Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0038/2009

Testi mressqa :

O-0038/2009 (B6-0208/2009)

Dibattiti :

PV 23/03/2009 - 14
CRE 23/03/2009 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
27 ta' Frar 2009
O-0038/09
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Helmuth Markov u Glyn Ford f’isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-Kummissjoni

 Suġġett: Il-Ftehima Temporanja ta' Sħubija bejn l-Istati Paċifiċi fuq naħa waħda u l-Komunità, fuq in-naħa l-oħra
 Tweġiba 

Il-Kummissjoni taqbel li l-kwistjonijiet ewlenin dwar l-iżvilupp li jridu jiġu negozjati għandhom jinkludu:

– li jkunu permessi t-taxxi fuq l-esportazzjoni għal skopijiet ta' żvilupp;

– protezzjoni adegwata għal industriji ġodda ("infant industries") li mhix preżenti fl-EPA temporanja;

– diskussjonijiet dwar il-propjetà intellettwali li jsibu tarf ta' kif jiġu protetti mhux biss l-artefatti teknoloġiċi tal-Punent iżda wkoll kull għerf tradizzjonali;

– li, filwaqt li l-akkwisti tal-gvernijiet għandhom ikunu trasparenti, il-ftuħ tagħhom għall-kuntratturi Ewropej għandu jiddaħħal f'livell adegwat xieraq għall-bżonnijiet tal-Istati Paċifiċi;

– li viżi ta' xogħol taħt il-Modalità 4 għandhom ikunu disponibbli għal perijodi ta' żmien adegwati u li l-kwalifiki bħalma huma ta' dawk li jipprovdu l-kura ("carers") għandhom jiġu rikonoxxuti.

2. Il-Kummissjoni taqbel apparti dan li, meta jitqies id-daqs tar-reġjunijiet membri u kemm huma 'l bogħod - l-ikbar wieħed huwa 3000 darba ikbar mill-iżgħar wieħed, li l-popolazzjoni tiegħu hija possibilment iżgħar min-numru ta' impjegati fid-DĠ TRADE - l-approċċ tal-Kummissjoni għandu jinkludi alternattivi aċċessibbli u vijabbli li jiggarantixxu aċċess għas-suq għal dawk il-pajjiżi li ma jixtiequx jimpenjaw ruħhom għall-EPA "sħiħa"?

3. Il-Kummissjoni tiggarantixxi li l-Parlament Ewropew apparti l-proċedura ta' kunsens se jkun informat u involut bis-sħiħ fin-negozjati tranżizzjonali mill-EPA temporanja għal dik "sħiħa"?

4. Il-Kummissjoni kif se tiżgura li l-ftehima finali se tgħin biex titrawwem iktar integrazzjoni reġjonali?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Marzu 2009Avviż legali