Proċedura : 2012/2581(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0178/2012

Testi mressqa :

B7-0178/2012

Dibattiti :

OJ 14/03/2012 - 123

Votazzjonijiet :

PV 15/03/2012 - 11.6
CRE 15/03/2012 - 11.6
PV 29/03/2012 - 9.8
CRE 29/03/2012 - 9.8

Testi adottati :

P7_TA(2012)0112

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 130kDOC 65k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0178/2012
13.3.2012
PE486.717v01-00
 
B7-0178/2012

biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (2012/2581(RSP))


Véronique De Keyser, Libor Roucek, Justas Vincas Paleckis, Kristian Vigenin, Marek Siwiec f'isem il-Grupp S&D

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja   
B7‑000

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bjelorussja, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Frar 2012 u tal-20 ta' Jannar 2011;

-    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-PE Martin Schulz tat-28 ta' Frar 2012 dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Bjelorussi li jkeċċu l-ambaxxaturi tal-UE u tal-Polonja;

-    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bjelorussja, it-3149 laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fi Brussell tas-27 ta' Frar 2012;

-    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012;

-   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Bjelorussja li jitolbu l-Kap tad-Delegazzjoni għall-UE u lill-Ambaxxatur għall-Polonja f’Minsk jerġgħu lura; Brussell, it-28 ta' Frar 2012;

-    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja adottata fl-okkażjoni tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f'Varsavja, fit-30 ta' Settembru 2011;

-    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Grupp Visegrad, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja; Praga, il-5 ta' Marzu 2012;

-    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Pjattaforma Nazzjonali Bjelorussa tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant; Minsk, it-2 ta' Marzu 2012;

-     wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 

 

A. billi fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta deċiżjoni

li twessa' l-kriterji tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ persuni u l-entitajiet Bjelorussi involuti fi ksur u ripressjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem, jew dawk li jibbenefikaw mir-reġim tal-Bjelorussja;

 

B.  billi fis-27 ta' Frar 2012, filwaqt li enfasizzaw id-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE ddeċidew li jżidu 21 uffiċjal mill-Bjelorussja, responsabbli mir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, mal-lista tal-persuni suġġetti għal iffriżar tal-assi u projbizzjoni tal-viża;

 

C. billi bħala reazzjoni għas-sanzjonijiet il-ġodda tal-UE, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Bjelorussja talab lill-

Kap tad-Delegazzjoni tal-UE f'Minsk u lill-Ambaxxatur tal-Polonja għall-Bjelorussja biex jitilqu mill-pajjiż;

 

D.  billi fit-28 ta' Frar 2012, b’riżultat tad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Bjelorussi u bħala turija ta' solidarjetà u unità, l-Istati Membri tal-UE ftehmu li jsejħu lura l-ambaxxaturi kollha tagħhom għal konsultazzjonijiet fil-bliet kapitali tagħhom;

 

E.   billi numru kbir ta' rappreżentanti tal-oppożizzjoni demokratika Bjelorussa u ta' attivisti tas-soċjetà ċivili, inklużi kandidati presidenzjali preċedenti, kif ukoll difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, għadhom il-ħabs għal raġunijiet politiċi;

 

F.   billi fl-24 ta' Frar 2012, l-imħallef distrettwali f'Vitsyebsk ta sentenza ta' sentejn u xahar f'istituzzjoni korrettiva b'sigurtà baxxa lill-attivist tal-oppożizzjoni Syarhey Kavalenka wara li dan kien akkużar bi ksur tar-regoli dwar il-"probation"; billi Kavalenka ġie arrestat fid-19 ta' Diċembru 2011 - fl-anniversarju tal-elezzjoni presidenzjali problematika;

 

