Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0601/2010Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0601/2010

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-forom ta' tortura fil-konfront tal-indiġeni fil-Ginea Ġdida tal-Punent

25.10.2010

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Oreste Rossi

B7‑0601/2010

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-forom ta' tortura fil-konfront tal-indiġeni fil-Ginea Ġdida tal-Punent

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1984 kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti;

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, rigward il-Projbizzjoni tat-Tortura;

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali;

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura,

A. billi fil-Ginea Ġdida tal-Punent għal iktar minn 40 sena l-indiġeni huma vittmi ta' prepotenzi u vjolenzi kommessi mill-armata Indoneżjana;

B.  billi mill-bidu tal-okkupazzjoni Indoneżjana diġà nqatlu eluf ta' nies u li din l-oppressjoni, f'termini ta' feroċja u kobor, hija kklassifikata bħala l-agħar abbuż kommess illum kontra l-popli tribali tad-dinja,

C. billi l-persekuzzjonijiet tal-popli indiġeni Papwani huma marbuta mal-isfruttament tat-territorju, li għandu ħafna minjieri tad-deheb u tar-ram u billi l-azzjonijiet tal-armata Indoneżjana huma kkaratterizzati minn razziżmu feroċi u minn mibegħda reliġjuża,

1.  Jistieden lill-Kunsill iħeġġeġ lill-gvern Indoneżjan biex itemm dawn il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem billi jirrispetta r-regoli tad-dritt internazzjonali universalment rikonoxxuti.