Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0033/2007

Testi mressqa :

O-0033/2007 (B6-0134/2007)

Dibattiti :

PV 09/07/2007 - 16
CRE 09/07/2007 - 16

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
23 ta' Mejju 2007
O-0033/07
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Miroslav Ouzký f’isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel lill-Kummissjoni

 Suġġett: Azzjoni biex jingħeleb il-mard kardjovaskulari
 Tweġiba 

Minħabba li l-mard kardjovaskulari huwa l-qattiel numru wieħed fl-Ewropa u huwa responsabbli għal 1.9 miljun mewta fl-UE kull sena. F’Ġunju 2004, il-Kunsill għaraf il-bżonn “li jkunu indirizzati b’mod effettiv u jitnaqqsu l-inċidenza u t-tbatija mill-mard kardjovaskulari”. Il-Kummissjoni meta qed tippjana biex tipproduċi Komunikazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-għarfien minn kmieni tal-mard kardjovaskulari biex tirrifletti dan l-impenn?

Meta wieħed iqis l-inugwaljanzi attwali fis-saħħa madwar l-UE, il-Kummissjoni kif bi ħsiebha tippromwovi skambju regolari ta’ esperjenzi, informazzjoni u dejta dwar is-saħħa kardjovaskulari bejn il-partijiet interessati involuti fil-prevenzjoni tal-mard kardjovaskulari?

X’inhuma l-passi li jmiss tal-Kummissjoni biex jitnaqqas il-piż tal-mard kardjovaskulari minn fuq il-produttività ekonomika Ewropea madwar l-Istati Membri?

Il-Kummissjoni kif se tqis l-opportunitajiet differenti ta’ ffinanzjar bħas-7 Programm ta’ Qafas tar-Riċerka, il-fondi strutturali u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp biex tinkoraġġixxi l-promozzjoni tas-saħħa kardjovaskulari, għarfien minn kmieni u interventi ta’ prevenzjoni kif ukoll aktar riċerka dwar il-mard kardjovaskulari?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Mejju 2007Avviż legali