  L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla: "

‘Artikolu 6a

It-tneħħija tat-tariffi tar-roaming tal-konsumaturi

B’effett mill-15 ta’ Diċembru 2015, il-provdituri tar-roaming ma għandhom jintaxxaw l-ebda soprataxxa relattiva mat-tariffi għal servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq livell lokali għal konsumaturi tar-roaming fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe sejħa tar-roaming regolata magħmula jew riċevuta, għal kwalunkwe messaġġ SMS/MMS tar-roaming regolat mibgħut jew għal kwalunkwe servizz regolat tar-roaming tad-dejta użat, u l-ebda tariffa ġenerali li tippermetti li l-apparat terminali jew servizz jintuża barra l-pajjiż.

Artikolu 6b

Użu ġust

1.  B'deroga mill-Artikolu 6a, u sabiex jiġi evitat li jkun hemm użu anomalu jew abużiv tas-servizzi tar-roaming tal-konsumatur, il-provdituri tar-roaming jistgħu japplikaw "klawżola għall-użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming regolati għall-konsumatur mogħtija bil-prezz lokali applikabbli, b'referenza għall-kriterji tal-użu ġust. Dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati b'mod li l-konsumaturi jkunu jistgħu b'mod kunfidenti jirreplikaw ix-xejra tipika tal-konsum lokali li tkun assoċjata mal-pakketti lokali rispettivi tagħhom għall-konsumaturi filwaqt li minn żmien għal żmien ikunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni.

2.  Skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/22/KE, il-provdituri tar-roaming għandhom jippubblikaw u jinkludu fil-kuntratti tagħhom informazzjoni dettaljata kwantifikata dwar kif jiġi applikat kwalunkwe kriterju tal-użu ġust, b’referenza għall-ipprezzar prinċipali, il-volum jew parametri oħra tal-pakkett għall-konsumaturi kkonċernat.

3.  Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jistabbilixxi linji gwida ġenerali għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-użu ġust fil-kuntratti għall-konsumatur provduti mill-provdituri tar-roaming. Il-BEREC għandu jqis b’mod partikolari l-evoluzzjoni tax-xejriet fil-prezzijiet u fil-konsum fl-Istati Membri, il-grad ta’ konverġenza tal-livelli lokali tal-prezzijiet madwar l-Unjoni, kwalunkwe effett osservabbli tar-roaming b’rati lokali tas-servizzi fuq l-evoluzzjoni ta’ dawn ir-rati, u l-evoluzzjoni tar-rati tar-roaming effettivi fuq il-livell tal-operaturi għal traffiku żbilanċjat bejn il-provdituri tar-roaming. Barra minn hekk, il-linji gwida tal-BEREC jistgħu jqisu wkoll il-varjazzjonijiet oġġettivi rilevanti bejn l-Istati Membri jew bejn il-provdituri tar-roaming fir-rigward ta' fatturi bħal-livelli tariffarji lokali, il-volumi tipiċi inklużi fil-pakketti għall-konsumaturi jew il-perjodu medju li matulu l-konsumaturi jivvjaġġjaw fl-Unjoni.

4.  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti u simultanja madwar l-Unjoni tal-applikazzjoni tal-kriterji ta' użu ġust, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti implimentattivi u abbażi tal-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 3, tadotta, sat-30 ta' Ġunju 2015, regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' kriterji ta' użu ġust.

5.  L-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għandha timmoniterja u tissorvelja strettament l-applikazzjoni tal-kriterji tal-użu ġust kif definit mill-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 4, filwaqt li tqis bis-sħiħ il-linji gwida tal-BEREC, il-fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-Istat Membru tagħha u varjazzjonijiet oġġettivi rilevanti bejn il-provdituri tar-roaming, u għandha tiżgura li ma jiġux applikati termini mhux raġonevoli.

6.  It-tariffi għall-konsumaturi għal servizzi ewrotariffarji stabbiliti fl-Artikoli 8, 10 u 13 ta' dan ir-Regolament japplikaw għal servizzi tar-roaming regolati 'l fuq mil-limitu ta' użu ġust applikat skont l-Artikolu 6b. [Em. 208]

"

(5)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

'2. B'effett mill-1 ta' Lulju 2013 2012 , l-ewrotariffa għall-konsumaturi (mingħajr il-VAT) tal-vuċi li provditur tar-roaming jista' jitlob mingħand il-klijent tar-roaming tiegħu għall-provdiment ta' telefonata tar-roaming regolata, tista' tvarja għal kull telefonata tar-roaming iżda ma għandhiex taqbeż EUR 0,24 0,29 kull minuta għal kull telefonata li ssir jew EUR 0,07 0,08 kull minuta għal kull telefonata li tasal. It-tariffa massima għall-konsumaturi għal telefonati li jsiru għandha tonqos għal EUR 0,19 0.24 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0,19 fl- 2014. Mill- 1 ta' Lulju 2014, il-provdituri tar-roaming ma għandhom jitolbu l-ebda tariffa mingħand il-klijenti tar-roaming tagħhom għat-telefonati li jaslulhom, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu biex jipprevjenu l-użu qarrieqi jew anomalu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, dawk it-tariffi massimi bl-imnut għat-tariffa Ewro-vuċi għandhom jibqgħu validi sat- 30 ta’ Ġunju 2017. , u t-tariffa massima għall-konsumaturi għal telefonati riċevuti għandu jonqos għal EUR 0,07 fl-1 ta’ Lulju 2013 u għal EUR 0,05 fl-1 ta. Lulju 2014. It-tariffi massimi applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014 għandhom jiskadu fis-16 ta' Diċembru 2015 ħlief għal telefonati tar-roaming regolati li jaqbżu l-limitu tal-użu ġust applikat skont l-Artikolu 6b. ʼ. [Em. 209]

"

(b)  it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: "

'Kull provditur tar-roaming għandu jitlob tariffa mingħand il-klijenti tar-roaming tiegħu għall-provdiment ta' kull telefonata tar-roaming regolata li għaliha tapplika ewrotariffa tal-vuċi abbażi ta' kull sekonda.' [Em. 210]

"

(5a)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: "

