Proċedura : 2010/2649(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0243/2010

Testi mressqa :

B7-0243/2010

Dibattiti :

OJ 21/04/2010 - 119

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.53
CRE 05/05/2010 - 13.53
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 140kWORD 93k
19.4.2010
PE439.764v02-00
 
B7-0243/2010/rev.2

biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex jawtorizza l-ftuħ ta' negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta' pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu


Jeanine Hennis-Plasschaert f'isem il-Grupp ALDE
Birgit Sippel, Stavros Lambrinidis f'isem il-Grupp S&D
Ernst Strasser, Simon Busuttil

f'isem il-Grupp PPE

Timothy Kirkhope

f'isem il-Grupp ECR

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex jawtorizza l-ftuħ ta' negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta' pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu  
B7‑0243/2010/rev.2

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Għajnuna Legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika(1),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex jawtorizza l-ftuħ ta' negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka biex titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tat-Teżorerija tal-Istati Uniti data dwar messaġġi ta' ħlas finanzjarju għall-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu(2),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-11 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta" Data ta" Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (05305/1/2010REV – C7-0004/2010 – 2009/0190(NLE))(3),

–   wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a) flimkien mal-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0004/2010),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2009 dwar il-ftehima internazzjonali prevista biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta' pagamenti finanzjarji ghall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu(4),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0703 u 5305/1/2010 REV 1),

–   wara li kkunsidra t-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Data ta' Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (16110/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi laqa' l-Ftehim dwar l-Għajnuna Legali Reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u d-''Dikjarazzjoni ta' Washington'', kif adottata mit-Trojka Ministerjali tal-JHA UE-Stati Uniti fit-28 t'Ottubru 2009, dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transatlantika fil-qasam tal-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà fil-kuntest tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili,

B.  billi jqiegħed enfasi kbira fuq il-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni transatlantika,

C. billi fit-30 ta’ Novembru 2009 l-Kunsill iffirma ftehim interim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data ta' messaġġi finanzjarji (FMDA) għall-iskopijiet tal-Programm ta' Rintraċċar ta' Finanzi tat-Terroristi (TFTP) tal-Istati Uniti, li għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Frar 2010 u għandu jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru 2010,

D. billi skont it-Trattat ta' Lisbona kienet tenħtieġ l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni formali ta' dan il-ftehim interim,

E.  billi fil-11 ta' Frar 2010 iddeċieda li ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-FMDA,

F.  billi talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta immedjatament rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill bl-għan li jintlaħaq ftehim fit-tul mal-Istati Uniti dwar il-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu,

G. billi tenna li kwalunkwe ftehim ġdid f'dan il-qasam għandu jkun konformi mal-qafas legali ġdid stabbilit bit-Trattat ta' Lisbona u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li issa saret vinkolanti,

H. billi tenna t-talbiet tiegħu magħmula fir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Settembru 2009, partikolarment dawk fil-paragrafi 7 sa 13,

I.   billi l-Kummissjoni adottat id-Direttivi TFTP ġodda dwar ir-Rakkomandazzjoni u n-Negozjati tal-24 ta' Marzu 2010,

J.   billi l-Kunsill huwa mistenni jieħu deċiżjoni dwar l-adozzjoni tad-Direttivi ta' Negozjati fit-22 t'April 2010,

K. billi d-Direttivi ta' Negozjati jirriflettu elementi importanti li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni,

1.  Jilqa' l-ispirtu l-ġdid ta' kooperazzjoni li wrew il-Kummissjoni u l-Kunsill, u r-rieda tagħhom li jaħdmu id f'id mal-Parlament, billi rrispettaw l-obbligu impost fuqhom mit-Trattat li jżommu lill-Parlament informat minnufih u bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċedura; itenni r-rieda tiegħu li jilqa' ftehim li jkun ta' siwi kemm għall-Ewropa kif ukoll għall-Istati Uniti biex jagħtu iktar qawwa lill-ġlieda tagħhom kontra t-terroriżmu fl-interessi tas-sigurtà taċ-ċittadini tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-istat tad-dritt;

2.  Jittama li jitqawwew l-impenn u l-ispirtu ta' kooperazzjoni kostruttiva u ta' ġustizzja murija mir-rappreżentanti tal-Gvern tal-Istati Uniti fil-perjodu preċedenti għall-votazzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Frar 2010 u wara;

3.  Ifakkar dwar id-determinazzjoni qawwija tiegħu li jiġġieled it-terroriżmu u l-konvinzjoni tiegħu li l-qafas tal-kooperazzjoni transatlantika għall-ġlieda kontra t-terroriżmu għandu jiġi żviluppat u mtejjeb ulterjorment; jemmen fl-istess waqt li r-rekwiżiti legali Ewropej għal ipproċessar ġust, proporzjonat u legali tal-informazzjoni personali huma ta' importanza fundamentali u dejjem għandhom jiġu issodisfati;

