Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B6-0546/2007Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B6-0546/2007

MOZZJONI GĦAL RIZOLUZZJONI

11.12.2007

biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
mressqa minn Vittorio Agnoletto
f'isem il-Grupp GUE/NGL
dwar id-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina

Proċedura : 2007/2678(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B6-0546/2007
Testi mressqa :
B6-0546/2007
Testi adottati :

B6‑0546/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-Djalogu bejn UE u ċ-Ċina dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta ta' l-10 Samit bejn l-UE u ċ-Ċina li sar f'Beijing fit-28 ta' Novembru 2007,

–  wara li kkunsidra s-sensiela ta' taħdidiet dwar id-Djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f'Beijing fis-17 ta' Ottubru 2007 u f'Berlin fil-15 u s-16 ta' Mejju 2007,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A)  billi kwalunkwe deċiżjoni sabiex jinbeda djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem tittieħed fuq il-bażi ta’ kriterji adottati mill-Kunsill li jqisu t-tħassib ewlieni ta’ l-UE dwar is-sitwazzjoni fuq il-post tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż konċernat, fuq impenn ġenwin min-naħa ta’ l-awtoritajiet tal-pajjiż konċernat għal dan it-tip ta’ djalogu, sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post, u fuq l-impatt pożittiv li jista’ jkollu djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem,

1.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' kenux aktar 'il fuq fl-aġenda tas-Samit EU bejn l-UE u ċ-Ċina, sabiex jingħata aktar piż politiku lit-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem, u li l-UE ma ħaditx l-opportunità ta' l-Olimpijadi li ġejjin sabiex tindirizza t-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina;

2.  Jitlob fl-istess waqt iżjed koereenza u konsistentanza dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ u s-sigurtà; iħeġġeġ għalhekk lill-UE biex tiżgura li r-relazzjoni kummerċjali tagħha maċ-Ċina tkun kontinġenti fuq riformi tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden f'dan ir-rigward lill-Kunsill biex jagħmel evalwazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ b'mod konsiderevoli u li jittejjeb id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina;

4.  Jistieden lill-Kunsill ta' UE sabiex, fil-kuntest tad-djalogu, jkompli jiddiskuti intensivament kwistjonijiet li jħassbu bħalma huma r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU dwar Drittijiet Ċivili u Politiċi, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja kriminali, inkluża l-piena tal-mewt, u s-sistema għar-riedukazzjoni permezz tax-xogħol, il-libertà ta' l-espressjoni, b'mod partikulari fuq l-internet, il-libertà ta' l-istampa, il-libertà tal-kuxjenza, tal-ħsieb u tat-twemmin, is-sitwazzjoni tal-minoranzi f'Tibet u Xinjiang, u d-drittjiet tal-ħaddiema kif ukoll drittijiet soċjali oħrajn;

5.  Jistieden liċ-Ċina, bħala membru tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti biex tadotta l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur speċjali tan-NU li jirrigwardaw it-tortura u biex tagħmel stedina miftuħa għall-esperti tan-NU biex imorru fiċ-Ċina;

6.  Jiddispjaċih li ma sar ebda progress sostanzjali rigward il-ħelsien ta' priġunieri politiċi li ntbagħtu l-ħabs minħabba involviment f'demostrazzjonijiet;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkompli jiġi organizzat is-seminar legali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem li kien isir qabel jibda d-djalogu bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti akkademiċi u ċivili tas-soċjetà, u rigward dan jieħu nota tat-twaqqif ta' Netwerk Akkademiku bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li dan in-netwerk jiffunzjona kif suppost b'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew;

8.  Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fil-ħtieġa li terġa' tiġi eżaminata l-possibilità li jiġu inklużi Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ċiniż fid-delegazzjonijiet li jipparteċipaw fid-djalogu;

9.  Jinsab inkwetat ħafna biż-żieda reċenti tal-persekuzzjonijiet politiċi li jirrigwardaw il-Logħob Olimpiku li qed taffettwa lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, avukati, persuni li jressqu petizzjonijiet u attivisti mis-soċjetà ċivili li qegħdin jingħalqu f'kampijiet u sptarijiet tal-moħħ, jew jitqiegħdu f'arrest domċiljarji, jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex iwaqqfu dawn il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

10.  Jistieden liċ-Ċina biex tieħu passi konkreti biex tippermetti l-libertà ta' l-espressjoni u r-rispett għall-libertà ta' l-istampa, kemm għall-ġurnalisti Ċiniżi u kemm għal dawk barranin; jindirizza tħassib partikulari dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni tar-regolament ġdid rigward ġurnalisti internazzjonali li jaħdmu fiċ-Ċina u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex iwaqqfu immedjatament iċ-ċensura u l-imblukkar ta' eluf ta' siti ta' l-internet li huma bbażati barra l-pajjiż; jitlob għall-ħelsien tal-ġurnalisti kollha, ta' l-utenti ta' l-Internet u tad-dissidenti ċibernetiċi kollha li jinsabu miżmuma fiċ-Ċina talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-informazzjoni;

11.  Jistieden lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali sabiex jiżgura li ċ-Ċina tirrispetta l-wegħdiet li għamlet li tħalli li jkun hemm libertà tal-midja u li tagħti drittijiet fundamentali oħrajn lill-popolazzjoni tagħha;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Parlament u lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.