Proċedura : 2008/2628(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B6-0428/2008

Testi mressqa :

RC-B6-0428/2008

Dibattiti :

PV 24/09/2008 - 15
CRE 24/09/2008 - 15

Votazzjonijiet :

PV 25/09/2008 - 7.5
CRE 25/09/2008 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0460

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 106kDOC 76k
22 ta' Settembru 2008
PE413.281
PE413.284
PE413.289
PE413.298
 
B6‑0428/2008}
B6‑0431/2008}
B6‑0436/2008}
B6‑0445/2008} RC1
imressqa skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura minn
   Giles Chichester u Urszula Gacek, f'isem il-Grupp PPE-DE
   Hannes Swoboda u Robert Goebbels, f'isem il-Grupp PSE
   Wolf Klinz, Sophia in 't Veld u Anne Laperrouze, f'isem il-Grupp ALDE
   Andrzej Tomasz Zapałowski, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Eugenkjus Maldeikis, Adam Bielan, Ewa Tomaszewska u Mieczysław Edmund Janowski, f'isem il-Grupp UEN
li tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi li ġejjin:
   PPE-DE (B6‑0428/2008)
   ALDE (B6‑0431/2008)
   PSE (B6‑0436/2008)
   UEN (B6‑0445/2008)
dwar il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kontroll tal-prezzijiet tal-enerġija 

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar id-dependenza fuq iż-żejt (P6-TA (2005)361) u tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-kriżi fis-settur tas-sajd minħabba ż-żieda tal-prezzijiet taż-żejt użat bħala fjuwil (P6-TA (2008)308),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Niffaċċjaw l-isfida ta’ prezzijiet taż-żejt aktar għoljin" (COM(2008) 0384),

–  wara li kkunsidra li l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ bejn id-19 u l-20 ta' Ġunju 2008,

–  wara li kkunsidra l-ftehim fil-Kunsill informali tal-ECOFIN tat-12-13 ta' Settembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.  billi fis-sajf il-prezzijiet taż-żejt laħqu l-għola livell tagħhom f'kuntesti reali, il-prezzijiet ta' prodotti oħra tal-enerġija żdiedu wkoll u l-prezzijiet taż-żejt tal-konsumatur imxew mat-tendenza tal-prezz taż-żejt mhux raffinat, billi d-dollaru dgħajjef ikkontribwixxa biex tiżdied il-pressjoni fuq il-prezzijiet taż-żejt,

B.  billi l-estimi jindikaw li l-prezzijiet taż-żejt jista’ jkun li jibqgħu għoljin fit-terminu medju sa twil u dan se jħalli impatt negattiv fuq l-inflazzjoni u t-tkabbir tal-ekonomija tal-UE,

C.   billi l-livelli ogħla tal-prezzijiet tal-enerġija qed idgħajfu l-poter ta' akkwist taċ-ċittadini tal-UE, bl-aktar impatt negattiv ikun dak imġarrab mill-familji bl-iktar dħul baxx u s-setturi tal-industrija li jużaw l-enerġija b'mod intensiv,

D.   billi l-qabża fil-prezzijiet tal-enerġija qed tiġi influwenzata minn gruppi kumplessi ta' fatturi: iċ-ċaqliqa strutturali fil-provvista u fid-domanda għaż-żejt, in-numru u d-daqs li qed jiċkienu tal-bjar ġodda taż-żejt; l-espansjoni limitata tal-produzzjoni taż-żejt; fatturi ġeopolitiċi; inqas investiment fl-avvanzi teknoloġiċi; spejjeż ogħla tal-investimenti; u nuqqas ta' ħaddiema kwalifikati fil-pajjiżi ewlenin li jipproduċu ż-żejt, billi wħud mill-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt għandhom it-tendenza li jużaw ir-riżorsi naturali tagħhom għal skopijiet politiċi,

E.  billi żieda fit-trasparenza u l-affidabilità, kif ukoll il-pubblikazzjoni aktar spissa ta’ dejta dwar l-istokks taż-żejt kummerċjali huma importanti ħafna għal-funzjonament effiċjenti tas-swieq taż-żejt,

F.  billi t-taqlib finanzjarju attwali wassal lill-investituri biex ifittxu investimenti alternattivi u kkontribwixxa għal żieda fil-volatilità tal-prezzijiet fuq medda qasira ta' żmien;

G.  billi l-ekonomija tal-UE għadha tiddependi ħafna fuq l-importazzjoni taż-żejt, u postijiet ġodda potenzjali li minnhom jittieħed iż-żejt jinsabu f''depożiti mhux konvenzjonali', u jwasslu għal żieda fil-prezz tal-investiment għall-iżvilupp tagħhom,