G.  billi l-awtoritajiet Bjelorussi qegħdin jiksru l-Artikolu 30 tal-kostituzzjoni Bjelorussa u qed jirrestrinġu d-dritt tal-moviment liberu taċ-ċittadini tagħhom; billi fl-1 ta' Marzu 2012, l-Uffiċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Bjelorussja ħabbar li l-Bjelorussi li appoġġaw is-sanzjonijiet barranin il-ġodda kontra l-Bjelorussja jistgħu jitwaqqfu milli jivvjaġġaw barra mill-pajjiż; billi tliet mexxejja u attivisti tal-oppożizzjoni - Anatol Lyabedzka, Alyaksandr Dabravolski u Viktar Karnyayenka - kif ukoll id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Valyantsin Stefanovich, ma tħallewx jaqsmu l-fruntiera bejn il-Bjelorussja u l-Litwanja bejn is-7 u l-11 ta' Marzu;

 

H.  billi fil-11 ta' Marzu 2012, il-gvernijiet tal-Bjelorussja, il-Kazakistan u l-Federazzjoni Russa għamlu dikjarazzjoni konġunta li tikkritika l-intenzjoni tal-UE li timponi sanzjonijiet ekonomiċi kontra l-Bjelorussja li jistgħu jkunu ta' theddida għall-Unjoni tad-Dwana tat-tliet pajjiżi;

 

 

1.   Ikompli jikkundanna bil-qawwa s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li qed tiddeterjora, flimkien ma' nuqqas ta' riformi demokratiċi u ekonomiċi profondi fil-Bjelorussja, u se jkompli jopponi r-ripressjoni tal-opponenti tar-reġim f'Minsk;

 

2. Jitlob għal ħelsien immedjat u bla ebda kondizzjoni u r-riabilitazzjoni tal-priġunieri politiċi

     kollha fil-Bjelorussja;

 

3.   Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni reċenti tal-awtoritajiet Bjelorussi li jkeċċu l-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE f'Minsk u lill-Ambaxxatur tal-Polonja fil-Bjelorussja, iqis li din hi azzjoni kontroproduttiva u sproporzjonata, li qed isservi biss biex tkompli żżid l-iżolament dejjem jikber tal-Bjelorussja;

 

4.  Iħeġġeġ lill-Bjelorussja biex tieħu passi biex turi r-rieda tajba tagħha u tippermetti r-ristabbiliment tar-relazzjonijiet diplomatiċi normali bejn il-Bjelorussja u l-UE u l-Istati Membri tagħha;

 

5.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li jestendi l-lista ta' dawk responsabbli minn ksur serjutad-drittijiet tal-bniedem, ir-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika jew ta' dawk li jappoġġaw jew li jibbenefikaw mir-reġim Bjelorussu, sabiex jiġu suġġetti għal projbizzjoni tal-ivvjaġġar u iffriżar tal-assi;

 

6.  Jenfasizza li l-UE ma applikatx sanzjonijiet ekonomiċi kontra l-Bjelorussja u m'għandhiex l-għan li tkun ta' ħsara għaċ-ċittadini Bjelorussi;

 

7.   Jenfasizza li l-involviment mill-ġdid gradwali tal-UE mal-Bjelorussja u t-tiġdid tad-djalogu politiku ma’ Minsk għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Bjelorussja huwa possibbli jekk il-Bjelorussja turi r-rieda tagħha li tersaq lejn l-adozzjoni tal-istandards internazzjonali kollha tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet ċivili u l-istat tad-dritt;

 

8.   Jerġa' jtenni l-impenn tal-Unjoni Ewropea biex issaħħaħ l-impenn tagħha mas-soċjetà ċivili tal-Bjelorussja u biex tappoġġa l-aspirazzjonijiet demokratiċi taċ-ċittadini Bjelorussi;

 

9.   Jinkuraġġixxi bil-qawwa l-attivitajiet demokratiċi tas-soċjetà ċivili Bjelorussa u tal-organizzazzjoni mhux governattivi;

 

10.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Bjelorussi jwieġbu b'mod kostruttiv għall-istedina għan-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża;

 

11. Jitlob lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant iħeġġu lill-Bjelorussja terġa’ lura għan-normal fir-relazzjonijiet politiċi mal-UE;

 

12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex igħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Assemblej Parlamentari tal-OKSE u tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-Parlament u lill-Gvern tal-Bjelorussja.

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2012Avviż legali