Proċedura : 2008/2536(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0150/2008

Testi mressqa :

B6-0150/2008

Dibattiti :

PV 23/04/2008 - 2
CRE 23/04/2008 - 2

Votazzjonijiet :

PV 24/04/2008 - 7.4
CRE 24/04/2008 - 7.4

Testi adottati :

P6_TA(2008)0177

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 137kDOC 84k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B6-0147/2008
16 t'April 2008
PE401.470v01-00
 
B6‑0150/2008
imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Janelly Fourtou, Josu Ortuondo Larrea, Gianluca Susta, Wolf Klinz u Renate Weber
f'isem il-Grupp ALDE
dwar il-V Samit UE-ALK f'Lima

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-V Samit UE-ALK f'Lima 
B6‑0148/2008

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' l-erba' Samits tal-Kapijiet ta' l-Istati u tal-Gvernijiet ta' l-Amerika Latina u l-Karibew (ALC) u ta' l-Unjoni Ewropea li saru suċċessivament f'Rio de Janeiro (28 u 29 ta' Ġunju 1999), f'Madrid (17 u 18 ta' Mejju 2002), fi Guadalajara (28 u 29 ta' Mejju 2004), u fi Vjenna (12 u 13 ta' Mejju 2006),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tat-13-il Laqgħa Ministerjali bejn il-Grupp ta’ Rio u l-Unjoni Ewropea, li saret f’Santo Domingo fir-Repubblika Dominkana, fl-20 ta’ April 2007,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Laqgħa Ministerjali tad-Djalogu ta’ San Jose bejn it-Trojka ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Ministri tal-pajjiżi ta’ l-Amerika Ċentrali, li saret f’Santo Domingo fid-19 ta’ April 2007,

–  wara li kkunsidrat l-Att Finali tas-17-il Konferenza Interparlamentari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina li saret f’Lima bejn l-14 u s-16 ta’ Ġunju 2005,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-15 ta' Novembru 2001, dwar Assoċjazzjoni dinjija u Strateġija Komuni għar-Relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerka Latina(1), u tas-27 ta' April 2006 dwar koperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerka ,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ta' l-Assemblea Parlamentari ta' l-Ewropa u l-Amerka Latina ta' l-20 ta' Diċembru 2007,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi jidher li huwa iktar neċessarju milli qatt qabel li tibqa' tissaħħaħ l-isħubija strateġika bireġjonali proklamata fl-erbgħa samits preċedenti,

B.  billi għalkemm saru passi importanti, għad fadal ħafna xi jsir, kemm fir-rigward ta' l-aspetti politiċi u ta' sigurtà, kif ukoll fl-aspetti soċjali, kummerċjali u baġitarji f'dan ir-rigward,

C.  billi l-isħubija strateġika għandha tħeġġeġ għaqda bejn is-soċjetajiet tagħha, iżżid il-liveli ta' żvilupp soċjali u tikkontribwixxi b'mod deċiżiv fi tnaqqis qawwi tal-faqar u ta' l-inugwaljanzi soċjali fl-Amerka Latina, u għalhekk għandhom jitħaddmu t-tkabbir ekonomiku li qed iseħħ fir-reġjun f'dawn l-aħħar snin, kif ukoll l-iskambji reċiproċi u kull forma ta' għajnuna u l-qsim ta' esperjenza fil-qasam tal-koeżjoni soċjali li tista' tipprovdi l-UE,

1.  Itenni l-impenn tiegħu biex jappoġġja l-ħidma tal-varji organi ta' l-integrazzjoni reġjonali fl-Ewropa u fl-Amerka Latina u li jagħmel ħiltu sabiex is-Samit ta' Lima jkun jirrappreżenta progress reali għall-isħubija strateġika strateġika; jilqa' l-isforzi deċiżi f'dan il-qasam min-naħa tal-ko-presidenza tas-Samit tal-Peru u tas-Slovenja, tal-Presidenza Slovena ta' l-Unjoni, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill ta' l-Unjoni;