H.  billi politika barranija Ewropea komuni dwar l-enerġija, ibbażata fuq is-solidarjetà u d-diversifikazzjoni tal-provvista, toħloq sinerġiji li jiżguraw il-provvista għall-Unjoni Ewropea u jżidu s-saħħa tal-UE, il-kapaċità tagħha li taġixxi fi kwistjonijiet relatati mal-politika barranija u l-kredibilità tagħha bħala protagonista dinjija,

1.  Jenfasizza li jekk ma jkunx hemm bidla globali kkoordinata fil-politika u l-konsum tal-enerġija, id-domanda għall-enerġija fl-UE se tkompli tikber fid-deċennji li ġejjin; jesprimi t-tħassin tiegħu dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, primarjament minħabba l-effett negattivi tagħha fuq l-ekonomija dinjija u l-konsumaturi, li qed ixekkel il-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona tal-UE;

2.  Jenfasizza l-bżonn li jittieħdu miżuri li jippermettu lill-ekonomija tal-UE biex iżżomm il-kompetittività tagħha u tadatta għall-ambjent il-ġdid tal-prezz tal-enerġija;

3.   Jitlob li jkun hemm impenn politiku sod biex jittieħdu miżuri konkreti lejn tnaqqis fid-domanda għall-enerġija, biex ikunu promossi l-enerġija li tiġġedded u l-effiċjenza fl-enerġija, u biex tkun segwitu diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija u titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati; iqis li din il-bidla għandha tkun l-aktar rispons xieraq għall-prezzijiet ogħla tal-enerġija, biex tiżdied l-istabilità fis-swieq tal-enerġija, u biex tagħti benefiċċji fl-ispejjeż lill-konsumaturi fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll biex tilħaq l-objettivi tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima u l-Protokoll ta’ Kyoto relatat magħha; jaqbel dwar il-ħtieġa li dawk il-miżuri strateġiċi jeħtieġ ikunu segwiti b'impenji finanzjarji proporzjonati fir-riċerka u l-iżvilupp;

4.  Iqis li għandhom jittieħdu miżuri mmirati u fuq medda qasira ta' żmien mill-Istati Membri sabiex itaffu l-impatt negattiv fuq l-ifqar familji; madankollu jenfasizza l-fatt li miżuri li jikkawżaw aktar inflazzjoni għandhom ikunu evitati ladarba dawn jistgħu jkunu ta' ħsara għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi u jiġu invalidati permezz ta’ prezzijiet taż-żejt ogħla;

   Itenni l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar id-Direttivi li Jemendaw 2003/54/KE (ir-rapport Morgan) u 2003/55/KE (ir-rapport LaRussa);iqis li l-Kummissjoni għandha tressaq komunikazzjoni dwar kif għandu jiġi ffaċċjat il-faqar tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu definizzjonijiet nazzjonali tal-faqar enerġetiku u biex jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali biex jeliminaw il-faqar enerġetiku; jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja u tikkoordina d-dejta pprovduta mill-Istati Membri, u fl-istess ħin tiżgura li jiġu rispettati l-obbligi universali u ta' servizz pubbliku;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Karta tal-Konsumatur dwar l-Enerġija li ġiet proposta tkun torbot legalment u tistipula d-drittijiet tal-konsumaturi b’mod ċar; jitlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabiex jużaw is-setgħat li għandhom fid-dispożizzjoni tagħhom sabiex jgħinu lill-konsumaturi;

7.  Jinnota li l-prezz taż-żejt niżel għal 100 dollaru għal kull barmil f’dawn l-aħħar ġimgħat, u b’hekk kiser ix-xejra ta’ prezzijiet taż-żejt li qed jogħlew kontinwament; madankollu, jinnota bi tħassib li l-konsumaturi għadhom qed iħallsu prezzijiet ogħla għall-enerġija li mhux dejjem jirriflettu bis-sħiħ iċ-ċaqliq ‘l isfel fil-prezz taż-żejt; jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-iżviluppi fil-prezz, b'mod partikolari rigward il-kwistjoni ta' kif iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezzijiet jaffettwaw lill-konsumaturi;

8.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi konformità mar-regoli eżistenti tal-kompetizzjoni tal-UE b’fokus partikulari fuq l-investigazzjoni u l-ġlieda kontra l-prattiki anti-kompetittivi fis-setturi tal-gass u tal-elettriku, kif ukoll fil-proċessi tar-raffinazzjoni u d-distribuzzjoni lejn punti ta’ konsum;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistħarreġ ir-rabta bejn il-prezzijiet taż-żejt u tal-gass fil-kuntratt ta' gass fuq medda twila ta' żmien, u biex tipproponi politika adegwata;

10.  Jinkoraġġixxi miżuri li jgħinu l-proċess ta’ aġġustament ta’ industriji u servizzi li jirrikjedu ħafna enerġija sabiex ikunu aktar effiċjenti fl-enerġija; madankollu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja l-impatt ta’ dan it-tip ta’ miżuri u tieħu azzjonijiet adegwati f’każ ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni;

