Proċedura : 2009/2775(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0165/2009

Testi mressqa :

B7-0165/2009

Dibattiti :

PV 25/11/2009 - 17
CRE 25/11/2009 - 17

Votazzjonijiet :

PV 26/11/2009 - 8.4

Testi adottati :

P7_TA(2009)0101

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 113kDOC 65k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0165/2009
23.11.2009
PE432.781v01-00
 
B7-0165/2009

imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B7‑0228/2009

skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati


Alejandro Cercas f'isem il-Grupp S&D
Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE
Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE
Gabriele Zimmer u Ilda Figueiredo f'isem il-Grupp GUE/NGL

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati  
B7‑0165/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta,

–   wara li kkunsidra l-Patt Globali dwar l-Impjiegi tal-2009 tal-ILO,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-aġenda soċjali mġedda (COM(2008)412 finali),

–   wara li kkunsidra r-rapport tiegħu dwar l-aġenda soċjali mġedda (2008/2330(INI)),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A. billi l-valuri fundamentali tal-libertà, id-dinjità umana, il-ġustizzja soċjali, is-sigurtà soċjali u l-ugwaljanza huma elementi essenzjali tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli,

B.  billi, fil-kriżi ekonomika u tal-impjiegi globali attwali, dawn il-prinċipji huma saħansitra aktar rilevanti,

C. billi għandha tiġi żgurata koerenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE u billi l-UE tinkoraġġixxi r-ratifikazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet tal-ILO esternament,

1.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-argumenti soċjali b'saħħithom favur ir-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati;

2.  Jistieden lill-Presidenza fil-kariga biex tkun kemm jista' jkun ambizzjuża fil-mandat tagħha biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjonijiet aġġornati tal-ILO;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni lill-Istati Membri biex tinkoraġġixxi r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjonijiet kollha li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati u biex tikkontribwixxi b'mod attiv għall-implimentazzjoni tagħhom;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Mejju 2010Avviż legali