Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0081/2009

Testi mressqa :

O-0081/2009 (B7-0204/2009)

Dibattiti :

PV 16/09/2009 - 15
CRE 16/09/2009 - 15

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
23 ta' Lulju 2009
O-0081/09
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Rui Tavares, Cornelia Ernst, Cornelis de Jong, Marie-Christine Vergiat, Willy Meyer u Kyriacos Triantaphyllides f’isem il-Grupp GUE/NGL lill-Kunsill

 Suġġett: Il-Liġi tal-Litwanja għall-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effett Negattiv tal-Informazzjoni Pubblika
 Tweġiba 

Nhar it-Tlieta li għadda l-Parlament tal-Litwanja approva emendi għal-Liġi dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika, fil-jum tal-220 anniversarju tal-Waqgħa ta' Bastilja, li fih niftakru f'valuri tal-Illuminazzjoni bħal-libertà tal-espressjoni u d-dritt għat-tfittxija tal-kuntentizza. Din il-liġi –– li f'verżjoni preċedenti kien għamillha veto il-President tal-Litwanja –– ġiet ikkonfermata mill-Parlament tal-Litwanja fl-14 ta' Lulju 2009, fl-istess jum li fih il-Parlament Ewropew kellu l-laqgħa kostituttiva tiegħu wara l-elezzjonijiet.

Din hija liġi li għandha l-għan li tevita li tintwera "informazzjoni pubblika li tinkoraġġixxi r-relazzjonijiet omosesswali" u li "tisfida l-valuri tal-familja", f'każ li informazzjoni bħal din tkun tista' tkun disponibbli għall-minorenni. Barra minn hekk, qed ikunu proposti dispożizzjonijiet fil-kodiċi penali u amministrattivi, li għandhom jiġu diskussi u approvati f'Settembru, li għandhom, preżumibbilment, iwasslu għall-kriminalizzazzjoni ta' nies "li jagħmlu propaganda favur l-omosesswalità" li mbagħad ikunu jistgħu jiġu kkastigati permezz ta' arrest, kundanna għal xogħlijiet pubbliċi, jew ħlas ta' multi sa 1 500 euro.

Il-Kunsill iddiskuta mal-awtoritajiet tal-Litwanja l-kwistjonijiet hawn fuq imsemmija? Ma jaħsibx il-Kunsill li liġi u emendi bħal dawn huma inkompatibbli mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif jinstabu f'konvenzjonijiet internazzjonali u Ewropej u notevolment mal-libertà tal-espressjoni - li tinkludi d-dritt li tfittex, tirċievi u tagħti informazzjoni - u li huma inkompatibbli mal-liġi u l-politiki tal-UE ta' kontra d-diskriminazzjoni? Ma jaħsibx il-Kunsill li liġi bħal din tmur kontra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, l-artikolu 6 TUE u l-artikolu 13 TKE, jiġifieri l-valuri fundamentali li fuqhom hija bbażata l-UE? Il-Kunsill se jitlob lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali biex tevalwa l-liġi u l-emendi? X'se jagħmel il-Kunsill biex jiżgura li l-Litwanja tirrispetta l-obbligi tagħha skont it-Trattati tal-UE u l-liġi internazzjonali? Huwa lest jekk ikun meħtieġ li jibda l-proċedura prevista fl-artikolu 7 TUE?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 3 t'Awissu 2009Avviż legali