'2. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) għal tariffa Ewro-SMS li fornitur tar-roaming jista’ jitlob lil klijent roaming tiegħu għal messaġġ SMS roaming regolat mibgħut minn dak il-klijent roaming tista’ tvarja għal kull messaġġ SMS roaming regolat iżda ma għandhiex teċċedi EUR 0.09. Dik it-tariffa massima għandha tonqos għal EUR 0,08 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0,06 fl-1 ta' Lulju 2014. It-tariffi massimi applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014 għandhom jiskadu fis-16 ta' Diċembru 2015 ħlief għal messaġġi SMS tar-roaming regolati li jaqbżu l-limitu tal-użu ġust applikat skont l-Artikolu 6b. [Em. 211]

"

(5b)  Fl-Artikolu 13, paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: "

2. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ tariffa Ewro-dejta li fornitur tar-roaming jista’ jitlob lil klijent roaming tiegħu għall-provvediment ta’ servizz regolat tar-roaming tad-dejta ma għandux jaqbeż EUR 0,70 għal kull megabyte użat. It-tariffa massima bl-imnut użata jonqos għal EUR 0,45 għal kull megabyte użat fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0,20 għal kull megabyte użat fl-1 ta' Lulju 2014. It-tariffi massimi applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014 għandhom jiskadu fis-16 ta' Diċembru 2015 ħlief għas-servizzi tar-roaming tad-dejta regolati li jaqbżu l-limitu tal-użu ġust applikat skont l-Artikolu 6b. [Em. 212]

"

(6)  Fl-Artikolu 14 jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej: "

'1a. Meta l-konsum tas-servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi bir-rata applikabbli tas-servizz domestiku ikun limitat b'referenza għal kriterju tal-użu raġonevoli skont l-Artikolu 4a(2), il-provdituri tar-roaming għandhom iwissu lill-klijenti tar-roaming meta l-konsum tat-telefonati u l-messaġġi SMS tar-roaming jilħqu l-limitu tal-użu raġonevoli u fl-istess waqt għandhom jipprovdu lill-klijenti tar-roaming b'informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli meta jagħmlu telefonata bil-vuċi jew jibagħtu messaġġ SMS barra mir-rata tas-servizz domestiku jew mill-pakkett skont it-tieni, ir-raba' u l-ħames subparagrafi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.' [Em. 213]

"

(6a)   L-Artikolu 15 jitħassar u jinbidel b’dan li ġej b’effett mill-15 ta’ Diċembru 2015. "

ʻ1. Sabiex klijenti roaming jiġu notifikati dwar il-fatt li jkunu soġġetti għal tariffi tar-roaming meta jagħmlu jew jirċievu telefonata jew meta jibgħatu messaġġ SMS, kull fornitur tar-roaming għandu, ħlief meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdi lill-klijent, b’mod awtomatiku, permezz ta’ Servizz ta’ Messaġġi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħol fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu, b’informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi roaming (inkluża l-VAT) li japplikaw għal dak il-klijent biex jagħmel u jirċievi telefonati u biex jibgħat messaġġi SMS fl-Istat Membru miżjur.

Dik l-informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet għandha tinkludi t-tariffi massimi (fil-munita tal-kont domestiku pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent) li jista' jkun soġġett għalihom il-klijent skont l-iskema ta’ tariffa tiegħu għal:

   (a) telefonati tar-roaming regolati li jagħmel fl-Istat Membru miżjur u lura lejn l-Istat Membru tal-fornitur domestiku tiegħu, kif ukoll għal telefonati tar-roaming regolati li jirċievi; u
   (b) messaġġi SMS roaming regolati li jibgħat waqt li jkun fl-Istat Membru miżjur.

Hija għandha tinkludi wkoll in-numru mingħajr ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 għall-aċċess għal informazzjoni aktar dettaljata u informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza billi wieħed iċempel in-numru ta’ emerġenza Ewropew 112 bla ħlas.

Għal kull messaġġ, klijent għandu jkollu l-opportunità li javża lill-fornitur tar-roaming, mingħajr ħlas u b'mod faċli, li ma jeħtieġx is-Servizz ta' Messaġġ awtomatiku. Klijent li jkun avża li huwa ma għandux bżonn is-Servizz ta' Messaġġ awtomatiku għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming sabiex jerġa' jipprovdi s-servizz.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu din l-informazzjoni personalizzata bażika dwar prezzijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-konsumaturi neqsin mid-dawl jew li jkollhom vista parzjali, b’mod awtomatiku, permezz ta’ telefonata bil-vuċi, mingħajr ħlas, jekk huma jitolbu dan.

2.  Minbarra l-paragrafu 1, il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas, u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-netwerk li huma jżuru għal telefonati bil-vuċi u SMS, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri ta' trasparenza applikabbli permezz ta' dan ir-Regolament, permezz ta’ telefonata bil-vuċi mobbli jew SMS. Talba bħal din għandha ssir mingħajr ħlas fuq numru assenjat għal dan il-għan mill-provditur tar-roaming. L-obbligi previsti fil-paragrafi 1 ma għandhomx japplikaw għal apparat li ma jappoġġax il-funzjonalità tal-SMS.

4.  Il-provdituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-konsumaturi tagħhom dwar kif jista' jiġi evitat roaming biż-żball fir-reġjuni tal-fruntieri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għall-aċċess bi żball għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom.

4a.  L-artikolu attwali għandu japplika wkoll għal sejħiet roaming u messaġġi SMS/MMS roaming użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn provditur tar-roaming.

B'effett mill-15 ta' Diċembru 2015, dan l-artikolu għandu japplika wkoll f'każijiet fejn il-konsum tat-telefonati u l-messaġġi SMS/MMS tar-roaming bir-rata applikabbli tas-servizz lokali jkun limitat b'referenza għal kriterju tal-użu ġust skont l-Artikolu 6b u fejn il-konsum ikun laħaq il-limitu tal-użu ġust. [Em. 214]

"

(7)  Fl-Arikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu 2 a li ġej: "

"2a. Meta l-konsum tas-servizzi tar-roaming regolati għall-konsumaturi bir-rata applikabbli tas-servizz domestiku ikun limitat b'referenza għal kriterju tal-użu raġonevoli skont l-Artikolu 4a(2), il-provdituri tar-roaming għandhom iwissu lill-klijenti tar-roaming meta l-konsum tas-servizzi tar-roaming tad-dejta jilħqu l-limitu tal-użu raġonevoli u fl-istess waqt għandhom jipprovdu lill-klijenti tar-roaming b'informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għar-roaming tad-dejta barra mir-rata tas-servizz domestiku jew mill-pakkett skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu." Il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu japplika għal servizzi tar-roaming tad-dejta kkunsmati barra mir-rati applikabbli tas-servizz domestiku jew mill-pakketti msemmija fl-Artikolu 4a(2)." [Em. 215]

"

(7a)   L-Artikolu 15 jitħassar u jinbidel b’dan li ġej b’effett mill-15 ta’ Diċembru 2015. "

Mekkaniżmi ta’ salvagwardja u trasparenza għal servizzi tar-roaming tad-dejta bl-imnut

1.  Fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li l-konsumaturi roaming tagħhom, kemm qabel u kemm wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, ikunu infurmati adegwatament bit-tariffi li japplikaw għall-użu tagħhom ta’ servizzi regolati tar-roaming tad-dejta , b’mod li jiffaċilitaw li l-konsumaturi jifhmu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dan l-użu u jippermettilhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom fuq servizzi regolati tar-roaming tad-dejta skont il-paragrafi 2 u 3.