11.  Jenfasizza barra minn hekk li s-sorsi ta' enerġija li tiġġedded ma' miżuri ta' konservazzjoni tal-enerġija, inklużi inċentivi biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija domestika, inaqqsu d-dipendenza tal-Ewropa fuq l-importazzjoni tal-enerġija u għalhekk jonqsu r-riskji politiċi u ekonomiċi li jirriżultaw mill-importazzjoni;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-iffrankar tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġiji li jiġġeddu jkunu prijoritajiet fit-tfassil tal-politika enerġetika ġejjiena tal-UE, partikolarment fir-Reviżjoni Strateġika dwar l-Enerġija li jmiss;

13.  Iqis li l-EIB għandu jkollu rwol aktar prominenti fil-provvista ta' fondi għall-effiċjenza tal-enerġija, sorsi rinnovabbli u proġetti tal-R&D, speċjalment b'iffukar dwar l-SMEs;

14.  Jinnota żieda fid-dħul mit-taxxi fuq l-enerġija f’xi Stati Membri, li hi dovuta għaż-żidiet reċenti fil-prezzijiet taż-żejt; jenfasizza l-importanza ta' politiki fiskali adegwati bħala mezz ta’ kif titnaqqas id-dipendenza ekonomika fuq il-fjuwils fossili, filwaqt li tiġi indirizzata l-bidla fil-klima u jinħolqu inċentivi biex jiżdiedu l-investimenti fl-enerġija, l-enerġija li tiġġedded u prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposta tagħha dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija, wara li teżamina bir-reqqa l-effetti li l-miżuri ta’ tassazzjoni jista’ jkollhom fuq l-inflazzjoni, fuq l-investimenti ġodda, u fuq it-tranżizzjoni għal ekonomija tal-UE b’użu baxx tal-karbonju u b’effiċjenza enerġetika;

16.  Jisħaq fuq l-importanza ta’ iktar trasparenza u affidabilità tad-data dwar is-swieq taż-żejt u l-istokks kummerċjali taż-żejt; iqis li hu importanti li wieħed itejjeb il-fehim tiegħu dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt; jitlob li ssir reviżjoni fil-ħin tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-istokks taż-żejt fi żminijiet ta’ emerġenza;

17.  Jenfasizza li l-UE għandha titkellem b’vuċi waħda rigward il-politika enerġetika; itenni l-importanza ta’ politika komuni tal-UE dwar l-enerġija u impenn favur il-Politika Ewropea għall-Viċinat; jemmen, f’dan ir-rigward, li l-UE għandha tkun il-mexxejja tad-djalogu dwar l-enerġija mal-pajjiżi fornituri prinċipali taż-żejt u tal-gass; jilqa’ b’sodisfazzjon l-idea ta’ samit ta’ livell għoli bejn il-pajjiżi li jikkonsmaw u jipproduċu ż-żejt u l-gass, liema samit għandu jkun immirat lejn stabilità akbar tal-prezzijiet, aktar prevedibilità fil-provvisti u ħlas tal-bejgħ f’euros;

18.  Iħeġġeġ lill-kumpanniji tal-UE biex ikunu iktar proattivi, partikolarment billi jinvestu iktar, u biex ikunu l-mexxeja tal-għarfien espert dwar it-teknoloġiji l-ġodda u tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-inġinerija sabiex jibqgħu l-imsieħba ewlenin tal-pajjiżi prinċipali produtturi taż-żejt; jinnota li l-investimenti hu meħtieġa b’mod partikolari għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ raffinazzjoni u esplorazzjoni sabiex ilaħħqu mad-domanda li qed tiżdied;

19.   Jinnota li r-Responsabilità Soċjali Korporattiva (CSR) għandha titjieb fi ħdan il-kumpanniji ewlenin tal-enerġija sabiex iktar investiment privat, jiġi kanalizzat lejn programmi ta’ ffrankar tal-enerġija, teknoloġiji tal-enerġiji alternattivi u l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp marbuta magħhom;

20.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-interventi politiki tagħhom fl-ittrattar taż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt; jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta analiżi bbażata fuq il-miżuri politiki ‘tal-aħjar prattiki’ li japplikaw l-Istati Membri bħala reazzjoni għall-isfidi li jġibu l-prezzijiet għolja tal-enerġija;

21.  Jistieden lill-Kunsill biex mill-aktar fis possibbli jikseb ftehim dwar il-passi ewlenin li jmiss lejn suq intern tal-enerġija liberalizzat kompletament għax dan jagħti kontribut biex tonqos il-vulnerabilità tal-UE fil-konfront tal-prezzijiet tal-enerġija u ttejjeb is-sigurtà tal-provvista; f’dan ir-rigward jerġa’ jafferma l-appoġġ qawwi tiegħi għall-ikkompletar tas-suq intern tal-enerġija tal-UE;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Settembru 2008Avviż legali