Proċedura : 2011/2839(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0620/2011

Testi mressqa :

B7-0620/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2011 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0571

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI
PDF 120kDOC 50k
7.12.2011
PE472.843
 
B7-0620/2011

Skont l-Artikolu 198 tar-Regoli ta’ Proċedura


dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta’ kooperazzjoni kif ukoll tal-Assembleji Parlamentari multilaterali (2011/2839(RSO))


Konferenza tal-Presidenti

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta’ kooperazzjoni kif ukoll tal-Assembleji Parlamentari multilaterali   
B7‑0620/2011

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u tal-Assembleji parlamentari multilaterali,

 

A. billi hemm ħtieġa ta' kontinwità fil-ħidma tiegħu,

B.  billi, b’segwitu għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Nru 36 tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Membri l-ġodda huma intitolati jkollhom siġġu fil-Parlament Ewropew u fil-korpi tiegħu filwaqt li jgawdu mid-drittijiet tagħhom kollha,

 

1.  Iddeċieda jemenda n-numru ta’ Membri fid-delegazzjonijiet interparlamentari kif ġej:

 

D13 - Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija                    (18-il membru)

 

D23 - Delagazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja                           (28 membru)

 

D27 - Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Koreana                     (17-il membru)

 

D29 - Delegazzjoni għar-relazzjonijiet man-Nofsinhar tal-Affrika    (17-il membru)

 

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Diċembru 2011Avviż legali