Meta jkun xieraq, il-fornituri tar-roaming għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi tagħhom, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt u fuq bażi regolari wara dan, dwar ir-riskju ta’ konnessjoni u tniżżil awtomatiku u bla kontroll b'roaming tad-dejta. Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi tagħhom, mingħajr ħlas u b’mod ċar u li jinftiehem faċilment, kif dawn il-konnessjonijiet ta’ tar-roaming tad-dejta awtomatiċi jintfew sabiex jiġi evitat il-konsum bla kontroll ta’ servizzi tar-roaming tad-dejta.

2.  Messaġġ awtomatiku mill-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijent roaming li dan tal-aħħar qiegħed roaming u jipprovdi informazzjoni tariffarja bażika personalizzata dwar it-tariffi (fil-munita tal-kont domestiku pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent), li jidher f'prezz għal kull megabyte, applikabbli għall-forniment ta' servizzi regolati tar-roaming tad-dejta lil dak il-klijent roaming fl-Istat Membru kkonċernat, ħlief fejn il-klijent ikun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma għandux bżonn dik l-informazzjoni.

Informazzjoni tariffarja bażika personalizzata bħal din għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, e-mail, jew pop-up fuq l-apparat ċellulari, kull darba li l-klijent roaming jidħol fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz tar-roaming tad-dejta f'dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument li l-klijent roaming jibda servizz regolat tar-roaming tad-dejta, b’mod adegwat u adatt biex jiffaċilita li jiġi riċevut u jinftiehem malajr.

Klijent li jkun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li huwa ma għandux bżonn l-informazzjoni tariffarja awtomatika għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jipprovdi dan is-servizz.

3.  Kull fornitur tar-roaming għandu jipprovdi l-opportunità lill-konsumaturi roaming kollha tiegħu biex, intenzjonalment u mingħajr ħlas, jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat, espress bħala volum jew fil-munita li biha jħallas il-klijent roaming għas-servizzi regolati tar-roaming tad-dejta u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għal servizzi regolati tar-roaming tad-dejta fuq perjodu speċifikat ta’ użu, minbarra l-MMS li jrid jitħallas fuq bażi ta' kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.

Għal dan il-għan, il-fornitur tar-roaming għandu jagħmel disponibbli limitu finanzjarju massimu wieħed jew aktar għal perjodi ta’ użu speċifikati, sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti f'volum korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu finanzjarju awtomatiku ) għandu jkun viċin iżda ma għandux jaqbeż EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).

Alternattivament, il-fornitur tar-roaming jista’ jistabbilixxi limiti espressi f’volum, sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti finanzjarji korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu ta’ volum awtomatiku ) għandu jkollu ammont finanzjarju korrispondenti li ma jaqbiżx EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).

Barra minn hekk, il-fornitur tar-roaming jista’ joffri lill-konsumaturi roaming tiegħu limiti oħra b’limiti massimi finanzjarji differenti fix-xahar, jiġifieri, ogħla jew iktar baxxi.

Il-limiti awtomatiċi msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu applikabbli għall-konsumaturi kollha li ma għażlux limitu ieħor.

Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika adatta lill-apparat mobbli tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, e-Mail, jew pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-dejta jkunu laħqu 80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur biex jerġa’ jforni s-servizz.

Meta l-limitu finanzjarju jew ta’ volum ikun altrimenti nqabeż, għandha tintbagħat notifika lill-apparat mobbli tal-klijent roaming. Dak l-avviż għandu jindika l-proċedura li għandha tkun segwita jekk il-klijent jixtieq li jkompli l-forniment ta’ dawn is-servizzi u l-ispiża assoċjata ma’ kull unità addizzjonali li tkun se tiġi kkunsmata. Jekk il-klijent roaming ma jirrispondix kif mitlub min-notifika li rċieva, il-provditur tar-roaming għandu jwaqqaf immedjatament is-servizzi tar-roaming tad-dejta lill-konsumatur roaming u ma jiċċarġjahx aktar tagħhom, sakemm u sa meta l-klijent roaming ma jitlobx li l-forniment ta’ dawn is-servizzi jitkompla jew jiġġedded.

Kull meta klijent roaming jitlob li jagħżel jew ineħħi faċilità ta’ "limitu finanzjarju jew ta’ volum", il-bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol waħda minn meta tasal it-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ elementi oħra tal-abbonament.

4.  Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal apparati magna għal magna li jużaw komunikazzjoni mobbli tad-dejta.

5.  Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għall-aċċess bi żball għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi informazzjoni lill-konsumaturi dwar kif jista' jiġi evitat ir-roaming involontarju f'reġjuni konfinali.

6.  Dan l-artikolu għandu japplika f'każijiet fejn il-konsum tas-servizzi tar-roaming tad-dejta bir-rata applikabbli tas-servizz lokali jkun limitat b'referenza għal kriterju tal-użu ġust skont l-Artikolu 6b u fejn il-konsum ikun laħaq il-limitu tal-użu ġust.

Għandu japplika wkoll għal servizzi tar-roaming tad-dejta użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn provditur tar-roaming.

Minkejja s-subparagrafu 1, meta l-klijent jagħżel il-faċilità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 3 m'għandhomx japplikaw jekk l-operatur tan-netwerk miżjur fil-pajjiż miżjur barra l-Unjoni ma jippermettix li l-fornitur tar-roaming jimmonitorja l-użu tal-konsumaturi tiegħu fuq bażi ta' ħin reali.

