Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0433/2010Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0433/2010

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE

5.7.2010

imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Michał Tomasz Kamiński, Adam Bielan, Tomasz Piotr Poręba, Charles Tannock, Konrad Szymański, Ryszard Czarnecki, Jacek Olgierd Kurski, Zbigniew Ziobro f'isem il-Grupp ECR

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B7-0433/2010
Testi mressqa :
B7-0433/2010
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B7‑0433/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonjiet ta' Tferrix (CCM) adottata minn 107 pajjiżi fil-konferenza diplomatika li saret f'Dublin mid-19 sat-30 ta' Mejju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ċerti Armi Konvenzjonali (CCW), konkluża f'Ġinevra fl-10 ta' Ottubru 1980 u li daħlet fis-seħħ f'Diċembru 1983,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-tip Cluster (P6_TA(2008)0565),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP (P7_TA(2010)0061)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi s-CCM ilha miftuħa għall-iffirmar mit-3 ta' Diċembru 2008 f'Oslo, u wara fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York, u billi se tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara t-tlettax-il ratifika, li se jaħbat l-1 ta' Awwissu 2010,

B.  billi ls-CCM se tipprojbixxi l-użu, il-produzzjoni, il-ħżin u t-trasferiment tal-munizzjoni ta' tferrix bħala kategorija sħiħa ta' armi;

C. billi s-CCM se tesiġi li l-Istati kontraenti jeqirdu ħażniet ta' dan it-tip ta' munizzjon,

D. billi s-CCM se tistabbilixxi standard umanitarju ġdid għall-assistenza tal-vittmi u tobbliga lill-Istati biex inaddfu l-fdailijiet mhux sploduti ta' munizzjonijiet tat-tferrix li tħallew wara l-kunflitti;

E.  billi l-munizzjonijiet ta' tferrix jirrappreżentaw riskju serju għaċ-ċivili, meta jintużaw madwar żoni popolati minħabba li jinfirxu letalment fuq medda kbira, u fil-kuntesti ta' wara l-kunflitt l-użu ta' dawn il-munizzjonijiet ikkawża bosta korrimenti u mwiet traġiċi fost iċ-ċivili ġaladarba s-sottomunizzjonijiet mhux sploduti li jitħallew spiss isibuhom it-tfal u nies innoċenti oħra li ma jkunux konxji mill-periklu,

F.  billi l-munizzjonijiet ta' tferrix taw prova li huma effikaċi ħafna f'kuntesti ta' kunflitt kontra diversi miri u konsegwentement il-forzi armati ta' bosta Stati kisbu u użaw kwantitajiet sostanzjali ta' bombi, missili, rokits u balal tal-artillerija u għadd minn dawn l-Istati jserrħu fuqhom għad-difiża tat-territorju tagħhom,

G. billi sal-lum għoxrin Stat Membru tal-UE ffirmaw, ħdax irratifikaw, u sebgħa la ffirmaw u lanqas irratifikaw is-CCM,

H. billi l-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE li ma ffirmawx is-CCM huma ġirien ta' pajjiżi mhux tal-UE li ma ffirmawx is-CCM, li lil dawn l-Istati Membri jqegħidhom f'sitwazzjoni fejn projbizzjoni totali tal-munizjonijiet ta' tferrix ittellfilhom il-kapaċità tad-difiża territorjali,

I.   billi n-negozjati dwar il-munizzjonijiet ta' tferrix jitkomplew fir-reġim tas-CCW, u bosta Stati li jiħedu sehem f'dak il-proċess u li ma ffirmawx u ma rratifikawx is-CCM huma lesti jillimitaw it-theddida għaċ-ċivili billi jilħqu akkuratezza u affidabbiltà akbar tal-munizzjonijiet ta' tferrix,

1.  Jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) fl-1 ta' Awwissu 2010;

2.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) mal-ewwel opportunità;

3.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri tal-UE li attwalment jarawha impossibbli li jiffirmaw is-CCM minħabba l-ħtieġa li jżommu l-kapaċita tad-difiża territorjali tagħhom biex ikattru l-isfrozi tagħhom ħalli jilħqu s-soluzzjoni meħtieġa fi ħdan ir-reġim tas-CCM, li jkun ifisser li jillimitaw id-danni kollaterali fost iċ-ċivili,

4.  Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri tal-UE li huma parti mir-reġim tas-CCM biex jieħdu passi ħalli jibdew jimplimentaw il-Konvenzjoni inkluż billi jeqirdu ħażniet, iwettqu t-tindif u jipprovdu assistenza lill-vittmi;

5.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu dispożizzjonijiet li jinvolvu l-limitazzjoni tal-użu tal-munizzjonijiet ta' tferrix jew tad-danni kollaterali tagħhom bħala klawsola standard fi ftehimiet ma' pajjiżi terzi minbarra l-klawsola standard dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa;

6.  Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri tal-UE li ffirmaw il-Konvenzjoni biex jgħaddu leġiżlazzjoni li timplimentaha fil-livell nazzjonali;

7.  Jistieden lir-lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tagħmel kull sforz ħalli tiżviluppa strateġija għall-ewwel konferenza ta' reviżjoni tas-CCM, li timmedja bejn il-ħtieġa li t-theddida għaċ-ċivili tkun limitata u d-diversi kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà nazzjonali tal-Istati membri tal-UE;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Koalizzjoni kontra l-Munizzjonijiet ta' Tferrix.