Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0048/2007

Testi mressqa :

O-0048/2007 (B6-0319/2007)

Dibattiti :

PV 24/10/2007 - 14
CRE 24/10/2007 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
18 ta' Lulju 2007
O-0048/07
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Josep Borrell Fontelles f’isem il-Kumitat għall-Iżvilupp lill-Kunsill

 Suġġett: Trattat internazzjonali għall-projbizzjoni ta' munizzjonijiet tat-tip "cluster", segwitu għad-Dikjarazzjoni ta' Oslo
 Tweġiba 

Wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Oslo fit-23 ta' Frar 2007, li fiha hemm talba għal trattat internazzjonali għall-projbizzjoni ta' munizzjonijiet tat-tip "cluster" u wara l-konferenza ta' segwitu ta' Lima dwar il-munizzjonijiet tat-tip "cluster" li saret fl-24-25 ta' Mejju 2007, madwar 80 stat iddeċidew li jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-proċess li jwassal għal trattat bħal dan, inklużi kważi l-Istati Membri kollha ta' l-UE. Il-Belgju se jospita laqgħa reġjonali ta' livell għoli dwar din il-kwistjoni fl-aħħar t'Ottubru 2007. F'Diċembru se jkun hemm it-tielet konferenza globali fi Vjenna, bħala segwitu għal-laqgħat ta' Oslo u Lima.  

Liema inizjattivi ħa l-Kunsill bħala segwitu għar-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament ta' appoġġ għall-proċess ta' Oslo, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni dwar il-Konvenzjoni dwar il-projbizzjoni ta' Armi Bijoloġiċi u Tossiċi (BTWC), bombi ta' frammentazzjoni u armi konvenzjonali P6_TA(2006)0493 tas-16 ta' Novembru 2006 li titlob l-appoġġ ta' l-UE għall-inizjattiva biex tkun stabbilita "konvenzjoni komprensiva u effettiva biex ikunu pprojbiti madwar id-dinja munizzjonijiet tat-tip cluster"?  

Il-Kunsill qiegħed jippjana li jipparteċipa fil-laqgħat kemm ta' Brussell u kemm ta' Vjenna u liema kontribuzzjonijiet se jagħti l-Kunsill f'dawn il-laqgħat? Il-Kunsill se jipprepara Pożizzjoni Komuni bħala bażi għal dawn il-kontribuzzjonjiet? 

Liema inizjattivi ħa l-Kunsill biex jiżgura li l-Istati Membri varji jsegwu l-eżempju ta' l-Awstrija u l-Belġju fil-projbizzjoni ta' bombi tat-tip "cluster" u fil-livell internazzjonali biex jiżgura li dawk il-pajjiżi li għadhom ma ffirmawx id-Dikjarazzjoni ta' Oslo issa jiffirmawha, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2006 u l-politika ta' l-UE fil-kwistjoni, adottata fis-26 t'April 2007?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 6 t'Awissu 2007Avviż legali