F'dak il-każ il-klijent għandu jkun notifikat permezz ta' messaġġ SMS meta jidħol f'tali pajjiż, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, li l-informazzjoni dwar il-konsum akkumulat u l-garanzija li ma jinqabiżx limitu finanzjarju speċifikat ma jkunux disponibbli.' [Em. 216]

"

(8)  L-Artikolu 19 hu emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)  l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej: "

"Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta' dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016."

"

(ii)  il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej: "

"(g) sa liema punt l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 u tar-reġim alternattiv previsti fl-Artikolu 4a tat riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming sakemm ma jkunx hemm differenza effettiva bejn it-tariffi tar-roaming u dawk domestiċi;"

"

(iii)  Jiddaħħal il-punt (i) li ġej: "

"(i) il-punt, jekk hemm, sa fejn l-evoluzzjoni tal-prezzijiet domestiċi għall-konsumatur hija osservabilment effettwata mill-applikazzjoni mill-provdituri tar-roaming tar-rata domestika tas-servizz sew li-servizzi domestiċi sew lil servizzi tar-romaing regolati madwar l-Unjoni.

"

(b)  Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  L-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej: "

Jekk ir-rapport juri li l-alternattivi tat-tariffi, li fihom ir-rata ta' servizz domestika tapplika kemm għal servizzi domestiċi u ta' roaming regolati, mhumiex provduti fil-pakketti għall-konsumaturi kollha għall-użu raġjonevoli minn mill-inqas fornitur wieħed ta' roaming f'kull Stat Membru, jew li offerti minn fornituri ta' roaming alternattivi m'għamlux tariffi ta' roaming għall-konsumatur sostanzjalment ekwivalenti disponibbli faċilment għal konsumaturi fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha sa l-istess data tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni u jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda differenza bejn tariffi nazzjonali u ta' roaming fi ħdan is-suq intern.

"

(ii)  il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej: "

"(d) biex jinbidel it-tul taż-żmien jew jonqos il-livell massimu ta' imposti massimi previst fl-Artikoli 7, 9 u 12 bil-ħsieb li tiġi rinfurzata l-kapaċità ta' kull provditur tar-roaming biex fil-pakketti rispettivi tiegħu għall-konsumaturi għal użu raġonevoli jagħmel disponibbli alternattivi tat-tariffi li fihom ir-rata applikabbli tas-servizz domestiku tapplika kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming regolati, daqslikieku dawn tal-aħħar kienu kkunsmati fin-netwerk domestiku." [Em. 217]

"

(8a)  L-Artikolu 19 jitħassar u jinbidel b'dan li ġej: "

1. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi kif jiffunzjona dan ir-Regolament u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-paragrafi 2 sa 6 .

2.  Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2015, wara konsultazzjoni pubblika, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar jekk għandux jinbidel it-tul taż-żmien jew għandux jiġi rivedut il-livell tat-tariffi massimi għall-operaturi previsti fl-Artikoli 7, 9 u 12 jew biex tipprovdi arranġamenti oħrajn biex tindirizza l-problemi tas-suq tal-operaturi, inkluż fir-rigward tar-rati tat-terminazzjoni applikabbli għar-roaming. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-BEREC, wara konsultazzjoni pubblika, għandu jistabbilixxi linji gwida dwar miżuri għall-prevenzjoni ta’ użu anomalu jew abbużiv għall-fini tal-Artikolu 6a.

3.  Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2016, wara konsultazzjoni pubblika, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar, inter alia:

   (a) id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS, u tad-data , b’mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;
   (b) il-grad ta’ kompetizzjoni kemm fis-suq bl-imnut u kemm f’dak bl-ingrossa, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u l-grad ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;
   (c) kemm l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming.

Il-Kummissjoni għandha teżamina, b’mod partikolari, jekk ikunx meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri tekniċi u strutturali addizzjonali jew jiġux modifikati l-miżuri strutturali.

4.  Jekk ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 juri li m'hemmx kundizzjonijiet indaqs bejn il-provdituri tar-roaming u, b'konsegwenza, li jkun hemm ħtieġa li jinbidel it-tul taż-żmien jew li jitbaxxa l-livell tat-tariffi massimi għall-operaturi jew li jiġu pprovduti arranġamenti oħrajn biex jiġu indirizzati l-problemi tas-suq għall-operaturi, inkluż bi tnaqqis sinifikanti tar-rati tat-terminazzjoni tal-mobajl applikabbli għar-roaming fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tagħmel proposti leġiżlattivi xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata sat-30 ta' Ġunju 2015.

Jekk ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3juri li l-miżuri strutturali previsti b’dan ir-Regolament ma kinux suffiċjenti biex jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej kollha il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata.Fir-rigward taż-żewġ rapporti, għandhom jiġu ppreżentati proposti għal kwalunkwe miżura xierqa b’mod simultanju mar-rapporti.

5.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Kull rapport, għandu jinkludi sommarju tal-monitoraġġ tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming fl-Unjoni u valutazzjoni tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

6.  Sabiex jiġu vvalutati l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming tal-Unjoni kollha, il-BEREC għandu jiġbor dejta fuq bażi regolari mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżvilupp ta’ tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming ta’ telefonati bil-vuċi, ta’ SMS u ta’ dejta. Din id-dejta għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, tal-anqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.

BEREC għandu wkoll kull sena jiġbor informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-trasparenza u komparabbiltà ta' tariffi differenti offruti mill-operaturi lill-klijenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk id-data u s-sejbiet pubbliku. [Em. 218]

"

Artikolu 38

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 1211/2009

Ir-Regolament (UE) Nru 1211/2009 hu emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:"

"2. Il-BEREC għandu jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas) u d-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/22/KE u 2002/58/KE (id-Direttivi Speċifiċi), u tar-Regolamenti (UE) Nru 531/2012 u Nru .../2014.".

"

(1a)  Fl-Artikolu 3(1) għandhom jiddaħħlu l-punti (ma) u (mb) li ġejjin: "

'(ma) sabiex jiġu rċevuti notifiki ppreżentati skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/20/KE, biex jinżamm inventarju ta’ dawk in-notifiki u biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati jiġu mgħarrfa dwar in-notifiki rċevuti;

   (mb) biex jinħarġu opinjonijiet dwar miżuri maħsuba biex jiġu adottati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 10, paragrafi 5 u 6, tad-Direttiva 2002/20/KE.' [Em. 219]

"

(1b)  Fl-Artikolu 3(1), jiddaħħal il-punt (na) li ġej: "

'(na) li jappoġġa l-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni u l-liġi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi t-tressiq ta' opinjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kwalunkwe inizjattiva ppjanata’ [Em. 220]

"

(2)  Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 4 u 5 għandhom jitħassru. [Em. 221]

(3)  Jiddaħħal dan l-Artikolu 4a: "

'Artikolu 4a

Nomina u kompiti tal-President

1.  Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonista indipendenti b’impjieg sħiħ.

