Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0005/2010

Testi mressqa :

O-0005/2010 (B7-0005/2010)

Dibattiti :

PV 10/02/2010 - 18
CRE 10/02/2010 - 18

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
14 ta' Jannar 2010
O-0005/10
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Vital Moreira f’isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-Kummissjoni

 Suġġett: L-effetti tal-kriżi ekonomika fuq il-kummerċ dinji
 Tweġiba 

L-effetti tal-kriżi fuq il-kummerċ dinji jindikaw sa 10% tnaqqis possibbli fl-2009. Li l-kummerċ internazzjonali jinżamm għaddej huwa vitali għall-UE u għal pajjiżi oħra orjentati lejn l-esportazzjoni. Minkejja l-impenji meħuda mill-G-20, miżuri li jirrestrinġu u jgħawġu l-kummerċ żdiedu fil-G-20 u madwar id-dinja, b'reazzjoni għall-kriżi.

X'passi ttieħdu biex dawn il-miżuri jiġu ttrattati? Min-naħa l-oħra, ittieħdu xi passi minn pajjiżi terzi kontra kwalunkwe miżura li l-UE ħadet biex tixpruna t-tkabbir ekonomiku?

Hemm indikaturi li xi pajjiżi emerġenti li l-kriżi laqtithom anqas qed isiru l-lokomottivi tat-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali. F'dan il-każ, l-industrija tal-UE jkun jeħtiġilha tibdel il-mira tas-swieq tal-esportazzjoni tagħha, u possibilment il-karatteristiċi tal-prodotti tagħha. Il-Kummissjoni xi strateġija biħsiebha ssegwi biex l-industrija Ewropea tħalliha ssir aktar kompetittiva?

Il-kriżi dinjija u l-waqgħa sussegwenti tal-kummerċ dinji għandhom diversi effetti fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn hija kkonċentrata l-parti l-kbira tal-qgħad. Il-Kummissjoni x'miżuri ta' aġġustament biħsiebha tieħu fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, u b'mod partikolari mal-aktar pajjiżi fqar tad-dinja?

Żbilanċi negattivi kbar tal-kummerċ jikkawżawhom, minn naħa waħda, infiq żejjed u dejn eċċessiv f'xi Stati Membri kif ukoll fl-Istati Uniti, u min-naħa l-oħra, żbilanċi pożittivi li jesperjenzaw xi ekonomiji kbar xprunati mill-esportazzjoni f'xi pajjiżi emerġenti. Dawn l-iżbilanċi negattivi tal-kummerċ ikkontribwew għal żbilanċi globali li huma l-għerq tal-kriżi ekonomika dinjija. Il-Kummissjoni xi strateġija biħsiebha ssegwi biex ittaffi dawn l-iżbilanċi globali fil-politika tal-kummerċ tagħha?

L-impatt soċjali tal-kriżi ekonomika u l-waqgħa sussegwenti tal-kummerċ dinji jidher li sejrin jibqgħu aktar fit-tul mill-irkupru ekonomiku. Il-Kummissjoni meta biħsiebha tagħmel stima tal-impatt dwar l-effetti tal-kriżi fuq l-impjiegi fl-Ewropa u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw? Xi strateġija biħsiebha ssegwi biex id-dimensjoni soċjali u ambjentali tal-kummerċ tintegraha fir-regoli internazzjonali tad-WTO?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Marzu 2010Avviż legali