Proċedura : 2007/2560(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0272/2007

Testi mressqa :

B6-0272/2007

Dibattiti :

PV 11/07/2007 - 14
CRE 11/07/2007 - 14

Votazzjonijiet :

PV 12/07/2007 - 6.10

Testi adottati :

P6_TA(2007)0350

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 99kDOC 54k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B6-0268/2007
4 ta' Lulju 2007
PE 391.152v01-00
 
B6‑0272/2007
biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura
imressqa minn Brian Crowley, Cristiana Muscardini, Roberta Angelilli, Inese Vaidere, Guntars Krasts, Adam Bielan, Hanna Foltyn-Kubicka, Ryszard Czarnecki u Michał Tomasz Kamiński
f'isem il-Grupp UEN
dwar il-Palestina

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Palestina 
B6‑0272/2007

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, partikularment dik tas-7 ta' Settembru 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' April 2007 dwar il-każ tal-ġurnalist tal-BBC Alan Johnston,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nru 1757 (2007), 1748(2007), 1747(2007), 1701(2006), 1559(2004), 520(1982), 426(1978), 338(1973) u 242(1967),

–  wara li kkunsidra l-indirizz tal-President tal-Parlament Ewropew lill-Knesset Iżraeljan fit-30 ta' Mejju 2007,

–  wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta’ Viċinanza bejn l-UE u l-Iżrael u bejn l-UE u l-Palestina,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-29 ta' Marzu 2007 tad-19-il Samit tal-Lega Għarbija li sar f'Riyadh,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kunflitt li qed ikompli jikber bejn l-Iżrael u l-Palestina qed ikollu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani kollu,

B.  billi l-ġurnalist tal-BBC Alan Johnston, li kien inħataf fit-12 ta' Marzu 2007 fil-Gaża, issa ġie meħlus mill-Ħamas,

C.  billi l-Unjoni Ewropea għandha responsabilità speċjali għall-paċi u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani,

D.  billi f'Lulju 2006 il-Ħamas ħataf suldat Iżraeljan, Gilad Shalit, li d-destin tiegħu għadu inċert u li dwaru kemm-il darba saru talbiet minn ghadd ta' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet bhall-Kunsill tas-Sigurta tan-NU, l-UE u l-EMPA biex jinheles;

E..  billi l-gvern Palestinjan immexxi mill-Ħamas s'issa ma ssodisfax il-kriterji tal-Kwartett (l-UE, in-NU, l-Istati Uniti, ir-Russja), rigward ir-rikonoxximent ta' Iżrael, li jirrifjuta l-vjolenza u li jaċċetta l-ftehimiet internazzjonali,

F.  billi l-interdizzjoni ta' l-UE lill-Ħamas bħala organizzazzjoni terroristika għamlitha impossibbli li jingħataw fondi diretti lill-Awtorità Palestinjana u ġegħlet lill-UE tibgħat fondi permezz ta' Mekkaniżmu Temporanju Internazzjonali (TIM) speċjali,

G.  billi l-attakk bir-rokits mill-Ħamas fuq Iżrael f'April 2007 wassal biex jinkiser il-waqfien mill-ġlied bejn il-Palestinjani u l-Iżraeljani li kien ilu sejjer ħames xhur u reġa' fetaħ iċ-ċirku vizzjuż ta' attakki fuq rħula installati mill-Iżraeliti u attakki ta' ritaljazzjoni mill-armata u l-forzi ta' l-ajru Iżraeljani,

H.  billi l-Ħamas huwa kontinwament involut f'kuntrabandu ta' armi u munizzjoni fl-Istrixxa tal-Gaża sabiex ikun jista' jkompli l-glieda fi ħdan is-soċjetà Palestinjana,

I.  billi l-Ispiker u 40 membru tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan ġew arrestati minn Iżrael u ghadhom mizmuma prigunieri,

J.  billi s-sitwazzjoni tal-minoranzi Nsara fil-Lvant Nofsani tinsab fil-periklu minħabba l-mewġa ta' vjolenza attwali;

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-tkabbir tal-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, rifless fil-ġrajjiet riċenti fil-Gaża u fix-Xatt tal-Punent, u jistieden lill-komunità internazzjonali sabiex tirdoppja l-isforzi tagħha għall-paċi fir-reġjun skond ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-istqarrija li għamel il-Kwartett wara l-konferenza tal-15 ta' Ġunju, kif ukoll l-appoġġ tiegħu għall-isforzi biex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet umanitarji tal-Palestinjani u biex tkun immobilizzata għajnuna internazzjonali;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra riċenti ta' l-ex-Prim Ministru Ingliż Tony Blair, bħala l-mibgħut speċjali tan-NU għall-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-allokazzjoni mill-Kummissjoni ta' 43 miljun euro f'għajnuna umanitarja għall-Palestinjani vulnerabbli fix-Xatt tal-Punent, fil-Gaża u f'pajjiżi oħra fir-reġjun;