Il-President għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra.

Il-President għandu jkun responsabbli mit-tħejjija tax-xogħol tal-Bord tar-Regolaturi u għandu jippresjedi mingħajr id-dritt għall-vot il-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi u l-Kumitat ta’ Tmexxija.

Bla preġudizzju għall-irwol tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President ma għandu jfittex jew jaċċetta l-ebda struzzjoni minn kwalunkwe gvern jew NRA, mill-Kummissjoni, jew minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra.

2.  Il-President għandu jinħatar mill-Bord tar-Regolaturi fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla.

Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tar-Regolaturi jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu.

Il-ħatra tal-President hi effettiva biss wara l-approvazzjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija.

Il-Bord tar-Regolaturi għandu jeleġġi wkoll Viċi President minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu.

3.  Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ tliet snin u jista’ jiġi estiż darba.

4.  Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ tliet snin tal-President, il-Bord tar-Regolaturi għandu jivvaluta:

   (a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;
   (b) il-kompiti u r-rekwiżiti tal-Bord tar-Regolaturi għas-snin li ġejjin.

Il-Bord tar-Regolaturi jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tal-President. Fix-xahar ta’ qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, il-President jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.

5.  Il-President jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord tar-Regolaturi li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija.

Il-President m’għandux jimpedixxi lill-Bord tar-Regolaturi milli jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-President, b’mod partikolari l-ħtieġa għat-tneħħija tiegħu, u m’għandux ikun involut f’deliberazzjonijiet dwar tali kwistjoni.' [Em. 222]

"

(4)  L-Artikolu 6 hu emendat kif ġej:

(a)  Jitħassar il-paragrafu 2, inċiż 4.

(b)  Il-paragrafu 3 hu emendat kif ġej: "

ʻ3. L-Uffiċċju għandu jkun magħmul minn:

   (a) President ta' Bord tar-Regolaturi
   (b) Kumitat ta' Tmexxija,
   (c) Maniġer Amministrattiv. [Em. 223]

"

(5)  L-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej: "

"2. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jaħtar il-Maniġer Amministrattiv u, fejn rilevanti, jiġi estiż il-mandat tiegħu jew jitneħħa mill-kariga skont l-Artikolu 8. Il-Maniġer Amministrattiv maħtur m’għandux jieħu sehem fit-tħejjija ta’din id-deċiżjoni jew jivvota fuqha.'

"

(b)  Il-paragrafu 4 jitħassar. [Em. 224]

(6)  Il-paragrafi 2.3, 4 tal-Artikolu 8 jitħassru u jiġu ssostitwiti minn dan li ġej: "

"2. Il-President għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Uffiċju skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra.

3.  Il-Maniġer Amministrattiv għandu jinħatar mill-Bord ta’ Tmexxija, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Għall-iskop li jikkonkludi l-kuntratt mal-Maniġer Amministrattiv, l-Uffiċċju għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Kumitat ta' Tmexxija.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.

4.  Iż-żmien ta' kariga tal-Maniġer Amministrattiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Maniġer Amministrattiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

5.  Il-Kumitat ta' Tmexxija, fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis l-istudju msemmi fil-paragrafu 4, jista' jestendi l-mandat tal-Maniġer Amministrattiv darba waħda, għal mhux aktar minn ħames snin.

6.  Il-Kumitat ta' Tmexxija jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tal-Maniġer Amministrattiv. Fix-xahar ta’ qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, il-Maniġer Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.

7.  Maniġer Amministrattiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu globali.

8.  Il-Maniġer Amministrattiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

9.  Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jilħqu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew tneħħija mill-kariga tal-Maniġer Amministrattiv fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot.ʼ [Em. 225]

"

(7)  Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej: "

ʻ 2. Il-Maniġer Amministrattiv għandu jassisti lill-President tal-Bord tar-Regolaturi fit-tħejjija tal-aġenda tal-Bord tar-Regolaturi, il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-Gruppi ta’ Ħidma tal-Esperti. Il-Maniġer Amministrattiv għandu jipparteċipa, mingħajr ma jkollu d-dritt li jivvota, fil-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi u l-Kumitat ta’ Tmexxija.' [Em. 226]

"

(8)  L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej: "

"1. Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jagħtu effett lil dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Uffċiju inkluż il-President tal-Bord tar-Regolaturi u l-Maniġer Amministrattiv.

2.  Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni adatti li jagħtu effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.  Il-Kumitat ta' Tmexxija, f'konformità mal-paragrafu 4, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Uffiċju, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra lill-Awtorità bis-Setgħa Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg ("setgħat tal-awtorità li taħtar");

4.  Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra, li tiddelega setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lill-Maniġer Amministrattiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom din id-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Il-Maniġer Amministrattiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

Fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu dan, il-Kumitat ta' Tmexxija jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lil-Maniġer Amministrattiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr il-Maniġer Amministrattiv.' [Em. 227]

"

(9)  Jiddaħħal dan l-Artikolu 10 a: "

'Artikolu 10a

Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

1.  L-Uffiċju jista’ jagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Uffiċju.

2.  Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Uffijċu'. [Em. 228]

"

Artikolu 39

Il-klawżola ta' reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapporti dwar l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'intervalli regolari. L-ewwel rapport għandhu jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2018. Minn hemm ’il quddiem, ir-rapporti sussegwenti għandhom jitressqu kull erba' snin. Jekk ikunn hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti xierqa bil-ħsieb li temenda dan ir-Regolament, u tallinja strumenti legali oħra filwaqt li b'mod partikolari tqis l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informatika u fejn wasal il-progress fis-soċjetà tal-informazzjoni. Ir-rapporti għandhom ikunu pubbliċi. twettaq evalwazzjoni komprensiva u r-rieżami tal-qafas regolatorju kollu għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, u għandha tissottometti rapport bi proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2016 sabiex tippermetti li jkun hemm żmien biżżejjed biex il-leġiżlatur janalizza u jiddiskuti l-proposti b'mod xieraq.

