Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0046/2009

Testi mressqa :

O-0046/2009 (B6-0216/2009)

Dibattiti :

PV 23/03/2009 - 14
CRE 23/03/2009 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
27 ta' Frar 2009
O-0046/09
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Helmuth Markov u Kader Arif f’isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-Kummissjoni

 Suġġett: Il-Ftehima ta' Sħubija Ekonomika Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Afrika Ċentrali, fuq in-naħa l-oħra
 Tweġiba 

1. Tista’ l-Kummissjoni tagħti indikazzjoni dwar:

– liema se jkunu l-oqsma prijoritarji tagħha ta' azzjoni sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Ftehima ta' Sħubija Ekonomika interim mal-Kamerun?

– liema metodi se tuża biex tikkalkula l-impatt fiskali nett tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika?

– x’se jkunu l-effetti tan-negozjati internazzjonali dwar il-banana li għaddejjin bħalissa fuq is-settur tal-banana fl-Afrika Ċentrali u l-Kummissjoni x’biħsiebha tagħmel biex tiżgura futur sostenibbli għal dan is-settur?

– liema miżuri speċifiċi fil-qafas tan-negozjati dwar il-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika reġjonali biħsiebha tipproponi lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li bħalissa tinsab f’sitwazzjoni li ma tippermettilhiex tidħol fi programm ta’ riformi ekonomiċi ta’ skala kbira?

– X’miżuri speċifiċi ta’ appoġġ biħsiebha tinkludi fil-ftehima reġjonali biex dan ir-reġjun ikun jista’ jirreaġixxi għall-kriżi finanzjarja, tal-ikel u tal-enerġija?

2. Tista’ l-Kummissjoni tiggarantixxi:

– li l-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika futura mal-Afrika Ċentrali mhux se ddgħajjef, imma għall-kuntrarju se ssaħħaħ il-koeżjoni u l-integrazzjoni reġjonali tal-pajjiżi kkonċernati;

– li s-suġġetti ta’ Singapor u s-servizzi ma jiġux diskussi fil-qafas tan-negozjati għall-EPA reġjonali ħlief jekk il-pajjiżi tal-Afrika Ċentrali jitolbu dan espressament, u mingħajr ma ssir pressjoni biex jaċċettaw li jinnegozjaw fir-rigward ta' dawn is-suġġetti; u li s-servizzi pubbliċi essenzjali se jibqgħu barra mill-ambitu tan-negozjati;

– li l-pajjiżi tal-Afrika Ċentrali li mhumiex parti mill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u li ma jkunux jixtiequ jiffirmaw il-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika ssirilhom proposta ta’ sistema kummerċjali alternattiva li tkun ekwivalenti għas-sitwazzjoni eżistenti tagħhom, skont l-Artikolu 37(6) tal-Ftehima ta’ Cotonou;

– li l-Kummissjoni mhi se tinnegozja ebda dispożizzjoni li tkun tista’ tillimita l-aċċess għal mediċini essenzjali fil-pajjiżi tal-Afrika Ċentrali jew tillimita l-abilità ta’ dawn il-pajjiżi li jagħmlu użu mill-flessibilità prevista fid-Dikjarazzjoni ta’ Doha tal-2001;

– li l-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika reġjonali ma tkunx sempliċement traspożizzjoni tal-Ftehima interim mal-Kamerun; li n-negozjati dwar il-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika reġjonali jsiru b'mod indipendenti minn dawk tal-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika interim u li l-Kamerun ikun jista’ jinnegozja mill-ġdid, fil-qafas tal-ftehima reġjonali, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika interim li jkun jixtieq jirrevedi;

– li l-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika reġjonali tkun flessibbli biżżejjed biex tikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi kif ukoll id-diversità tal-ħtiġijiet u l-esiġenzi tal-pajjiżi tal-Afrika Ċentrali.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Marzu 2009Avviż legali