MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Paolo De Castro f’isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-Kummissjoni
Kif evolviet is-sitwazzjoni tas-swieq tal-ħalib u tal-prezzijiet tal-ħalib għall-bdiewa sa mill-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2009?
X'segwitu beħsiebha tagħmel il-Kummissjoni b’rispons għall-ittra ffirmata minn tmien Ministri tal-Agrikoltura rigward il-kriżi f'dan is-settur?
X’inhu r-riżultat konkret tad-diskussjonijiet dwar il-kriżi tal-ħalib fil-laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Agrikoltura tas-7 ta' Settembru 2009?