Ir-rieżami għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni pubblika sħiħa kif ukoll fuq valutazzjonijiet tal-impatt ex-post tal-qafas regolatorju mill-2009 u valutazzjoni ex-ante bir-reqqa tal-impatt previst tal-opzjonijiet li joriġinaw mir-reviżjoni .

Il-miri ewlenin tar-rieżami għandhom jinkludu:

(i)  li jiġi żgurat li servizzi sostitwibbli jkunu suġġetti għall-istess regoli, b’kunsiderazzjoni tad-definizzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE, sabiex tinkiseb regolamentazzjoni ekwivalenti, koerenti u konsistenti tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi sostitwibbli minnhom, inkluż fir-rigward tal-aċċess, l-aspetti kollha tal-protezzjoni tal-konsumatur, inkluża l-portabilità, kif ukoll il-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta;

(ii)  li jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u għażla aktar informata tal-konsumatur permezz ta' aktar trasparenza u aċċess għal informazzjoni ċara u komprensiva, inkluż dwar veloċitajiet tal-kunsinna tad-dejta u kopertura tan-netwerk mobbli;

(iii)  li jiġi żgurat li l-utenti tas-servizzi diġitali jkunu jistgħu jikkontrollaw il-ħajja diġitali u d-dejta tagħhom bit-tneħħija tal-ostakli għall-qlib tas-sistemi operattivi mingħajr ma jitilfu l-applikazzjonijiet u d-dejta tagħhom;

(iv)  Iktar promozzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva u sostenibbli;

(v)  li jiġi pprovdut kwadru stabbli u sostenibbli għall-investiment;

(vi)  li tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata, konsistenti u effettiva;

(vii)  li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ provdituri pan-Ewropej u l-provdiment ta’ servizzi kummerċjali transkonfinali;

(viii)  li jiġi żgurat li l-qafas ikun adattat għall-era diġitali u li tiġi offruta ekosistema tal-internet li tappoġġja l-ekonomija kollha;

(ix)  li tiżdied il-fiduċja tal-utent fis-suq intern fil-komunikazzjonijiet, inkluż permezz tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-kwadru regolatorju tal-futur għall-protezzjoni ta’ dejta personali u miżuri li jżidu s-sigurtà ta’ komunikazzjoni elettronika fis-suq intern;

Ir-rieżami għandu jinkludi, fost l-oħrajn:

(i)  l-obbligu tas-servizz universali, inkluż rieżami tal-ħtieġa għal obbligu addizzjonali li jiġu offrut aċċess għall-internet broadband bi prezz ġust;

(ii)  il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-kwistjonijiet kollha, inkluż l-ispettru, li jiġu indirizzati mill-qafas; is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri u l-ambitu tar-rekwiżit tal-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;

(iii)  il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali;

(iv)  l-obbligi simmetriċi marbuta mal-aċċess tan-netwerk;

(v)  ir-regoli dwar l-effetti ta’lieva u d-dominanza konġunti;

(vi)  il-proċessi tal-analiżi tas-suq;

(vii)  l-impatt tas-servizzi li huma sostitwibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; inkluż jekk ikunux meħtieġa kjarifiki rigward l-ilħuq tan-newtralità teknoloġika tal-qafas regolatorju, kif ukoll dwar id-dikotomija bejn is-servizzi tas-“soċjetà tal-informatika” u dawk tal-“komunikazzjonijiet elettroniċi”;

(viii)  il-ħtieġa li titħassar ir-regolamentazzjoni skaduta;

(ix)  it-tneħħija tar-regolamentazzjoni bil-kundizzjoni li analiżi tas-suq tkun uriet li s-suq ikkonċernat ikun tassew kompetittiv, u li jkunu jeżistu modi u metodi għall-estensjoni tal-monitoraġġ;

(x)  l-esperjenza fl-ambitu tal-obbligi u r-rimedji nondiskriminatorji;

(xi)  l-effettività u l-funzjonament tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7 u 7a tad-Direttiva 2002/21/KE;

(xii)  il-bidu ta' proċedura skont l-Artikolu 7/7a f'sitwazzjonijiet fejn il-fażi II tal-proċedura ma tiġix istigata minħabba li awtorità regolatorja nazzjonali tkun irtirat l-abbozz ta' miżura tagħha jew fejn awtorità regolatorja nazzjonali ma tipproponix rimedju għal problema rikonoxxuta f'suq partikolari;

(xiii)  l-effettività u l-funzjonament tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2002/21/KE;

(xiv)  is-servizzi u l-operaturi tranżnazzjonali, filwaqt li titqies il-possibilità li l-Kummissjoni tidentifika s-swieq tranżnazzjonali skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2002/21/KE, u b'fokus fuq il-provvista kompetittiva ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet lil negozjanti tal-UE u fuq l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' rimedji fl-iskala tal-impriżi fl-UE kollha;

(xv)  l-identifikazzjoni ta’ swieq transnazzjonali, fil-bidu tal-inqas rigward is-servizzi tan-negozji; jiġi permess lill-provdituri li jinnotifikaw lill-BEREC bl-intenzjoni tagħhom li jservu lil dawn is-swieq, u s-sorveljanza tal-provdituri li jservu dawn is-swieq mill-BEREC;

(xvi)  il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi tal-BEREC;

(xvii)  awtorizzazzjoni unika tal-Unjoni u l-istruttura superviżorja għall-qafas b’mod ġenerali;

(xviii)  inputs attivi u passivi;

(xix)  ir-rakkomandazzjoni dwar is-swieq rilevanti;

(xx)  ir-regolamentazzjoni tat-tagħmir, inkluż il-prassi ta’ ggruppar tat-tagħmir u s-sistemi operattivi;

(xxi)  l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru Ewropew ta’ sejħiet ta' emerġenza "112", inkluż b'mod partikulari miżuri neċessarji biex titjieb il-preċiżjoni u l-affidabilità tal-kriterji dwar il-post tal-oriġini tas-sejħa;

(xxii)  il-fattibilità li titwaqqaf 'sistema tal-komunikazzjoni “112” invertita tal-UE';

(xxiii)  l-impatt tal-fatt li l-internet sar infrastruttura kruċjali għat-twettiq ta’ varjetà kbira ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjali. [Em. 229]

Artikolu 39a

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikoli 34, 35 u 36 sa 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

2.  Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal dan ir-Regolament jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert bl-Artikoli 34, 35 u 36. [Em. 230]

Artikolu 40

Id-dħul fis-seħħ

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

2.  Dan għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

Madanakollul, l-Artikoli 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29 u 30 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2016. [Em. 231]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

PARAMETRI MINIMI GĦALL-OFFERTI TAL-PRODOTTI EWROPEJ TAL-AĊĊESS BROADBAND VITWALI

1.  L-OFFERTA 1 - prodott tal-aċċess għal netwerk fiss għall-operaturi offrut f'netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss fis-Saff 2 tal-mudell b'seba' saffi tal-Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-protokolli tal-komunikazzjoni ("is-Saff tad-dejta Link"), li joffri funzjonalitajiet ekwivalenti għad-diżaggregazzjoni fiżika, b'punti tat-trasferiment f'livell eqreb għal-lok tal-klijenti milli hu l-livell nazzjonali jew reġjonali.