Prinċipji u prijoritajiet ta' l-isħubija strateġika bireġjonali

2.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-iffokar bireġjonali u għall-preminenza ta' l-isħubija strateġika bireġjonali bħala l-aħjar mezz biex jiġu salvagwardjati l-prinċipji, il-valuri u l-interessi komuni ta' l-imsieħba fuq iż-żewġ naħat ta' l-Oċean Atlantiku;

3.  Ifakkar għalhekk li d-Dikjarazzjoni tas-Samit ta' Madrid (2002) dwar il-valuri u l-pożizzjonijiet komuni għaż-żewġ reġjuni għadha applikabbli, u jtenni l-appoġġ komuni favur il-multilateraliżmu, l-integrazzjoni reġjonali u l-koeżjoni soċjali affermata mill-ġdid fis-Samits ta' Guadalajara (2004) u ta' Vjenna (2006);

4.  Jipproponi viżjoni strateġika ġenerali għall-isħubija, li ma tkunx limitata biss għal proposti jew azzjonijiet iżolati u li, bħala għan finali, jkollha t-twettiq tal-ħolqien ta' Zona Ewrolatinoamerikana ta' sħubija dinjija interreġjonali sa l-2012, li tkun tinkludi l-implimentazzjoni ta' sħubija strateġika reali fl-oqsma politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, u t-tiftixa komuni għall-iżvilupp sostenibbli;

5.  Jirrakkomanda li l-aspetti politiċi u ta' sigurtà ta' l-isħubija jkunu bbażati fuq djalogu politiku regolari, settorjali u effikaċi, u fuq Karta Ewrolatinoamerikana għall-Paċi u s-Sigurtà li, fuq il-bażi tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, tippermetti li jiġu elaborati b'mod konġunt proposti politiċi, strateġiċi u ta' sigurtà;

6.  Jenfasizza li sabiex ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonmiċi bejn l-imsieħba jkunu ta' benefiċċju għaż-żewġ partijiet, huwa neċessarju illi:

   jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni u għall-modernizzazzjoni ta' l-apparat produttiv nazzjonali ta' l-Amerka Latina - li għadu dipendenti ferm fuq xi ftit prodotti għall-esportazzjoni, li ħafna minnhom huma prodotti primarji jew semi-industrijalizzati - b'alternattivi teknoloġiċi effikaċi u pożittivi għall-ħolqien ta' l-impjieg u għal żieda fid-dħul tal-familji;
   li minn oqsma strettament kummerċjali, jgħaddu għal dawk ekonomiċi, billi jittieħed kont tad-differenzi fl-ekonomiji taż-żewġ reġjuni u ta' l-importanza li għandha tingħata lill-oqsma soċjali u ambjentali, inklużi pjanijiet ta' trasferiment u ta' taħriġ f'teknoloġiji nodfa, permezz tat-twaqqif ta' investimenti mħalltin bireġjonali u ta' sistemi ta' produzzjoni konġunta;
   jieħdu kont tad-differenzi fil-livelli ta' żvilupp relattiv, raġuni għaliex l-UE għandha tinkludi modalitajiet ta' trattament speċjali differenzjat (TED), b'mod partikolari mal-pajjiżi b'livell inqas għoli ta' żvilupp ekonomiku u soċjali;
   jistimulaw l-integrazzjoni latinoamerikana;

7.  Jappoġġja l-Aġenda proposta mis-Samit ta' Lima u jilqa' l-enfasi tagħha fuq żewġ zoni tematiċi kbar: minn banda, il-kwistjonijiet relatati mal-faqar, l-inugwaljanza u l-integrazzjoni; mill-banda l-oħra, l-iżvilupp sostenibbli u s-suġġetti marbuta miegħu ta' l-ambjent, il-bidla fil-klima u l-enerġija;

