Proċedura : 2010/2856(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B7-0518/2010

Testi mressqa :

RC-B7-0518/2010

Dibattiti :

PV 21/09/2010 - 14
CRE 21/09/2010 - 14

Votazzjonijiet :

PV 22/09/2010 - 5.14

Testi adottati :

P7_TA(2010)0341

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 135kDOC 85k
20.9.2010
PE446.607v01-00}
PE446.609v01-00}
PE446.610v01-00}
PE446.611v01-00}
PE446.613v01-00} RC1
 
B7-0518/2010}
B7-0519/2010}
B7-0520/2010}
B7-0521/2010}
B7-0523/2010} RC1

imressqa skont l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tieħu post il-mozzjonijiet imressqa mill-gruppi

EFD (B7‑0518/2010)

S&D (B7‑0519/2010)

ALDE (B7‑0520/2010)

Verts/ALE (B7‑0521/2010)

PPE (B7‑0523/2010)


dwar l-istrateġija Ewropea għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni muntanjużi, tal-gżejjer u ta' żoni li fihom ma tantx jgħixu nies


Lambert van Nistelrooij, Maurice Ponga, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Nuno Teixeira, Rosa Estaràs Ferragut, Eleni Theocharous, Danuta Maria Hübner, Jean-Pierre Audy, Antonio López-Istúriz White, Veronica Lope Fontagné f'isem il-Grupp PPE
Constanze Angela Krehl, Georgios Stavrakakis, Marita Ulvskog, Saïd El Khadraoui, Kriton Arsenis, Teresa Riera Madurell, Maria Badia i Cutchet f'isem il-Grupp S&D
Riikka Manner, Ramona Nicole Mănescu, Pat the Cope Gallagher, Giommaria Uggias, Anneli Jäätteenmäki, Hannu Takkula, Carl Haglund, Niccolò Rinaldi f’isem il-Grupp ALDE
François Alfonsi f'isem il-Grupp Verts/ALE
Bairbre de Brún, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL
Fiorello Provera, Lorenzo Fontana f'isem il-Grupp EFD
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija Ewropea għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni muntanjużi, tal-gżejjer u ta' żoni li fihom ma tantx jgħixu nies  

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Titolu XVIII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 174 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-regolamenti li jirregolaw il-Fondi Strutturali għall-perjodu 2007-2013,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Settembru 2003 dwar ir-reġjuni strutturalment żvantaġġjati (gżejjer, reġjuni muntanjużi, reġjuni li fihom ma tantx jgħixu nies) fil-kuntest tal-politika dwar il-koeżjoni, u l-prospetti istituzzjonali tagħhom(2),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta’ Lulju 2005 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida għall-assistenza Statali reġjonali,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-gżejjer u r-restrizzjonijiet naturali u ekonomiċi fil-kuntest tal-politika reġjonali(3) ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru ntitolata Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali – Nibdlu d-diversità territorjali f’vantaġġi’ (COM(2008)0616),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu 'Reġjuni 2020 - evalwazzjoni tal-isfidi futuri għar-reġjuni tal-UE' (SEC(2008)2868),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali u l-istat tad-dibattitu dwar ir-riforma ġejjiena tal-politika ta' koeżjoni(4),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar is-Sitt Rapport ta' Progress dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2009)0295),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tasl-31 ta’ Marzu 2010 msemmija ‘Il-politika ta’ koeżjoni: Rapport Strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013’ (COM(2010)110),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A. billi l-prinċipju tal-koeżjoni territorjali kien ikkonsolidat fir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali 2007-2013 u huwa wieħed mill-objettivi ewlenin il-ġodda stabbiliti għall-Unjoni Ewropea introdotti mit-Trattat ta' Lisbona, li jfittex li jiżgura l-iżvilupp armonjuż tal-UE billi jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali u jitneħħew l-ostakli għall-iżvilupp, inklużi l-ostakli marbuta ma' żvantaġġi naturali u ġeografiċi,

B.  billi huwa importanti li jiġi ċċarat l-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona dwar l-istatus tar-reġjuni li jixraqilhom miżuri partikolari fil-qafas tal-politika reġjonali,

C. billi b'konformità mal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u permanenti, bħal ma huma r-reġjuni l-aktar fit-Tramuntana b'popolazzjoni baxxa ħafna u l-gżejjer, ir-reġjuni transkonfinali u dawk muntanjużi,

D. billi r-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer u ż-żoni li fihom ma tantx jgħixu nies huma esposti għal sfidi partikolari minħabba bidliet demografiċi, aċċessibilità fqira, bidla fil-klima, fenomeni migratorji, provvista tal-enerġija u integrazzjoni reġjonali,

1.  Jilqa' l-inklużjoni ta' koeżjoni territorjali bħala objettiv ġdid tal-Unjoni, kif ukoll l-Artikolu 174 il-ġdid; jemmen li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 174 għandhom jiġu tradotti fi strateġiji tal-iżvilupp speċifiċi u miżuri konkreti li jfittxu li jegħlbu l-iżvantaġġi u jisfruttaw il-potenzjali ta' dawn ir-reġjuni;

2.  Iqis li r-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer u ż-żoni li fihom ma tantx jgħixu nies jikkostitwixxu gruppi omoġeni ta’ reġjuni u li jaqsmu xi karatteristiċi komuni importanti li jiddistingwuhom minn reġjuni oħra; jemmen li ta’ min jingħataw programmi ta’ żvilupp reġjonali speċifiċi; jenfasizza wkoll, f’dan il-kuntest, il-qagħda speċjali tal-Istati Membri tal-gżejjer li jinsabu fit-tarf tal-Unjoni;