1.1  L-elementi tan-netwerk u informazzjoni relatata:

(a)  deskrizzjoni tan-netwerk tal-aċċess, inklużi karatteristiċi tekniċi (li għandhom jinkludi informazzjoni dwar il-konfigurazzjoni tan-netwerk meta jkun hemm bżonn ħalli l-aċċess tan-netwerk jintuża b'mod effettiv);

(b)  il-postijiet fejn se jingħata l-aċċess tan-netwerk;

(c)  kull standard tekniku rilevanti għall-aċċess tan-netwerk, inkluż kull restrizzjoni għall-użu u kwistjonijiet oħra ta' sigurtà;

(d)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaċċa fil-punti tal-trasferiment u fil-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk (il-lok tal-klijenti);

(e)  l-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir li jrid jintuża fin-netwerk; u

(f)  dettalji dwar it-testijiet tal-interoperabbiltà.

1.2  Il-funzjonalitajiet tan-netwerk:

(a)  allokazzjoni flessibbli ta' VLANs abbażi ta' speċifikazzjoni teknika komuni;

(b)  konnettività ta' servizz anjostiku, li tippermetti l-kontroll tal-veloċitajiet tat-traffiku tad-download u l-uplaod;

(c)  jabbilita s-sigurtà;

(d)  għażla flessibbli tat-tagħmir fil-lok tal-klijent (sakemm dan ikun teknikament possibbli);

(e)  aċċess mill-bogħod għat-tagħmir fil-lok tal-klijent; u

(f)  funzjonalità multicast, meta jkun hemm domanda, u din il-funzjonalità hemm bżonnha biex tiżgura r-replikabbiltà teknika tal-offerti konkorrenti għall-konsumaturi.

1.3  Il-proċessi operattivi u kummerċjali:

(a)  il-proċess tar-rekwiżit tal-eliġibbiltà għall-ordnijiet u l-provdiment;

(b)  l-informazzjoni tal-kontijiet;

(c)  il-proċeduri għall-migrazzjoni, iċ-ċaqliqiet u l-waqfiet; u

(d)  perjodi taż-żmien speċifiċi għat-tiswija u l-manutenzjoni.

1.4  Servizzi u Sistemi tal-IT anċillari:

(a)  l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet dwar il-provdiment ta' ko-pożizzjoni u backhaul;

(b)  l-ispeċifikazzjonijiet biex jiġu aċċessati u jintużaw sistemi anċillari tal-IT għal sistemi tal-appoġġ operattiv, sistemi tal-informazzjoni jew bażijiet tad-dejta għall-ordnijiet minn qabel, il-provdiment, l-ordnijiet, it-talbiet tal-manutenzjoni u tat-tiswija, u l-kontijiet, inklużi r-restrizzjonijiet għall-użu tagħhom u l-proċeduri tal-aċċess għal dawn is-servizzi.

2.  L-OFFERTA 2: Prodott tal-aċċess għal netwerk fiss għall-operaturi offrut fis-Saff 3 tal-mudell b'seba' saffi tal-Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-protokolli tal-komunikazzjoni ("is-Saff tan-Netwerk"), fil-livell bitstream tal-livell tal-IP b'punti tat-trasferiment li joffru livelli ogħla ta' aggregazzjoni tar-riżorsi bħal fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali.

2.1  L-elementi tan-netwerk u informazzjoni relatata:

(a)  il-karatteristiċi tal-link tal-konnessjoni pprovdut fil-punti tat-trasferiment (mil-lat ta' veloċità, Kwalità tas-Servizzi, u l-bqija);

(b)  deskrizzjoni tan-netwerk broadband li jqabbad il-lok tal-klijenti mal-punti tat-trasferiment, mil-lat ta' backhaul u arkitetturi tan-netwerk tal-aċċess;

(c)  il-post tal-punt(i) tat-trasferiment; u

(d)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaċċi fil-punti tat-trasferiment.

2.2  Il-funzjonalitajiet tan-netwerk:

L-abbiltà li jappoġġa livelli differenti tal-kwalità tas-servizzi (eż. QoS 1, 2 u 3) fejn jidħlu:

(i)  id-dewmien;

(ii)  il-fluttwazzjoni tal-impulsi (il-jitter);

(iii)  it-telfien tal-pakketti; u

(iv)  il-proporzjon tal-kontenzjoni.

2.3  Il-proċessi operattivi u kummerċjali:

(a)  il-proċess tar-rekwiżit tal-eliġibbiltà għall-ordnijiet u l-provdiment;

(b)  l-informazzjoni tal-kontijiet;

(c)  il-proċeduri għall-migrazzjoni, iċ-ċaqliqiet u l-waqfiet; u

(d)  perjodi taż-żmien speċifiċi għat-tiswija u l-manutenzjoni.

2.4  Sistemi tal-IT anċillari:

L-ispeċifikazzjoni biex jiġu aċċessati u jintużaw sistemi anċillari tal-IT għal sistemi tal-appoġġ operattiv, sistemi tal-informazzjoni jew bażijiet tad-dejta għall-ordnijiet minn qabel, il-provdiment, l-ordnijiet, it-talbiet tal-manutenzjoni u tat-tiswija, u l-kontijiet, inklużi r-restrizzjonijiet għall-użu tagħhom u l-proċeduri tal-aċċess għal dawn is-servizzi.