5.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iżraeljani sabiex jawtorizzaw l-aċċess għal finijiet umanitarji fil-Gaża u jenfasizza l-ħtieġa ta' azzjoni rapida sabiex ikun evitat li l-qagħda umanitarja tmur għall-agħar u li l-popolazzjoni ċivili, li hija l-aktar vittma milquta fil-vjolenza, tbati aktar;

6.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-qawmien mill-ġdid ta' "Pjan ta' Bejrut" ta' 2002 waqt is-samit tal-Lega Għarbija f'Riyadh fl-2007 u jqisu bħala sinjal ċar mid-dinja Għarbija tax-xewqa tagħha li t-tilwima bejn l-Iżrael u l-Palestina titwassal lejn tmiem paċifiku;

7.  Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jagħti għajnuna umanitarja effettiva lill-poplu Palestinjan; madankollu jenfasizza li l-għajnuna ma tistax tappoġġja direttament jew indirettament xi gruppi vjolenti jew xi politika li tafferma l-vjolenza bil-għan li teqred l-istat ta' l-Iżrael li għandha l-għan li teqred l-istat ta' Iżrael;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien tal-ġurnalist tal-BBC Alan Johnston u jistieden lill-awtoritajiet Palestinjani sabiex jieħdu kull pass meħtieġ biex jevitaw li fil-ġejjieni jkun hemm ħtif ta' ġurnalisti, ta' ħaddiema fl-għajnuna umanitarja u ta' ħaddiema barranin li qed jaħdmu fit-territorju tagħhom, u biex jiżguraw li dawk responsabbli għall-ħtif jitressqu quddiem il-ġustizzja;

9.  Jistieden lill-moviment Ħamas biex jirrikonoxxi l-Istat ta' Iżrael u l-ftehimiet internazzjonali preċedenti ta' paċi ma' Iżrael, u biex jirrinunzja għall-vjolenza kontra l-Iżrael;

10.  Jiddispjaċih li jidher biċ-ċar li l-ħidma tal-medjazzjoni Għarbija biex jitwaqqaf il-ġlied bejn il-fazzjonijiet u biex tistabbilixxi Gvern ta' Għaqda Nazzjonali hija ferm mfixkla mill-vjolenza ġdida u mdemmija li qed tkompli tiżdied u li s'issa wasslet għall-qtil ta' 50 ruħ u għal ħafna oħra midruba;

11.  Hu partikolament imħasseb dwar l-iżvilupp politiku possibbli ta' dan l-inkwiet vjolenti fit-Territorji, li l-aktar kien determinat mill-attitudni tal-Ħamas li ma jridx jaċċetta l-ebda kompromess u l-ebda ħidma mill-Gvern ta' Għaqda Nazzjonali biex ikun hemm djalogu ma l-Iżrael; għalhekk iħeġġeġ lill-Ħamas biex ma jibqax juża l-vjolenza u jibda taħdidiet għal waqfien mill-ġlied bħala l-ewwel pass sabiex jerġa' jkun hemm il-paċi u l-legalità fit-Territorji;

12.  Jinnota d-deċiżjoni kuraġġuża riċenti tal-President ta' l-Awtorità Palestinjana, Mahmoud Abbas, sabiex, minnufih wara l-waqfien mill-ġlied, jaħtar Kabinett ġdid ta' emerġenza mmexxi mill-Prim Ministru Salam Fayyad; jittama li dan il-gvern jista' jerġa' jiftaħ djalogu ma' l-Iżrael, iwaqqaf il-vjolenza fil-Gaża u jniedi mill-ġdid il-proċess diffiċli ta' paċi;

13.  Jinnota l-isforzi tal-Missjoni ta' l-UE għall-Assistenza fuq il-Fruntiera fil-Punt tal-Qsim il-ġdid f'Rafah fuq il-fruntiera bejn il-Gaża u l-Eġittu (EU BAM) biex tikkontrolla u tevalwa l-ħidma tal-kontroll tal-fruntiera ta' l-Awtorità Palestinjana; jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill ta' azzjoni konġunta li testendi l-mandat tal-Missjoni sa l-24 ta' Mejju 2008;

14.  Jistieden lill-Iżrael biex jeħles lill-membri tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan;

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-elezzjoni ta' Shimon Peres għall-Presidenza Iżraeljana; iqis li minħabba l-kobor tal-profil politiku u ta' l-esperjenza tiegħu fl-affarijiet tal-Lvant Nofsani, Shimon Peres jista', fil-kariga ġdida tiegħu, ikompli jaqdi irwol importanti sabiex iniedi mill-ġdid il-proċess ta' paċi;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon is-suċċess tal-Forza Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu u jinnota li missjoni bħal din tista' tittieħed bħala mudell eżemplari li jista' jkun segwit fil-proċess ta' negozjati għas-soluzzjoni tal-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti ta' l-Iżrael, tal-Libanu u ta' l-Awtorità Palestinjana, lis-Sirja u l-Iran, lill-Istati Uniti ta' l-Amerika u lir-Russja, u lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Lulju 2007Avviż legali