8.  Ifakkar li l-implimentazzjoni malajr ta' l-Assemblea Parlamentari Ewrolatinoamerikana (EuroLat) wara s-Samit preċedenti ta' Vjenna, meta jitqies l-irwol tagħha bħala istituzzjoni parlamentari ta' l-isħubija strateġika, tfisser tisħiħ qawwi tal-leġittimazzjoni demokratika ta' l-isħubija u tal-qafas istituzzjonali tagħha, li fih huma integrati l-funzjonijiet ta' dibattitu, kontroll u tkomplija tal-kwistjonijiet relatati ma' l-isħubija strateġika li jikkorrispondu għall-Assemblea;

9.  Jirrakkomanda lis-Samit ta' Lima biex ittenni l-adeżjoni ta' l-UE u ta' l-ALK għall-prinċipji u l-valuri tad-demokrazija pluralista u rappreżentattiva, tal-libertà ta' l-espressjoni u ta' l-istampa, tar-rispett tad-Drittijiet tal-Bniedem u tar-rifjut ta' kwalunkwe forma ta' dittatura u ta' awtoritariżmu;

Azzjonijiet konġunti għall-kisba ta' multilateraliżmu effikaċi

10.  Isemmi l-vantaġġi li impenn komuni favur il-multilateraliżmu jista' jġib miegħu għall-imsieħba Ewrolatinoamerikani, li flimkien jgħaqqdu iktar minn biljun ruħ u jikkostitwixxu terz ta' l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti u 'l fuq minn kwart tal-kummerċ dinji;

11.  Jipproponi li l-isħubija strateġika tkun ibbażata fuq objettivi realistiċi u fuq programmi komuni ibbażat fuq il-kunċett tal-multilateraliżmu (Protokoll ta' Kyoto, Qorti Kriminali Internazzjonali, ġlieda kontra l-piena tal-mewt u kontra t-terroriżmu, rwol fundamentali tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti eċċ);

12.  Jirrakkomanda li jittieħdu miżuri konġunti fl-oqsma kollha fejn huwa ċar li l-prinċipji, il-valuri u l-interessi tagħhom huma konverġenti, inkluża l-paċi kollettiva u s-sistema ta' politika ta' sigurtà, organizzati fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti, il-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-politiki ta' protezzjoni ambjentali, l-iżvilupp, il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta' l-iggvernar globali u r-riforma tas-sistema finanzjarja internazzjonali u ta' l-istituzzjonijiet internazzjonali tagħha (Bank Dinji u Fond Monetarju Internazzjonali);

13.  Jenfasizza li l-mira multilaterali hija l-iktar waħda adegwata biex jiġu affrontati l-ostakoli u l-isfidi komuni li jaffettwaw l-imsieħba Ewrolatinoamerikani, bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, kontra t-traffikar tad-droga, kontra l-kriminalità organizzata, kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, kontra t-traffikar tal-Bnedmin - inkluża l-immigrazzjoni illegali - kontra l-bidla fil-klima jew f'relazzjoni mal-kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-enerġija;

14.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-ġlieda kontra t-terroriżmu għandha tkun minn ta' quddiemnett fl-ikbar rispett tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-libertajiet ċivili u ta' l-Istat tad-Dritt; jitlob għall-ħelsien inkondizzjonali u immedjat tal-persuni kollha maħtufa fil-Kolombja, u l-ewwel u qabel kollox, tal-persuni morda; u huwa ta' l-opinjoni li dan il-ħelsien għandu jkun ir-riżultat ta' deċiżjoni unilaterali tal-FARC jew ta' kwalunkwe organizzazzjoni oħra responsabbli minn ħtif ta' persuni, jew f'nuqqas ta' din id-deċiżjoni, fil-kuntest ta' Ftehima ta' skambju umanitarju urġenti;

15.  Jaqbel mar-riżoluzzjonijiet ripetuti tan-Nazzjonijiet Uniti u tas-Samit UE-ALK li jirrifjutaw il-miżuri obbligatorji kollha, bħal dawk li jidhru fid-dispożizzjonijiet tal-liġijiet extraterritorjali, li permezz tan-natura unilaterali u extraterritorjali tagħhom, huma kontra l-liġi internazzjonali, iħassru l-iskambji bejn l-imsieħba Ewrolatinoamerikani u jipperikolaw l-impenn komuni tagħhom favur il-multilateraliżmu;