3.  L-OFFERTA 3: Segmenti ta' terminazzjoni għall-operaturi ta' linji mikrija b'interfaċċa aħjar għall-użu esklussiv ta' min ifittex aċċess, li jipprovdu kapaċità simetrika permanenti mingħajr restrizzjoni fejn jidħol l-użu u bi ftehimiet fil-livell ta' servizzi, permezz ta' konnessjoni minn punt għal ieħor u bis-Saff 2 tal-mudell b'seba' saffi tal-Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-interfaċċi tan-netwerk tal-protokolli tal-komunikazzjoni ("is-Saff tad-dejta Link").

3.1  L-elementi tan-netwerk u informazzjoni relatata:

(a)  deskrizzjoni tan-netwerk tal-aċċess, inklużi karatteristiċi tekniċi (li għandhom jinkludi informazzjoni dwar il-konfigurazzjoni tan-netwerk meta jkun hemm bżonn ħalli l-aċċess tan-netwerk jintuża b'mod effettiv);

(b)  il-postijiet fejn se jingħata l-aċċess tan-netwerk;

(c)  il-veloċitajiet differenti u t-tul massimu offrut;

(d)  kull standard tekniku rilevanti għall-aċċess tan-netwerk (inkluż kull restrizzjoni għall-użu u kwistjonijiet oħra ta' sigurtà);

(e)  dettalji dwar it-testijiet tal-interoperabbiltà;

(f)  l-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir permess fin-netwerk;

(g)  l-interfaċċa disponibbli bejn netwerk u netwerk (NNI);

(h)  id-daqs massimu permess tal-frame, f'bytes.

3.2  Il-funzjonalitajiet tan-netwerk u tal-prodott:

(a)  aċċess mhux kontentat u simetriku dedikat;

(b)  konnettività ta' servizz anjostiku, li tippermetti l-kontroll tal-veloċità tat-traffiku u simetrija;

(c)  allokazzjoni flessibbli ta' VLANs abbażi ta' speċifikazzjoni teknika komuni, bi trasparenza tal-protokolli;

(d)  parametri tal-Kwalità tas-Servizzi (id-dewmien, il-jitter, it-telfien tal-pakketti) li jippermettu prestazzjoni kummerċjalment kritika.

3.3  Il-proċessi operattivi u kummerċjali:

(a)  il-proċess tar-rekwiżit tal-eliġibbiltà għall-ordnijiet u l-provdiment;

(b)  il-proċeduri għall-migrazzjoni, iċ-ċaqliqiet u l-waqfiet;

(c)  perjodi taż-żmien speċifiċi għat-tiswija u l-manutenzjoni;

(d)  tibdil fis-sistemi tal-IT (sal-punt li jaffettwa lil operaturi alternattivi); u

(e)  imposti rilevanti f'EUR, it-termini tal-ħlasijiet u l-proċeduri tal-kontijiet.

3.4  Ftehimiet fil-livell ta' servizz

(a)  l-ammont ta' kumpens pagabbli minn parti waħda lil oħra meta tonqos milli twettaq l-impenji kuntrattwali, inkluż iż-żmien tal-provdiment u tat-tiswija, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà għal kumpensi;

(b)  definizzjoni u limitazzjoni tar-responsabbiltà u l-indemnità;

(c)  proċeduri għal meta jkunu qed jiġu proposti tibdiliet fis-servizzi offruti, pereżempju, fit-tnedija ta' servizzi ġodda, tibdil fis-servizzi eżistenti jew tibdil fil-prezzijiet;

(d)  dettalji dwar kull dritt tal-proprjetà intellettwali rilevanti;

(e)  dettalji dwar it-tul u negozjar mill-ġdid tal-ftehimiet.

3.5  Sistemi tal-IT anċillari:

l-ispeċifikazzjoni biex jiġu aċċessati u jintużaw sistemi anċillari tal-IT għal sistemi tal-appoġġ operattiv, sistemi tal-informazzjoni jew bażijiet tad-dejta għall-ordnijiet minn qabel, il-provdiment, l-ordnijiet, it-talbiet tal-manutenzjoni u tat-tiswija, u l-kontijiet, inklużi r-restrizzjonijiet għall-użu tagħhom u l-proċeduri tal-aċċess għal dawn is-servizzi. [Em. 232]

ANNESS II

IL-PARAMETRI MINIMI TAL-PRODOTTI EWROPEJ TAL-KONNETTIVITÀ B'SERVIZZ TA' KWALITÀ ŻGURAT (ASQ)

L-elementi tan-netwerk u informazzjoni relatata:

—  Trid tingħata deskrizzjoni tal-prodott tal-konnettività fuq netwerk fiss, inklużi karatteristiċi tekniċi u l-adozzjoni ta' kull standard rilevanti.

Il-funzjonalitajiet tan-netwerk:

—  il-ftehim tal-konnettività jiżgura l-Kwalità tas-Servizzi minn tarf sa tarf, skont parametri speċifikati komuni li jippermettu l-provdiment ta' mill-inqas dawn il-klassijiet ta' servizzi:

—  li jsiru telefonati bil-vuċi u bil-vidjow;

—  li jitwassal kontenut awdjoviżiv; u

—  jintużaw applikazzjonijiet kritiċi tad-dejta. [Em. 233]

(1)ĠU C 177, 11.6.2014, p. 64.
(2)ĠU C 126, 26.4.2014, p. 53.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014.
(4)Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).
(5)Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).
(6)Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(7)Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).
(8)Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(9)Id-Direttiva 2002/77/KE tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 249, 17.9.2002, p. 21).
(10)Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1).
(11)Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).
(12)Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).
(13) Regolament (UE) Nru 1301/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).
(14) Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1).
(15) P7_TA(2011)0511 (ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 128).
(16) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(17) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u rigward il-moviment ħieles ta' din id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(18)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tas-16 ta' Frar 2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(19)Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).
(20) Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u jemenda id-Direttiva 2002/21/KE (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).
(21) P7_TA(2013)0454.
(22)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE tas-26 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.07.2002, p. 49).
(23)Id-Direttiva 2013/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 1).
(24)Ir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limiti ta' espożizzjoni tal-pubbliku għall-kampi elettromanjetiċi (0 Hz - 300 GHz) (ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59).
(25)Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10).
(26)Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi), ĠU L 165, 18.06.2013, p. 63).
(27) In-numru ta' dan ir-Regolament.
(28) In-numru ta' dan ir-Regolament.
(29) Data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(30) 6 xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(31) Data tad-dħul fis-seħħ ta 'dan ir-Regolament.

Aġġornata l-aħħar: 10 t'Ottubru 2017Avviż legali