Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0026/2009

Testi mressqa :

O-0026/2009 (B6-0015/2009)

Dibattiti :

PV 11/03/2009 - 16
CRE 11/03/2009 - 16

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
17 ta' Frar 2009
O-0026/09
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Josep Borrell Fontelles f’isem il-Kumitat għall-Iżvilupp lill-Kummissjoni

 Suġġett: Il-Ħames Forum Dinji tal-Ilma f'Istanbul, 16-22 ta' Marzu 2009
 Tweġiba 

Mis-16 sat-22 ta' Marzu li ġej, f'Istanbul se jsir il-''Ħames Forum Dinji tal-Ilma'', li huwa avveniment li għandu jikkostitwixxi l-okkażjoni sabiex jingħata appoġġ lill-awtoritajiet pubbliċi lokali fl-isforzi tagħhom biex jitwaqqfu sistemi innovattivi, parteċipattivi u demokratiċi ta' ġestjoni pubblika tal-ilma, li jkunu effikaċi, trasparenti, regolamentati u li jirrispettaw l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet tal-popli. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-bżonn li jiġi appoġġjat il-proċess ta' deċentralizzazzjoni bħala mezz biex tiġi faċilitata l-ġestjoni lokali tal-ilma u jiġi valorizzat l-għarfien espert lokali, u se tiddefendi dan il-prinċipju f'Istanbul?

Barra minn hekk, il-kriżi tal-ikel indikat in-neċessità li jiġu żviluppati tekniki ġodda bħat-tisqija taz-zoni rurali u l-ħolqien ta' ''ċinturini ħodor'' madwar il-bliet biex tissaħħaħ l-awtonomija lokali. Il-Kummissjoni tista' tindika jekk hijiex lesta tiddefendi dawn il-prattiki, sabiex tiżgura li kulħadd, u partikolarment l-iżjed popli żvantaġġjati, ikunu provvisti b'biżżejjed ilma tax-xorb ta' kwalità tajba, hekk kif ħadet l-impenn li tagħmel fil-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta' Marzu 2002 dwar il-ġestjoni tal-ilma fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (COM(2002)0132)?

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni kif bi ħsiebha tirrispetta t-talba li għamel il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar ir-Raba' Forum Dinji tal-Ilma fil-Messiku (P6_TA(2006)0087), biex jiġu inkoraġġuti l-metodi alternattivi ta' finanzjament solidari tal-ilma, bħal-liġi Oudin fi Franza? Meta jitqies il-prinċipju ta' ''qsim tax-xogħol'', il-Kummissjoni kif tikkoordina u tarmonizza l-azzjonijiet tagħha mal-imsieħba tagħha fil-qasam tal-ilma?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FR
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Marzu 2009Avviż legali