Spinta deċiżiva favur l-integrazzjoni reġjonali u l-ftehimiet ta' sħubija

16.  Iqis li l-konklużjoni u l-applikazzjoni effikaċi ta' ftehimiet ta' sħubija bejn l-UE u l-Amerka Latina li jkunu kompleti, ambizzjużi u ekwilibrati, u li jikkontribwixxu għar-rispett tad-Drittijiet tal-Bniedem, tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali tal-popolazzjoni kif ukoll għal żvilupp sostenibbli reċiproku u għat-tnaqqis ta' l-inugwaljanzi soċjali, bħala suppliment għall-multilateraliżmu tal-WTO, jikkostitwixxu għan strateġiku f'kuntest internazzjonali dejjem iktar interdipendenti u mmarkat minn tkabbir ekonomiku, mill-ħolqien ta' setgħat ekonomiċi ġodda u mit-tisħiħ ta' l-isfidi planetarji;

17.  Jipproponi għalhekk illi, fil-qasam ekonomiku u soċjali, il-ħolqien taz-zona Ewrolatinoamerikana ta' l-isħubija dinjija interreġjonali jkun ibbażat fuq mudell kompatibbli mal-WTO u mar-reġjonaliżmu, applikabbli f'żewġ fażijiet:

   a)l-ewwel fażi hija karatterizzata mill-konklużjoni, l-iktar tard sa nofs l-2009, ta' negozjati dwar il-Ftehim ta' sħubija interreġjonali UE-Mercosur, UE-Komunità Andina u UE-Amerka Ċentrali kif ukoll tat-tisħiħ tal-ftehimiet li huma diġà eżistenti UE-Messiku u UE-Ċili;
   b)it-tieni fażi, li għandha tilħaq il-massimu tagħha fl-2012, għandu jkollha l-għan li tiġi konkluża Ftehima ta' sħubija dinjija interreġjonali li tagħti appoġġ legali u istituzzjonali kif ukoll kopertura ġeografika lid-diversi kwistjonijiet ta' l-isħubija strateġika u li tieħu kont tal-moviment liberu tal-persuni u ta' l-iskambji kummerċjali bireġjonali permezz ta' studju iktar fil-fond tal-ftehimiet ta' integrazzjoni fl-Amerka Latina, minn naħa waħda, u tal-proċess ta' assoċjazzjoni ta' l-Unjoni mal-pajjiżi kollha u mal-gruppi reġjonali, min-naħa l-oħra;

18.  Jipproponi li s-samit ta’ Lima jitlob it-twettiq ta’ studju dwar il-fattibilità ta’ ftehima ta’ sħubija globali interreġjonali mill-perspettiva tal-ħolqien ta’ żona ta’ sħubija proposta ;

dwar l-aġenda tas-Samit ta’ Lima dwar il-qerda tal-faqar, dwar l-inugwaljanzi u l-esklużjoni

19.  Jitlob li s-Samit ta’ Lima jinkludi fl-aġenda tiegħu l-adozzjoni ta’ serje limitata ta’ impenji ċari , konkreti u li jistgħu jkunu verifikati fl-oqsma kollha, li jkunu suxxettibbli li jagħtu spinta ġdida lill-Isħubija Strateġika u li jtejjeb b’mod sostanzjali il-livell ta’ għejxien taċ-ċittadini fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku ; jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikolari għat-tnaqqis ta’ l-inugwaljanzi soċjali u għall-integrazzjoni ta’ gruppi li bħalissa jinsabu mwarbin fis-soċjetà u mċaħħda minn ċertu possibilitajiet, filwaqt li tingħata prijorità lill-popolazzjonijiet indiġeni ;

20.  Iqis indispensabbli li ż-żewġ reġjuni jinkludu l-objettiv ta’ koeżjoni soċjali b’mod permanenti, koerenti u prattiku fl-azzjonijiet u l-programmi komuni kollha tagħhom ; itenni li s-sħubijiet Ewro-Latini- Amerikani jaqsmu bejniethom proġett ta’ solidarjetà f’liema kuntest, l-ekonomija tas-suq u l-koeżjoni soċjali ma għandhomx ikunu antagonisti iżda għandhom ikunu kumplimentari;

