Proċedura : 2007/2658(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B6-0472/2007

Testi mressqa :

RC-B6-0472/2007

Dibattiti :

PV 14/11/2007 - 8

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2007 - 5.8
CRE 15/11/2007 - 5.8

Testi adottati :

P6_TA(2007)0536

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 100kDOC 70k
14 ta' Novembru 2007
PE396.138v01-00}
PE396.139v01-00}
PE396.140v01-00}
PE396.143v01-00}
PE398.121v01-00}
PE398.122v01-00} RC1
 
B6‑0472/2007}
B6‑0473/2007}
B6‑0474/2007}
B6‑0477/2007}
B6‑0478/2007}
B6‑0479/2007} RC1
imressqa skond l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura minn
   Eija-Riitta Korhola, f'isem il-Grupp PPE-DE
   Robert Evans and Pasqualina Napoletano, f'isem il-Grupp PSE
   Annemie Neyts-Uyttebroeck, Sajjad Karim, Marios Matsakis and Philippe Morillon, f'isem il-Grupp ALDE
   Inese Vaidere, Jan Tadeusz Masiel, Ryszard Czarnecki, Ewa Tomaszewska, Adam Bielan and Mieczysław Edmund Janowski, f'isem il-Grupp UEN
   Jean Lambert, f'isem il-Grupp Verts/ALE
   André Brie and Jaromír Kohlíček, f'isem il-Grupp GUE/NGL
li tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi li ġejjin:
   Verts/ALE (B6‑0472/2007)
   UEN (B6‑0473/2007)
   GUE/NGL (B6‑0474)
   PSE (B6‑0477/2007)
   ALDE (B6‑0478/2007)
   PPE-DE (B6‑0479/2007)
dwar il-Pakistan

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Pakistan 

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar Sħubija u Żvilupp ta' l-24 ta' Novembru 2001, (imsejħa wkoll Ftehima ta' Koperazzjoni tat-Tielet Ġenerazzjoni), b'mod partikolari l-Artikolu 1 ta' din il-Ftehima li tistabbilixxi li 'ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi... jikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-ftehim'

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta UE/Pakistan tat-8 ta' Frar 2007 fir-rigward tal-ftehima ta' Koperazzjoni ta' l-2004, ftehima li fiha ż-żewġ naħat jintrabtu li jiżviluppaw djalogu politiku wiesgħa u formalizzat li jinkludi fost l-oħrajn il-ġlieda kontra t-terroriżmu, in-nonproliferazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem u t-tmexxija tajba;

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2007 dwar l-impożizzjoni tar-regola ta' emerġenza fil-Pakistan, kif ukoll l-isqarrijiet tar-Rappreżentant Għoli ta' l-UE Solana ta' l-4 ta' Novembru 2007 u dawk tal-Kapjiet tal-Missjoni ta' l-UE f'Islamabad ta' l-4 ta' Novembru 2007,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mis-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-5 ta' Novembru 2007 dwar id-detenzjoni fil-Pakistan ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u ta' l-oppożizzjoni, inkluż ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin,

–  wara li kkunsidra t-tħabbira tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth fit-12 ta' Novembru 2007 tas-sospensjoni tal-Pakistan jekk il-President Musharraf ma jkunx għadu rritorna għall-ordni kostituzzjonali sat-22 ta' Novembru 2007,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d- demokrazija fil-Pakistan, b'mod partikolari dawn tat-12 ta' Lulju u tal-25 ta' Ottubru 2007,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.  billi fit-3 ta' Novembru l-President Musharraf ħareġ 'Ordni Kostituzzjonali Proviżorja' (PCO), u ssospenda l-Kostituzzjoni u l-Istat tad-Dritt u daħħal flokhom il-liġi marzjali,

   billi dan il-kambjament seħħ ftit qabel id-deċiżjoni mistennija tal-Qorti Suprema dwar il-legalità tat-tielet mandat tal-President, filwaqt li baqa' kap tal-forzi armati; u billi bosta avukati u ċittadini mħassbin rreaġixxew billi ħarġu jipprotestaw fit-toroq, u eluf minnhom ġew imsawta b'mod brutali u arrestati,

C,  billi l-azzjonijiet reċenti tal-President Musharraf jistgħu jwasslu għal instabilità akbar fil-pajjiż u b'hekk jinkoraġġixxu l-vjolenza u l-estremiżmu; huwa preokkupat dwar theddid għall-paċi u għall-istabilità fil-viċinat tal-Pakistan u fir-reġjun kollu kemm hu;

D.  billi l-Qorti Suprema tal-Pakistan għad trid tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar jekk l-elezzjoni tal-President Musharraf kinitx konformi mal-Kostituzzjoni;

E.  billi l-libertà ta' l-istampa, l-indipendenza tal-ġudikatura, il-libertà ta' l-espressjoni u ta' l-assemblea u l-libertà ta' l-attività politika, li huma l-karatteristiċi ta' sistema politika ċivilizzata, kienu rrevokati,

1.  Jitlob b'mod ċar li l-liġi marzjali tintemm għal kollox u li terġa' tiġi implimentata b'effett immedjat il-kostituzzjoni tal-Pakistan ta' l-1973;

2.  Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-protesti leġittimi ta' eluf ta' avukati, attivisti tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem u mexxejja politiċi eminenti; jikkundanna l-vjolenza mill-pulizija kontra d-dimostranti u l-arresti li seħħew fuq skala kbira mingħajr akkuża jew fuq akkużi ta' terroriżmu mingħajr ebda bażi fattwali;

