Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0039/2009

Testi mressqa :

O-0039/2009 (B6-0209/2009)

Dibattiti :

PV 23/03/2009 - 14
CRE 23/03/2009 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
27 ta' Frar 2009
O-0039/09
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Helmuth Markov u Robert Sturdy f’isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-Kunsill

 Suġġett: Ftehima ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati SADC EPA, min-naħa l-oħra
 Tweġiba 

1. Sa liema punt temmen il-Kummissjoni li n-natura kulma jmur dejjem aktar ifframmentata tal-blokk tan-negozjati SADC se jkollha impatt fuq l-iżvilupp tar-reġjunijiet?

2. F'liema perjodu ta' żmien tista' l-Kummissjoni realistikament tipprevedi l-iffirmar tal-ftehimiet tal-EPA sħaħ mal-pajjiżi tal-SADC?

3. Il-Kummissjoni x'irwol taħseb li se jkollha l-Afrika t'Isfel fin-negozjati għall-EPA sħiħ?

4. Jista' l-Kunsill jagħti xi informazzjoni dwar il-previżjonijiet u projezzjonijiet tal-kummerċ wara l-iffirmar tal-EPA interim mal-pajjiżi tal-SADC, kif ukoll tbassir ta' volumi ta' kummerċ wara l-konklużjoni tal-EPAs sħaħ?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Marzu 2009Avviż legali