21.  Jirrakkomanda li l-aġenda ta’ Lima, fit-taqsima ddedikata għall-qerda tal-faqar, ta’ l-inugwaljanzi u ta’ l-esklużjoni, tinkludi miżuri konkreti bħal:

   l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti li għandhom l-għan li jiksbu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp sa l-2015 ;
   użu ta’ l-istrument finanzjarju ta’ l-Unjoni għall-koperazzjoni għall-iżvilupp adattat għall-bżonnijiet reali tat-territorju, u li għandu jkopri l-parti l-kbira tal-pajjiżi emerġenti jew li għandhom dħul medju, li għalihom il-koperazzjoni fl-oqsma tat-teknoloġija, tat-taħriġ superjuri, ta’ l-innovazzjoni u ta’ l-ekonomija għandha importanza partikolari;
   l-applikazzjoni progressiva ta’ riżorsi li ġejjin mill-istrument finanzjarju għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem fl-Unjoni għall-għajnuniet u għall-programmi li għandhom l-għan li jtejbu il-governanza, in-natura demokratika ta’ l-istituzzjonijiet u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Amerika Latina ;
   l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ l-Unjoni fl-oqsma tat-taħriġ, ta’ l-edukazzjoni tal-koperazzjoni xjentifika u teknika, tas-saħħa u tal-migrazzjoni lejn pajjiżi ta’ l-Amerika Latina;
   l-appoġġ għall-programmi ta’ riforma istituzzjonali u fiskali;
   Il-ħolqien ta’ Fondi ta’ solidarjetà bireġjonali ;
   iż-żieda tar-riżorsi baġitarji allokati b’mod li dawn jilħqu l-ambizzjonijiet ewlenin li ġew dikjarati;

22.  Jitlob lill-partijiet imsieħba biex jadottaw politiki solidi u effikaċi fl-oqsma tal-governanza demokratika, ta’ l-affirijiet soċjali, tal-finanzi pubbliċi u tal-fiskalità, sabiex tikber il-koeżjoni soċjali u jonqsu l-faqar, l-inugwaljanzi u l-marġinalizzazzjoni;

23.  Iqis li l-edukazzjoni u l-investiment fil-kapital uman jikkostitwixxu l-bażi tal-koeżjoni soċjali, ta’ l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u tal-mobilità soċjali ; jerġa jtenni l-appoġġ tiegħu mingħajr riżerva għall-ħolqien ta’ "Spazju komuni ta’ taħriġ superjuri ta’ l-UE ALC" ; jenfasizza li kemm fl-Amerika Latina u kemm fl-Ewropa, l-Istat għandu jiggarantixxi l-aċċess għall-edukazzjoni kif ukoll għal servizzi pubbliċi oħra (bħas-saħħa, l-ilma u s-sigurtà) ;

24.  Iqis indispensabbli l-għoti ta’ stimolu ġdid lill-politika tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ta’ l-Unjoni favur l-Amerika Latina, politika li filwaqt li tħalli spazju għall-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanzi soċjali, għandha titwettaq skond approċċ immirat li jikkunsidra sitwazzjonijiet ekonomiċi u soċjali differenti kif ukoll livell ta’ żvilupp fil-pajjiżi ta’ l-Amerika Latina;

25.  Iqis li għall-istess raġuni, huwa essenzjali li wieħed jimxi lil hinn mill-approċċ immirat purament għall-għajnuna biex tkun żviluppata l-koperazzjoni ma' l-Amerika Latina, billi l-attenzjoni tkun iffukata fuq koperazzjoni fl-oqsma tat-teknoloġija, ta’ l-edukazzjoni superjuri u ta’ l-innovazzjoni kif ukoll fuq l-użu ta’ riżorsi ġġenerati f’dan il-qasam mis-Seba’ Programm ta’ Qafas ;