3.  Huwa partikolarment imħasseb dwar l-arrest ta' aktar minn 3000 ċittadin, inkluż il-mexxejja tal-partiti politiċi, avukati, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; jitlob li jitwaqqaf immedjatament l-arrest domiċiljari ta' Benazir Bhutto, mexxej tal-PPP, ta' l-Asma Jahangir, Chairperson tal-Kummissjoni indipendemti għad-Drittijiet tal-Bniedem u tar-rapporteur speċjali tan-NU tal-libertà tar-reliġjoni u t-twemmin u ta' I.A. Rehman, il-fundatur ta' din l-organizzazzjoni; jinsab allarmat li għad hemm fis-seħħ ordni ta' detenzjoni kontra Hina Jilani, ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

4.  Jitlob li terġa' tieħu postha l-indipendenza ġudizzjarja billi terġa' tidħol il-ġudikatura; jitlob ir-rilaxx immedjat tar-rappreżentanti kollha ta' l-assoċjazzjonijiet tal-Kamra ta' l-Avukati tal-Qorti Suprema li ġew arrestati wara protesti paċifiċi fit-toroq; jiddenunċja b'mod partikolari l-arrest illegali tal-Prim Imħallef Chaudhry u l-arrest ta' Aitzaz Ahsan, President tal-Kamra ta' l-Avukati tal-Qorti Suprema;

5.  Jerġa' jitlob lill-President Musharraf biex jirrispetta l-verdett tal-Qorti Suprema - ladarba dan jerġa' jidħol fis-seħħ - dwar il-kostituzzjonalità tal-ħatra tiegħu bħala President; jitlob lill-President Musharraf biex jirrinunċja mill-kariga tiegħu bħala kap ta' l-armata qabel ma jieħu l-ġurament għal terminu presidenzjali ġdid u qabel ma' l-Parlament jagħtih id-dispensa biex iwettaq kariga doppja ta' persuna pajżana u persuna militari li tiskadi fil-15 ta' Novembru 2007;

6.  Jitlob li jonqsu r-restrizzjonijiet kollha fuq il-midja u jitneħħew l-ordinanzi kollha li jirrestrinġu l-kopertura ħielsa ta' l-avvenimenti politiċi;

7.  Jitlob lill-Gvern tal-Pakistan biex jimplimenta l-kondizzjonijiet neċessarji ħalli jiggarantixxi li jseħħu elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti kif programmat; jinnota li f'dan il-kuntest it-tħabbira tal-President Musharraf tal-11 ta' Novembru 2007 li l-elezzjonijiet għall-assembleji provinċjali u l-assemblea nazzjonali se jintemmu sad-9 ta' Jannar 2008;

8.  Jitlob li jiġi ffurmat gvern proviżorju kompletament newtrali, b'konformità mal-kostituzzjoni u b'konsultazzjoni mal-partiti ta' l-oppożizzjoni kollha, sabiex jissorvelja l-elezzjonijiet u t-twaqqif mill-ġdid tal-kummissjoni ta' l-elezzjoni; jistieden li l-mexxejja tal-partiti politiċi kollha jkunu jistgħu jikkuntestaw dawn l-elezzjonijiet, inkluż l-ex Prim Ministru Nawaz Sharif, li għandu jitħalla jerġa' lura lejn il-Pakistan u jipparteċipa attivament fil-proċess ta' l-elezzjoni;

9.  Ifakkar li l-kredibilità tal-proċess ta' l-elezzjoni se tiddependi fuq ir-rilaxx tal-priġunieri politiċi kollha, inklużi dawk f'kustodja illegali ta' aġenżiji ta' l-intelligence u fuq il-waqfien mill-għajbien tal-politiċi fl-oppożizzjoni, bi qbil mad-Direttiva tal-Qorti Suprema; il-libertà tal-kelma, tal-moviment, ta' l-assoċjazzjoni u ta' l-assemblea jridu jiġu implimentati bis-sħiħ u jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-partiti politiċi li jimxu mal-liġi;

10.  Jenfasizza l-fatt li t-tpoġġija ta' delegazzjoni għall-osservanza tal-PE sabiex tosserva l-elezzjonijiet parlamentari fil-Pakistan, fil-qafas ta' missjoni għall-osservanza ta' l-UE, tiddependi mit-twettiq tal-prekundizzjonijiet bażiċi sabiex l-awtoritajiet Pakistani jorganizzaw elezzjonijiet ħielsa u ġusti; jenfasizza, f'dan il-kuntest li elezzjonijiet li jkunu ppreparati u miżmuma taħt liġi marzjali jkunu sinjal ċar ta' proċess mhux demokratiku;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra bir-reqqa li tibgħat missjoni esploratorja oħra f'każ li titneħħa l-liġi marzjali, sabiex tevalwa l-vijabilità tat-tpoġġija ta' UE-EOM għal żmien twil;

12.  Jappoġġja bis-sħiħ il-punti ta' referenza ċari stipulati fid-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2007, li fuqhom se jiġi ġġudikat ir-ritorn ta' l-ordni kostituzzjonali fil-Pakistan;

13.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinsistu li l-gvern tal-Pakistan jiddefendi l-prinċipji kollha mnaqqxa fil-Ftehima ta' Koperazzjoni, b'mod partikolari l-klawsola dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehima ta' Koperazzjoni;

14.  jistieden - f'dan il-kuntest - lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra żżid l-għajnuna għall-edukazzjoni, għat-tnaqqis tal-faqar, għall-kura tas-saħħa u l-għajnuna umanitarja, biex twassal il-fondi permezz ta' NGOs sekulari;

15.  Jitlob lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw bis-sħiħ il-kodiċi ta' imġiba ta' l-UE dwar l-esportazzjoni ta' l-armi;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, lill-Gvern tal-Pakistan u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Novembru 2007Avviż legali