MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Johannes Blokland f’isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel lill-Kummissjoni
Suġġett: In-negozjati li se jsiru f'Mejju 2009 taħt l-awspiċju tal-IMO dwar l-kundizzjonijiet għad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar ir-riċiklaġġ tal-vapuri b'mod sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent
Liema inizjattivi qed jittieħdu mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-prattika substandard ta' żarmar ta' bastimenti li m'għadhomx jintużaw direttament fuq il-bajja jitneħħa gradwalment, kif ġie rakkomandat b'mod ċar minn 170 Firmatarju għall-Konvenzjoni ta' Basel?
Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li taħdem favur traspożizzjoni effettiva u bikrija fil-leġiżlazzjoni tal-UE tal-Konvenzjoni dwar ir-riċiklaġġ tal-vapuri b'mod sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, li se tiġi nnegozjata f'Mejju 2009 f'Konferenza Diplomatika taħt l-awspiċju tal-IMO?
X'inizjattivi se tieħu l-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex tiżgura li l-Konvenzjoni tal-IMO imsemmija hawn fuq ma tnaqqasx il-livell ta' ħarsien eżistenti mill-effetti negattivi tal-iskart perikoluż kif stipulat mir-Regolament Ewropew dwar il-Vjaġġi tal-Iskart ((KE Nru 10103/2006)(1)?