Implimentazzjoni ta’ forom ġodda ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni

26.  Jipproponi li s-Samit iniedi djalogu bireġjonali regolari dwar il-migrazzjoni, djalogu li jiżgura li d-drittijiet tal-ħaddiema migranti jkunu rispettati irrispettivament miċ-ċirkustanzi tagħhom u li jiżviluppa u japprofondixxi l-koperazzjoni mal-pajjiżi ta’ l-oriġini u ta’ tranżitu ta’ l-Amerika Latina fil-qasam tal-moviment ħieles tal-persuni, filwaqt li jintuża l-istess kriterju ġenerali u reċiproku li diġà jinsab applikat fil-pajjiżi tal-Mediterran u ta’ l-Afrika u fil-pajjiżi ġirien ta’ l-Unjoni li jinsabu fin-naħa tal-Lvant u tax-Xlokk tagħha ;

27.  Jitlob li l-mistoqsijiet dwar l-immigrazzjoni klandestina u dwar il-possibilitajiet ta’ immigrazzjoni legali jingħataw prijorità f’dan id-djalogu, b’mod partikolari fid-djalogu mal-pajjiżi ta’ l-oriġini u/jew ta’ tranżitu ta’ l-immigranti klandestini ;

28.  Jipproponi li minn issa sa l-2012, ikunu kkunsidrati dispożizzjonijiet u regoli komuni bi skop ġenerali biex ikun iffaċilitat il-moviment ħieles mhux biss ta’ l-oġġetti, tas-servizzi u tal-kapital iżda wkoll tal-persuni, u għalhekk tinħoloq sħubija wiesgħa kemm jista’ jkun possibbli biex jibbenefikaw minnha ż-żewġ naħat u li tkun konformi ma’ l-approċċ globali propost min-Nazzjonijiet Uniti dwar kwistjonijiet ta’ migrazzjoni ;

29.  Itenni l-bżonn li jitnaqqsu l-ispejjeż kurrenti eċċessivi mġarrba mill-ħaddiema migranti meta jitrasferixxu ħlasijiet u biex jappoġġjaw ir-ritorn ta’ dawk li jkunu jixtiequ jmorru lura permezz ta’ programmi li jissalvagwardjaw id-drittijiet tagħhom u d-dinjità u l-valur uman tagħhom ;

30.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta komunikazzjoni indirizzata għall-pajjiżi ta’ l-Amerika Latina u tal-Karibew dwar il-prijoritajiet, l-istrumenti u l-previżjonijiet ta’ l-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni stipulat mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2005 u żviluppat b’mod ulterjuri mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006 ;

L-Aġenda ta’ Lima dwar l-iżvilupp sostenibbli, u b’mod partikolari dwar l-ambjent, il-bidla fil-klima u l-enerġija

31.  Jirrakkomanda li fl-aġenda politika komuni ta’ l-UE u tal-pajjiżi ta’ l-Amerika Latina, il-prijorità għandha tingħata lill-koperazzjoni li għandha l-għan li taffaċċja il-bidla fil-klima, kif ukoll il-politiki maħsuba biex tevita l-‘global warmin’ tad-dinja ; ifakkar li l-popolazzjonijiet l-iktar foqra u fuq kollox il-popolazzjonijiet indiġeni huma l-ewwel vittmi tal-bidla fil-klima u ta’ l-ambjent li qed jiddeterjora ;

32.  Ifakkar f’dan ir-rigward li l-alleanza konkluża bejn l-UE u l-Amerika Latina hija ta’ importanza konsiderevoli, b’kunsiderazzjoni għall-interess muri miż-żewġ partijiet għall-promozzjoni ta' żvilupp sostenibbli u bilanċ ambjentali u għalhekk jipproponi li jkun hemm approċċ reċiproku għall-inizjattivi ambjentali rispettivi tagħhom fuq livell internazzjonali;

