Mistoqsija Parlamentari - O-0068/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0068/2010

Il-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika għall-istrateġija tal-EU 2020 u l-governanza tagħha.

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0068/10
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Rebecca Harms u Daniel Cohn-Bendit f’isem il-Grupp Verts/ALE
lill-Kunsill

Proċedura : 2010/2703(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0068/2010
Testi mressqa :
O-0068/2010 (B7-0301/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Mill-perspettiva tal-Kunsill, x'inhuma l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika u b'mod partikulari, x'inhu l-impatt tal-pakkett ta' salvataġġ taż-żona tal-ewro għall-istrateġija tal-UE 2020 u l-governanza tagħha?

 

Kien hemm xi evoluzzjoni fil-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-eurobonds bħala mezz ta' finanzjament sostenibbli tal-investiment pubbliku, u għalhekk għall-istrateġija 2020?

 

Il-Kunsill lest li jittratta l-kwistjoni ta' żbilanċi interni sabiex jimmira bilanċi negattivi iżda wkoll bilanċi pożittivi ta' Stati Membri bħala mezz biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi?

 

Kif turi b'mod ċar il-kriżi tad-dejn sovran, kemm il-kriżi ta' dejn pubbliku u kemm dik tad-dejn privat għandhom rabta qawwija ma' xulxin u għalhekk jeħtieġ li s-superviżjoni finanzjarja tissaħħaħ b'mod sostanzjali. Fil-ġimgħat li ġejjin il-Kunsill ser juri li beda jitgħallem il-lezzjonijiet ta' dawn l-aħħar sentejn kaotiċi u għalhekk isaħħaħ b'mod drastiku l-pożizzjoni tiegħu rigward il-pakkett tas-superviżjoni?

 

Fid-dawl tar-realizzazzjoni ta' suq uniku li jkun jikkorrispondi aħjar mal-preokkupazzjonijiet u l-aspettativi taċ-ċittadini tal-UE, x'miżuri qed jipproponi li jieħu l-Kunsill għal koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki fiskali tal-Istati Membri, b'mod partikulari rigward it-tassazzjoni tal-kumpaniji u t-tassazzjoni ta' tranżazzjonijiet finanzjarji?

 

Il-Kunsill jaqbel ma' leġiżlazzjoni ta' qafas għal Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali, konformi mal-Artikolu 14 ġdid tat-Trattat u tal-Protokoll dwar Servizzi ta' Interess Ġenerali tiegħu?

 

 

Imressqa: 12.05.2010

Mibgħuta: 13.05.2010

Skadenza: 03.06.2010