4.  Itenni li r-regoli tal-UE dwar ir-rintraċċar tal-attivitajiet finanzjarji tat-terroristi huma bbażati fuq ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jew irregolari minn operaturi finanzjarji individwali;

5.  Jenfasizza li għad hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti prinċipji fundamentali mill-UE li jispeċifikaw kif din se tikkoopera mal-Istati Uniti għall-iskopijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u kif fornituri ta' data ta' messaġġi finanzjarji jistgħu jintalbu jikkontribwixxu f'din il-ġlieda, jew saħansitra, b'mod iktar ġenerali, fl-użu relatat mal-infurzar tal-liġi ta' data miġbura għal skopijiet kummerċjali;

6.  Itenni l-enfasi tiegħu fuq il-''limitu tal-iskop'' tal-ftehim sabiex jiġi żgurat li kull skambju ta' informazzjoni jiġi limitat strettament għal dak li jkun meħtieġ għall-iskopijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li dan isir fuq il-bażi ta' definizzjoni komuni ta' x'jikkostitwixxi ''attività terroristika'';

7.  Jenfasizza li l-prinċipji ta' proporzjonalità u ħtieġa huwa elementi ewlenin f'dan il-ftehim li se jsir, u jinnota li l-problema dwar il-fatt li l-fornituri ta' data ta' messaġġi finanzjarji ma jistgħux (għal raġunijiet tekniċi u/jew ta' governanza) ifittxu l-''kontenut'' tal-messaġġi, li jwassal għat-trasferiment tad-data kif ġie ġie, ma tistax imbagħad tiġi solvuta permezz ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza u ta' kontroll, peress li prinċipji bażiċi tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data jkunu diġà ġew ipperikolati;

8.  Itenni l-fehma tiegħu li trasferimenti ta' data kif ġie ġie jikkostitwixxu deroga mill-prinċipji li fuqhom huma bbażati l-leġiżlazzjoni u l-prassi tal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jindirizzaw din il-kwistjoni kif xieraq matul in-negozjati, billi jikkunsidraw li t-TFTP huwa attwalment maħsub b'tali mod li ma jippermettix skambju ta' data mmirat; soluzzjonijiet għal dan għandhom jinkludu r-restrizzjoni tal-ambitu tad-data trasferita u l-elenkar tat-tipi ta' data li l-fornituri magħżula huma kapaċi jiffilterjaw u joħorġu, kif ukoll it-tipi ta' data li jistgħu jiġu inklużi f'trasferiment;

9.  Iqis li l-Ftehim dwar l-Għajnuna Legali Reċiproka ma jikkostitwixxix bażi adegwata għal talbiet ta' kisba ta' data għall-iskopijiet tat-TFTP, partikolarment minħabba li ma japplikax għat-trasferimenti bankarji bejn pajjiżi terzi u peress li, fi kwalunkwe każ, ikun jeħtieġ identifikazzjoni preċedenti ta' bank speċifiku, filwaqt li t-TFTP huwa bbażat fuq tiftix immirat ta' trasferimenti ta' fondi; negozjati futuri għandhom jiffokaw fuq is-sejba ta' soluzzjoni biex dawn it-tnejn isiru kompatibbli;

10. Huwa tal-fehma li, ladarba jiġi stabbilit mandat, għandha tinħatar awtorità pubblika ġudizzjarja fl-UE bir-responsabbiltà li tirċievi talbiet mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti; jinnota li huwa fundamentali li n-natura ta' din l-awtorità u l-arranġamenti ta' sorveljanza ġudizzjarja jiġu definiti biċ-ċar;

11. Iħeġġeġ għalhekk lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ifittxu modi biex titwaqqaf proċedura trasparenti u b'saħħa legali għall-awtorizzazzjoni tat-trasferiment u l-estrazzjoni ta' data rilevanti kif ukoll għat-tmexxija u s-superviżjoni ta' skambji ta' data; jenfasizza li dawn il-passi għandhom jittieħdu f'konformità sħiħa mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità u f'rispett sħiħ tar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali skont il-liġi tal-UE, billi jingħata rwol lill-awtorità Ewropea, li jippermetti li l-leġiżlazzjoni Ewropea ssir applikabbli bis-sħiħ;