33.  Jirrakkomanda lill-imsieħba Ewro-Latini –Amerikani biex jaħdmu flimkien għall-adeżjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto tal-pajjiżi li jipproduċu l-ikbar ammonti ta’ emissjoni u li għadhom mhumiex firmatarji ta’ dan il-protokoll, u li huma jsaħħu u jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom fl-innegozjar ta’ strumenti internazzjonalidwar il-‘global warming’, filwaqt li jkun promoss b’mod sħiħ l-iskambju kummerċjali ta' emissjonijiet bejn iż-żewġ reġjuni;

34.  Iqis indispensabbli li jkunu ikkumbinat l-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli ; Jappoġġja f’dan il-kuntest il-pajjiżi l-iktar żvantaġġati fl-isforzi doppji tagħhom sabiex inaqqsu l-emissjonijiet li jniġġsu u li jkabbru l-progress tagħhom u l-benesseri soċjali tagħhom ;

35.  Jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ mekkaniżmi komuni u koperazzjoni fl-Amerika Latina u fl-entitajiet internazzjonali tal-Karibew bħall-Organizzazzjoni tat-Trattat ta’ Koperazzjoni ta’ l-Amazon, għal skopijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ffinanzjar rigward ir-rispett għall-protezzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżervi naturali dinjija ewlenin li jinsabu fl-Amerika Latina bħall-Amazon u biex dawn ikunu ffinanzjati,

36.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ politiki ambjentali fil-pajjiżi ta’ l-Amerika Latina ; iqis li jkun xieraq f’dan ir-rigward, li tissaħħaħ il-koperazzjoni u li jogħla l-livell ta’ l-aħjar prattiki li għandu jkun rifless ukoll fl-approprijazzjonijiet allokati mill-UE kif ukoll fil-politika ta’ għajnuna għall-iżvilupp ;

37.  Jistieden lis-Samit ta’ Lima biex jiżviluppa inizjattivi konġunti fl-oqsma bħall-bidla fil-klima, id-deżertifikazzjoni, l-enerġija – u speċjalment f’dak li jirrigwarda l-enerġiji li jiġġeddu u l-bijokarburanti-, l-ilma, il-bijodiversità, il-ġestjoni tal-foresti u l-ġestjoni ta’ sustanzi kimiċi skond il-Ftehima ta’ Bali;

It-tisħiħ tal-promozzjoni istituzzjonali u l-mekkaniżmi ta’ previżjoni

38.  Jirrakkomanda wkoll

   a)a) il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewro-Latina ta’ natura pubblika-privata, għall-promozzjoni tad-djalogu bejn l-imsieħba fuq linji simili għal dawk li diġà jeżistu għal inħawi ġeografiċi oħra bħall-Ażja jew il-Mediterran; jitlob lill-Kummissjoni biex tifformula proposta konkreta għal dan il-għan;
   b)il-ħolqien ta’ Ċentru Bireġjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kunflitt, iddedikat biex ikunu identifikati minn qabel il-kawżi ta’ vjolenza potenzjali u kunflitti armati u dwar l-aħjar soluzzjoni biex jiġu evitati u biex titwaqqaf l-eskalazzjoni tagħhom;
   c)il-ħolqien, kif diġà kien propost, ta’ Osservatorju dwar il-Migrazzjoni responsabbli għall-monitoraġġ permanenti u mill-qrib tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-flussi migratorji fir-reġjun Euro-Latin Amerikan;

39.  Iqis essenzjali li tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari ta’ l-Isħubija Strateġika u biex tkun żgurata inklużjoni xierqa tal-Parlament tal-Mercosur li ġie mwaqqaf riċentiment fl-Assemblea Ewro-Latina Amerikana ;

40.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Presidenza tal-5 Samit ta' l-UE-ALC, lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kollha ta' l-Amerika-Latina u tal-Karibew, lill-Asseblea Parlamentari Ewro-Latina Amerikana u lill-Parlament ta' l-Amerika Latina, lill-Parlament ta' l-Amerika Ċentrali, lill-Parlament Andin u lill-Parlament ta' Mercosur.

(1) ĠU C 140 E tat-13.06.2002, p. 569.

Aġġornata l-aħħar: 18 t'April 2008Avviż legali