dwar miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-wirdien Ażjatika tal-antenni twal
Sergio Paolo Francesco Silvestris
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-wirdien Ażjatika tal-antenni twal
B7‑0122/2012
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
AA. billi l-konservazzjoni tal-flora u l-veġetazzjoni naturali tgħin fil-ħarsien tal-ambjent u tal-pjaneta;
B. billi eluf ta’ siġar saritilhom ħsara mill-wirdiena Ażjatika tal-antenni twal, insett eżotiku li l-larvi tiegħu jħaffru fil-fond fiz-zkuk u l-friegħi ta' bosta speċijiet ta' siġar tal-weraq wiesa', u b'hekk joqtolhom;
C. billi l-wirdien Ażjatiku tal-antenni twal titqies mill-Unjoni Ewropea bħala pesta tal-kwarantina (Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE);
1. Jistieden lill-Kummissjoni tikkanala grad adegwat ta' finanzjament għal proġetti li jimmonitorjaw it-tixrid tal-wirdien Ażjatiku tal-antenni twal u ta' miżuri ta' prevenzjoni.