12. Jinsisti biex jekk l-arranġamenti msemmija hawn fuq ma jkunux fattibbli fuq medda qasira ta' żmien, jittieħed approċċ doppju li jiddifferenzja bejn, minn banda, salvagwardji stretti li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ippjanat bejn l-UE u l-Istati Uniti u, mill-banda l-oħra, id-deċiżjonijiet ta' politika fundamentali fuq medda itwal ta' żmien li l-UE għandha tindirizza; jerġa' jenfasizza li kwalunkwe ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti għandu jinkludi salvagwardji stretti dwar l-implimentazzjoni u s-superviżjoni, sorveljati minn awtorità adegwata maħtura mill-UE, dwar l-estrazzjoni ta' kuljum u l-aċċess u l-użu mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tad-data kollha trasferita lilhom skont il-ftehim;

13. Jenfasizza l-fatt li kwalunkwe ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti, indipendentement mill-mekkaniżmu ta' implimentazzjoni magħżul, għandu jkun limitat fid-dewmien tiegħu u għandu jagħmel previżjoni għal impenn ċar kemm min-naħa tal-Kunsill kif ukoll tal-Kummissjoni, biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tinstab soluzzjoni Ewropea sostenibbli u b'saħħa legali għall-kwistjoni tal-estrazzjoni ta' data rikjesta f'territorju Ewropew; il-ftehim għandu wkoll jagħmel previżjoni għal valutazzjonijiet u reviżjonijiet tas-salvagwardji mill-Kummissjoni f'perjodi stabbiliti matul l-implimentazzjoni tiegħu;

14. Jitlob biex il-ftehim jintemm minnufih f'każ ta' nuqqas ta' rispett ta' kwalunkwe obbligu;

15. Jinnota li reċiproċità reali tirrikjedi li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti jippermettu kemm lill-awtoritajiet tal-UE kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jiksbu u jużaw data dwar messaġġi ta' ħlas finanzjarju u data relatata maħżuna fis-servers fl-Istati Uniti bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-awtoritajiet tal-Istati Uniti;

16. Jitlob li l-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti, inkluż it-tagħrif sottostanti, ikunu disponibbli għad-deliberazzjoni tal-Parlament Ewropew, f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità, sabiex tintwera n-neċessità tal-iskema b'rabta ma' strumenti diġà eżistenti; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex b'mod regolari tirrapporta dwar l-operat tal-ftehim u tinforma lill-Parlament bis-sħiħ dwar kwalunkwe mekkaniżmu ta' reviżjoni li jkun se jiġi stabbilit skont l-istess ftehim;

17. Jitlob li jingħata informazzjoni sħiħa u dettaljata dwar id-drittijiet speċifiċi ta' ċittadini Ewropej u Amerikani (eż. aċċess, rettifikazzjoni, tħassir, kumpens u tiswija) u dwar jekk il-ftehim ippjanat huwiex se jipproteġi d-'drittijiet' fuq bażi non-diskriminatorja, indipendentement min-nazzjonalità ta' kwalunkwe persuna li d-data tagħha tiġi pproċessata skont il-ftehim, u jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq ħarsa ġenerali tad-drittijiet rispettivi lill-Parlament,

18. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-pożizzjoni kummerċjali ta' fornitur speċifiku ta' messaġġi finanzjarji ġiet u se tibqa' tiġi kompromessa, jekk jibqa' jissemma dan il-fornitur;

19. Jenfasizza li l-ftehim ippjanat għandu jiżgura li data personali estratta mill-bażi tad-ata TFTP tinżamm fuq il-bażi ta' prinċipju ta' neċessità interpretat b'mod strett u mhux għal iktar żmien minn dak li hu neċessarju għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni speċifika li għaliha jkun ingħata l-aċċess skont it-TFTP;

20. Jinnota li l-kunċett ta' data mhux estratta mhuwiex ovvju u għandu għalhekk jiġi ċċarat; jitlob li jiġi stabbilit perjodu massimu ta' ħażna, li għandu jkun qasir kemm jista' jkun u li fl-ebda każ m'għandu jeċċedi l-ħames snin;

21. Jenfasizza l-importanza tal-prinċipji tan- non-żvelar tad-data lil stati terzi jekk ma tingħata l-ebda raġuni speċifika għat-talba, u ta' żvelar ta' suspetti dwar terroristi lil stati terzi soġġetta għal kundizzjonijiet stretti u garanziji adegwati, inkluża valutazzjoni tal-adegwatezza;

22. Itenni li ftehim internazzjonali vinkolanti bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, fil-kuntest tal-iskambju ta' informazzjoni għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi, jibqa' ta' importanza estrema;

23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kungress u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(1)

ĠU L 181, 19.7.2003, p.34..

(2)

SEC(2010)315 finali.

(3)

P7_TA-PROV(2010)0029.

(4)

P7_TA-PROV(2009)0016.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Mejju 2010Avviż legali