3.  Hu tal-opinjoni li l-PDG irid jibqa' l-kriterju ewlieni biex tiġi determinata l-eliġibilità għall-għajnuna tal-politika reġjonali; jitlob madankollu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membru biex jaħdmu favur indikaturi statistiċi aktar pertinenti u territorjalizzati, sabiex tiġi provduta stampa aktar komprensiva tal-livell ta' żvilupp ta' dawn ir-reġjuni żvantaġġati; jisħaq li indikaturi oħra, apparti l-PDG (popolazzjoni totali, livelli ta’ qgħad u impjiegi, livell ta’ edukazzjoni, densità tal-popolazzjoni) diġà jistgħu jintużaw mill-Istati Membri fir-ridistribuzzjoni tal-fondi fost ir-reġjuni, skont il-pakketti allokati għalihom, filwaqt li jitqiesu l-attributi speċifiċi ta’ kull reġjun;

4.  Jitlob għall-istabbiliment ta' qafas ta' politika integrata u flessibbli Ewropea speċifika, b'implikazzjonijiet legali u finanzjarji, li jittratta mar-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer u żoni li fihom ma tantx jgħixu nies abbażi tal-karatteristiċi maqsuma tagħhom filwaqt li jqis sew ukoll id-diversi sitwazzjonijiet u jsegwi l-prinċipju tal-proporzjonalità; huwa tal-opinjoni li l-politika ta' koeżjoni għandha tindirizza s-sitwazzjoni tal-gżejjer mhux biss permezz tal-miżuri tal-politika reġjonali, imma wkoll bl-użu ta' politiki oħra tal-UE li jkollhom impatt territorjali sinifikanti fuq l-iżvilupp ta' dawn ir-reġjuni; jemmen li qafas ta' politika Ewropew għal reġjuni muntanjużi, gżejjer u żoni li fihom ma tantx jgħixu nies jaf ikollu l-valur miżjud bżonnjuż biex jingħelbu l-iżvantaġġi permanenti ta' dawn ir-reġjoni u jiġi adattat il-mudell ta' żvilupp tagħhom b’tali mod li jsir użu tajjeb tal-assi tagħhom;

5.  Jitlob lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jilagħbu rwol importanti fl-istrateġiji tal-iżvilupp tar-reġjuni muntanjużi, gżejjer u żoni li fihom ma tantx jgħixu nies għax huwa meħtieġ approċċ vertikali li jinvolvi l-livelli kollha tal-gvern, li josserva l-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex dawn ir-reġjuni jitpoġġew fit-triq it-tajba tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jitqiesu setturi importanti oħra fir-reġjun; jisħaq fuq il-fatt li l-potenzjal f'dawn ir-reġjuni, ta' spiss b'riżorsi naturali sustanzjali ħafna, jista' jikkontribwixxi b'mod pożittiv biex jintlaħqu l-għanijiet, speċjalment fil-qasam tal-politika tal-enerġija u l-R&D, kif kien stipulat fl-istrateġija UE2020;

6.  Jenfasizza li l-għan ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali f’dawn ir-reġjuni żvantaġġati jista’ jinkiseb biss permezz ta’ tfassil komprensiv ta’ programmi u azzjonijiet tal-UE speċifikament adattati għal kull reġjun, maħsuba biex jinkiseb aġġustament strutturali ta' dawn ir-reġjuni, u biex jagħmilhom aktar kompetittivi u kapaċi li jiffaċċaw l-isfidi ewlenin eżistenti, u anke permezz ta’ koordinazzjoni u implimentazzjoni effiċjenti tal-erba’ strumenti tal-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-istrumenti finanzjarji l-oħra, bħalma huma dawn provduti mill-Bank Ewropew tal-Investiment;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer u ż-żoni li fihom ma tantx jgħixu nies ikomplu jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet speċifiċi skont il-qafas finanzjarju multiannwali u matul il-perjodu ta' pprogrammar li jmiss;

8.  Jilqa' r-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) bħala strument immirat li jegħleb l-ostakli li jfixklu l-kooperazzjoni territorjali; iħeġġeġ lir-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer u ż-żoni li fihom ma tantx jgħixu nies biex jagħmlu użu mir-REKT għall-immaniġġjar ta' proġetti ta' kooperazzjoni territorjali ma' reġjuni oħra kofinanzjati mill-UE bħala mezz biex jersqu eqreb lejn iż-żoni ekonomiċi ta' madwarhom;

9.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fiż-żoni muntanjużi, f'dawk li fihom ma tantx jgħixu nies u fil-gzejjer sabiex jibbenefikaw mir-riżorsi disponibbli man-naħa l-oħra tal-fruntieri;

10. Jilob biex jaqa' l-kriterju relatat mad-distanza (150km) użat għall-klassifikazzjoni tal-gżejjer bħala reġjuni fuq il-fruntieri eliġibbli għall-finanzjament skont il-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali fil-qafas tal-Objettiv tal-Kooperazzjoni Territorjali tal-politika ta' koeżjoni jew fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat; jemmen li fil-każ li jkun neċessarju li jiġi stabbilit xi tip ta' limitu, ikun aktar xieraq għar-reġjuni ta' gżejjer li l-kundizzjoni għat-territorju transkonfinali jiġi applikat fil-livell tal-baċin marittimu;

11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet reġjonali u lokali nazzjonali tal-Istati Membri u lis-sħab ekonomiċi u soċjali.

 

(1)

ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.

(2)

ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 111.

(3)

ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 244.

(4)

Testi adottati, P6_TA(2009)0163.

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Settembru 2010Avviż legali