Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0076/2007

Testi mressqa :

O-0076/2007 (B6-0008/2008)

Dibattiti :

PV 30/01/2008 - 24
CRE 30/01/2008 - 24

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
22 ta' Novembru 2007
O-0076/07/rev.1
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Gerardo Galeote f’isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali lill-Kummissjoni

 Suġġett: Ir-Raggruppament Ewropew ta' Koperazzjoni Territorjali

Ir-Raggruppament Ewropew ta' Koperazzjoni Territorjali ġie approvat minn Regolament (KE) Nru. 1082/2006(1), tal-5 ta’ Lulju 2006. Dan il-qafas legali ġdid tal-liġi Komunitarja jikkostitwixxi għodda maħsuba sabiex tippromwovi l-koperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u/jew inter-reġjonali bejn il-Membri ta’ l-UE bl-għan esklussiv li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali, jiġifieri, wieħed mill-prinċipji fundamentali tat-Trattati.

F’dawn il-miġemgħat, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-korpi regolati mid-dritt pubbliku, jistgħu jieħdu sehem indaqs, kif imsemmi fil-lista mhux eżawstiva fl-Anness III tad-Direttiva 2004/18/KE(2) tal-31 ta’ Marzu 2004. Dan ifisser numru kbir ħafna ta’ miġemgħat potenzjali Ewropej f’oqsma differenti ħafna.

Il-karatteristika ewlenija l-ġdida ta’ dan ir-Regolament hi li tagħti personalità legali lil dan it-tip ta’ miġemgħat, personalità legali li għandha valur impliċitu u tagħmel il-koperazzjoni ġewwa l-UE eħfef kemm mil-lat operattiv kif ukoll minn dak ta’ l-iżvilupp. Barra minn hekk, dawn il-forom ta’ koperazzjoni mhux neċessarjament ser ikunu ko-finanzjati mill-UE, xi ħaġa li toħloq il-possibilità li taderixxi magħha.

Sabiex jibdew jaħdmu fuq dan ir-Regolament, l-Istati Membri kellhom jagħmlu dispożizzjonijiet ta' dan it-tip kif inhu xieraq sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tiegħu sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Awissu 2007.

Sal-lum, sfortunatament ninnotaw li l-Istati Membri għadhom m'adattawx il-leġiżlazzjoni tagħhom, u lanqas ma ħadu il-miżuri relevanti mmirati lejn l-implimentazzjoni tiegħu u, bħala konsegwenza, huwa impossibbli li dan ir-Regolament kellu jiġi applikat f’kull Stat Membru sa l-1 ta’ Awissu 2007.

Iffaċċat b’din is-sitwazzjoni ta’ ksur flagranti tan-norma Komunitarja mill-Istati Membri, bil-ħsara ekonomika konsegwenti għall-Istati Membri effettwati:

X’azzjonijiet qed jiġu mittieħda mill-Kummissjoni sabiex titranġa din is-sitwazzjoni?

Meta jitqies li l-Kummissjoni għandha r-responsabilità u l-obbligu li tagħmel li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jiġu osservati, il-Kummissjoni se tibda l-proċedura?

(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.
(2)  ĠU L 134, 31.4.2006, p. 114.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2007Avviż legali